RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi
18.12.2018 - (COM(2018)0209–C8-0151/2018–2018/0103(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Andrejs Mamikins
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi
(COM(2018)0209–C8-0151/2018–2018/0103(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0209),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0151/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0473/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) Il-membri tal-pubbliku ġenerali ma għandhomx ikunu jistgħu jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw dawk il-prekursuri tal-isplussivi f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu ċerti valuri limitu. Madankollu, huwa xieraq li jkun hemm provvediment sabiex il-membri tal-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw ċerti prekursuri tal-isplussivi f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu dak il-limitu ta' konċentrazzjoni, biss jekk ikollhom liċenzja biex jagħmlu dan. |
(6) Il-membri tal-pubbliku ġenerali jenħtieġ li ma jitħallewx jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw dawk il-prekursuri tal-isplussivi f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu ċerti valuri limitu. Madankollu, il-membri tal-pubbliku ġenerali jenħtieġ li jitħallew jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw ċerti prekursuri tal-isplussivi f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu dak il-limitu ta' konċentrazzjoni, biss jekk ikollhom liċenzja biex jagħmlu dan. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Il-liċenzji jistgħu jinħarġu biss għal sustanzi f'konċentrazzjonijiet li ma jaqbżux il-limitu massimu stabbilit b'dan ir-Regolament. 'Il fuq minn dak il-limitu massimu, ir-riskju fir-rigward tal-manifattura illeċita tal-isplussivi jegħleb l-użu leġittimu negliġibbli ta' dawn il-prekursuri tal-isplussivi mill-pubbliku ġenerali, li fil-kas tagħhom hemm alternattivi jew konċentrazzjonijiet aktar baxxi li jistgħu jilħqu l-istess effett. Dan ir-Regolament għandu jiddetermina wkoll liema ċirkostanzi l-awtoritajiet kompetenti għandhom, bħala minimu, jieħdu inkunsiderazzjoni meta jkunu qed jikkunsidraw jagħtux liċenzja. Flimkien mal-formola annessa ma' dan ir-Regolament, dan għandu jiffaċilita r-rikonoxximent ta' liċenzji fi Stati Membri oħra li japplikaw reġim ta' liċenzjar. |
(7) Il-liċenzji jistgħu jinħarġu biss għal sustanzi f'konċentrazzjonijiet li ma jaqbżux il-limitu massimu stabbilit b'dan ir-Regolament. 'Il fuq minn dak il-limitu massimu, ir-riskju fir-rigward tal-manifattura illeċita tal-isplussivi jegħleb l-użu leġittimu negliġibbli ta' dawn il-prekursuri tal-isplussivi mill-pubbliku ġenerali, li fil-kas tagħhom hemm alternattivi jew konċentrazzjonijiet aktar baxxi li jistgħu jilħqu l-istess effett. Dan ir-Regolament jenħtieġ ukoll li jipprovdi lill-awtoritajiet sett eżawrjenti ta' kriterji oġġettivi li jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jkunu qed jikkunsidraw jagħtux liċenzja. Flimkien mal-formola annessa ma' dan ir-Regolament, dan għandu jiffaċilita r-rikonoxximent ta' liċenzji fi Stati Membri oħra li japplikaw reġim ta' liċenzjar. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Sabiex japplikaw ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli ta' dan ir-Regolament, dawk l-operaturi ekonomiċi li jbiegħu lil utenti professjonali jew lil membri tal-pubbliku ġenerali b'liċenzja għandhom joqogħdu fuq l-informazzjoni li tkun disponibbli upstream fil-katina tal-provvista. Għalhekk kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista għandu jinforma lir-riċevitur tal-prekursur tal-isplussivi ristrett li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess jew l-użu ta' dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni kif stabbilit f'dan ir-Regolament, pereżempju billi jwaħħal tikketta adatta jew billi jivverifika li tkun twaħħlet tikketta adatta jew billi jinkludi din l-informazzjoni fl-iskeda ta' data ta' sigurtà kkumpilata skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 . |
(8) Sabiex japplikaw ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli ta' dan ir-Regolament, dawk l-operaturi ekonomiċi li jbiegħu lil utenti professjonali jew lil membri tal-pubbliku ġenerali b'liċenzja għandhom joqogħdu fuq l-informazzjoni li tkun disponibbli upstream fil-katina tal-provvista. Għalhekk kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista għandu jinforma lir-riċevitur tal-prekursur tal-isplussivi ristrett li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess jew l-użu ta' dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni kif stabbilit f'dan ir-Regolament, pereżempju billi jwaħħal tikketta adatta jew billi jivverifika li tkun twaħħlet tikketta adatta u billi jinkludi din l-informazzjoni fl-iskeda ta' data ta' sigurtà kkumpilata skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 . |
|
_________________ |
_________________ |
|
32 Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p.1). |
32 Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p.1). |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) Id-distinzjoni bejn utent professjonali, li għalih prekursuri tal-isplussivi ristretti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, u membru tal-pubbliku ġenerali, li għalih ma jistgħux, tiddependi fuq jekk il-persuna għandhiex l-intenzjoni li tuża dak il-prekursur tal-isplussivi għal skopijiet marbuta man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni speċifiċi tagħha. Għalhekk l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iqiegħdu prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika li tkun professjonalment attiva f'qasam fejn it-tendenzi hi li dak il-prekursur tal-isplussivi speċifiku ristrett ma jintużax għal skopijiet professjonali. |
(10) Id-distinzjoni bejn utent professjonali, li għalih prekursuri tal-isplussivi ristretti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, u membru tal-pubbliku ġenerali, li għalih ma jistgħux, tiddependi fuq jekk il-persuna għandhiex l-intenzjoni li tuża dak il-prekursur tal-isplussivi għal skopijiet marbuta man-negozju, mas-sengħa jew mal-attivitajiet ta' biedja jew professjonali. Għalhekk l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iqiegħdu prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika li tkun professjonalment attiva f'qasam fejn it-tendenzi hi li dak il-prekursur tal-isplussivi speċifiku ristrett ma jintużax għal skopijiet professjonali. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12) Sa fejn is-swieq online jaġixxu bħala sempliċi intermedjarji bejn l-operaturi ekonomiċi fuq in-naħa l-waħda, u l-membri tal-pubbliku ġenerali, l-utenti professjonali u l-bdiewa fuq in-naħa l-oħra, huma ma għandhomx ikunu meħtieġa li jagħtu struzzjonijiet lill-persunal tagħhom involut fil-bejgħ ta' prekursuri tal-isplussivi ristretti jew li jivverifikaw l-identità u, fejn xieraq, il-liċenzja ta' klijent prospettiv jew li jitolbu informazzjoni oħra mingħand il-klijent prospettiv. Madankollu, minħabba r-rwol ċentrali tas-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarju fi tranżazzjonijiet ekonomiċi online, inkluż fir-rigward tal-bejgħ ta' prekursuri tal-isplussivi ristretti, huwa xieraq li dawn għandhom jinformaw, b'mod ċar u effettiv, l-utenti li għandhom l-għan li jirrendu disponibbli l-prekursuri tal-isplussivi ristretti permezz tal-użu tas-servizzi tagħhom tal-obbligi skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li l-iswieq online li jaġixxu bħala intermedjarji jadottaw miżuri biex jgħinu sabiex jiġi żgurat li l-utenti tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-verifika, pereżempju billi joffru għodod biex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-liċenzji. Kull tali obbligi fuq swieq online li jaġixxu bħala intermedjarji skont dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
(12) Sa fejn is-swieq online jaġixxu bħala sempliċi intermedjarji bejn l-operaturi ekonomiċi fuq in-naħa l-waħda, u l-membri tal-pubbliku ġenerali u l-utenti professjonali fuq in-naħa l-oħra, huma ma għandhomx ikunu meħtieġa li jagħtu struzzjonijiet lill-persunal tagħhom involut fil-bejgħ ta' prekursuri tal-isplussivi ristretti jew li jivverifikaw l-identità u, fejn xieraq, il-liċenzja ta' klijent prospettiv jew li jitolbu informazzjoni oħra mingħand il-klijent prospettiv. Madankollu, minħabba r-rwol ċentrali tas-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarju fi tranżazzjonijiet ekonomiċi online, inkluż fir-rigward tal-bejgħ ta' prekursuri tal-isplussivi regolati, huwa xieraq li dawn jinformaw, b'mod ċar u effettiv, l-utenti li għandhom l-għan li jirrendu disponibbli l-prekursuri tal-isplussivi regolati tal-obbligi tagħhom permezz tal-użu tas-servizzi tagħhom tal-obbligi skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ ukoll li jadottaw miżuri biex jgħinu sabiex jiġi żgurat li l-utenti tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-verifika, pereżempju billi joffru għodod biex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-liċenzji. Barra minn hekk, rigward it-tranżazzjonijiet suspettużi, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess obbligi ta' detezzjoni u ta' rapportar bħall-operaturi ekonomiċi. |
|
__________________ |
|
|
34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1). |
|
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) L-għażla tas-sustanzi li jintużaw mill-kriminali għall-manifattura illeċita tal-isplussivi tista' tinbidel malajr. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiddaħħlu sustanzi addizzjonali taħt ir-reġim previst minn dan ir-Regolament, fejn ikun meħtieġ b'urġenza. Sabiex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin ta' sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex telenka sustanzi addizzjonali li ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, biex temenda l-valuri limitu ta' konċentrazzjonijiet ta' ċerti sustanzi ristretti taħt dan ir-Regolament li meta jinqabżu ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, u biex telenka sustanzi addizzjonali li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu rapportati tranżazzjonijiet suspettużi. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201635 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(14) L-għażla tas-sustanzi li jintużaw mill-kriminali għall-manifattura illeċita tal-isplussivi tista' tinbidel malajr. Għalhekk huwa essenzjali li jkun possibbli li jiddaħħlu sustanzi addizzjonali taħt ir-reġim previst minn dan ir-Regolament, fejn ikun meħtieġ b'urġenza. Sabiex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin ta' sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex telenka sustanzi addizzjonali li ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, biex temenda l-valuri limitu ta' konċentrazzjonijiet ta' ċerti sustanzi ristretti taħt dan ir-Regolament li meta jinqabżu ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, u biex telenka sustanzi addizzjonali li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu rapportati tranżazzjonijiet suspettużi. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201635 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
_________________ |
_________________ |
|
35 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
35 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) "użu" tfisser kwalunkwe pproċessar, formulazzjoni, ħżin, trattament jew taħlit, inkluż fil-produzzjoni ta' oġġett, jew kwalunkwe użu ieħor; |
(6) "użu" tfisser kwalunkwe pproċessar, formulazzjoni, konsum, ħżin, żamma, trattament, mili f'kontenituri, trasferiment minn kontenitur għall-ieħor, taħlit, produzzjoni ta' oġġett, jew kwalunkwe użu ieħor; |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(6a) "tranżazzjoni suspettuża" tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li għaliha, wara li jkunu tqiesu l-fatturi rilevanti kollha, hemm raġunijiet tajbin biex wieħed jissuspetta li s-sustanza jew it-taħlita hija maħsuba għall-manifattura illeċita ta' splussivi; |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) "membru tal-pubbliku ġenerali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha bżonn prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet li mhumiex marbuta mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħha; |
(7) "membru tal-pubbliku ġenerali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha bżonn prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet li mhumiex marbuta mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-attivitajiet ta' biedja jew professjonali; |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara l-fatt li l-bdiewa mhumiex "membri tal-pubbliku ġenerali" fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) "utent professjonali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha bżonn dimostrabbli għal prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħha li jeskludi t-tqegħid tal-prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta' persuna oħra. |
(8) "utent professjonali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha bżonn dimostrabbli għal prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-attivitajiet ta' biedja jew professjonali li jeskludi t-tqegħid tal-prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta' membru tal-pubbliku ġenerali; |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) "operatur ekonomiku" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta' tali persuni u/jew korpi li jfornu prekursuri tal-isplussivi regolati jew servizzi relatati ma' prekursuri tal-isplussivi regolati, fis-suq, sew jekk offline jew online u inklużi swieq online; |
(9) "operatur ekonomiku" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta' tali persuni u/jew korpi li jqiegħdu prekursuri tal-isplussivi regolati jew servizzi relatati ma' prekursuri tal-isplussivi regolati, fis-suq, sew jekk offline jew online u inklużi swieq online. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għan-nitrat tal-ammonju (CAS RN 6484-52-2) li jitqiegħed għad-dispożizzjoni, li jiġi introdott, possedut jew użat mill-bdiewa għal attività agrikola, kemm jekk full-time jew part-time u mhuwiex neċessarjament relatat mad-daqs tal-erja tal-art. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara l-fatt li l-bdiewa mhumiex "membri tal-pubbliku ġenerali" fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. L-awtorità kompetenti tista' tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja kull fejn ikun hemm raġunijiet fondati biex temmen li l-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat il-liċenzja ma għadhomx sodisfatti. |
5. L-awtorità kompetenti tista' tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja kull fejn ikun hemm raġunijiet fondati biex temmen li l-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat il-liċenzja ma għadhomx sodisfatti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-detenturi tal-liċenzji fi żmien xieraq bi kwalunkwe suspett jew revoka tal-liċenzja. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
7a. Ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji maħruġa mill-Istati Membri l-oħra għandu jsir b'mod bilaterali permezz ta' ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9. Il-liċenzji maħruġa minn Stat Membru skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 98/2013 li jkunu għadhom validi fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jitilfu l-validità tagħhom f'dik id-data. Fuq talba tad-detentur ta' liċenzja, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li jikkonferma, li jġedded jew li jestendi tali liċenzji maħruġa f'dak l-Istat Membru jekk il-prekursuri tal-isplussivi ristretti jistgħu jkunu soġġetti għal liċenzja skont il-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 3 tal-Anness I u jekk l-awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti għall-għoti tal-liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti. Tali konferma, tiġdid jew estensjoni għandha tirrispetta l-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. |
9. Il-liċenzji maħruġa minn Stat Membru skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 98/2013 li jkunu għadhom validi fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jitilfu l-validità tagħhom f'dik id-data. Sa... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lid-detenturi tal-liċenzji bid-data li fiha l-liċenzja tagħhom se tiskadi. Fuq talba tad-detentur ta' liċenzja, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li jikkonferma, li jġedded jew li jestendi tali liċenzji maħruġa f'dak l-Istat Membru jekk il-prekursuri tal-isplussivi ristretti jistgħu jkunu soġġetti għal liċenzja skont il-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 3 tal-Anness I u jekk l-awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti għall-għoti tal-liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti. Tali konferma, tiġdid jew estensjoni għandha tirrispetta l-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta' operatur ekonomiku ieħor għandu jinforma lil dak l-operatur ekonomiku li l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) u (3). |
1. Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta' operatur ekonomiku ieħor għandu jinforma lil dak l-operatur ekonomiku li l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) u (3), kif ukoll għall-obbligi ta' rapportar imsemmija fl-Artikolu 9. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursuri tal-isplussivi ristretti għad-dispożizzjoni ta' utent professjonali jew ta' membru tal-pubbliku ġenerali skont l-Artikolu 5(3) għandu jassigura u għandu jkun jista' juri lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 li l-persunal tiegħu involut fil-bejgħ ta' prekursuri tal-isplussivi regolati: |
2. Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursuri tal-isplussivi ristretti għad-dispożizzjoni ta' utent professjonali jew ta' membru tal-pubbliku ġenerali għandu jassigura u għandu jkun jista' juri lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 li l-persunal tiegħu involut fil-bejgħ ta' prekursuri tal-isplussivi regolati: |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Suq online li jaġixxi bħala intermedjarju għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-utenti tiegħu, meta jkunu qed jirrendu disponibbli xi prekursuri tal-isplussivi ristretti permezz tas-servizzi tiegħu, għandhom ikunu infurmati dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. |
3. Suq online li jaġixxi bħala intermedjarju għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-utenti tiegħu, meta jkunu qed jirrendu disponibbli xi prekursuri tal-isplussivi regolati permezz tas-servizzi tiegħu, għandhom ikunu infurmati dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Kwalunkwe użu personali tal-prekursuri tal-isplussivi regolati mill-operaturi ekonomiċi jew il-persunal tagħhom għandu jiġi pprojbit. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Sabiex jiġi verifikat li klijent prospettiv huwa utent professjonali jew bidwi, operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta' utent professjonali jew ta' bidwi għandu jitlob dan li ġej għal kull tranżazzjoni: |
2. Sabiex jiġi verifikat li klijent ġdid huwa utent professjonali jew operatur ekonomiku, operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta' utent professjonali jew ta' operatur ekonomiku ieħor għandu jitlob dan li ġej għal kull tranżazzjoni: |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) il-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tal-klijent prospettiv; |
(a) il-kummerċ, in-negozju is-sengħa jew il-professjoni flimkien mal-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-klijent il-ġdid; |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Sabiex jiġi vverifikat l-użu maħsub tal-prekursur tal-isplussivi ristrett, l-operatur ekonomiku għandu jivvaluta jekk l-użu maħsub huwiex konsistenti mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tal-klijent prospettiv. It-tranżazzjoni tista' tiġi rrifjutata jekk ikun hemm raġunijiet fondati biex jiġi ddubitat l-użu maħsub iddikjarat tal-prekursur tal-isplussivi ristrett. L-operatur ekonomiku għandu jirrapporta t-tranżazzjoni suspettuża jew li ppruvat issir f'konformità mal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 8(2) propost jitlob sempliċement informazzjoni mill-klijent prospettiv u jipprovdi kriterji soġġettivi biex jiġi vverifikat l-użu maħsub. Mill-perspettiva tas-sigurtà dan joħloq lakuna. Segwitu tal-informazzjoni pprovduta u valutazzjoni tal-użu maħsub huma meħtieġa. Il-paragrafu 2a jagħti dimensjoni operattiva u aktar oġġettiva għall-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 2, u dan jissodisfa l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sistema ta' kontrolli, mingħajr ma jitpoġġa piż żejjed fuq il-partijiet ikkonċernati. Il-paragrafu 2a jirrigwarda informazzjoni, li diġà għandha tiġi pprovduta. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Sabiex tiġi verifikata l-konformità ma' dan ir-Regolament u tiġi identifikata u evitata l-manifattura illeċita tal-isplussivi, l-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu d-data msemmija fil-paragrafu 2, flimkien mal-isem u l-indirizz tal-klijent, għal sena mid-data tat-tranżazzjoni. Matul dak il-perjodu, id-data għandha tkun disponibbli għal ispezzjoni fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti ta' spezzjoni jew tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. |
3. Sabiex tiġi verifikata l-konformità ma' dan ir-Regolament u tiġi identifikata u evitata l-manifattura illeċita tal-isplussivi, l-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu d-data msemmija fil-paragrafu 2 u l-isem u l-indirizz tal-klijent, għal sena mid-data tat-tranżazzjoni. Matul dak il-perjodu, id-data għandha tkun disponibbli għal ispezzjoni fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti ta' spezzjoni jew tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu -1 (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
-1. L-obbligi ta' rapportar stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom ikopru l-prodotti li fihom prekursuri tal-isplussivi regolati li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin: |
|
|
(a) il-prekursur huwa elenkat bħala ingredjent fuq it-tikketta jew fid-dokument tekniku tas-sigurtà; |
|
|
(b) il-konċentrazzjoni tal-prekursur hija akbar minn 1 % (jew 3 % N skont il-piż għall-fertilizzanti nitroġenużi); |
|
|
(c) l-estrazzjoni tal-prekursur hija possibbli mingħajr kumplikazzjonijiet. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-fini tad-detezzjoni u tal-prevenzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi, l-operaturi ekonomiċi għandhom jirrapportaw tranżazzjonijiet dwar prekursuri tal-isplussivi regolati inklużi tranżazzjonijiet li jinvolvu utenti professjonali, fejn ikun hemm raġunijiet fondati biex jissuspettaw li s-sustanza jew it-taħlita tkun maħsuba għall-manifattura illeċita tal-isplussivi. |
Għall-fini tad-detezzjoni u tal-prevenzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarji għandhom jirrapportaw tranżazzjonijiet dwar prekursuri tal-isplussivi regolati inklużi tranżazzjonijiet li jinvolvu utenti professjonali, fejn ikun hemm raġunijiet fondati biex jissuspettaw li s-sustanza jew it-taħlita tkun maħsuba għall-manifattura illeċita tal-isplussivi. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-operaturi ekonomiċi għandhom jirrapportaw dawn it-tranżazzjonijiet suspettużi wara li jqisu ċ-ċirkostanzi kollha u b'mod partikolari fejn il-klijent prospettiv jippreżenta karatteristika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: |
L-operaturi ekonomiċi u s-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarji għandhom jirrapportaw dawn it-tranżazzjonijiet suspettużi wara li jqisu ċ-ċirkostanzi kollha u b'mod partikolari fejn il-klijent prospettiv jippreżenta karatteristika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-operaturi ekonomiċi, apparti mis-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarju, għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ għad-detezzjoni ta' tranżazzjonijiet suspettużi, immirati lejn l-ambjent li fih jiġu offruti l-prekursuri tal-isplussivi regolati. |
2. L-operaturi ekonomiċi u s-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarju, għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ għad-detezzjoni ta' tranżazzjonijiet suspettużi, immirati lejn l-ambjent li fih jiġu offruti l-prekursuri tal-isplussivi regolati. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw it-tranżazzjoni suspettuża u għandhom jirrapportaw it-tranżazzjoni suspettuża jew it-tranżazzjoni li ppruvat issir fi żmien 24 siegħa, inklużi jekk possibbli l-identità tal-klijent, lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ġiet konkluża jew ippruvat issir it-tranżazzjoni suspettuża. |
3. Operaturi ekonomiċi u swieq online li jaġixxu bħala intermedjarji jistgħu jirrifjutaw it-tranżazzjoni suspettuża. Għandhom jirrappurtaw it-tranżazzjoni suspettuża jew it-tranżazzjoni li ppruvat issir fi żmien 24 siegħa, inklużi, jekk possibbli, l-identità tal-klijent u d-dettalji rilevanti kollha li wassluhom biex jikkunsidraw tranżazzjoni suspettuża, lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ġiet konkluża jew ippruvat issir it-tranżazzjoni suspettuża. Fil-każijiet fejn operatur ekonomiku jew suq online li jaġixxi bħala intermedjarju ma jkunx f'pożizzjoni jirrapporta fi żmien 24 siegħa, għandu jirrapporta mingħajr dewmien żejjed. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt jew punti ta' kuntatt nazzjonali b'numru tat-telefon faċilment identifikabbli u indirizz elettroniku għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet suspettużi. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu disponibbli fuq bażi ta' erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. |
4. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt jew punti ta' kuntatt nazzjonali b'numru tat-telefon faċilment identifikabbli, u indirizz elettroniku, formola tal-web jew kwalunkwe għodda effettiva oħra għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet suspettużi. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu disponibbli fuq bażi ta' erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, lill-persuni li joffru l-ewwel intervent u lill-awtoritajiet doganali, sabiex ikunu kapaċi jagħrfu sustanzi u taħlitiet li huma prekursuri tal-isplussivi waqt il-qadi ta' dmirijiethom u jirreaġixxu f'ħin opportun u b'mod adegwat f'każ ta' attività suspettuża. |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, lill-persuni li joffru l-ewwel intervent u lill-awtoritajiet doganali, sabiex ikunu kapaċi jagħrfu sustanzi u taħlitiet li huma prekursuri tal-isplussivi waqt il-qadi ta' dmirijiethom u jirreaġixxu f'ħin opportun u b'mod adegwat f'każ ta' attività suspettuża. L-Istati Membri jistgħu jitolbu taħriġ speċifiku addizzjonali mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL). |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw skambji regolari bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarji, kif ukoll ir-rappreżentanti tas-setturi professjonali li jużaw prekursuri tal-isplussivi regolati sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u jiżguraw li l-partijiet kollha kkonċernati jimplimentaw dan ir-Regolament b'mod effettiv. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli biex jipprovdu informazzjoni lill-persunal tagħhom dwar il-mod ta' kif il-prekursuri tal-isplussivi jridu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni skont dan ir-Regolament u biex jissensibilizzawh f'dan ir-rigward. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) informazzjoni dwar il-mod kif wieħed jirrikonoxxi u jirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi; |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt db (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(db) informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' ħżin li jiżguraw li l-prekursur tal-isplussivi regolat jinżamm f'sigurtà kbira; |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-linji gwida pprovduti fil-paragrafu 1 huma bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru li jissoġġetta sustanzi għal restrizzjoni jew għal projbizzjoni skont il-paragrafi 1, 2 jew 3 għandu jinforma lill-operaturi ekonomiċi u lis-swieq li jaġixxu bħala intermedjarji fit-territorju ta' dak l-Istat Membru dwar tali restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-Istat Membru u, jekk xieraq, ma' partijiet terzi, tiddeċiedi li l-miżura meħuda mill-Istat Membru mhijiex ġustifikata u titlob lill-Istat Membru jirtiraha. |
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-Istat Membru u, jekk xieraq, ma' partijiet terzi, tiddeċiedi li l-miżura meħuda mill-Istat Membru mhijiex ġustifikata u titlob lill-Istat Membru jirtiraha. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-operaturi ekonomiċi u lis-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarji fit-territorju ta' dak l-Istat Membru dwar id-deċiżjoni. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Mhux qabel [sitt snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-valutazzjoni għandha ssir skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni aħjar. |
Sa... [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-valutazzjoni għandha ssir skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni aħjar. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Is-sustanzi li ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, jiġu introdotti, detenuti jew użati minn membri tal-pubbliku ġenerali waħedhom, jew f'taħlitiet jew f'sustanzi li jinkluduhom, ħlief jekk il-konċentrazzjoni tkun ugwali jew aktar baxxa mill-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 2. |
Is-sustanzi li ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, jiġu introdotti, detenuti jew użati minn membri tal-pubbliku ġenerali waħedhom, jew f'taħlitiet jew f'sustanzi li jinkluduhom, ħlief jekk il-konċentrazzjoni tkun ugwali jew aktar baxxa mill-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 2,u rigward dawn il-każijiet, it-tranżazzjonijiet suspettużi jridu jiġu rrapportati fi żmien 24 siegħa. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Is-sustanzi waħedhom jew f'taħlitiet li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu rrappurtati transazzjonijiet suspettużi |
Is-sustanzi waħedhom jew f'taħlitiet li fir-rigward tagħhom iridu jiġu rrappurtati transazzjonijiet suspettużi fi żmien 24 siegħa |
Emenda 40 Proposta għal regolament Anness III – tabella– punt 5a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5a. Indika jekk il-prekursur(i) huwiex/humiex maħsub(a) għall-introduzzjoni jew l-użu (jew it-tnejn) fi Stat Membru differenti minn dawk li joħroġ din il-liċenzja jew barra miż-Żona Ekonomika Ewropea |
|
|
( ) Iva |
|
|
( ) No |
|
|
Indirizz: |
|
|
Perjodu ta' żmien stabbilit għall-introduzzjoni jew l-użu (jew it-tnejn) tal-prekursur(i): |
Emenda 41 Proposta għal regolament Anness III – tabella– punt 5b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5b. Indika jekk il-prekursur(i) huwiex/humiex maħsub(a) biex isir(u) disponibbli għall-bejgħ fi swieq offline jew online |
|
|
( ) Iva |
|
|
( ) No |
|
|
Isem is-suq: |
|
|
Indirizz: |
- [1] ĠU C 367, 10.10.2018, p. 35.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi bħalissa huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 98/2013. Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli parzjalment armonizzati li jillimitaw it-tqegħid fis-suq ta' sustanzi kimiċi bħall-perossidu tal-idroġenu u l-aċidu nitriku (u taħlitiet li fihom dawn). Jipprevedi projbizzjoni ġenerali tal-pussess u l-użu ta' dawn il-kimiċi mill-"pubbliku ġenerali", iżda l-Istati Membri għandhom id-dritt jagħtu aċċess ikkontrollat għal użu intenzjonat leġittimu billi jistabbilixxu reġim ta' liċenzjar jew ta' reġistrar nazzjonali. L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq tali sustanzi huma obbligati jittikkettawhom u jirrapportaw it-tranżazzjonijiet suspettużi lill-punti ta' kuntatt nazzjonali. Ir-restrizzjonijiet u l-obbligi msemmija ma japplikawx għall-utenti professjonali.
Kummissjoni wettqet evalwazzjoni REFIT ex post tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 mill-Istati Membri. L-evalwazzjoni identifikat diversi nuqqasijiet, bħall-varjetà kbira tar-reġimi ta' liċenzjar/reġistrat fl-Istati Membri differenti; taħwid min-naħa tal-operaturi ekonomiċi rigward liema prodotti eżatt jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament; u problemi bil-monitoraġġ, mill-awtoritajiet nazzjonali, tal-bejgħ, l-importazzjoni u l-movimenti intra-UE li jsiru online.
Fis-17 ta' April 2018, il-Kummissjoni ssottomettiet din il-proposta ġdida (li tħassar ir-Regolament 98/2013) sabiex tindirizza n-nuqqasijiet eżistenti, abbażi ta' din il-proposta bħala parti minn "pakkett tas-sigurtà" immirat għal protezzjoni aħjar taċ-ċittadini Ewropej kontra t-terroriżmu u forom oħra ta' reati serji. Timmira għall-eliminazzjoni tan-"nuqqasijiet sinifikanti" identifikati. L-elementi ewlenin tal-proposta l-ġdida jinkludu t-tneħħija tar-reġim ta' reġistrar, kjarifiki li jiddefinixxu termini bħall-operaturi ġenerali u l-membri tal-pubbliku ġenerali (billi dan jinkludi wkoll il-persuni ġuridiċi), u l-obbligu tal-operaturi ekonomiċi li jivverifikaw il-liċenzji waqt il-bejgħ (memorandum ta' spjegazzjoni, pp. 10-17).
L-objettivi ġenerali huma li:
1. jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern bil-prevenzjoni tat-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew
l-ostakoli kummerċjali (IA, p. 21);
2. jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà permezz ta' miżuri għall-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha;
L-objettivi speċifiċi huma li:
1. jiġi ristrett aktar l-aċċess għal ċerti prekursuri tal-isplussivi u jissaħħu l-kontrolli;
2. jiġu allinjati r-restrizzjonijiet u l-kontrolli mat-theddidiet li qed jevolvu rigward il-prekursuri tal-isplussivi;
3. jiżdied l-infurzar tar-regolament mill-awtoritajiet kompetenti;
4. jittejbu t-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-konformità tul il-katina tal-provvista;
5. jiġi ffaċilitat il-kummerċ intra-UE u jitfixkel it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni;
6. tittejjeb iċ-ċarezza tar-regolament u tiġi żgurata l-uniformità tal-applikazzjoni tiegħu (IA, p. 21).
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jilqa' l-proposta għal regolament tal-Kummissjoni dwar prekursuri tal-isplussivi (COM(2018) 209 final – 2018/0103 (COD)). Il-fatt li fl-2015 u l-2016 splussivi artiġjanali ntużaw f'madwar 40 % tal-attakki terroristiċi mwettqa fl-Unjoni Ewropea juri l-ħtieġa li jiġu eliminati n-nuqqasijiet eżistenti bil-għan li jonqsu l-possibbiltajiet ta' aċċess għas-sustanzi perikolużi ħafna. Madankollu, ir-rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni fiha xi aspetti li wieħed jista' jtejjibhom aktar, b'mod partikolari rigward il-kjarifiki u l-ispeċifikazzjonijiet.
U fl-aħħar, ir-rapporteur jirrakkomanda li jiġu appoġġati l-emendi proposti u li l-proposta mmodifikata tingħadda lill-plenarja għall-adozzjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
Titolu |
It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi |
||||
|
Referenzi |
COM(2018)0209 – C8-0151/2018 – 2018/0103(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
17.4.2018 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 28.5.2018 |
|
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 28.5.2018 |
ITRE 28.5.2018 |
IMCO 28.5.2018 |
JURI 28.5.2018 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 16.5.2018 |
ITRE 28.5.2018 |
IMCO 16.5.2018 |
JURI 23.4.2018 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Andrejs Mamikins 4.6.2018 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
11.6.2018 |
18.10.2018 |
19.11.2018 |
10.12.2018 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.12.2018 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 0 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Martina Anderson, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Cornelia Ernst, Romeo Franz, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Giancarlo Scottà, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Marek Jurek, Jean Lambert, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Barbara Spinelli, Axel Voss |
||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Margrete Auken |
||||
|
Data tat-tressiq |
18.12.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
32 |
+ |
|
|
ALDE |
Nathalie Griesbeck, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz |
|
|
ECR |
Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens |
|
|
ENF |
Giancarlo Scottà, Harald Vilimsky |
|
|
GUE/NGL |
Martina Anderson, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli |
|
|
PPE |
Michał Boni, Roberta Metsola, Csaba Sógor, Axel Voss |
|
|
S&D |
Lucy Anderson, Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer |
|
|
VERTS/ALE |
Margrete Auken, Romeo Franz, Jean Lambert, Bodil Valero |
|
|
0 |
- |
|
|
|
|
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni