Proċedura : 2018/0204(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0001/2019

Testi mressqa :

A8-0001/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.2

Testi adottati :

P8_TA(2019)0104

RAPPORT     ***I
PDF 289kWORD 98k
7.1.2019
PE 628.483v01-00 A8-0001/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti)

(COM(2018)0379 – C8-0243/2018 – 2018/0204(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Sergio Gaetano Cofferati

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti)

(COM(2018)0379 – C8-0243/2018 – 2018/0204(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0379),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0243/2018);

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0001/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, hemm il-ħtieġa li jkomplu jiġu mtejba u mħaffa aktar it-trażmissjoni u n-notifika bejn l-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

(1)  Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-iżvilupp fil-qasam tal-ġustizzja ċivili fl-Unjoni, hemm il-ħtieġa li jkomplu jiġu mtejba u mħaffa aktar it-trażmissjoni u n-notifika bejn l-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà u l-protezzjoni fit-trażmissjoni ta' tali dokumenti, billi jiġu salvagwardjati d-drittijiet tad-destinatarju u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni rapida ta' dokumenti lil Stati Membri oħra għall-finijiet ta' notifika hemmhekk, jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha xierqa tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, sakemm jiġu osservati ċerti kundizzjonijiet dwar l-integrità u l-affidabbiltà tad-dokumenti trażmessi. Għal dan il-għan, kull komunikazzjoni u skambju ta' dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħtura mill-Istati Membri jenħtieġ li jsiru permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali.

(4)  Sabiex tiġi effettivament żgurata t-trażmissjoni rapida ta' dokumenti lil Stati Membri oħra għall-finijiet ta' notifika hemmhekk, jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha xierqa tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, dment li jiġu osservati ċerti kundizzjonijiet dwar l-integrità u l-affidabbiltà tad-dokumenti trażmessi u li jiġu żgurati r-rispett għad-drittijiet proċedurali, livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni ta' tali dokumenti u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali. Għal dan il-għan, kull komunikazzjoni u skambju ta' dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħtura mill-Istati Membri jenħtieġ li jsiru permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Is-sistema tal-IT deċentralizzata li trid tiġi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema e-CODEX u ġestita mill-eu-LISA. Jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi adegwati għall-eu-LISA biex tiġi introdotta u tinżamm operattiva sistema bħal din, kif ukoll biex tipprovdi appoġġ tekniku lill-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u l-korpi ċentrali f'każ ta' problemi fit-tħaddim tas-sistema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel tmiem l-2019, proposta għal Regolament dwar komunikazzjoni transfruntiera fi proċedimenti ġudizzjarji (e-CODEX).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Meta dokument li jagħti bidu għall-proċedimenti jkun diġà ġie notifikat lill-konvenut u l-konvenut ma jkunx irrifjuta li jaċċetta tali dokument, il-liġi tal-Istat Membru tal-forum jenħtieġ li toffri lill-partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor il-possibbiltà li jaħtru rappreżentant għall-fini tan-notifika ta' dokumenti lilhom fl-Istat Membru tal-forum, dment li l-parti konċernata tkun ġiet debitament infurmata dwar il-konsegwenzi ta' dik l-għażla u aċċettat espliċitament tali għażla.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li l-aġenzija riċeventi, f'kull ċirkostanza u bl-ebda marġni ta' diskrezzjoni f'dan ir-rigward, tinforma lid-destinatarju bil-miktub permezz tal-formola standard li huwa jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument innotifikat jekk jew ma jkunx f'lingwa li jifhem jew fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika wkoll għal kull notifika sussegwenti ladarba d-destinatarju jkun eżerċita d-dritt ta' rifjut tiegħu. Id-dritt ta' rifjut jenħtieġ li japplika wkoll fir-rigward ta' notifiki minn aġenti diplomatiċi jew konsulari, notifiki postali u notifiki diretti. Għandu jkun possibbli li n-notifika tad-dokument irrifjutat tiġi rrimedjata permezz ta' traduzzjoni tan-notifika lid-destinatarju tad-dokument.

(5)  Jenħtieġ li l-aġenzija riċeventi, f'kull ċirkostanza u bl-ebda marġni ta' diskrezzjoni f'dan ir-rigward, tinforma lid-destinatarju bil-miktub u bil-quddiem permezz tal-formola standard li huwa jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument innotifikat jekk ma jkunx f'lingwa li jifhem. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika wkoll għal kull notifika sussegwenti ladarba d-destinatarju jkun eżerċita d-dritt ta' rifjut tiegħu. Id-dritt ta' rifjut jenħtieġ li japplika wkoll fir-rigward ta' notifiki minn aġenti diplomatiċi jew konsulari, notifiki postali jew b'kurrier u notifiki diretti. Jenħtieġ li jkun possibbli li n-notifika tad-dokument irrifjutat tiġi rrimedjata permezz tan-notifika ta' traduzzjoni uffiċjali tad-dokument lid-destinatarju tad-dokument.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument, il-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali li matulhom ikun hemm il-bżonn ta' notifika, jenħtieġ li tivverifika jekk dak ir-rifjut kienx ġustifikat. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dik il-qorti jew awtorità tqis l-informazzjoni kollha rilevanti fil-fajl jew għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tiddetermina l-veri ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju. Meta tkun qed tivvaluta l-ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju, il-qorti tista' tqis elementi fattwali bħal dokumenti li jkunu nkitbu mid-destinatarju fil-lingwa kkonċernata, jekk il-professjoni tad-destinatarju tinvolvix tali ħiliet lingwistiċi (pereżempju, għalliem jew interpretu), jekk id-destinatarju huwiex ċittadin tal-Istat Membru fejn ikunu qed iseħħu l-proċedimenti ġudizzjarji, jew jekk preċedentement id-destinatarju kienx għamel xi żmien jgħix f'dak l-Istat Membru. Tali valutazzjoni ma għandhiex issir, jekk id-dokument ikun tħejja jew ikun ġie tradott fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.

(6)  Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument, il-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali li matulhom ikun hemm il-bżonn ta' notifika, jenħtieġ li tivverifika jekk dak ir-rifjut kienx ġustifikat. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dik il-qorti jew awtorità tqis l-informazzjoni kollha rilevanti fil-fajl sabiex tiddetermina l-veri ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju. Meta tkun qed tivvaluta l-ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju, il-qorti tista' tqis elementi fattwali bħal dokumenti li jkunu nkitbu mid-destinatarju fil-lingwa kkonċernata, jekk il-professjoni tad-destinatarju tinvolvix tali ħiliet lingwistiċi, jekk id-destinatarju huwiex ċittadin tal-Istat Membru fejn ikunu qed iseħħu l-proċedimenti ġudizzjarji, jew jekk preċedentement id-destinatarju kienx għamel xi żmien jgħix f'dak l-Istat Membru għal perjodu estiż.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Effiċjenza u ħeffa fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera jeħtieġu mezzi diretti u mħaffa għan-notifika ta' dokumenti lil persuni fi Stati Membri oħra. Konsegwentement, jenħtieġ li jkun possibbli għal persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju jew għal qorti jew awtorità vestita bi proċediment legali li twettaq in-notifika ta' dokumenti direttament permezz ta' mezzi elettroniċi lill-kont tal-utent diġitali ta' destinatarju li jkun domiċiljat fi Stat Membru ieħor. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta' din it-tip ta' notifika elettronika diretta għandhom jiżguraw li l-kontijiet tal-utent elettroniċi jintużaw għall-fini tan-notifika ta' dokumenti biss jekk ikun hemm salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tal-interessi tad-destinatarji, jew permezz ta' standards tekniċi għoljin jew f'forma ta' kunsens espliċitu mogħti mid-destinatarju.

(7)  Effiċjenza u ħeffa fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera jeħtieġu mezzi diretti, imħaffa u siguri għan-notifika ta' dokumenti lil persuni fi Stati Membri oħra. Jenħtieġ li jkun possibbli għal persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju jew għal qorti jew awtorità vestita bi proċediment legali li twettaq in-notifika ta' dokumenti direttament permezz ta' mezzi elettroniċi lil destinatarju li jkun domiċiljat fi Stat Membru ieħor. Madankollu, din it-tip ta' notifika elettronika diretta jenħtieġ li, tkun permessa biss jekk ikun hemm salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tal-interessi tad-destinatarji, inklużi standards tekniċi għoljin u kunsens espliċitu mogħti mid-destinatarju. Meta d-dokumenti jiġu notifikati jew trażmessi elettronikament, trid tkun disponibbli l-possibbiltà li tiġi pprovduta konferma tar-riċevuta ta' tali dokumenti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-mezzi diretti li diġà jeżistu għat-trażmissjoni u għan-notifika ta' dokumenti għandhom jitjiebu sabiex jipprovdu alternattivi affidabbli u ġeneralment aċċessibbli għat-trażmissjoni tradizzjonali permezz tal-aġenziji riċeventi. Għal dan il-għan, il-fornituri tas-servizzi postali għandhom jużaw konferma tar-riċevuta speċifika meta jwettqu notifiki bil-posta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007. Bl-istess mod, jenħtieġ li jkun possibbli għal kull persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju u għall-qrati jew għall-awtoritajiet vestiti bi proċediment legali, li jwettqu n-notifika ta' dokumenti fit-territorju tal-Istati Membri kollha direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, ta' uffiċjali jew ta' persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat.

(8)  Minħabba l-ħtieġa li jittejbu d-dispożizzjonijiet tal-qafas għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Unjoni u jiġu aġġornati l-proċeduri amministrattivi legali pubbliċi sabiex tiżdied l-interoperabbiltà transfruntiera u tiġi ffaċilitata l-interazzjoni maċ-ċittadini, jenħtieġ li jitjiebu l-mezzi diretti li diġà jeżistu għat-trażmissjoni u għan-notifika ta' dokumenti sabiex jipprovdu alternattivi rapidi, affidabbli, aktar siguri u ġeneralment aċċessibbli għat-trażmissjoni tradizzjonali permezz tal-aġenziji riċeventi. Għal dan il-għan, il-fornituri tas-servizzi postali għandhom jużaw konferma tar-riċevuta speċifika meta jwettqu notifiki bil-posta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007. Bl-istess mod, jenħtieġ li jkun possibbli għal kull persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju u għall-qrati jew għall-awtoritajiet vestiti bi proċediment legali, li jwettqu n-notifika ta' dokumenti fit-territorju tal-Istati Membri kollha direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, ta' uffiċjali jew ta' persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Meta l-konvenut ma jkunx deher għall-proċedimenti u ma jkun wasal l-ebda ċertifikat ta' notifika jew konsenja, l-imħallef jenħtieġ li xorta waħda jkun jista' jagħti sentenza, soġġett għal ċerti limitazzjonijiet u dment li jkun hemm konformità mad-diversi rekwiżiti għas-salvagwardja tal-interessi tal-konvenut. F'dawk il-każijiet, huwa essenzjali li jiġi żgurat li jsiru l-isforzi kollha raġonevoli biex il-konvenut jiġi infurmat li jkunu nbdew proċedimenti tal-qorti kontrih. Għal dak il-għan, il-qorti jenħtieġ li tibgħat messaġġi ta' twissija permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni kollha disponibbli u magħrufa li x'aktarx ikunu aċċessibbli b'mod li jkun esklużiv għad-destinatarju, inkluż, pereżempju, permezz tan-numru tat-telefon ta' dik il-persuna, l-indirizz tal-posta elettronika jew il-kont privat tal-midja soċjali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ lejn id-drittijiet tad-difiża tad-destinatarji, li jirriżultaw mid-dritt għal smigħ xieraq, kif imfisser fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

(9)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ lejn id-drittijiet tad-difiża tad-destinatarji, li jirriżultaw mid-dritt għal proċess ġust, kif imfisser fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Bl-istess mod, billi jiggarantixxi aċċess ugwali għall-ġustizzja, ir-Regolament iservi biex jippromwovi n-nondiskriminazzjoni (Artikolu 18 tat-TFUE) filwaqt li jiġi applikat f'konformità mar-regoli eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat f'konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u jirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li kwalunkwe pproċessar tad-data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament isir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (KE) 2002/58. Id-data personali mogħtija skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex jiġi ffaċilitat l-adattament mingħajr dewmien tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II u IV ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(10)  Sabiex jiġu ddefiniti l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta' dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħtura mill-Istati Membri, u sabiex jiġu ddeterminati l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-servizzi ta' konsenja elettroniċi rreġistrati kkwalifikati li se jintużaw għall-għan ta' notifika ta' dokumenti permezz ta' mezzi elettroniċi, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-atti delegati jenħtieġ li jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tad-data rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni, il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali u, fir-rigward tan-notifika elettronika ta' dokumenti, aċċess ugwali għal persuni b'diżabilità. Barra minn hekk, biex jiġi ffaċilitat l-adattament mingħajr dewmien tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II u IV ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Dan ir-Regolament ifittex li jtejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċeduri ġudizzjarji billi jissemplifika u jintegra l-proċeduri għan-notifika jew il-komunikazzjoni ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fil-livell tal-Unjoni filwaqt li, fl-istess waqt, jgħin biex jitnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. Barra minn hekk, aktar ċertezza legali flimkien ma' proċeduri aktar sempliċi, simplifikati u diġitalizzati tista' tinkoraġġixxi lill-individwi u lin-negozji jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntiera u li jwassal biex tingħata spinta lill-kummerċ tal-Unjoni u b'hekk lill-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 1 − paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għan-notifika ta' dokument lir-rappreżentant awtorizzat tal-parti fl-Istat Membru fejn ikunu qed isiru l-proċedimenti irrispettivament mill-post tar-residenza ta' dik il-parti.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-mezzi disponibbli għalihom biex jirċievu d-dokumenti fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(6); ;

(c)  il-mezzi disponibbli għalihom biex jirċievu d-dokumenti fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(4);

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dokumenti, talbiet, konfermi, riċevuti, ċertifikati u kull komunikazzjoni li ssir abbażi tal-formoli standard fl-Anness I bejn l-aġenziji mittenti u riċeventi, bejn dawk l-aġenziji u l-korpi ċentrali, jew bejn il-korpi ċentrali tal-Istati Membri differenti għandhom jiġu trażmessi permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali interkonnessi permezz ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni li tippermetti l-iskambju transfruntier sigur u affidabbli ta' informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali.

1.  It-trażmissjoni ta' dokumenti, talbiet inklużi t-talbiet imfassla bl-użu tal-formoli standard fl-Anness I, konfermi, riċevuti, ċertifikati u kull komunikazzjoni oħra bejn l-aġenziji mittenti u riċeventi, bejn dawk l-aġenziji u l-korpi ċentrali, jew bejn il-korpi ċentrali tal-Istati Membri differenti għandhom jitwettqu permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali interkonnessi permezz ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni li tippermetti l-iskambju transfruntier sigur, affidabbli u f'ħin reali ta' informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali. Din is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq e-CODEX u għandha tiġi appoġġata mill-finanzjament tal-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta' servizzi fiduċjarji stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 910/2014* għandu japplika għad-dokumenti, għat-talbiet, għall-konfermi, għall-irċevuti, għaċ-ċertifikati u għal kull komunikazzjoni trażmessa permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fil-paragrafu 1.

2.  Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta' servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 910/2014* għandu japplika għad-dokumenti, għat-talbiet, għall-konfermi, għall-irċevuti, għaċ-ċertifikati u għal kull komunikazzjoni trażmessa permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta d-dokumenti, it-talbiet, il-konfermi, l-irċevuti, iċ-ċertifikati u l-komunikazzjoni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu jew jinkludu siġill jew firma bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw "siġilli elettroniċi kwalifikati" u "firem elettroniċi kwalifikati" kif definit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.  Meta d-dokumenti, it-talbiet, il-konfermi, l-irċevuti, iċ-ċertifikati u l-komunikazzjoni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu jew jinkludu siġill jew firma bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw "siġilli elettroniċi kwalifikati" u "firem elettroniċi kwalifikati" xierqa kif definit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dment li jiġi żgurat li l-persuna li tiġi notifikata dwar id-dokumenti msemmija hawn fuq tkun kisbet għarfien dwar dawn id-dokumenti fi żmien biżżejjed u b'mod legali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3 − paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk minħabba problema mhux prevista u eċċezzjonali fis-sistema tal-IT deċentralizzata ma jkunx possibbli li t-trażmissjoni ssir skont il-paragrafu 1, it-trażmissjoni għandha ssir permezz tal-aktar mezz veloċi alternattiv possibbli.

4.  Jekk minħabba ċirkostanzi mhux previsti jew problema eċċezzjonali fis-sistema tal-IT deċentralizzata ma jkunx possibbli li t-trażmissjoni ssir skont il-paragrafu 1, it-trażmissjoni għandha ssir permezz tal-aktar mezz veloċi alternattiv possibbli, filwaqt li jiġi żgurat l-istess livell għoli ta' effiċjenza, affidabbiltà, sigurtà u protezzjoni tal-privatezza u d-data personali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3a – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha involuti, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza għandhom jiġu osservati u rispettati bis-sħiħ.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3a – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata. Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistema tiggarantixxi skambju effettiv, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (KE) 2002/58.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3c – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn l-indirizz tal-persuna li trid tiġi notifikata bid-dokument ġudizzjarju jew extraġudizzjarju fi Stat Membru ieħor ma jkunx magħruf, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza permezz ta' mezz wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

1.  Meta l-indirizz tal-persuna li trid tiġi notifikata bid-dokument ġudizzjarju jew extraġudizzjarju fi Stat Membru ieħor ma jkunx magħruf, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza mingħajr dewmien indebitu u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol permezz ta' mezz wieħed jew aktar mill-mezzi li ġejjin:

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3c – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  gwida prattika dettaljata dwar il-mekkaniżmi disponibbli għad-determinazzjoni tal-indirizzi ta' persuni fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u bil-għan li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku.

(c)  gwida prattika dettaljata, li tkun aċċessibbli online, dwar il-mekkaniżmi disponibbli għad-determinazzjoni tal-indirizzi ta' persuni fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u bil-għan li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 3c – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-metodu ta' assistenza li l-Istat Membru se jipprovdi fit-territorju tiegħu skont il-paragrafu 1;

(a)  il-metodi ta' assistenza li l-Istat Membru se jipprovdi fit-territorju tiegħu skont il-paragrafu 1;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali u ammissibilità bħala evidenza fi proċeduri legali unikament minħabba li huma f'forma elettronika. Jekk dokumenti tal-karta jiġu konvertiti f'forma elettronika għall-fini ta' trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, il-kopji elettroniċi jew il-kopji stampati tagħhom għandu jkollhom l-istess effett bħad-dokumenti oriġinali.";

3.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-preċiżjoni, l-awtentiċità u l-forma legali dovuta tad-dokumenti. Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali u ammissibilità bħala evidenza fi proċedimenti legali unikament minħabba li huma f'forma elettronika. Jekk dokument fiżiku jiġi konvertit f'forma elettronika għall-fini ta' trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, il-kopja elettronika jew il-kopja stampata tiegħu għandu jkollha l-istess effett bħad-dokumenti oriġinali, dment li l-liġi nazzjonali tal-Istat membru indirizzat ma jirrikjedix li tali dokument jiġi notifikat fil-verżjoni oriġinali u fiżika. F'dak il-każ, l-aġenzija riċeventi għandha toħroġ verżjoni fiżika tad-dokument irċevut fil-forma elettronika. Meta d-dokumenti jkollhom siġill jew firma magħmula bl-idejn, id-dokument maħruġ għandu jkollu siġill jew firma magħmula bl-idejn. Id-dokument maħruġ mill-aġenzija riċeventi għandu jkollu l-istess effett bħad-dokument oriġinali.";

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mal-wasla ta' dokument, għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta awtomatika lill-aġenzija mittenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a.

1.  Mal-wasla ta' dokument, għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta awtomatika immedjatament lill-aġenzija mittenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta t-talba għan-notifika ma tkunx tista' tiġi ssodisfata abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti trażmessi, l-aġenzija riċeventi għandha tikkuntattja lill-aġenzija mittenti sabiex tikseb it-tagħrif nieqes jew id-dokumenti neqsin.

2.  Meta t-talba għan-notifika ma tkunx tista' tiġi ssodisfata abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti trażmessi, l-aġenzija riċeventi għandha tikkuntattja immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol lill-aġenzija mittenti sabiex tikseb it-tagħrif nieqes jew id-dokumenti neqsin.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk it-talba għan-notifika tkun għal kollox barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet formali mitluba jagħmel in-notifika impossibbli, it-talba u d-dokumenti trażmessi għandhom jintbagħtu lura, mal-wasla, lill-aġenzija mittenti, flimkien ma' avviż ta' restituzzjoni billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness I.

3.  Jekk it-talba għan-notifika tkun għal kollox barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet formali mitluba jagħmel in-notifika impossibbli, it-talba u d-dokumenti trażmessi għandhom jintbagħtu lura, mal-wasla, lill-aġenzija mittenti immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol, flimkien ma' avviż ta' restituzzjoni billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness I.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Aġenzija riċeventi li tirċievi dokument għal notifika iżda li ma jkollhiex ġurisdizzjoni territorjali biex tinnotifikah għandha tgħaddih, flimkien mat-talba, permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a lill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru jekk it-talba tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u għandha tgħarraf lill-aġenzija mittenti dwar dan permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness I. Meta tirċievi d-dokument u t-talba mill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru, is-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a tibgħat konferma awtomatika tar-riċevuta lill-aġenzija mittenti." ;

4.  Aġenzija riċeventi li tirċievi dokument għal notifika iżda li ma jkollhiex ġurisdizzjoni territorjali biex tinnotifikah għandha tgħaddih, flimkien mat-talba, immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a lill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru jekk it-talba tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u fl-istess ħin għandha tgħarraf lill-aġenzija mittenti dwar dan permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness I. Meta tirċievi d-dokument u t-talba mill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru, is-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a tibgħat immedjatament konferma awtomatika tar-riċevuta lill-aġenzija mittenti.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 3a. Madankollu, f'dawk il-każijiet, l-iskadenzi definiti fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, iżda l-operazzjonijiet rilevanti għandhom jitwettqu malajr kemm jista' jkun.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 7a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligu li jinħatar rappreżentant għall-fini ta' notifika fl-Istat Membru tal-forum

Ħatra ta' rappreżentant għall-fini ta' notifika fl-Istat Membru tal-forum

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 7a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-konvenut ikun ġie nnotifikat bl-att promotur, il-liġi tal-Istat Membru tal-forum tista' timponi obbligu fuq il-partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor li jaħtru rappreżentant għall-fini ta' notifika ta' dokumenti lilhom fl-Istat Membru tal-forum.

1.  Meta l-konvenut ikun diġà ġie nnotifikat bl-att promotur u l-konvenut ma jkunx irrifjuta li jaċċetta tali dokument skont l-Artikolu 8, il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għandha toffri lill-partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor l-għażla li jaħtru rappreżentant għall-fini ta' notifika ta' dokumenti lilhom fl-Istat Membru tal-forum. Jekk il-parti kkonċernata tkun ġiet debitament infurmata dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw meta tagħżel li tuża din l-opzjoni u tkun għażlitha espressament, in-notifika tad-dokumenti għandha ssir lir-rappreżentant awtorizzat tal-parti fl-Istat Membru tal-forum, skont il-liġijiet u l-prattiki tal-Istat Membru tal-proċedimenti.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 7a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn parti tonqos milli tirrispetta l-obbligu li taħtar rappreżentant skont il-paragrafu 1 u ma tkunx esprimiet il-kunsens tagħha li tuża kont tal-utent elettroniku għan-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 15a, jista' jintuża kull mezz ta' notifika permess taħt il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika ta' dokumenti matul il-proċedimenti, sakemm il-parti kkonċernata tkun ġiet debitament mgħarrfa dwar din il-konsegwenza.";

2.  Meta parti tonqos milli tirrispetta l-obbligu li taħtar rappreżentant skont il-paragrafu 1 u ma tkunx esprimiet il-kunsens tagħha li tuża indirizz elettroniku għan-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 15a, jista' jintuża kull mezz ta' notifika permess taħt il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika ta' dokumenti matul il-proċedimenti, dment li l-parti kkonċernata tkun ġiet debitament mgħarrfa dwar din il-konsegwenza sakemm issir in-notifika tal-att promotur.";

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II, li jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li se jiġi nnotifikat jekk ma jkunx miktub, jew akkumpanjat minn traduzzjoni f'waħda mil-lingwi li ġejjin:

(a)  lingwa li jifhimha d-destinatarju;

jew

(b)  il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn tkun trid issir in-notifika.

1.  L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II, li jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li se jiġi nnotifikat jekk ma jkunx miktub, jew akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali f'waħda mil-lingwi li jifhem id-destinatarju;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-destinatarju jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument fil-ħin tan-notifika jew fi żmien ġimgħatejn billi jibgħat lura l-formola standard li tinsab fl-Anness II lill-aġenzija riċeventi.

2.  Id-destinatarju jista', abbażi ta' raġunijiet motivati, jirrifjuta li jaċċetta d-dokument fil-ħin tan-notifika jew fi żmien ġimgħatejn billi jibgħat lura l-formola standard li tinsab fl-Anness II lill-aġenzija riċeventi.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-aġenzija riċeventi tiġi mgħarrfa li d-destinatarju qed jirrifjuta li jaċċetta d-dokument skond il-paragrafi 1 u 2, għandha tavża minnufih lill-aġenzija mittenti billi tuża ċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 10 u tibgħat lura t-talba.

3.  Meta l-aġenzija riċeventi tiġi mgħarrfa li d-destinatarju qed jirrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafi 1 u 2, għandha tavża minnufih lill-aġenzija mittenti billi tuża ċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 10 u tibgħat lura t-talba u d-dokument li tintalab traduzzjoni tiegħu.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafu 1 u 2, il-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali, li matulhom tkun saret in-notifika, għandha tivverifika jekk ir-rifjut kienx ġustifikat.

4.  Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafi 1 u 2, il-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali, li matulhom tkun saret in-notifika, mal-ewwel opportunità possibbli għandha tivverifika jekk ir-rifjut kienx ġustifikat.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  In-notifika tad-dokument tista' tiġi rimedjata permezz ta' notifika lid-destinatarju, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tad-dokument akkumpanjat minn traduzzjoni f'lingwa prevista fil-paragrafu 1. F'dak il-każ, id-data tan-notifika tad-dokument għandha tkun id-data li fiha d-dokument flimkien mat-traduzzjoni jkunu ġew notifikati skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Madankollu, fejn skont il-liġi ta' Stat Membru, dokument għandu jiġi nnotifikat matul perjodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun id-data tan-notifika tad-dokument oriġinali determinata skont l-Artikolu 9(2).

5.  In-notifika tad-dokument tista' tiġi rimedjata permezz ta' notifika lid-destinatarju, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tad-dokument akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali f'lingwa prevista fil-paragrafu 1. F'dak il-każ, id-data tan-notifika tad-dokument għandha tkun id-data li fiha d-dokument flimkien ma' traduzzjoni uffiċjali jkunu ġew notifikati skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Madankollu, fejn skont il-liġi ta' Stat Membru, dokument għandu jiġi nnotifikat matul perjodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun id-data tan-notifika tad-dokument oriġinali determinata skont l-Artikolu 9(2).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 8 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-aġenti diplomatiċi jew konsulari, meta n-notifika ssir skont l-Artikolu 13, jew l-awtorità jew il-persuna, meta n-notifika ssir skont l-Artikolu 14 jew 15a, għandhom jinfurmaw lid-destinatarju li jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument u li kull dokument irrifjutat irid jintbagħat lura lil dawk l-aġenti jew lil dik l-awtorità jew persuna rispettivament.";

7.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-aġenti diplomatiċi jew konsulari, meta n-notifika ssir skont l-Artikolu 13, jew l-awtorità jew il-persuna, meta n-notifika ssir skont l-Artikolu 14 jew 15a, għandhom jinfurmaw lid-destinatarju li jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument u li kull dokument irrifjutat irid jintbagħat lura immedjatament lil dawk l-aġenti jew lil dik l-awtorità jew persuna rispettivament.";

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 14 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14Notifika bis-servizzi postali

 

Artikolu 14Notifika bis-servizzi postali

jew b'kurrier

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  In-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji tista' ssir direttament permezz ta' servizzi postali lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor permezz ta' ittra rreġistrata b'konferma tar-riċevuta.

1.  In-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji tista' ssir direttament permezz ta' servizzi postali jew b'kurrier lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor permezz ta' ittra rreġistrata jew fajl b'konferma tar-riċevuta.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-fini ta' dan l-Artikolu, in-notifika bil-posta għandha ssir billi tintuża l-konferma tar-riċevuta speċifika li tinsab fl-Anness IV.

2.  Għall-fini ta' dan l-Artikolu, in-notifika bil-posta jew b'kurrier għandha ssir billi tintuża l-konferma tar-riċevuta speċifika li tinsab fl-Anness IV.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Irrispettivament mil-liġi tal-Istat Membru ta' oriġini, notifika bil-posta għandha titqies bħala validament effettwata wkoll, jekk id-dokument ikun ġie kkonsenjat fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju lil persuni adulti li jkunu qed jgħixu fl-istess dar bħad-destinatarju jew li huma impjegati hemm mid-destinatarju, u li għandhom il-kapaċità u huma lesti li jaċċettaw id-dokument.

3.  Irrispettivament mil-liġi tal-Istat Membru ta' oriġini, notifika bil-posta jew b'kurrier għandha titqies bħala validament effettwata wkoll, jekk id-dokument ikun ġie kkonsenjat fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju lil persuni adulti li jkunu qed jgħixu fl-istess dar bħad-destinatarju jew li huma impjegati hemm mid-destinatarju, u li għandhom il-kapaċità u huma lesti li jaċċettaw id-dokument.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar it-tip ta' professjonijiet jew persuni kompetenti li huma permessi jwettqu notifiki skont dan l-Artikolu fit-territorju tagħhom.;

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar it-tip ta' professjonijiet jew persuni kompetenti li huma permessi jwettqu notifiki skont dan l-Artikolu fit-territorju tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli online;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 15a – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji tista' ssir direttament lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor permezz ta' mezzi elettroniċi lill-kontijiet tal-utent li għalihom id-destinatarju jkollu aċċess, sakemm tkunissodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

In-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji tista' ssir direttament lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor permezz ta' mezzi elettroniċi lill-indirizzi elettroniċi li għalihom id-destinatarju jkollu aċċess, dment li jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 15a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-dokumenti jintbagħtu u jaslu lura bl-użu ta' servizzi elettroniċi kwalifikati u reġistrati ta' konsenja fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(a)  id-dokumenti jintbagħtu u jaslu lura bl-użu ta' servizzi elettroniċi kwalifikati u reġistrati ta' konsenja fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 15a – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  wara l-bidu ta' proċedimenti legali, id-destinatarju jkun ta kunsens espliċitu lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti għall-użu ta' dak il-kont tal-utent partikolari għall-finijiet ta' notifika ta' dokumenti matul il-proċedimenti legali.";

b)  wara l-bidu ta' proċedimenti legali, id-destinatarju jkun ta kunsens espliċitu lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti għall-użu ta' dak l-indirizz elettroniku partikolari għall-finijiet ta' notifika ta' dokumenti matul il-proċedimenti legali.";

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 15a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-servizzi ta' konsenja elettronika reġistrata kwalifikata li għandhom jintużaw għall-fini ta' notifika ta' dokumenti ġudizzjarji b'mezzi elettroniċi. Meta tkun qiegħda teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali servizzi jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tad-dokumenti rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni, aċċess ugwali għal persuni b'diżabilità u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (KE) 2002/58.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3a, l-Artikolu 15a u l-Artikolu 17 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 18 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkun ġie notifikat dak l-att lil Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.;

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3a, l-Artikolu 15a jew l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien tliet xhur minn meta jkun ġie notifikat dak l-att lil Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 18a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  jiżdiedu l-Artikoli 18a u 18b li ġejjin:

imħassar

'L-Artikolu 18a

 

L-istabbiliment tas-sistema tal-IT deċentralizzata

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata kif imsemmi fl-Artikolu 3a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18b (2).

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 18b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18b

imħassar

Proċedura ta' kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.; ’

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta att promotur kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta' notifika skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-konvenut ma jkunx deher, is-sentenza ma għandhiex tinqata' qabel ma jiġi stabbilit li n-notifika jew il-konsenja kienet saret kmieni biżżejjed biex tippermetti lill-konvenut jiddefendi ruħu u li:

1.  Meta att promotur kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta' notifika skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-konvenut ma jkunx deher, is-sentenza ma għandhiex tinqata' qabel ma jiġi stabbilit li n-notifika jew il-konsenja kienet saret kmieni biżżejjed u b'mod legali biex tippermetti lill-konvenut jiddefendi ruħu u li:

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikun għadda perjodu ta' żmien ta' mhux anqas minn sitt xhur, kif ikkunsidrat xieraq mill-imħallef fil-każ partikolari, mid-data tat-trażmissjoni tad-dokument;

imħassar

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ssodisfati, għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex il-konvenut jiġi mgħarraf b'kull mezz ta' komunikazzjoni disponibbli, fosthom mezzi moderni ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni, li l-indirizz jew il-kont tal-utent tagħhom ikun magħruf mill-qorti vestita, li jkunu nbdew proċedimenti tal-qorti kontrih.

3.  Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ssodisfati, għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex il-konvenut jiġi mgħarraf b'kull mezz ta' komunikazzjoni disponibbli, fosthom mezzi moderni u remoti ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni, li l-indirizz jew l-indirizz elettroniku tagħhom ikun magħruf mill-qorti vestita, li jkunu nbdew proċedimenti tal-qorti kontrih.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 19 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-imħallef jista', f'każ ta' emerġenza, jordna kwalunkwe miżura proviżorja jew protettiva.

4.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-imħallef jista', f'każijiet ta' emerġenza ġustifikati, jordna kwalunkwe miżura proviżorja jew protettiva.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konvenut, mingħajr ma jkollu ħtija, ma jkunx sar jaf bid-dokument fi żmien biżżejjed biex jiddefendi ruħu, jew ma jkunx jaf bis-sentenza fi żmien biżżejjed biex jappella;

(a)  il-konvenut, mingħajr ma jkollu ħtija, ma jkunx sar jaf bid-dokument fi żmien biżżejjed u/jew b'mod legali biex jiddefendi ruħu, jew ma jkunx jaf bis-sentenza fi żmien biżżejjed biex jappella;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 22 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  fl-Artikolu 22, jiddaħħal il-paragrafu li ġej qabel il-paragrafu 1:

 

-1. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jitwettaq f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (KE) 2002/58.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  L-informazzjoni, inkluża b'mod speċjali d-data personali, trasmessa taħt dan ir-Regolament għandha tintuża mill-aġenzija li tirċievi biss għall-għan li għalih tkun intbagħtet.

1. L-informazzjoni, inkluża b'mod speċjali d-data personali, trasmessa taħt dan ir-Regolament għandha tintuża mill-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u korpi ċentrali biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Data personali li mhijiex rilevanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandha titħassar immedjatament.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)  fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  L-aġenziji li jirċievu għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni, skond il-liġi nazzjonali tagħhom.

2. L-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u l-korpi ċentrali għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni, skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13d)  fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jaffettwaw il-liġijiet nazzjonali li jippermettu li s-suġġetti tad-data jkunu mgħarrfa dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trasmessa taħt dan ir-Regolament.

3. Il-paragrafi -1, 1 u 2 m'għandhomx jaffettwaw il-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali li jippermettu li s-suġġetti tad-data jkunu mgħarrfa dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trasmessa taħt dan ir-Regolament.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 22 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13e)  fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

4. Kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni li jitwettaq minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 23a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn [sentejn mid-data ta' applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament.

1.  Sa mhux aktar tard minn [sena mid-data ta' dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux qabel [ħames snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

1.  Mhux aktar tard minn [erba' snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, meta jkun xieraq, flimkien ma' proposta leġiżlattiva.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament (KE) 2007/1393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) kien parti li rnexxiet tal-programm dwar il-kooperazzjoni tal-ġustizzja ċivili tal-UE. Fl-2017, il-Kummissjoni, f'konformità mal-linji gwida dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, wettqet valutazzjoni tal-idoneità regolatorja (REFIT), biex tivvaluta t-tħaddim tal-istrument fir-rigward tal-ħames kriterji ta' valutazzjoni obbligatorji ewlenin ta' effikaċja, effiċjenza, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE. F'dan ir-rapport, tqajmu għadd ta' kwistjonijiet, primarjament fir-rigward tal-possibbiltà li jiġu mmodernizzati r-regoli minħabba avvanzi fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta tagħha biex temenda r-Regolament fil-31 ta' Mejju 2018.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tiċċara ċerti elementi tar-Regolament (KE) 2007/1393, li ttejjeb l-effiċjenza u l-ħeffa tal-proċeduri ġudizzjarji b'implikazzjonijiet transfruntiera f'materji kummerċjali u ċivili, b'mod partikolari permezz tal-iskambju elettroniku ta' dokumenti, u li tiżgura amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja f'dawk il-każijiet, inkluż billi ssaħħaħ ċerti salvagwardji għall-konvenut.

L-elementi ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni huma:

•  Kamp ta' applikazzjoni. Il-proposta tiċċara li r-Regolament japplika f'kull sitwazzjoni meta d-destinatarju ta' dokument ġudizzjarju jkun iddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.

•  Skambju diġitali ta' dokumenti. Huwa propost li kull komunikazzjoni u skambju ta' dokumenti bejn l-aġenziji mittenti, aġenziji riċeventi u korpi ċentrali ssir b'mod elettroniku, permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi nazzjonali tal-IT interkonnessi permezz ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni. Din is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tiġi stabbilita permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Għandhom jintużaw mezzi alternattivi f'każijiet ta' interruzzjoni mhux prevista u eċċezzjonali fis-sistema tal-IT deċentralizzata.

•  Indirizz mhux magħruf tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata. L-Istati Membri jkunu meħtieġa jipprovdu assistenza biex jinstabu l-inħawi fejn ikun jinsab id-destinatarju, permezz ta' mill-inqas waħda minn tliet għażliet alternattivi.

•  Obbligu li jinħatar rappreżentant fl-Istat Membru tal-forum għall-għan ta' notifika ta' dokumenti. Din il-proposta ġdida tirrikonoxxi l-liġijiet u l-prattika eżistenti f'diversi Stati Membri, skont liema l-partijiet barranin fi proċedimenti jistgħu jkunu meħtieġa jaħtru rappreżentant biex jinnotifika d-dokumenti ġudizzjarji f'isimhom fl-Istat Membru tal-forum, wara li dawk il-partijiet ikunu ġew innotifikati bid-dokument li jkun ta bidu għall-proċedimenti.

•  Id-dritt li tirrifjuta dokument. Il-proposta tiċċara l-proċedura li biha d-destinatarju jista' jirrifjuta li jaċċetta dokument jekk dan ma jkunx tħejja jew ġie tradott f'lingwa xierqa li hu jifhem. Il-limitu ta' żmien biex jiġi rrifjutat dokument huwa ġimagħtejn.

•  Metodi diretti alternattivi ta' notifika ta' dokumenti. In-notifika elettronika ta' dokumenti ġiet introdotta bħala metodu alternattiv ta' notifika skont ir-Regolament. Metodi alternattivi ta' notifika jinkludu wkoll, inter alia, in-notifika bil-posta u n-notifika diretta permezz ta' uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat. Fir-rigward tan-notifika bil-posta, formola ta' ritorn speċifika hija introdotta u l-kunċett ta' "riċevituri sostituti" huwa ċċarat. Rigward is-servizz dirett, l-aġenziji mittenti u l-qorti vestita bil-proċedimenti jitħallew jużaw dan il-metodu, li jkun applikabbli fit-territorju tal-Istati Membri kollha.

•  Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti. L-ewwel nett, il-qorti vestita bil-proċedimenti hija meħtieġa tibgħat messaġġi ta' twissija dwar il-ftuħ tal-proċedimenti jew dwar is-sentenza fil-kontumaċja lill-konvenut in absentia permezz tal-kanali disponibbli ta' komunikazzjonijiet. Il-perjodu ta' żmien għad-disponibbiltà tar-reviżjoni straordinarja ġie stabbilit b'mod armonizzat għal sentejn mill-ħruġ tas-sentenza fil-kontumaċja.

L-approċċ tar-Rapporteur u l-bidliet ewlenin proposti

Ir-rapporteur jappoġġja l-għan tal-proposta li jittejbu l-effettività u l-ħeffa tal-iskambju u n-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji transfruntiera. Il-proċeduri elettroniċi għandu jkollhom rwol importanti f'dan ir-rigward. Fl-istess ħin, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-partijiet u li kwalunkwe proċedura ġdida introdotta tiggarantixxi skambji ta' dokumenti bla xkiel u affidabbli, kif ukoll standards ta' sigurtà għoljin, aċċessibbiltà u protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali.

Il-kjarifiki għar-Regolament (KE) 2007/1393 propost mill-Kummissjoni huma ġeneralment milqugħa minħabba li se jillimitaw l-inċertezza u l-frammentazzjoni legali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Ir-rapporteur jappoġġja l-proposta biex jiġi introdott l-iskambju elettroniku ta' dokumenti bejn l-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u l-korpi ċentrali, permezz tal-istabbiliment ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi nazzjonali tal-IT interkonnessi permezz ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura u affidabbli. Din is-sistema għandha tkun ibbażata fuq e-CODEX u l-modalitajiet tiegħu ta' funzjonament għandhom jiġu ddefiniti permezz ta' atti delegati. Is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tiżgura sigurtà għolja u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (KE) 2002/58.

Ir-rapporteur jappoġġa wkoll l-introduzzjoni tan-notifika elettronika bħala metodu alternattiv ta' notifika. Madankollu, sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-konvenut, huwa neċessarju li jiġi żgurat li d-destinatarju jaċċetta espliċitament dan il-metodu ta' notifika u li l-mezzi tekniċi użati għall-iskambju ta' dokumenti huma effettivi u jiggarantixxu, inter alia, sigurtà għolja, aċċessibbiltà, privatezza u protezzjoni tad-data personali.

Ir-rapporteur iqis li l-partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jaħtru rappreżentant fl-Istat Membru fejn qed isiru l-proċedimenti għall-għan ta' notifika ta' dokumenti dwarhom. Madankollu dan ma għandux ikun obbligu għall-partijiet, minħabba l-ispejjeż addizzjonali li jimponi fuqhom u minħabba li metodi alternattivi ta' notifika affidabbli u bla xkiel huma disponibbli. Il-miżuri ta' dan ir-Regolament għandhom, fi kwalunkwe każ, ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jimponu obbligu li jinħatar rappreżentant fi Stat Membru tal-forum fuq partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor għal finijiet oħra minbarra n-notifika ta' dokumenti skont dan ir-Regolament.

Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-ġustizzja, ir-Regolament (KE) 2007/1393 jistabbilixxi limitazzjonijiet għall-pagamenti li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq l-applikanti għar-rikors għal uffiċjal ġudizzjarju jew għal persuna kompetenti għan-notifika ta' dokumenti jew għall-użu ta' metodu ta' notifika partikolari. Madankollu, l-ispejjeż ivarjaw b'mod sinifikanti minn Stat Membru għal ieħor u jistgħu jilħqu aktar minn 100 euro għal notifika diretta f'ċerti każijiet. Ir-rapporteur jemmen li l-ispejjeż ma għandhomx ikunu eċċessivi u onerużi żżejjed għall-applikanti, peress li dan jista' jillimita l-użu ta' dawn il-metodi alternattivi ta' notifika u jaffettwa b'mod negattiv l-aċċess għall-ġustizzja. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limitazzjonijiet għall-pagamenti li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq l-applikanti għal rikors għal uffiċjal ġudizzjarju jew għal persuna kompetenti għan-notifika ta' dokumenti jew għall-użu ta' metodu ta' notifika partikolari.

Meta jitqiesu l-iżviluppi riċenti fil-liġi tal-Unjoni f'dan il-qasam u, b'mod partikolari, l-approvazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679, huwa utli li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 2007/1393 dwar il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali.

Ir-rapporteur jipproponi li jiddaħħlu ċerti skadenzi speċifiċi fl-Artikolu 6 sabiex jiġi żgurat li t-trażmissjoni tad-dokumenti u l-komunikazzjonijiet bejn l-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u l-korpi ċentrali tkun bla xkiel u effettiva. Dawn l-iskadenzi jiddependu fuq it-trażmissjoni elettronika ta' dokumenti u komunikazzjonijiet, u għalhekk huwa xieraq li wieħed jipprevedi li dawn ma japplikawx meta t-trażmissjoni titwettaq permezz ta' mezzi alternattivi minħabba tfixkil mhux previst u eċċezzjonali fis-sistema tal-IT deċentralizzata.

Kjarifiki u bidliet minuri huma mdaħħla fl-Artikolu 8, rigward il-proċedura dwar id-dritt tad-destinatarju li jirrifjuta li jaċċetta dokument jekk ma jkunx imfassal jew tradott f'lingwa xierqa, u fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal sentenzi fil-kontumaċja u s-salvagwardji għall-konvenuti f'dawk il-każijiet.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti)

Referenzi

COM(2018)0379 – C8-0243/2018 – 2018/0204(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sergio Gaetano Cofferati

24.9.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Luis de Grandes Pascual, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Data tat-tressiq

8.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Kosma Złotowski

EFDD

Joëlle Bergeron

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

PPE

Daniel Buda, Luis de Grandes Pascual, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Sergio Gaetano Cofferati, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Julia Reda

0

-

 

 

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza