Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0274),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0196/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0008/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) Huwa l-objettiv strateġiku tal-Unjoni li jitnaqqas bin-nofs l-għadd ta' mwiet fit-toroq sal-2020 meta mqabbel mal-2010, u biex nersqu eqreb għal żero fatalitajiet sal-2050 ("il-Viżjoni Żero"). Madankollu, il-progress lejn il-kisba ta' dawn l-objettivi waqaf f'dawn l-aħħar snin.
(1) Huwa l-objettiv strateġiku tal-Unjoni li jitnaqqas bin-nofs l-għadd ta' mwiet fit-toroq sal-2020 meta mqabbel mal-2010, u biex nersqu eqreb għal żero fatalitajiet sal-2050 ("il-Viżjoni Żero"). Madankollu, il-progress lejn il-kisba ta' dawn l-objettivi waqaf f'dawn l-aħħar snin. Għalhekk, huma meħtieġa sforzi akbar fil-livelli kollha sabiex tintlaħaq il-mira tal-2020.
_________________
_________________
13 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-Sikurezza tat-triq 2011-2020 (COM(2010) 389 finali).
13 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-Sikurezza tat-triq 2011-2020 (COM(2010) 389 finali).
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2) Skont l-approċċ tas-Sistema Sikura, l-imwiet u l-korrimenti serji fl-aċċidenti tat-traffiku, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jistgħu jiġu evitati. Din jenħtieġ li tkun responsabbiltà kondiviża fil-livelli kollha biex jiġi żgurat li l-ħabtiet ma jwasslux għal ġrieħi gravi jew fatali. B'mod partikolari, toroq imfassla tajjeb u miżmuma b'mod xieraq fil-prinċipju jenħtieġ li jnaqqsu l-probabbiltà tal-aċċidenti tat-traffiku, filwaqt li toroq "li jaħfru" (toroq imfassla b'mod intelliġenti biex jiġi żgurat li l-iżbalji fis-sewqan mhux bilfors ikollhom konsegwenzi serji) jenħtieġ li jnaqqsu s-severità tal-aċċidenti.
(2) Skont l-approċċ tas-Sistema Sikura, l-imwiet u l-korrimenti serji fl-aċċidenti tat-traffiku, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jistgħu jiġu evitati. Din jenħtieġ li tkun responsabbiltà kondiviża fil-livelli kollha biex jiġi żgurat li l-ħabtiet ma jwasslux għal ġrieħi gravi jew fatali. B'mod partikolari, toroq imfassla tajjeb u miżmuma b'mod xieraq li jkollhom marki u sinjali ċari għandhom inaqqsu l-probabbiltà tal-aċċidenti tat-traffiku, filwaqt li toroq "li jaħfru" (toroq imfassla b'mod intelliġenti biex jiġi żgurat li l-iżbalji fis-sewqan mhux bilfors ikollhom konsegwenzi serji) għandhom inaqqsu s-severità tal-aċċidenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida għall-forniment u ż-żamma ta' "ġnub tat-toroq li jaħfru" biex tibni fuq l-esperjenza tal-Istati Membri kollha.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Il-proċeduri ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq implimentati fin-netwerk trans-Ewropew għenu biex jitnaqqsu l-fatalitajiet u l-korrimenti serji fl-Unjoni. Huwa ċar mill-evalwazzjoni tal-effetti tad-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 li l-Istati Membri li applikaw il-prinċipji tal-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ("il-prinċipji tar-RISM") fuq bażi volontarja fit-toroq nazzjonali tagħhom, lil hinn min-netwerk tat-TEN-T, laħqu prestazzjoni tas-sikurezza fit-toroq ferm aħjar mill-Istati Membri li ma jagħmlux dan.
(4) Il-proċeduri ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq implimentati fin-netwerk trans-Ewropew għenu biex jitnaqqsu l-fatalitajiet u l-korrimenti serji fl-Unjoni. Huwa ċar mill-evalwazzjoni tal-effetti tad-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 li l-Istati Membri li applikaw il-prinċipji tal-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ("il-prinċipji tar-RISM") fuq bażi volontarja fit-toroq nazzjonali tagħhom, lil hinn min-netwerk tat-TEN-T, laħqu prestazzjoni tas-sikurezza fit-toroq ferm aħjar mill-Istati Membri li ma jagħmlux dan. Huwa għalhekk ukoll mixtieq li dawn il-prinċipji ("RISM") jiġu applikati għal partijiet oħra tan-netwerk tat-toroq Ewropej.
_________________
_________________
15 Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).
15 Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5) Proporzjon kbir ta' aċċidenti tat-traffiku jseħħu fuq proporzjon żgħir ta' toroq fejn il-volumi tat-traffiku u l-veloċitajiet huma għoljin u fejn ikun hemm varjetà kbira ta' traffiku li jivvjaġġa b'veloċitajiet differenti. Għalhekk l-estensjoni limitata tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva2008/96/KE għall-awtostradi u t-toroq primarji lil hinn min-netwerk tat-TEN-T mistennija tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq madwar l-Unjoni.
(5) Proporzjon kbir ta' aċċidenti tat-traffiku jseħħu fuq proporzjon żgħir ta' toroq fejn il-volumi tat-traffiku u l-veloċitajiet huma għoljin u fejn ikun hemm varjetà kbira ta' traffiku li jivvjaġġa b'veloċitajiet differenti. Għalhekk l-estensjoni limitata tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva2008/96/KE għall-awtostradi u t-toroq primarji oħra lil hinn min-netwerk tat-TEN-T mistennija tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq madwar l-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5a) Sabiex jiġi żgurat li tali estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni jkollha l-effett maħsub, huwa loġiku li toroq primarji oħra jinkludu dawk it-toroq li jgħaqqdu bliet kbar jew reġjuni li jappartjenu għall-ogħla kategorija ta' triq taħt il-kategorija "awtostrada" fil-klassifikazzjoni tat-toroq nazzjonali;
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Il-valutazzjoni tat-toroq abbażi tar-riskju fin-netwerk kollu rriżultat li hija strument effiċjenti u effikaċi biex jiġu identifikati partijiet tan-netwerk li jenħtieġ li jiġu indirizzati, permezz ta' spezzjonijiet tas-sikurezza tat-toroq aktar bir-reqqa, u biex l-investiment jiġi pprijoritizzat skont il-potenzjal tiegħu biex iwassal titjib tas-sikurezza fin-netwerk kollu. In-netwerk kollu tat-toroq kopert minn din id-Direttiva għalhekk jenħtieġ li jiġi vvalutat b'mod sistematiku biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq madwar l-Unjoni.
(7) Il-valutazzjoni tat-toroq abbażi tar-riskju fin-netwerk kollu rriżultat li hija strument effiċjenti u effikaċi biex jiġu identifikati partijiet tan-netwerk li jenħtieġ li jiġu indirizzati, permezz ta' spezzjonijiet tas-sikurezza tat-toroq aktar bir-reqqa, u biex l-investiment jiġi pprijoritizzat skont il-potenzjal tiegħu biex iwassal titjib tas-sikurezza fin-netwerk kollu. In-netwerk kollu tat-toroq kopert minn din id-Direttiva għalhekk jenħtieġ li jiġi vvalutat b'mod sistematiku, anki permezz ta' dejta miġbura b'mezzi elettroniċi u diġitali, biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq madwar l-Unjoni.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Il-prestazzjoni tas-sikurezza ta' toroq eżistenti jenħtieġ li tittejjeb permezz ta' investiment immirat fis-sezzjonijiet tat-toroq li jkollhom l-ogħla konċentrazzjoni ta' aċċidenti kif ukoll l-ogħla potenzjal ta' tnaqqis ta' aċċidenti.
(10) Il-prestazzjoni tas-sikurezza ta' toroq eżistenti jenħtieġ li tittejjeb billi jiġu żgurati għas-sewwieqa, speċjalment għas-sewwieqa professjonali, biżżejjed żoni ta' parkeġġ u ta' mistrieħ li jipprovdu spazji ta' parkeġġ xierqa, speċjalment f'reġjuni muntanjużi u periferiċi fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp, u billi jsir investiment immirat fis-sezzjonijiet tat-toroq li jkollhom l-ogħla konċentrazzjoni ta' aċċidenti kif ukoll l-ogħla potenzjal ta' tnaqqis ta' aċċidenti.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Sezzjonijiet tan-netwerk tat-toroq li jmissu ma' mini tat-triq tan-netwerk trans-Ewropew tat-toroq koperti bid-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 jippreżentaw riskju partikolarment għoli ta' aċċidenti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu introdotti spezzjonijiet konġunti tas-sikurezza tat-toroq ta' dawn il-partijiet tat-toroq, li jinvolvu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti, kemm tat-toroq kif ukoll tal-mini, sabiex tittejjeb is-sikurezza tan-netwerk tat-toroq kollu kemm hu.
(11) Sezzjonijiet tan-netwerk tat-toroq li jmissu ma' mini tat-triq tan-netwerk trans-Ewropew tat-toroq koperti bid-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 jippreżentaw riskju partikolarment għoli ta' aċċidenti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu introdotti spezzjonijiet konġunti tas-sikurezza tat-toroq ta' dawn il-partijiet tat-toroq, li jinvolvu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti, kemm tat-toroq kif ukoll tal-mini, sabiex tittejjeb is-sikurezza tan-netwerk tat-toroq kopert b'din id-Direttiva.
_________________
_________________
16 Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29ta'April2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L167, 30.4.2004, p.39).
16 Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29ta'April2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L167, 30.4.2004, p.39).
Ġustifikazzjoni
It-titjib tan-netwerk ta' sikurezza jista' jikkonċerna biss il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u mhux in-netwerk kollu kemm hu.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) L-utenti vulnerabbli tat-toroq ammonta għal 46 % tal-fatalitajiet fit-toroq tal-Unjoni fl-2016. Il-ħarsien tal-interessi ta' dawn l-utenti kollha fil-proċeduri kollha tar-RISM għalhekk jenħtieġ li jtejjeb is-sikurezza fit-triq.
(12) L-utenti vulnerabbli tat-toroq ammonta għal 46 % tal-fatalitajiet fit-toroq tal-Unjoni fl-2016. Il-ħarsien tal-interessi ta' dawn l-utenti kollha fil-proċeduri kollha tar-RISM u l-iżvilupp ta' rekwiżiti ta' kwalità għall-infrastruttura għall-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti u għalhekk jenħtieġ li jtejjeb is-sikurezza fit-triq.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13) Id-disinn u l-manutenzjoni tat-toroq u s-sinjali tat-toroq huma elementi importanti fl-iżgurar tas-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq, speċjalment fid-dawl tal-iżvilupp ta' vetturi mgħammra b'sistemi ta' assistenza għas-sewwieq jew livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni. B'mod partikolari, jeħtieġ li jiġi żgurat li s-sinjali u l-marki tat-toroq jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti faċilment u b'mod affidabbli minn vetturi bħal dawn.
(13) Rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni għad-disinn u l-manutenzjoni tat-toroq u s-sinjali tat-toroq huma elementi importanti fl-iżgurar tas-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq, speċjalment fid-dawl tal-iżvilupp ta' vetturi mgħammra b'sistemi ta' assistenza għas-sewwieq jew livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-marki u s-sinjali tat-toroq kollha Ewropej, inklużi dawk kundizzjonali, jirrispettaw standards minimi ta' kwalità u jkunu viżibbli fiċ-ċirkostanzi kollha, filwaqt li jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti faċilment u b'mod affidabbli mill-utenti kollha tat-toroq u minn vetturi bħal dawn fit-toroq kollha fl-Ewropa.Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu armonizzati fi ħdan l-Unjoni u jsiru interoperabbli ma' tagħmir installat abbord vetturi ta' disinn ġdid. B'mod simili, Regolamenti oħra, bħad-Direttiva 2004/54/KE1a, iridu jiġu adattati għall-istandards ġodda ta' sikurezza u diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport.
1a Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39).
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13a)It-titjib tas-sikurezza huwa prijorità fis-settur ferrovjarju. Ta' importanza partikolari huwa l-appoġġ għall-investiment fis-sikurezza fl-intersezzjonijiet (jiġifieri s-sinjali, titjib fl-infrastrutturi). Skont ir-rapport ERA 2014, fl-2012 kien hemm 573 aċċident sinifikanti f'114,000 intersezzjoni fl-Unjoni li rriżultaw fi 369 mewt u 339 persuna li sofrew minn ġrieħi gravi. Konsegwentement, l-intersezzjonijiet fl-istess livell li jippreżentaw riskju għoli għas-sikurezza għandhom jiġu identifikati fil-livell tal-Unjoni bil-għan li jsir investiment fit-titjib tagħhom, li eventwalment jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'pontijiet u passaġġi taħt l-art.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13b)Sinjali u marki tat-toroq ta' kwalità għolja huma kruċjali biex jgħinu lis-sewwieqa; l-istess jgħodd għal vetturi konnessi u awtomatizzati. Rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni għall-marki u s-sinjali tat-toroq jenħtieġ li jiġu ssodisfati biex ikun aktar faċli li jiddaħħlu sistemi tal-mobilità konnessi u awtomatizzati. Ikun preferibbli approċċ armonizzat madwar l-Unjoni kollha f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar is-Sinjali tat-Toroq tal-1968.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(14) Sabiex tinkiseb it-trasparenza u tittejjeb ir-responsabbiltà, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni jenħtieġ li jiġu rappurtati.
(14) Sabiex tinkiseb it-trasparenza u tittejjeb ir-responsabbiltà, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, abbażi ta' metodoloġija komuni, jenħtieġ li jiġu rappurtati sabiex l-utenti tat-toroq jiġu infurmati dwar l-istat tal-infrastruttura u jiġu sensibilizzati b'mod ġenerali dwar dan.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(17a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tirrevedi d-Direttiva 2004/54/KE dwar ir-rekwiżiti minimi ta' sikurezza għall-mini sal-2021 u jenħtieġ li tikkunsidra l-adozzjoni ta' proposta leġiżlattiva ġdida dwar rekwiżiti minimi ta' sikurezza għall-pontijiet.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal toroq li huma parti min-netwerk trans-Ewropew, għall-awtostradi u t-toroq primarji, kemm jekk ikunu fl-istadju tad-disinn, kif ukoll jekk qed jinbnew inkella diġà huma operazzjonali.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal toroq li huma parti min-netwerk trans-Ewropew, għall-awtostradi u t-toroq primarji, inklużi s-sezzjonijiet tat-toroq mibnija fuq pontijiet u s-sezzjonijiet tat-toroq li jgħaddu minn mini kemm jekk ikunu fl-istadju tad-disinn, kif ukoll jekk qed jinbnew inkella diġà huma operazzjonali.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 1 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal toroq u proġetti ta' infrastruttura tat-toroq li mhumiex koperti mill-paragrafu 2, li jinsabu 'l barra miż-żoni urbani u li jitlestew kompletament jew parzjalment bil-finanzjament mill-Unjoni.";
3. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal toroq u proġetti ta' infrastruttura tat-toroq li mhumiex koperti mill-paragrafu 2, li jinsabu 'l barra miż-żoni urbani u li jitlestew kompletament jew parzjalment bil-finanzjament mill-Unjoni.";
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 2, punt 2b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2b. "triq primarja" tfisser triq li mhijiex awtostrada iżda li tgħaqqad bliet kbar jew reġjuni, jew it-tnejn, u li hija definita bħala triq primarja fil-EuroRegionalMap prodotta mill-Aġenziji Nazzjonali tal-Mapep u tal-Kadastri tal-Ewropa;
2b. "triq primarja" tfisser triq li tgħaqqad bliet kbar jew reġjuni, jew it-tnejn, u li tappartjeni għall-ogħla kategorija ta' toroq taħt il-kategorija "awtostrada" fil-klassifikazzjoni tat-toroq nazzjonali;
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 2, punt 2c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2c. "valutazzjoni tat-toroq fin-netwerk kollu" tfisser valutazzjoni tas-sikurezza tan-netwerk tat-toroq fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġu stabbiliti punti ta' referenza għar-riskju tal-gravità tal-aċċidenti u tal-impatti;";
2c. "valutazzjoni tat-toroq fin-netwerk kollu" tfisser valutazzjoni oġġettiva bbażata fuq fatti tas-sikurezza tan-netwerk tat-toroq fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġu stabbiliti punti ta' referenza għar-riskju tal-gravità tal-aċċidenti u tal-impatti u sezzjonijiet b'konċentrazzjoni għolja ta' aċċidenti;"
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 2 – punt 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) il-punt 5 jitħassar;
imħassar
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 2 – punt 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. "klassifikazzjoni tas-sikurezza" tfisser klassifikazzjoni ta' partijiet min-netwerk ta' toroq eżistenti f'kategoriji skont is-sikurezza intrinsika tagħhom imkejla oġġettivament;
6. "klassifikazzjoni tas-sikurezza" tfisser klassifikazzjoni ta' partijiet min-netwerk ta' toroq eżistenti, inklużi żoni ta' parkeġġ mat-toroq fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, f'kategoriji skont is-sikurezza tagħhom imkejla oġġettivament u r-rapport tagħhom dwar aċċidenti fatali;
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 2 – punt 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7. "spezzjoni tas-sikurezza" tfisser spezzjoni mmirata fuq il-post, ta' triq eżistenti jew sezzjoni ta' triq, sabiex jiġu identifikati kundizzjonijiet perikolużi, difetti u nuqqasijiet li jżidu r-riskju ta' aċċidenti u ta' korrimenti;";
7. "spezzjoni tas-sikurezza" tfisser spezzjoni mmirata fuq il-post, ta' triq eżistenti, inklużi żoni ta' parkeġġ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jew sezzjoni ta' triq, sabiex jiġu identifikati kundizzjonijiet perikolużi, inklużi kundizzjonijiet relatati mal-istaġun, difetti u nuqqasijiet li jżidu r-riskju ta' aċċidenti u ta' korrimenti;"
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 4 – paragrafu 6a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2a) Fl-Artikolu 4 jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
6a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida għall-forniment u ż-żamma ta' "ġnub tat-toroq li jaħfru" u toroq "awtoevidenti" (self-explaining) u "self-enforcing" (li jgħinu lis-sewwieq awtomatikament fis-sikurezza tat-toroq) fl-awditjar inizjali tal-fażi tad-disinn, filwaqt li tibni fuq l-esperjenza tal-Istati Membri kollha.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tat-toroq fin-netwerk kollu tat-toroq attivi kopert b'din id-Direttiva. Il-valutazzjonijiet tat-toroq fn-netwerk kollu għandhom jinkludu spezzjoni viżwali, analiżi tad-dejta dwar il-volumi tat-traffiku u tal-aċċidenti fl-imgħoddi, u valutazzjoni tar-riskju tal-ħabtiet u tas-severità tal-impatti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ewwel valutazzjoni ssir sa mhux aktar tard mill-2025. Valutazzjonijiet sussegwenti tat-toroq fin-netwerk kollu għandhom ikunu frekwenti biżżejjed biex jiġu żgurati livelli adegwati ta' sikurezza, iżda fi kwalunkwe każ għandhom isiru mill-inqas kull ħamessnin.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tat-toroq fin-netwerk kollu tat-toroq attivi kopert b'din id-Direttiva. Il-valutazzjonijiet tat-toroq fin-netwerk kollu għandhom jinkludu spezzjoni viżwali, analiżi tad-dejta dwar il-volumi tat-traffiku, l-aċċidenti fl-imgħoddi, klassifikazzjoni tas-sezzjonijiet b'konċentrazzjoni għolja ta' aċċidenti, dejta miġbura bl-applikazzjoni ta' metodoloġiji speċifiċi ta' monitoraġġ, rapporti rilevanti trażmessi minn utenti tat-toroq kif imsemmi fl-Artikolu 6f u valutazzjoni tar-riskju tal-ħabtiet u tas-severità tal-impatti, filwaqt li dawn ir-riżultati jitqiesu bħala punti ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ewwel valutazzjoni ssir sa mhux aktar tard mill-2024. Valutazzjonijiet sussegwenti tat-toroq fin-netwerk kollu għandhom ikunu frekwenti biżżejjed biex jiġu żgurati livelli adegwati ta' sikurezza u analiżi relatata mal-aċċidenti, iżda fi kwalunkwe każ għandhom isiru mill-inqas kull ħamessnin.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida biex tiddefinixxi metodoloġija sabiex jitwettqu valutazzjonijiet u spezzjonijiet sistematiċi man-netwerk kollu ta' sezzjonijiet tat-toroq b'riskju għoli;
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 5 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu1, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw is-sezzjonijiet kollha tan-netwerk tat-toroq f'mhux inqas minn tliet kategoriji skont is-sikurezza intrinsika tagħhom.
3. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu1, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw is-sezzjonijiet kollha tan-netwerk tat-toroq fi tliet kategoriji skont is-sikurezza intrinsika tagħhom.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm sinjali xierqa biex iwissu lill-utenti tat-toroq dwar segmenti tal-infrastruttura tat-toroq li fihom ikunu qed isiru tiswijiet u li jistgħu għaldaqstant jipperikolaw is-sikurezza tal-utenti. Dawn is-sinjali għandhom jinkludu wkoll sinjali li jkunu viżibbli kemm binhar kif ukoll billejl u jitpoġġew f'distanza sikura, u għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar is-Sinjali tat-Toroq tal-1968."
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti tat-toroq ikunu infurmati dwar l-eżistenza ta' sezzjoni b'konċentrazzjoni għolja ta' riskju u li s-sinjali u li jkun hemm marki u sinjali rilevanti u xierqa biex iwissu lill-utenti tat-toroq dwar segmenti tal-infrastruttura tat-toroq li fihom ikunu qed isiru tiswijiet u li jistgħu għaldaqstant jipperikolaw is-sikurezza tal-utenti. Dawn is-sinjali għandhom jinkludu wkoll sinjali li jkunu viżibbli kemm binhar kif ukoll billejl u jitpoġġew f'distanza sikura, u għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar is-Sinjali tat-Toroq tal-1968."
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sikurezza tas-sezzjonijiet tan-netwerk tat-toroq li jmissu ma' mini tat-triq koperti mid-Direttiva2004/54/KE, permezz ta' spezzjonijiet konġunti tas-sikurezza tat-toroq li jinvolvu entitajiet kompetenti involuti fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u d-Direttiva2004/54/KE. L-ispezzjonijiet konġunti tas-sikurezza tat-toroq għandhom isiru mill-inqas darba kull tlietsnin.";
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sikurezza tas-sezzjonijiet tan-netwerk tat-toroq li jmissu ma' mini tat-triq koperti mid-Direttiva2004/54/KE, permezz ta' spezzjonijiet konġunti tas-sikurezza tat-toroq li jinvolvu entitajiet kompetenti involuti fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u d-Direttiva2004/54/KE. L-ispezzjonijiet konġunti tas-sikurezza tat-toroq għandhom ikunu biżżejjed frekwenti biex jiżguraw livelli xierqa ta' sikurezza, iżda fi kwalunkwe każ isiru mill-inqas darba kull tlietsnin";
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6a – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjoni ta' rimedju tkun immirata lejn is-sezzjonijiet tat-toroq b'livelli baxxi ta' sikurezza u li joffru l-opportunità għall-implimentazzjoni ta' miżuri bi proporzjonijiet għolja ta' benefiċċji għall-kostijiet imġarrba.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjoni ta' rimedju tkun primarjament immirata lejn is-sezzjonijiet tat-toroq b'livelli baxxi ta' sikurezza u li joffru l-opportunità għall-implimentazzjoni ta' miżuri bi proporzjonijiet għolja ta' benefiċċji għall-kostijiet imġarrba.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6a – paragrafu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3a. L-Istati Membri, fi kwalunkwe każ, għandhom jiżguraw livelli adegwati ta' intervent u manutenzjoni biex jiggarantixxu s-sikurezza tal-infrastruttura fin-netwerk tat-toroq kollu u għandhom jistabbilixxu proċeduri u pjanijiet biex jintervjenu minnufih jekk ir-riżultati tal-ispezzjonijiet u tal-valutazzjoni tat-toroq fin-netwerk kollu jirrilevaw riskju serju għas-sikurezza;
L-Istati Membri ġirien għandhom jiżguraw koordinazzjoni u kooperazzjoni effettivi ta' servizzi ta' emerġenza f'każ ta' aċċidenti fuq sezzjonijiet transkonfinali ta' mini u pontijiet.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6a – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. L-Istati Membri għandhom iħejju u jaġġornaw regolarment il-pjan ta' azzjoni bi prijoritizzazzjoni bbażata fuq ir-riskji biex isegwi l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' rimedju identifikata. Fit-tħejjija tal-pjan ta' azzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lis-sezzjonijiet tat-toroq b'potenzjal kbir għat-titjib tas-sikurezza filwaqt li jitqiesu interventi bi proporzjonijiet għolja ta' benefiċċji għall-kostijiet imġarrba.
4. L-Istati Membri għandhom iħejju u jaġġornaw regolarment, iżda l-aktar tard fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, pjan ta' azzjoni bi prijoritizzazzjoni bbażat fuq ir-riskji biex isegwi l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' rimedju identifikata. Fit-tħejjija tal-pjan ta' azzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lis-sezzjonijiet tat-toroq b'potenzjal kbir għat-titjib tas-sikurezza filwaqt li jitqiesu interventi bi proporzjonijiet għolja ta' benefiċċji għall-kostijiet imġarrba.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6b – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-implimentazzjoni tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli3 sa 6 jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti vulnerabbli tat-triq.";
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-implimentazzjoni tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli3 sa 6 jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti vulnerabbli tat-triq, u fid-disinn tat-triq u fil-manutenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa rekwiżiti ta' kwalità.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6c – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-marki tat-toroq u s-sinjali tat-traffiku jkunu ddisinjati sew u miżmuma b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti faċilment u b'mod affidabbli kemm mis-sewwieqa umani kif ukoll mill-vetturi mgħammra b'sistemi ta' assistenza għas-sewwieq jew livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-marki tat-toroq u s-sinjali tat-traffiku jkunu ddisinjati sew, f'konformità ma' standards ta' kwalità għolja u viżibbli fiċ-ċirkostanzi kollha, u li jkunu ppożizzjonati u jinżammu b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti faċilment u b'mod affidabbli kemm mis-sewwieqa umani kif ukoll mill-vetturi mgħammra b'sistemi ta' assistenza għas-sewwieq jew livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6c – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa rekwiżiti għall-prestazzjoni ġenerali biex tiffaċilita r-rikonoxximent tal-marki tat-toroq u s-sinjali tat-traffiku.Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).";
2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-marki tat-toroq u s-sinjali tat-traffiku, u għat-titjib tal-konnettività tagħhom u tal-interoperabbiltà tagħhom mal-apparati tas-C-ITS installati fuq vetturi konnessi u awtomatizzati. Sal-2020, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards komuni Ewropej biex tarmonizza l-marki u s-sinjali tat-toroq, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar is-Sinjali tat-Toroq tal-1968.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru ċentrali Ewropew għas-sinjali kollha tat-toroq u s-simboli addizzjonali użati fl-UE.Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 12a."
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6e (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 6e
Informazzjoni u trasparenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta informazzjoni xierqa fil-punt tal-bidu ta' kull sezzjoni tan-netwerk tat-toroq sabiex l-utenti tat-toroq jiġu infurmati dwar il-kategorija kurrenti tas-sezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3);
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika mappa Ewropea tan-netwerk tat-toroq fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, aċċessibbli online, filwaqt li tenfasizza t-tliet kategoriji differenti kif imsemmi fl-Artikolu 5(3);
3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku d-dokumenti kollha rilevanti li jaffettwaw is-sikurezza tal-infrastruttura, tad-dispożizzjonijiet tal-konċessjoni fi ħdan il-qafas tal-akkwisti pubbliċi.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 6f (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 6(f)
Rappurtar volontarju
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema nazzjonali għall-iskop ta' rappurtar volontarju aċċessibbli online għall-utenti kollha tat-toroq, biex jiffaċilitaw il-ġbir ta' dettalji tal-okkorrenzi trażmessi mill-utenti tat-toroq u l-vetturi, u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza meqjusa minn min jagħmel ir-rapport bħala ta' periklu reali jew potenzjali għas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq;
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dettalji u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jinġabru f'bażi tad-dejta nazzjonali, jiġu pproċessati, analizzati fil-ħin u, jekk rilevanti, evalwati biex jitwettqu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 6a;
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b – punt a (ġdid)
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5b) L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ma jkunux diġà jeżistu għandhom ikunu adottati kurrikuli ta' taħriġ għal awdituri tas-sikurezza tat-toroq sad-19 ta' Diċembru 2011.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jadottaw kurrikuli ta' taħriġ għal awdituri tas-sikurezza fit-toroq.Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa rekwiżiti minimi bbażati fuq l-aħjar prattiki tal-Istati Membri. Sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti l-aktar vulnerabbli tat-toroq, l-infrastruttura tal-persuni bil-mixi u taċ-ċiklisti għandhom ikunu parti mill-kurrikuli ta' taħriġ għas-sikurezza fit-toroq;
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Sabiex tiżdied is-sikurezza tat-toroq fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, li tkopri fost l-oħrajn proġetti ta' sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq eżistenti, u teknoloġiji ppruvati ta' sikurezza fit-toroq.";
Sabiex tiżdied is-sikurezza tat-toroq fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, li tkopri fost l-oħrajn kurrikula ta' taħriġ għas-sikurezza fit-toroq, proġetti ta' sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq eżistenti, u teknoloġiji ppruvati ta' sikurezza fit-toroq, inklużi sistemi biex kemm is-sewwieqa kif ukoll vetturi mgħammra b'apparati ta' assistenza għas-sewwieq jidentifikaw is-sinjali tat-toroq.L-iffaċilitar tal-iskambju ta' esperjenzi dwar il-metodoloġiji tas-Sistema Sikura bejn il-prattikanti u l-iskambju ta' informazzjoni għall-awdituri tas-sikurezza fit-toroq għandhom jiġu mħeġġa."
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 11a – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni sal-31ta'Ottubru [OP: please insert the YEAR calculated 24months following the entry into force] u kull tlietsnin minn hemm 'il quddiem dwar il-perċentwali tan-netwerk tat-toroq vvalutat permezz tal-valutazzjoni tat-toroq fin-netwerk kollu tat-tlietsnin preċedenti, u l-klassifikazzjoni tas-sikurezza tat-toroq ivvalutati skont il-kategorija ta' utenti tat-toroq.";
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni sal-31ta'Ottubru [OP: please insert the YEAR calculated 24months following the entry into force] u kull tlietsnin minn hemm 'il quddiem, ibbażat fuq metodoloġija komuni, dwar il-perċentwali tan-netwerk tat-toroq ivvalutat permezz tal-valutazzjoni tat-toroq fin-netwerk kollu tat-tlietsnin preċedenti, l-istat tal-progress lejn il-kisba tal-miri stabbiliti fil-livell nazzjonali f'termini ta' tnaqqis ta' fatalitajiet u aċċidenti, l-aġġornament ta' linji gwida nazzjonali, inkluż b'mod partikolari titjib f'termini ta' progress teknoloġiku u protezzjoni ta' utenti vulnerabbli, u l-klassifikazzjoni tas-sikurezza tat-toroq ivvalutati skont il-kategorija ta' utenti tat-toroq;"
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 11a – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a. Abbażi ta' analiżi tar-rapporti nazzjonali, fl-ewwel stadju sa [xx/xx/xxxx - 24 xahar wara d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tar-rapport mill-Istati Membri] u sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tfassal u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-elementi kif imsemmija fil-paragrafu 1, u dwar miżuri ulterjuri possibbli, inkluża reviżjoni ta' din id-Direttiva u adattamenti possibbli għall-progress tekniku.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 12a – titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Atti delegati
Eżerċizzju tad-delega
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 12a – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 6c u fl-Artikolu 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 12a – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6c u fl-Artikolu 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 12a – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk, fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew oġġezzjoni, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6c u l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk, fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew oġġezzjoni, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2008/96/KE
Anness I – taqsima 2 – punt e
Test fis-seħħ
Emenda
(1a) Fl-Artikolu 2, il-punt (e) hu emendat kif ġej:
(e) it-traffiku (eż. volumi ta' traffiku, kategorizzazzjoni tat-traffiku skond it-tip);
(e) it-traffiku (eż. volum tat-traffiku, kategorizzazzjoni tat-traffiku skont it-tip), inklużi flussi ta' persuni bil-mixi u ta' ċiklisti determinati minn attributi tal-użu tal-art mal-ġenb;
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 2008/96/KE
Anness II – taqsima 1 – punt n – punt ii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
ii) dispożizzjonijiet għaċ-ċiklisti,
(ii) dispożizzjonijiet għaċ-ċiklisti, inkluża l-eżistenza ta' rotot alternattivi jew separazzjonijiet minn traffiku ta' vetturi bil-mutur b'veloċità għolja,
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 2008/96/KE
Anness II – paragrafu 1 – punt n – punt iiia (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(iiia) densità u pożizzjoni ta' postijiet fejn jistgħu jaqsmu t-triq il-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti,
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 2008/96/KE
Anness II – paragrafu 1 – punt n – punt iiib (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(iiib) dispożizzjonijiet għal persuni bil-mixi u ċiklisti f'toroq affettwati fiż-żona;
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 2008/96/KE
Anness II – paragrafu 1 – punt n – punt iiic (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(iiic) separazzjoni ta' persuni mexjin u ċiklisti minn traffiku ta' vetturi bil-mutur b'veloċità għolja jew l-eżistenza ta' rotot alternattivi diretti fuq toroq ta' klassi inferjuri;
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Anness IIa – taqsima 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) allinjament awtoevidenti (i.e. kemm is-sewwieqa jistgħu "jaqraw" l-allinjament);
(c) allinjament awtoevidenti (i.e. kemm l-utenti tat-triq jistgħu "jaqraw" l-allinjament);
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Anness IIa – taqsima 1 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) eżistenza ta' postijiet fejn jistgħu jaqsmu t-triq il-persuni bil-mixi.
(g) eżistenza ta' postijiet fejn jistgħu jaqsmu t-triq il-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Anness IIa – taqsima 3 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e) passaġġi tal-istess livell triq/ferrovija.
(e) passaġġi tal-istess livell triq/ferrovija (bil-kunsidrazzjoni partikolarment tat-tip ta' passaġġ u jekk huwiex ikkontrollat minn persunal, jekk huwiex mingħajr persunal, jekk huwiex manwali jew awtomatizzat).
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Anness II – taqsima 6 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) perikli mal-ġenb tat-triq u distanza mit-tarf tal-karreġġjata;
(b) perikli mal-ġenb tat-triq u distanza mit-tarf tal-karreġġjata jew tal-passaġġi għar-roti;
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Anness IIa – taqsima 6 – punt fa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(fa)manutenzjoni, speċjalment f'kundizzjonijiet xitwin, ta' żoni ta' parkeġġ;
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/96/KE
Anness IIa – taqsima 7a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7a. Pontijiet u mini:
(a) preżenza u għadd ta' pontijiet
(b) preżenza u għadd ta' mini
(c) eżistenza ta' sensuri għall-kontroll mill-bogħod tal-prestazzjoni strutturali u tal-istabbiltà tal-infrastruttura;
(d) elementi viżwali li jirrappreżentaw perikli għas-sikurezza tal-infrastruttura.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 2 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) volumi ta' biċikletti osservati;
(d) volumi ta' biċikletti osservati fuq iż-żewġ naħat, b'informazzjoni rigward dawk "mixjin mat-triq" jew dawk "jaqsmu t-triq";
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 3 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) Għadd ta' fatalitajiet u fejn ġraw skont il-grupp ta' utenti tat-triq;
(a) Għadd ta' fatalitajiet, fejn ġraw u l-kawża tagħhom, skont il-grupp ta' utenti tat-triq;
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 4 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) preżenza ta' apparati tal-ITS: twissijiet dwar punti ta' konġestjoni, sinjali b'messaġġi varjabbli;
(d) preżenza ta' apparati tal-ITS: twissijiet dwar punti ta' konġestjoni, sinjali b'messaġġi varjabbli, sensuri għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni strutturali;
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – taqsima 6a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6a. Pontijiet u mini:
(a) preżenza u għadd ta' pontijiet, inkluża l-informazzjoni rilevanti tagħhom
(b) preżenza u għadd ta' mini, inkluża l-informazzjoni rilevanti tagħhom
(c) eżistenza ta' sensuri għall-kontroll mill-bogħod tal-prestazzjoni strutturali u tal-istabbiltà tal-infrastruttura;
(d) elementi viżwali li jirrappreżentaw perikli għas-sikurezza tal-infrastruttura.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 7 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e) il-preżenza ta' intersezzjonijiet ferrovjarji mat-toroq.
(e) il-preżenza ta' intersezzjonijiet ferrovjarji mat-toroq (bil-kunsidrazzjoni partikolarment tat-tip tal-intersezzjoni u jekk hijiex ikkontrollata minn persunal, jekk hijiex mingħajr persunal, jekk hijiex manwali jew awtomatizzata).
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – taqsima 9 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) postijiet fejn jaqsmu l-persuni bil-mixi (fil-livell tat-triq jew fuq livell differenti);
(a) postijiet fejn jaqsmu l-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti (fil-livell tat-triq u separazzjoni tal-livelli);
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 9 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(aa) postijiet fejn jaqsmu ċ-ċiklisti (intersezzjonijiet fil-livell tat-triq u separazzjoni tal-livelli);
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 9 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) faċilitajiet għar-roti;
(d) faċilitajiet għar-roti u t-tip tagħhom (passaġġi għar-roti, korsiji għar-roti, oħrajn);
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 9 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) il-faċilità għall-qsim tat-triq fuq id-daħla ta' triq minuri li tingħaqad man-netwerk.
(f) faċilitajiet għall-qsim tat-triq minn persuni bil-mixi u minn ċiklisti fuq id-daħla ta' triq minuri li tingħaqad man-netwerk.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 9 – punt fa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(fa)l-eżistenza ta' rotot alternattivi għall-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti f'każ li ma jkunx hemm faċilitajiet separati.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Anness III – punt 9a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
9a.Sistemi ta' qabel/wara ħabta għall-korriment tat-traffiku u elementi ta' mitigazzjoni tal-gravità:
(a) Ċentri operattivi tan-netwerk u faċilitajiet ta' pattuljar oħra;
(b) Mekkaniżmi biex jiġi kkomunikat lill-utenti tat-toroq dwar il-kundizzjonijiet tas-sewqan għall-prevenzjoni ta' aċċidenti jew inċidenti;
(c) Sistemi ta' Detezzjoni Awtomatika tal-Inċidenti (AID): sensuri u kameras;
(d) Sistemi ta' Ġestjoni tal-Inċidenti;
(e) Sistemi għal komunikazzjoni ma' korpi ta' emerġenza.
Ir-rapporteur tappoġġa bil-qawwa l-objettiv ġenerali tal-proposta li, permezz tal-introduzzjoni ta' bidliet fid-Direttiva 2008/96/KE, għandha l-għan li jitnaqqsu l-fatalitajiet u l-korrimenti serji fin-netwerks tat-toroq tal-UE billi tittejjeb il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq. Hija taqbel li l-objettivi jistgħu jinkisbu bit-titjib tat-trasparenza u s-segwitu tal-proċeduri tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-infrastruttura, l-introduzzjoni ta' valutazzjonijiet tan-netwerk kollu, inklużi proċeduri sistematiċi u proattivi ta' mmappjar tar-riskji, l-estensjoni tal-ambitu lil hinn min-netwerk TEN-T u l-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' prestazzjoni ġenerali għall-marki tat-toroq u s-sinjali tat-toroq biex jiġi antiċipat l-użu mifrux ta' sistemi ta' mobbiltà konnessi u awtomatizzati fil-futur qrib.
Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li aktar bidliet għall-proposta attwali jistgħu jirriżultaw f'infrastruttura tat-toroq saħansitra aktar sikura u leġiżlazzjoni li tibqa' valida għall-futur. Hija qed tipproponi li jiġu inklużi partijiet minn mini tat-toroq, pontijiet u intersezzjonijiet, mhux koperti mid-Direttiva 2004/54/KE, kif ukoll żoni urbani fil-kamp ta' applikazzjoni, speċjalment kulfejn it-toroq primarji li jaqsmu dawk iż-żoni urbani huma ffinanzjati mill-baġit tal-UE. Hi tagħżel ukoll li mezzi elettroniċi u diġitali jiġu integrati fl-għodda ta' valutazzjoni, kemm għal raġunijiet ta' analiżi aħjar ta' partijiet ta' infrastruttura b'konċentrazzjoni ta' aċċidenti u għal monitoraġġ kostanti tal-prestazzjoni strutturali tal-pontijiet u l-mini. Hija tipproponi wkoll li l-utenti tat-toroq ikunu jistgħu jirrappurtaw b'mod volontarju dwar it-tħassib tagħhom dwar is-sikurezza fit-toroq lill-awtoritajiet responsabbli biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta' perikli potenzjali għas-sikurezza fit-toroq u, min-naħa l-oħra, li jkunu infurmati sewwa mill-awtoritajiet dwar l-istat tal-infrastruttura li jużaw permezz ta' sinjali u marki apposta.
Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Roberts Zīle, Kosma Złotowski
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Rosa D’Amato, Michael Gahler, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Pascal Durand, Jude Kirton-Darling, Georgi Pirinski, Sergei Stanishev, Mylène Troszczynski
Data tat-tressiq
11.1.2019
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
39
+
ECR
Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski
EFDD
Daniela Aiuto, Rosa D'Amato
ENF
Georg Mayer, Mylène Troszczynski
GUE/NGL
Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu
PPE
Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini
S&D
Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Peter Kouroumbashev, Georgi Pirinski, Gabriele Preuß, David-Maria Sassoli, Sergei Stanishev, Marita Ulvskog
VERTS/ALE
Michael Cramer, Pascal Durand, Keith Taylor
6
-
ALDE
Izaskun Bilbao Barandica, Matthijs van Miltenburg, Dominique Riquet, Pavel Telička