dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0538),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0317/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Frar 2018(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0011/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010(4) (ir-Regolament tal-BERS), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq il-bażi ta' rapport(5) mill-Kummissjoni, eżaminaw ir-Regolament tal-BERS biex jiddeterminaw jekk il-missjoni u l-organizzazzjoni tal-BERS hemmx bżonn li jiġu riveduti. Il-modalitajiet għall-ħatra tal-President tal-BERS ġew ukoll riveduti.
(2) Ir-rapport tal-2017 tal-Kummissjoni dwar il-missjoni u l-organizzazzjoni tal-BERS(6) jikkonkludi li, filwaqt li l-BERS ġeneralment jiffunzjona tajjeb, huwa meħtieġ titjib dwar ċerti punti speċifiċi. Barra minn hekk, bidliet istituzzjonali reċenti relatati mal-Unjoni Bankarja, flimkien ma' sforzi biex tinkiseb unjoni tas-swieq kapitali, kif ukoll bidla teknoloġika, effettivament bidlu l-ambjent operattiv tal-BERS sa mill-bidu tiegħu. L-istabbiliment tal-BERS jenħtieġ li jikkontribwixxi direttament sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-suq intern. Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja hija parti integrali tal-arranġamenti superviżorji ġodda fl-Unjoni billi l-aspett makroprudenzjali huwa marbut mill-qrib mal-kompiti ta' sorveljanza mikroprudenzjali attribwiti lill-ESAs. Huwa biss b'arranġamenti fis-seħħ li jirrikonoxxu sewwa l-interdipendenza tar-riskji mikro u makroprudenzjali li l-partijiet ikkonċernati kollha jista' jkollhom fiduċja suffiċjenti biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet finanzjarji transfruntiera. Il-BERS jenħtieġ li jimmonitorja u jivvaluta r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn żviluppi li jista' jkollhom impatt fil-livell settorjali jew fil-livell tas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, inklużi riskji u vulnerabbiltajiet li jirriżultaw minn bidla teknoloġika jew minn fatturi ambjentali jew soċjali. Billi jindirizza tali riskji, il-BERS jenħtieġ li jikkontribwixxi direttament lejn struttura superviżorja integrata tal-Unjoni li hija meħtieġa sabiex tippromwovi risposti f'waqthom u konsistenti dwar il-politika fost l-Istati Membri, li b'hekk tevita approċċi diverġenti u ttejjeb l-operat tas-suq intern. Sabiex iwettaq l-objettivi tiegħu, il-BERS jenħtieġ li janalizza l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi l-iżviluppi li jwasslu għat-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.
(3) Il-kompożizzjoni wiesgħa tal-membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS hija assi maġġuri. Żviluppi reċenti fl-arkitettura superviżorja finanzjarja tal-Unjoni, u b'mod partikolari t-twaqqif ta' Unjoni Bankarja, madankollu mhumiex riflessi fil-kompożizzjoni ta' dak il-Bord Ġenerali. Għal dik ir-raġuni, il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE u l-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni jenħtieġ li jsiru membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS bid-dritt tal-vot. Jenħtieġ li jsiru wkoll aġġustamenti korrispondenti għall-Kumitat ta' Tmexxija u għall-Kumitat Tekniku Konsultattiv, rispettivament.
(4) Il-President tal-BĊE ppresieda l-BERS għall-ewwel ħames snin tal-eżistenza tiegħu, u wara dan kompla jippresiedi l-BERS fuq bażi interim. Matul dak il-perjodu, il-President tal-BĊE kkonferixxa awtorità u kredibilità lill-BERS u żgura li l-BERS ikun jista' b'mod effettiv jibni u jistrieħ fuq l-għarfien espert tal-BĊE fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant huwa xieraq li l-President tal-BĊE jippresiedi l-BERS fuq bażi permanenti.
(5) Sabiex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-BERS bħala korp li huwa separat mill-membri individwali tiegħu, il-President tal-BERS jenħtieġ li jkun jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-Viċi Presidenti jew lill-Kap tas-Segretarjat tal-BERS, bl-eċċezzjoni tal-parteċipazzjoni fis-seduti ta' smigħ u d-diskussjonijiet bil-magħluq fil-Parlament Ewropew.
(6) L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010(7) jistipula li l-kap tas-Segretarjat tal-BERS għandu jinħatar mill-BĊE, f'konsultazzjoni mal-Bord Ġenerali tal-BERS. Sabiex jiżdied il-profil tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, il-Bord Ġenerali tal-BERS jenħtieġ li jivvaluta, fi proċedura miftuħa u trasparenti, jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali jenħtieġ li jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' valutazzjoni. Barra minn hekk, il-kompiti ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS jenħtieġ li jiġu ċċarati.
(7) F'konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-ewwel Viċi President tal-BERS sa issa kien elett mill-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u minn fosthom, b'attenzjoni għall-ħtieġa li jkun hemm rappreżentanza ekwilibrata tal-Istati Membri b'mod ġenerali u bejn dawk li l-munita tagħhom hija l-euro u dawk li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Dan ma għadux xieraq, għalkemm rappreżentanza bbilanċjata bħal din jenħtieġ li tibqa' kunsiderazzjoni għall-Kumitat ta' Tmexxija tal-BERS. Barra minn hekk, wara l-ħolqien tal-Unjoni Bankarja, huwa xieraq li r-referenza għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u dawk li l-munita tagħhom mhijiex l-euro tiġi sostitwita b'referenza għall-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja u dawk li ma jipparteċipawx.
(8) ▌
(9) Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u sabiex tittejjeb l-effiċjenza proċedurali, l-għadd ta' rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Kumitat Tekniku Konsultattiv tal-BERS jenħtieġ li jitnaqqas miż-żewġ rappreżentanti li hemm bħalissa għal rappreżentant wieħed.
(10) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jirrikjedi li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS jiġu trażmessi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u li, meta jkunu indirizzati lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, dawn jiġu trażmessi wkoll lill-ESAs. Biex jissaħħu l-kontroll demokratiku u t-trasparenza, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet jenħtieġ ukoll li jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-ESAs.
(11) Biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-BERS, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv huma mistennija jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati, fejn ikun xieraq, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, u biex dan isir bl-aktar mod wiesa' possibbli biex jiżgura approċċ inklużiv lejn il-partijiet ikkonċernati kollha.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 huwa emendat kif ġej:
(-1) Fl-Artikolu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(c) "riskju sistemiku" tfisser riskju ta' disturbi fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew għall-ekonomija realiu għall-funzjonament tas-suq intern▌. It-tipi kollha ta' intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu jkunu potenzjalment xi ftit jew wisq sistemikament importanti.";
(-1a) Fl-Artikolu 3(2), il-punt (d) hu sostitwit b'dan li ġej:
"(d) joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha għal azzjoni ta' rimedju b'rispons għar-riskji identifikati u, fejn ikun xieraq, jagħmlu dawk ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi;";
(1) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a) jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
"2a. Meta jiġi kkonsultat dwar il-ħatra tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010*, il-Bord Ġenerali, wara proċedura miftuħa u trasparenti, għandu jivvaluta jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet, l-indipendenza u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'dettall suffiċjenti dwar il-proċedura ta' valutazzjoni u ta' konsultazzjoni.
* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).";
"3a. Meta jagħtu istruzzjonijiet lill-kap tas-Segretarjat tal-BERS skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010, il-President tal-BERS u l-Kumitat tat-Tmexxija jistgħu, b'mod partikolari, jindirizzaw dan li ġej:
(a) il-ġestjoni ta' kuljum tas-Segretarjat tal-BERS;
(b) kull kwistjoni amministrattiva u baġitarja relatata mas-Segretarjat tal-BERS;
(c) il-koordinament u t-tħejjija tal-ħidma u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord Ġenerali;
(d) it-tħejjija tal-proposta tal-programm annwali tal-BERS u l-implimentazzjoni tiegħu;
(e) it-tħejjija tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BERS u r-rapportar lill-Bord Ġenerali dwar l-implimentazzjoni tiegħu";
(2) L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:
"1. Il-BERS għandu jkun presedut mill-President tal-BĊE.
2. L-ewwel Viċi President għandu jkun elett mill-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u minn fosthom għal terminu ta' ħames snin▌. L-ewwel Viċi President jista' jiġi rielett darba biss.
"8. Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament. Il-President jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS bl-eċċezzjoni tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1), (4) u (5), lill-Viċi Presidenti tal-BERS jew lill-Kap tas-Segretarjat.";
(3) L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i) jiddaħħlu dawn il-punti (fa) u (fb) li ġejjin:
"(fa) il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;
(fb) il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;";
(ii) ▌
(b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i) il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(a) rappreżentant wieħed ta' livell għoli għal kull Stat Membru jew tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew tal-awtoritajiet nazzjonali maħtura għall-applikazzjoni ta' miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw ir-riskju sistemiku jew makroprudenzjali, skont il-paragrafu 3;";
(c) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Fir-rigward tar-rappreżentanza tal-awtoritajiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2(a), ir-rappreżentanti ta' livell għoli rispettivi għandhom jalternaw b'rotazzjoni skont is-suġġett diskuss, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali ta' xi Stat Membru partikolari ma jkunux qablu fuq rappreżentant komuni.";
(3a) L-Artikolu 7(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
"1. Meta jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat ta' Tmexxija u meta jkunu qegħdin iwettqu xi attività oħra relatata mal-BERS, il-membri tal-BERS għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b'imparzjalità u biss fl-interess tal-Unjoni inġenerali. La għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern, istituzzjoni tal-Unjoni jew kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.";
(3b) Fl-Artikolu 8(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
"Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal kull persuna li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar theddida jew ħsara għall-interess pubbliku fil-kuntest tar-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom.
Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal diskussjonijiet orali kunfidenzjali li jsiru skont l-Artikolu 19(5).";
(4) ▌L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"4. Fejn ikun xieraq, rappreżentanti għoljin minn organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew mill-Parlament Ewropewli jwettqu attivitajiet relatati direttament mal-kompiti tal-BERS stipulati fl-Artikolu 3(2) jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord Ġenerali.";
(b)il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"5. Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-BERS tista' tkun miftuħa għal rappreżentanti ta' livell għoli tal-awtoritajiet rilevanti minn pajjiżi ▌taż-ŻEE, u tkun strettament limitata għal kwistjonijiet ta' rilevanza partikolari għal dawk il-pajjiżi. Jistgħu jsiru arranġamenti mill-BERS li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-ambitu u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta' dawk il-pajjiżi ▌fil-ħidma tal-BERS. Tali arranġamenti jistgħu jipprevedu rappreżentanza, fuq bażi ad hoc, bħala osservatur, fuq il-Bord Ġenerali u għandhom jikkonċernaw punti ta' rilevanza għal dawk il-pajjiżi biss, filwaqt li jeskludu kull każ fejn tista' tiġi diskussa s-sitwazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji individwali jew ta' Stati Membri.";
(5) L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i) il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(c) erba' membri oħra tal-Bord Ġenerali li huma wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE, b'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa ta' rappreżentanza ekwilibrata tal-Istati Membri b'mod ġenerali, u bejn dawk li huma Stati Membri li qed jipparteċipaw kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u dawk li mhumiex. Huma għandhom jiġu eletti minn fost u mill-membri tal-Bord Ġenerali li huma wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għal perjodu ta' tliet snin;";
(ii) jiddaħħlu dawn il-punti (ga), (gb) u (gba) li ġejjin:
"(ga) il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;
(gb) il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;
(gba)il-kap tas-Segretarjat tal-BERS;";
(6) L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
(-a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv u 15-il espert li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' ħiliet ▌, esperjenzi u għarfien li jirrigwardaw is-setturi kollha rilevanti tas-suq finanzjarju proposti mill-Kumitat ta' Tmexxija u approvati mill-Bord Ġenerali għal mandat rinnovabbli ta' erba' snin. Il-persuni nominati m'għandhomx ikunu membri tal-ESAs u għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom kif ukoll l-esperjenza varjata tagħhom f'oqsma akkademiċi jew setturi oħra, partikolarment fl-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jew għaqdiet tal-ħaddiema, jew bħala fornituri jew konsumaturi ta' servizzi finanzjarji.";
(-aa) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"2. Il-President u ż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandhom jinħatru mill-Bord Ġenerali wara proposta mill-President tal-BERS u huma għandu jkollhom kull wieħed kompetenza esperta u għarfien rilevanti u ta' livell għoli, pereżempju minħabba fl-esperjenza akkademika professjonalirilevantitagħhom fis-settur bankarju, is-settur tas-swieq tat-titoli jew is-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Il-Presidenza tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandha talterna bejn dawk it-tliet persuni.";
(-ab) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jipprovdi pariri u assistenza lill-BERS skont l-Artikolu 4(5), fuq it-talba tal-President tal-BERS jew tal-Bord Ġenerali.";
(a) Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"5. Fejn xieraq, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet fi stadju bikri flimkien mal-partijiet ikkonċernati bħall-parteċipanti mis-swieq, korpi tal-konsumaturi u esperti akkademiċi, b'mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-aktar mod wiesa' possibbli sabiex jiggarantixxu approċċ inklużiv fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha u tas-setturi finanzjarji rilevanti u għandhom jippermettu li l-partijiet ikkonċernati jkollhom żmien raġoneveoli sabiex iwieġbu."
(7) L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(-i) il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(a) rappreżentant ta' kull bank ċentrali nazzjonali▌;";
(fb) rappreżentant tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;";
(aa) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jagħti pariri u assistenza lill-BERS skont l-Artikolu 4(5) fuq talba mill-President tal-BERS jew mill-Bord Ġenerali";
(b) jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:
"4a. Fejn xieraq, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet flimkien mal-partijiet ikkonċernati fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-aktar mod wiesa' possibbli sabiex jiggarantixxu approċċ inklużiv fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha u tas-setturi finanzjarji rilevanti u għandhom jippermettu li l-partijiet ikkonċernati jkollhom żmien raġonevoli biex iwieġbu.";
(7a) L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu stipulati fl-Artikolu 3(2), il-BERS għandu jfittex, fejn ikun xieraq, il-fehmiet ta' partijiet ikkonċernati rilevanti mis-settur privat. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-aktar mod wiesa' possibbli sabiex jiggarantixxu approċċ inklużiv fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha u tas-setturi finanzjarji rilevanti u għandhom jippermettu li l-partijiet ikkonċernati jkollhom żmien raġonevoli biex iwieġbu.";
(7b) L-Artikolu 15(7) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
"7. Qabel kull talba għal informazzjoni ta' natura superviżorja li ma tkunx f'forma fil-qosor jew aggregata, il-BERS għandu jikkonsulta debitament mal-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti sabiex jiżgura li t-talba tkun ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti ma tikkunsidrax it-talba bħala ġustifikata u proporzjonata, hija għandha, mingħajr dewmien, tibgħat it-talba lura għand il-BERS u titlob għal ġustifikazzjoni addizzjonali. Wara li l-BERS ikun ta lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tali ġustifikazzjoni addizzjonali, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi trażmessa lill-BERS mid-destinatarji tat-talba, bil-kondizzjoni li dawn ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti.";
(8) L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:
"Twissijiet jew rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 3(2) jistgħu jkunu jew ta' natura ġenerali jew ta' natura speċifika u għandhom ikunu indirizzati b'mod partikolari lill-Unjoni, lil Stat Membru wieħed jew aktar, lil waħda jew aktar mill-ESAs, jew lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jew lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali, lill-BĊE għall-kompiti kkonferiti lill-BĊE skont l-Artikoli 4(1), 4(2) u 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jew lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni. F'każ li twissija jew rakkomandazzjoni tkun indirizzata lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorja nazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu infurmati ukoll b'dan. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu skeda ta' żmien speċifikata għar-rispons politiku. Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu indirizzati wkoll lill-Kummissjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu dettaljati u motivati b'mod suffiċjenti u għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni adegwata u komprensiva tar-raġunijiet.";
(b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Fl-istess ħin li jiġu trażmessi lid-destinatarji skont il-paragrafu 2, it-twissijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi, skont regoli stretti ta' kunfidenzjalità, lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-ESAs.";
(9) fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:
"1. Jekk rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(d) tkun indirizzata lill-Kummissjoni, lil Stat Membru wieħed jew aktar, lil waħda jew aktar mill-ESAs, jew lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS, l-azzjonijiet li jkunu ħadu b'rispons għar-rakkomandazzjoni u għandhom jissostanzjaw kull nuqqas ta' azzjoni. Fejn ikun rilevanti, il-BERS għandu, soġġett għal regoli stretti ta' kunfidenzjalità, jinforma lill-ESAs bit-tweġibiet riċevuti mingħajr dewmien.";
2. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma tkunx ġiet segwita jew li d-destinatarji ma jkunux taw ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta' azzjoni tagħhom, il-BERS għandu, soġġett għal regoli stretti ta' kunfidenzjalità, jinforma lid-destinatarji, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-ESAs rilevanti b'dan.";
(9a) L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:
"1. Mill-anqas darba fis-sena u aktar spiss f'każ ta' inkwiet finanzjarju mifrux, il-President tal-BERS għandu jiġi mistieden għal smigħ annwali fil-Parlament Ewropew mill-kumitat kompetenti, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-BERS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak is-smigħ għandu jitmexxa b'mod separat mid-djalogu monetarju bejn il-Parlament Ewropew u l-President tal-BĊE.
2. Ir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni li l-Bord Ġenerali jiddeċiedi li jagħmel pubbliku skont l-Artikolu 18. Ir-rapport annwali għandu jsir disponibbli għall-pubbliku. Dan għandu jinkludi l-għoti ta' rendikont tar-riżorsi li jkunu saru disponibbli għall-BERS skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1096/2010.";
(b) jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5a. Il-BERS għandu jwieġeb oralment jew bil-miktub għal mistoqsijiet li jsirulu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Għandu jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħames ġimgħat mid-data tat-trażmissjoni tagħhom lill-BERS.";
(10) L-Artikolu 20 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Mhux aktar tard minn ħames snin wara [ĠU, jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew."
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-[…] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1)
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-missjoni u l-organizzazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, COM(2014)508 final.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2) Ir-rapport tal-2017 tal-Kummissjoni dwar il-missjoni u l-organizzazzjoni tal-BERS5 jikkonkludi li, filwaqt li l-BERS ġeneralment jiffunzjona tajjeb, huwa meħtieġ titjib dwar ċerti punti speċifiċi.
(2) Ir-rapport tal-2017 tal-Kummissjoni dwar il-missjoni u l-organizzazzjoni tal-BERS5 jikkonkludi li, filwaqt li l-BERS ġeneralment jiffunzjona tajjeb, huwa meħtieġ titjib dwar ċerti punti speċifiċi, speċjalment peress li t-tibdil istituzzjonali reċenti relatat mal-Unjoni Bankarja, flimkien ma' sforzi biex tinkiseb unjoni tas-swieq kapitali, effettivament biddlu l-qafas operattiv tal-BERS sa minn meta nħoloq. Bħala riżultat, il-BERS jenħtieġ li jinbidel kif xieraq sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-politiki makroprudenzjali.
_________________
_________________
5 Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Effect Analysis, Amendments to ESRB Regulation, COM(2017).
5 Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Effect Analysis, Amendments to ESRB Regulation, COM(2017).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2a)Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li t-titjib propost ifittex li jikseb il-bilanċ it-tajjeb bejn l-awtonomija tal-BERS u l-ħtieġa għal tmexxija b'saħħitha u kredibbli. Ifittex ukoll li jtejjeb il-koordinazzjoni tal-politiki makroprudenzjali tal-Unjoni u jagħmilha aktar faċli biex jiġi żgurat bilanċ bejn dawk l-Istati Membri li qegħdin fl-Unjoni Bankarja u taħt is-sorveljanza tal-BĊE/MSU u dawk li għadhom barra.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) Il-kompożizzjoni wiesgħa tal-membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS hija assi maġġuri. Żviluppi reċenti fl-arkitettura superviżorja finanzjarja tal-Unjoni, u b'mod partikolari t-twaqqif ta' Unjoni Bankarja, madankollu mhumiex riflessi fil-kompożizzjoni ta' dak il-Bord Ġenerali.Għal dik ir-raġuni, il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE u l-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni jenħtieġ li jsiru membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS bid-dritt tal-vot. Jenħtieġ li jsiru wkoll aġġustamenti korrispondenti għall-Kumitat ta' Tmexxija u għall-Kumitat Tekniku Konsultattiv, rispettivament.
(3) Il-kompożizzjoni wiesgħa tal-membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS hija assi maġġuri. Żviluppi reċenti fl-arkitettura superviżorja finanzjarja tal-Unjoni, u b'mod partikolari t-twaqqif ta' Unjoni Bankarja, jenħtieġ ukoll li jiġu riflessi fil-kompożizzjoni ta' dak il-Bord Ġenerali u li jittieħed kont tagħhom.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3a)Jenħtieġ li jiġi mfittex bilanċ bejn is-sessi fil-Bord Ġenerali tal-BERS.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Il-President tal-BĊE ppresieda l-BERS għall-ewwel ħames snin tal-eżistenza tiegħu, u wara dan kompla jippresiedi l-BERS fuq bażi interim. Matul dak il-perjodu, il-President tal-BĊE kkonferixxa awtorità u kredibilità lill-BERS u żgura li l-BERS ikun jista' b'mod effettiv jibni u jistrieħ fuq l-għarfien espert tal-BĊE fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja.Għaldaqstant huwa xieraq li l-President tal-BĊE jippresiedi l-BERS fuq bażi permanenti.
(4) Il-President tal-BĊE ppresieda l-BERS għall-ewwel ħames snin tal-eżistenza tiegħu, u wara dan kompla jippresiedi l-BERS fuq bażi interim. Kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-BERS u l-iżvilupp ta' flussi ta' informazzjoni huma meħtieġa sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-BERS li jidentifika, janalizza u jimmonitorja b'mod effettiv ir-riskji sistemiċi mal-Unjoni kollha.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5) Sabiex tissaħħaħ il-viżibilità tal-BERS bħala korp li huwa separat mill-membri individwali tiegħu, il-President tal-BERS jenħtieġ li jkun jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-Kap tas-Segretarjat tal-BERS.
(5) L-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza u l-indipendenza tal-BERS għandhom ikunu kompletament żgurati u garantiti. Huwa wkoll meħtieġ li jissaħħu l-awtonomija u l-viżibbiltà tal-BERS. Tali titjib jista' jinkiseb permezz tal-istabbiliment tal-BERS bħala awtorità indipendenti, affidabbli u makroprudenzjali.Sabiex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-BERS bħala korp li huwa separat mill-membri individwali tiegħu, il-President tal-BERS jenħtieġ li jkun jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-Kap tas-Segretarjat tal-BERS jew lill-Viċi Presidenti tal-BERS.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/20106 jistipula li l-kap tas-Segretarjat tal-BERS għandu jinħatar mill-BĊE, f'konsultazzjoni mal-Bord Ġenerali tal-BERS. Sabiex jiżdied il-profil tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, il-Bord Ġenerali tal-BERS jenħtieġ li jivvaluta, fi proċedura miftuħa u trasparenti, jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali jenħtieġ li jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' valutazzjoni. Barra minn hekk, il-kompiti ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS jenħtieġ li jiġu ċċarati.
(6) L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/20106 jistipula li l-kap tas-Segretarjat tal-BERS għandu jinħatar mill-BĊE, f'konsultazzjoni mal-Bord Ġenerali tal-BERS. Sabiex jiżdied il-profil tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, il-Bord Ġenerali tal-BERS jenħtieġ li jivvaluta, fi proċedura miftuħa u trasparenti, jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali jenħtieġ li jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' valutazzjoni. Dan iżomm ir-rabta mal-BĊE u jiżgura li l-Kap tas-Segretarjat tal-BERS jibqa' jagħti rendikont lill-Bord Ġenerali. Barra minn hekk, il-kompiti ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS jenħtieġ li jiġu ċċarati, speċjalment peress li l-għoti ta' rwol aktar importanti lill-kap tas-Segretarjat tal-BERS jista' jgħin biex jiżdiedu l-impatt u l-effettività tat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-Bord Ġenerali għal informazzjoni addizzjonali.
_________________
_________________
6 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).
6 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jirrikjedi li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS jiġu trażmessi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u li, meta jkunu indirizzati lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, dawn jiġu trażmessi wkoll lill-ESAs. Biex jissaħħu l-kontroll demokratiku u t-trasparenza, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet jenħtieġ ukoll li jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-ESAs.
(10) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jirrikjedi li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS jiġu trażmessi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u li, meta jkunu indirizzati lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, dawn jiġu trażmessi wkoll lill-ESAs. Biex jissaħħu l-kontroll demokratiku u t-trasparenza, dawk it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet iridu jiġu trażmessi mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-ESAs.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-BERS, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv huma mistennija jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati, fejn ikun xieraq, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti.
(11) Biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-BERS, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv huma mistennija jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati, lill-esperti rilevanti u lis-sħab soċjali, fejn ikun xieraq, fi stadju bikri u b'mod miftuħ, pluralistiku u trasparenti. Għal raġunijiet ta' effiċjenza akbar, jenħtieġ li jittieħed kont debitu tar-riżultati ta' dawk il-konsultazzjonijiet.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
(-1)Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1. Il-BERS għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni li jirriżultaw minn żviluppi fis-sistema finanzjarja u b'kont meħud tal-iżviluppi makroekonomiċi, bil-għan li jevita perijodi ta' diffikultà finanzjarja mifruxa. Dan għandu jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u b'hekk jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku.
"1. Il-BERS għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni li jirriżultaw minn żviluppi fis-sistema finanzjarja u b'kont meħud tal-iżviluppi makroekonomiċi, bil-għan li jevita perijodi ta' diffikultà finanzjarja mifruxa. Dan għandu jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u b'hekk jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku u jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri tal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea."
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 4 – paragrafu 2a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Meta jiġi kkonsultat dwar il-ħatra tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010*, il-Bord Ġenerali, wara proċedura miftuħa u trasparenti, għandu jivvaluta jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet, l-indipendenza u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' konsultazzjoni.
2a. Meta jiġi kkonsultat dwar il-ħatra tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010*, il-Bord Ġenerali, wara proċedura miftuħa u trasparenti, għandu jivvaluta jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet, l-indipendenza u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' konsultazzjoni. Il-Bord Ġenerali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'dettall suffiċjenti dwar il-proċedura ta' valutazzjoni u ta' konsultazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Bord Ġenerali għal informazzjoni addizzjonali.
* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162)."
* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162)."
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 4 – paragrafu 3a – kliem introduttorju
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3a. Meta jagħtu istruzzjonijiet lill-kap tas-Segretarjat tal-BERS skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010, il-President tal-BERS u l-Kumitat tat-Tmexxija jistgħu, b'mod partikolari, jindirizzaw dan li ġej:
3a. Meta jagħtu istruzzjonijiet lill-kap tas-Segretarjat tal-BERS skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010, il-President tal-BERS u l-Kumitat tat-Tmexxija jistgħu, b'mod partikolari, jindirizzaw, b'mod trasparenti, dan li ġej:
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 5 – paragrafu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
"8. Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament. Il-President jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-kap tas-Segretarjat.";
"8. Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament. Il-President jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-kap tas-Segretarjat jew lill-Viċi Presidenti tal-BERS;"
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a – punt i
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punti fa u fb
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(i)jiddaħħlu dawn il-punti (fa) u (fb) li ġejjin:
imħassar
"(fa) il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;
(fb) il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;";
Ġustifikazzjoni
L-inklużjoni ta' rappreżentanti tal-MSU u l-SRB bħala membri bid-dritt tal-vot tista' taffettwa l-bilanċ bejn il-pajjiżi li ssieħbu fl-MSU u dawk li għadhom mhumiex membri.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt ia (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punti ba u bb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ia)jiddaħħlu l-punti (ba) u (bb) li ġejjin:
(ba) il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;
(bb) il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a – punt ii
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punti ga u gb
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ii)jiddaħħlu dawn il-punti (ga) u (gb) li ġejjin:
imħassar
"(ga) il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;
(gb) il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;";
Ġustifikazzjoni
Is-sitwazzjoni kurrenti, fejn ir-rappreżentanti tal-MSU u l-SRB mhumiex membri tal-Kumitat ta' Tmexxija (SC) jew tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC), hija preferibbli. Fi ħdan il-marġni ta' flessibbiltà eżistenti, ir-rappreżentanti tal-MSU u l-SRB jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi għal-laqgħat tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv, li jippermettihom jipparteċipaw mingħajr ma jħarbtu l-bilanċ bejn il-pajjiżi li ssieħbu fl-MSU u dawk li għadhom mhumiex membri.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 12 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
"5. Fejn xieraq, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet flimkien mal-partijiet ikkonċernati fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità.";
"5. Fejn xieraq, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet flimkien mal-partijiet ikkonċernati u l-esperti rilevanti fi stadju bikri u b'mod miftuħ, pluralistiku u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità."
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a – punt ii
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punti fa u fb
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ii)jiddaħħlu dawn il-punti (fa) u (fb) li ġejjin:
imħassar
"(fa) il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;
(fb) rappreżentant tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;";
Ġustifikazzjoni
Is-sitwazzjoni kurrenti, fejn ir-rappreżentanti tal-MSU u l-SRB mhumiex membri tal-Kumitat ta' Tmexxija (SC) jew tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC), hija preferibbli. Fi ħdan il-marġni ta' flessibbiltà eżistenti, ir-rappreżentanti tal-MSU u l-SRB jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi għal-laqgħat tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv, li jippermettihom jipparteċipaw mingħajr ma jħarbtu l-bilanċ bejn il-pajjiżi li ssieħbu fl-MSU u dawk li għadhom mhumiex membri.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(aa) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
1a. Rappreżentant tal-Bord Superviżorju tal-BĊE u rappreżentant tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi għal-laqgħat tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 13 – paragrafu 4a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
"4a. Fejn xieraq, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet flimkien mal-partijiet ikkonċernati fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità.";
"4a. Fejn xieraq, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet flimkien mal-partijiet ikkonċernati u l-esperti rilevanti fi stadju bikri u b'mod miftuħ, pluralistiku u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità."
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 16 – paragrafu 2 – l-ewwel sentenza
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
"Twissijiet jew rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 3(2) jistgħu jkunu jew ta’ natura ġenerali jew ta' natura speċifika u għandhom ikunu indirizzati b'mod partikolari lill-Unjoni, lil Stat Membru wieħed jew aktar, lil waħda jew aktar mill-ESAs, jew lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jew lill-BĊE għall-kompiti kkonferiti lill-BĊE skont l-Artikoli 4(1), 4(2) u 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.";
"Twissijiet jew rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 3(2) jistgħu jkunu jew ta’ natura ġenerali jew ta' natura speċifika u għandhom ikunu indirizzati b'mod partikolari lill-Unjoni, lil Stat Membru wieħed jew aktar, lil waħda jew aktar mill-ESAs, jew lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jew lill-BĊE għall-kompiti kkonferiti lill-BĊE skont l-Artikoli 4(1), 4(2) u 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Dawk it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu dettaljati u motivati b'mod suffiċjenti u għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni adegwata u komprensiva tar-raġunijiet."
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timplika adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 17 − paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
"(1) Jekk rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(d) tkun indirizzata lill-Kummissjoni, lil Stat Membru wieħed jew aktar, lil waħda jew aktar mill-ESAs, jew lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS, l-azzjonijiet li jkunu ħadu b'rispons għar-rakkomandazzjoni u għandhom jissostanzjaw kull nuqqas ta' azzjoni. Fejn ikun rilevanti, il-BERS għandu, soġġett għal regoli stretti ta' kunfidenzjalità, jinforma lill-ESAs bit-tweġibiet riċevuti mingħajr dewmien.";
"(1) Jekk rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(d) tkun indirizzata lill-Kummissjoni, lil Stat Membru wieħed jew aktar, lil waħda jew aktar mill-ESAs, jew lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw, f'dettall suffiċjenti u mingħajr dewmien, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS, l-azzjonijiet li jkunu ħadu b'rispons għar-rakkomandazzjoni u għandhom jissostanzjaw b'mod adegwat u fid-dettall kull nuqqas ta' azzjoni. Fejn ikun rilevanti, il-BERS għandu, soġġett għal regoli stretti ta' kunfidenzjalità, jinforma lill-ESAs f'dettall suffiċjenti dwar it-tweġibiet riċevuti mingħajr dewmien. L-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, kif ukoll il-prinċipju tas-sovranità statali, għandhom ikunu rispettati b'mod sħiħ.";
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 17 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2) Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma tkunx ġiet segwita jew li d-destinatarji ma jkunux taw ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta' azzjoni tagħhom, il-BERS għandu, mingħajr dewmien u soġġett għal regoli stretti ta' kunfidenzjalità, jinforma lid-destinatarji, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-ESAs rilevanti b'dan.";
(2) Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma tkunx ġiet segwita jew li d-destinatarji ma jkunux taw ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta' azzjoni tagħhom, il-BERS għandu, mingħajr dewmien u soġġett għal regoli stretti ta' kunfidenzjalità, jinforma lid-destinatarji, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-ESAs rilevanti b'dan.";
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu
Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda1
Proposta għal regolament
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5) Sabiex tissaħħaħ il-viżibilità tal-BERS bħala korp li huwa separat mill-membri individwali tiegħu, il-President tal-BERS jenħtieġ li jkun jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-Kap tas-Segretarjat tal-BERS.
(5) Sabiex tissaħħaħ il-viżibilità tal-BERS bħala korp li huwa separat mill-membri individwali tiegħu, il-President tal-BERS jenħtieġ li jkun jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-Kap tas-Segretarjat tal-BERS, bl-eċċezzjoni tal-parteċipazzjoni f'seduti ta' smigħ u diskussjonijiet bil-magħluq fil-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-parteċipazzjoni f'kumitat ta' inkjesta skont l-Artikolu 226 TFUE u d-Deċiżjoni 95/167/KE u b'konformità mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.
Emenda2
Proposta għal regolament
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/20106 jistipula li l-kap tas-Segretarjat tal-BERS għandu jinħatar mill-BĊE, f'konsultazzjoni mal-Bord Ġenerali tal-BERS. Sabiex jiżdied il-profil tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, il-Bord Ġenerali tal-BERS jenħtieġ li jivvaluta, fi proċedura miftuħa u trasparenti, jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali jenħtieġ li jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' valutazzjoni. Barra minn hekk, il-kompiti ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS jenħtieġ li jiġu ċċarati.
(6) L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/20106 jistipula li l-kap tas-Segretarjat tal-BERS għandu jinħatar mill-BĊE, f'konsultazzjoni mal-Bord Ġenerali tal-BERS. Sabiex jiżdied il-profil tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, il-Bord Ġenerali tal-BERS jenħtieġ li jivvaluta, fi proċedura miftuħa u trasparenti, jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Barra minn hekk, l-indipendenza tal-Kap tas-Segretarjat tal-BERS u l-impenn tiegħu jew tagħha li jaġixxu mingħajr ma jieħdu struzzjonijiet minn xi korpi pubbliċi jew privati jenħtieġ li jkunu garantiti. Il-Bord Ġenerali jenħtieġ li jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' valutazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-Bord Ġenerali għal informazzjoni addizzjonali. Il-proċedura tal-ħatra stabbilita f'dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għar-responsabilità aħħarija tal-BĊE li jaħtar il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS, b'konformità mal-proċedura ta' konsultazzjoni stipulata fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1096/2010, sakemm dak ir-Regolament ma jiġix rivedut. Barra minn hekk, il-kompiti ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS jenħtieġ li jiġu spjegati u ċċarati biżżejjed permezz tal-lista ta' dawk il-kompiti inkluża f'dan ir-Regolament, u jenħtieġ li tiġi evitata duplikazzjoni tal-kompiti mwettqa mill-BĊE u l-kompiti mwettqa mill-BERS.
__________________
__________________
6 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).
6 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).
Emenda3
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6a) It-tisħiħ tal-profil tal-Kap tas-Segretarjat tal-BERS jagħmilha neċessarja li, fuq medda twila ta' żmien, jitwettaq rieżami tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1096/2010 sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-proċedura attwali tal-ħatra u b'mod partikolari sabiex jiġi kkunsidrat li l-Parlament Ewropew jingħata d-dritt li japprova l-ħatra ta' kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS.
Emenda4
Proposta għal regolament
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Minħabba fl-emendi għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)7 , u b'mod partikolari l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 mill-Istati Membri taż-ŻEE, l-Artikolu 9(5) ta' dak ir-Regolament ma għadux rilevanti u jenħtieġ għalhekk li jitħassar.
(8) Fid-dawl tal-emendi għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)7, u b'mod partikolari l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 mill-Istati Membri taż-ŻEE, l-Artikolu 9(5) ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat.
__________________
__________________
7 Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2016 tat-30 ta' Settembru 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/275] (ĠU L 46, 23.2.2017, p. 1).
7 Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2016 tat-30 ta' Settembru 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/275] (ĠU L 46, 23.2.2017, p. 1).
Emenda5
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9a)B'kont meħud tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, jenħtieġ li aktar nisa jiġu impjegati u involuti fit-teħid ta' deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu s-sensittivitajiet b'rabta mal-ġeneru mill-korpi tal-BERS.
Emenda6
Proposta għal regolament
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jirrikjedi li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS jiġu trażmessi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u li, meta jkunu indirizzati lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, dawn jiġu trażmessi wkoll lill-ESAs. Biex jissaħħu l-kontroll demokratiku u t-trasparenza, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet jenħtieġ ukoll li jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-ESAs.
(10) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jirrikjedi li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS jiġu trażmessi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u li, meta jkunu indirizzati lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, dawn jiġu trażmessi wkoll lill-ESAs. Biex jissaħħu l-kontroll demokratiku u t-trasparenza, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet jenħtieġ ukoll li jiġu trażmessi mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-ESAs.
Emenda7
Proposta għal regolament
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-BERS, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv huma mistennija jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati, fejn ikun xieraq, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti.
(11) Biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-BERS, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv huma mistennija jikkonsultaw, fejn xieraq, firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw varjetà ta' fehmiet u interessi, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti. Il-BERS jenħtieġ li jqis b'mod xieraq l-eżitu ta' dawk il-konsultazzjonijiet.
Emenda8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 4 – paragrafu 2a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Meta jiġi kkonsultat dwar il-ħatra tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010*, il-Bord Ġenerali, wara proċedura miftuħa u trasparenti, għandu jivvaluta jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' konsultazzjoni.
2a. Meta jiġi kkonsultat dwar il-ħatra tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010*, il-Bord Ġenerali, wara proċedura miftuħa u trasparenti, għandu jivvaluta jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta' Kap tas-Segretarjat tal-BERS ikollhomx il-kwalitajiet, l-indipendenza u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Il-Bord Ġenerali għandu jinforma kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta' valutazzjoni u ta' konsultazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Bord Ġenerali għal informazzjoni addizzjonali.
Emenda9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ba)għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"4a. l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha titqies fit-taħriġ tal-korpi tal-BERS";
Emenda10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 5 – paragrafu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
8. Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament. Il-President jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-kap tas-Segretarjat.;
8. Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament. Il-President jista' jiddelega kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS, bl-eċċezzjoni tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1), (4) u (5), lill-Kap tas-Segretarjat.;
Ġustifikazzjoni
Dawn il-kompiti għandhom x'jaqsmu mal-parteċipazzjoni f'seduti ta' smigħ u diskussjonijiet bil-magħluq fil-Parlament Ewropew, li, sabiex li l-BERS ikun rappreżentat f'livell xieraq, għandha tkun miftuħa biss għall-President.
Emenda11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 9 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5 huwa mħassar;
(4) L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5. Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-BERS tista' tkun miftuħa għal rappreżentanti ta' livell għoli tal-awtoritajiet rilevanti minn pajjiżi terzi, u hija strettament limitata għal kwistjonijiet ta' rilevanza partikolari għal dawk il-pajjiżi. Jistgħu jsiru arranġamenti mill-BERS li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-ambitu u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta' dawk il-pajjiżi terzi fil-ħidma tal-BERS. Tali arranġamenti jistgħu jipprevedu rappreżentanza, fuq bażi ad hoc, bħala osservatur, fuq il-Bord Ġenerali u għandhom jikkonċernaw biss punti ta' rilevanza għal dawk il-pajjiżi, filwaqt li jeskludu kull każ fejn tista' tiġi diskussa s-sitwazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji individwali jew ta' Stati Membri."
Ġustifikazzjoni
Bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-BERS fiż-ŻEE, ir-referenza speċifika għal pajjiżi taż-ŻEE m'għadhiex rilevanti. Madankollu, il-possibilità għal rappreżentanti ta' livell għoli ta' pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-BERS għandha tinżamm sabiex tippermetti kooperazzjoni superviżorja lil hinn mill-Unjoni.
Emenda12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 9 – paragrafu 6a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"6a. B'deroga mill-paragrafu 6, il-President tal-BERS jista' jagħmel pubbliċi il-proċedimenti ta' laqgħa, soġġett għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità applikabbli u b'tali mod li ma jippermettix li jiġu identifikati istituzzjonijiet individwali."
Emenda13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 12 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. Fejn xieraq, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet flimkien mal-partijiet ikkonċernati fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità.;
5. Fejn xieraq, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet ma' firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw varjetà ta' fehmiet u interessi fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità.;
Emenda14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1092/2010
Artikolu 19 – paragrafu 5a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9a) Fl-Artikolu 19, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"5a. Il-BERS għandu jwieġeb oralment jew bil-miktub għal mistoqsijiet li jsirulu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Għandu jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħames ġimgħat mid-data tat-trażmissjoni tagħhom lill-BERS."
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu
Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
Mercedes Bresso, Fabio Massimo Castaldo, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Jo Leinen, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Kazimierz Michał Ujazdowski
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, Jérôme Lavrilleux, Mairead McGuinness
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Norbert Erdős, Csaba Sógor, Anna Záborská
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
19
+
ALDE
Charles Goerens
ECR
Morten Messerschmidt
EFDD
Fabio Massimo Castaldo
GUE/NGL
Helmut Scholz
NI
Kazimierz Michał Ujazdowski
PPE
Norbert Erdős, Danuta Maria Hübner, Jérôme Lavrilleux, Mairead McGuinness, György Schöpflin, Csaba Sógor, Anna Záborská
S&D
Mercedes Bresso, Richard Corbett, Enrique Guerrero Salom, Ramón Jáuregui Atondo, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira
0
-
0
0
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Stanisław Ożóg, Ralph Packet, Dariusz Rosati, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Nessa Childers, Ramón Jáuregui Atondo, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Ana Miranda, Luigi Morgano, Andreas Schwab, Lieve Wierinck
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Elena Gentile, Julie Ward
Data tat-tressiq
14.1.2019
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
39
+
ALDE
Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck
ECR
Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Ralph Packet
PPE
Markus Ferber, Stefan Gehrold, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Esther de Lange, Werner Langen, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dariusz Rosati, Anne Sander, Andreas Schwab, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere
S&D
Hugues Bayet, Pervenche Berès, Nessa Childers, Elena Gentile, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Julie Ward
VERTS/ALE
Sven Giegold, Philippe Lamberts, Ana Miranda, Molly Scott Cato