RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temendal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment

19.12.2018 - *

(13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner
  (Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2018/0811(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0476/2018
Testi mressqa :
A8-0476/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Kunsill biex jemenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0464/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0476/2018),

1.  Japprova l-proposta;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Fil-15 ta' Ottubru 2018, il-BEI ressaq quddiem il-Kunsill talba biex jiġu emendati l-Artikoli 4, 7, 9 u 11 tal-Istatut tiegħu.

Dan isegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 308 TFUE li jgħid li "Il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, fuq talba tal-Bank Ewropew tal-Investiment u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni [...] jista' jemenda l-Istatut tal-Bank."

L-għan tal-emendi mmirati proposti mill-BEI huwa li jadattaw l-istatut tal-Bank għas-sitwazzjoni l-ġdida maħluqa mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-proposta tirrifletti s-sitwazzjoni tal-ħruġ futur tar-Renju Unit fl-istatut tal-BEI billi jitnaqqas in-numru ta' diretturi b'wieħed, minn disgħa u għoxrin għal tmienja u għoxrin, u b'hekk ir-Renju Unit jitneħħa mil-lista ta' azzjonisti tal-BEI u jitnaqqas il-kapital tal-BEI bl-ammont tas-sehem tar-Renju Unit. Dan l-aġġustament awtomatiku huwa s-soluzzjoni immedjata għas-sitwazzjoni l-ġdida maħluqa mit-tluq tar-Renju Unit filwaqt li f'diskussjonijiet paralleli qed jiġu diskussi s-sostituzzjoni tas-sehem tar-Renju Unit u ż-żieda futura tal-kapital tal-BEI, li se jirrikjedu deċiżjoni mill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI.

L-emendi proposti għall-Istatut iżidu wkoll in-numru ta' Diretturi supplenti tal-BEI. Bħalissa, hemm dsatax-il direttur supplenti, li wħud minnhom jinħatru b'mod konġunt minn gruppi ta' Stati Membri. Il-BEI jipproponi li jiżdied in-numru ta' diretturi supplenti sabiex in-numru tagħhom ikun mill-inqas ugwali għan-numru ta' Stati Membri, bi Stati Membri kbar li jaħtru żewġ diretturi supplenti. Din il-bidla hija maħsuba biex tiżgura numru suffiċjenti ta' diretturi supplenti sabiex id-diretturi jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'mod aktar effettiv fl-assenza tagħhom.

Fl-aħħar, il-BEI jipproponi li jestendi l-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Bord tad-Diretturi u l-Bord tal-Gvernaturi għal tliet oqsma: id-deċiżjoni dwar il-Pjan Operattiv tal-BEI, il-ħatra tal-membri tal-Kumitat ta' Tmexxija u l-approvazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura.

Id-deċiżjonijiet għandhom bżonn, fil-Bord tal-Gvernaturi, maġġoranza tal-membri li jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-kapital sottoskritt u, fil-Bord tad-Diretturi, maġġoranza ta' mill-inqas terz tal-membri intitolati għall-vot li jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-kapital sottoskritt.

Fir-rigward tad-deċiżjoni dwar it-tliet oqsma kollha kemm huma tal-Pjan Operattiv tal-BEI, tal-ħatra ta' membri tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-approvazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura, maġġoranza kwalifikata se tirrikjedi 18-il vot favur u 68 % tal-kapital sottoskritt. Dan il-limitu ogħla huwa maħsub biex jagħmel tajjeb għall-piż akbar ta' Stati Membri kbar maħluq mill-ħruġ tar-Renju Unit.

Ir-rapporteur tagħkom tilqa' l-proposta magħmula mill-BEI, li se tippermetti l-aġġustament tal-governanza tal-BEI għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li se ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tiegħu.

Hija tistenna ftehim rapidu dwar l-emendi għall-istatut tal-BEI fil-Kunsill, sabiex l-aġġustamenti jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ fil-ħin għall-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (11.12.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment
(13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Eider Gardiazabal Rubial

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura)

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Fil-15 ta' Ottubru 2018, il-BEI ressaq quddiem il-Kunsill talba biex jiġu emendati l-Artikoli 4, 7, 9 u 11 tal-Istatut tiegħu.

Dan isegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 308 TFUE li jgħid li "Il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, fuq talba tal-Bank Ewropew tal-Investiment u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni [...], jista' jemenda l-Istatut tal-Bank."

L-għan tal-emendi mmirati proposti mill-BEI huwa li jadattaw l-istatut tal-Bank għas-sitwazzjoni l-ġdida maħluqa mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-proposta tirrifletti t-tluq futur tar-Renju Unit fl-istatut tal-BEI billi, fost l-oħrajn, jitnaqqas il-kapital tal-BEI bl-ammont tas-sehem tar-Renju Unit. Dan l-aġġustament awtomatiku huwa s-soluzzjoni immedjata għas-sitwazzjoni l-ġdida maħluqa mit-tluq tar-Renju Unit. Il-Kumitat tal-Baġit jinnota li qed isiru diskussjonijiet dwar żieda futura fil-kapital tal-BEI, li se teħtieġ deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI, sabiex tinżamm il-kapaċità tal-BEI li jilħaq l-objettivi ta' politika tiegħu.

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi l-approvazzjoni tal-abbozz tal-Kunsill.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tal-Istatut tal-BEI

Referenzi

13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

12.11.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.11.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eider Gardiazabal Rubial

21.11.2018

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

21.11.2018

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tal-Istatut tal-BEI

Referenzi

13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

25.10.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

12.11.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.11.2018

ECON

12.11.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

21.11.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

12.11.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

12.11.2018

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

 

 

 

Data tat-tressiq

19.12.2018

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza