RAPPORT dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom

29.1.2019 - (2018/2080(INL) – 2019/0900(APP))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Paulo Rangel
(Inizjattiva – Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2018/2080(INL)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0050/2019
Testi mressqa :
A8-0050/2019
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman ("Statut tal-Ombudsman Ewropew") u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (2018/2080(INL)) – 2019/0900(APP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 228(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 41 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0050/2019),

1.  Jadotta l-abbozz ta' Regolament anness;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-abbozz ta' Regolament anness lill-Kunsill u lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 228(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jorganizza, ladarba l-Kummissjoni tkun tat l-opinjoni tagħha u l-Kunsill ikun ta l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz tar-Regolament anness, il-pubblikazzjoni tar-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS GĦALL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI:

Abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 228(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b'mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)  Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jiggvernaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman għandhom jiġi stabbiliti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 20(2), punt (d) u l-Artikolu 228, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(2)  B'mod partikolari, l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini Ewropej. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 43 tal-Karta jirrikonoxxi d-dritt li wieħed jirreferi lill-Ombudsman Ewropew każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. Sabiex dawn id-drittijiet ikunu effettivi u sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ombudsman biex iwettaq inkjesti bir-reqqa u imparzjali, l-Ombudsman għandi jingħata l-għodod kollha li huma meħtieġa biex iwettaq b'suċċess id-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.

(3)  Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew[1] ġiet emendata l-aħħar fl-2008. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, ġie stabbilit qafas legali ġdid għall-Unjoni. B'mod partikolari, l-Artikolu 228(4) tat-TFUE jippermetti lill-Parlament Ewropew, wara li jitlob opinjoni mill-Kummissjoni u bil-kunsens tal-Kunsill, li jadotta regolamenti li jistabbilixxu r-regolamenti u kundizzjonijiet ġenerali li jiggvernaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Għaldaqstant huwa mixtieq li d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiġi mħassra u sostitwita b'Regolament skont il-bażi ġuridika applikabbli fil-preżent.

(4)  L-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li bihom ilment jista' jitressaq quddiem l-Ombudsman għandu jikkonforma mal-prinċipju ta' aċċess sħiħ, liberu u faċli, minkejja r-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mal-konkorrenza ta' proċedimenti legali u amministrattivi ġodda jew pendenti.

(5)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fejn l-inkjesti tal-Ombudsman jiżvelaw każijiet ta' amministrazzjoni ħażina. Għandha tkun prevista l-preżentazzjoni ta' rapport komprensiv mill-Ombudsman lill-Parlament Ewropew fl-aħħar ta' kull sessjoni annwali.

(6)  Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-Ombudsman, huwa mixtieq li mingħajr preġudizzju għad-dmir primarju tal-Ombudsman, li hu li jittratta l-ilmenti, l-Ombudsman jitħalla jwettaq inkjesti fuq inizjattiva proprja bl-għan li jidentifika każijiet ripetuti ta' amministrazzjoni ħażina u jippromwovi l-aqwa prattiki amministrattivi fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni.

(7)   Sabiex tiżdied l-effikaċja tal-azzjoni tal-Ombudsman, l-Ombudsman għandu jkun intitolat li, fuq l-inizjattiva proprja tal-Ombudsman jew wara li jkun sar ilment, iwettaq inkjesti li jsegwu inkjesti preċedenti sabiex jiġi aċċertat jekk, u sa liema punt, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jkunux ikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet magħmula. L-Ombudsman għandu jkun intitolat ukoll li jinkludi, fir-rapport annwali tal-Ombudsman lill-Parlament Ewropew, valutazzjoni tar-rata ta' konformità tar-rakkomandazzjonijiet magħmula, u valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi magħmula disponibbli għall-Ombudsman għat-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.

(8)  L-Ombudsman għandu jkollu aċċess għall-elementi kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom ikunu obbligati jipprovdu lill-Ombudsman kwalunkwe informazzjoni li jitlobhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Ombudsman fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2]. L-aċċess għal informazzjoni jew dokumenti klassifikati għandu jkun soġġett għall-konformità mar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti klassifikati għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman dwar din il-klassifikazzjoni. Għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni, l-Ombudsman għandu jkun laħaq ftehim minn qabel mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' informazzjoni jew dokumenti klassifikati jew ta' informazzjoni oħra koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza mitluba ma tkunx qed tingħata, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa.

(9)  L-Ombudsman u l-persunal tal-Ombudsman huma obbligati li jittrattaw b'kunfidenzjalità kull informazzjoni li jkunu kisbu fil-qadi ta' dmirijiethom. Madankollu, l-Ombudsman għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-fatti li huwa jqis li jaf ikollhom x'jaqsmu mal-liġi kriminali u li jkun sar jaf dwarhom waqt inkjesta. L-Ombudsman għandu jkun jista' jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni dwar il-fatti li jqajmu dubju dwar l-imġiba ta' membru tal-persunal tagħhom.

(10)  Għandhom jitqiesu l-bidliet riċenti li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra reati kriminali, b'mod partikolari l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1939[3], sabiex l-Ombudsman ikun jista' jinnotifikah bi kwalunkwe informazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Bl-istess mod, sabiex tiġi rispettata għalkollox il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża stabbiliti fl-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa mixtieq li, fejn l-Ombudsman jinnotifika lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew b'informazzjoni li taqa' fil-kompetenza ta' dan tal-aħħar, l-Ombudsman jirrapporta dik in-notifika lill-persuna konċernata u lill-ilmentatur.

(11)   Għandha tkun prevista l-possibilità ta' kooperazzjoni bejn l-Ombudsman u l-awtoritajiet tal-istess tip fl-Istati Membri, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli. Huwa mixtieq ukoll li jittieħdu passi sabiex jippermettu lill-Ombudsman jikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, peress li kooperazzjoni ta' dan it-tip tista' żżid l-effikaċja tat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman.

(12) Huwa l-Parlament Ewropew li għandu s-setgħa li jaħtar lill-Ombudsman fil-bidu tal-leġiżlatura parlamentari u għat-tul ta' żmien tagħha, u jagħżel lill-Ombudsman minn fost il-persuni li huma ċittadini tal-Unjoni u li joffru kull garanzija rekwiżita ta' indipendenza u kompetenza. Għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-waqfien tad-dmirijiet tal-Ombudsman, kif ukoll għas-sostituzzjoni tiegħu.

(13)  Id-dmirijiet tal-Ombudsman għandhom jitwettqu b'indipendenza sħiħa. L-Ombudsman għandu jintrabat solennement quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta jieħu l-kariga. L-inkompatibbiltajiet, ir-remunerazzjoni, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Ombudsman għandhom jiġu stabbiliti.

(14)  Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar is-sede tal-Ombudsman, li għandha tkun is-sede tal-Parlament Ewropew; Għandhom jiġu adottati wkoll dispożizzjonijiet mhux biss dwar l-uffiċjali u aġenti oħra tas-segretarjat li se jassisti lill-Ombudsman, iżda wkoll dwar il-baġit ta' dan is-segretarjat.

(15)  Għandu jkun l-Ombudsman li jadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza tad-dritt u l-ogħla standards fil-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman, il-kontenut minimu tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati għandu jiġi stabbilit f'dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew).

2.   L-Ombudsman għandu jaġixxi b'mod indipendenti mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, skont is-setgħat konferiti lill-Ombudsman mit-Trattati, u b'qies xieraq tal-Artikolu 20(2), punt (d) u l-Artikolu 228 tat-TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba.

3.   Fit-twettiq ta' dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament, l-Ombudsman ma jistax jintervjeni f'kawżi quddiem il-qrati u lanqas ma jista' jikkontesta s-solidità ta' deċiżjoni ta' qorti jew il-kompetenza ta' qorti li tieħu deċiżjoni.

Artikolu 2

1.  L-Ombudsman għandu jgħin fl-iskoperta ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja tagħha, u fejn ikun xieraq, għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet bil-għan li l-amministrazzjoni ħażina tintemm. L-ebda azzjoni minn xi awtorità jew persuna oħra ma tista' tkun is-suġġett ta' lment lill-Ombudsman.

2.  Kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jirrisjedu jew għandhom uffiċċju reġistrat fi Stat Membru tal-Unjoni jistgħu, direttament jew permezz ta' Membru tal-Parlament Ewropew, jirreferu lment lill-Ombudsman rigward każ ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rwol ġudizzjarju tagħha. Malli jirċievi lment, l-Ombudsman għandu jgħarraf lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati.

3.  L-ilment għandu jagħmel referenza ċara għas-suġġett tiegħu u għall-identità tal-ilmentatur. L-ilmentatur jista' jitlob li l-ilment, jew partijiet minnu, jibqgħu kunfidenzjali.

4.  Ilment għandu jsir fi żmien tliet snin mid-data meta l-ilmentatur ikun sar jaf bil-fatti li fuqhom hu bbażat l-ilment, u għandu jkun preċedut bil-passi amministrattivi xierqa fir-rigward tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji konċernati.

5.  L-Ombudsman għandu jiddetermina jekk ilment ikunx fi ħdan il-mandat tiegħu u, jekk iva, jekk huwiex ammissibbli. Meta lment ikun barra mill-mandat jew inammissibbli, l-Ombudsman, qabel ma jagħlaq il-fajl, jista' jagħti parir lill-ilmentatur biex jindirizzah lil awtorità oħra.

6.  L-ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman m’għandhomx jolqtu l-limiti ta' żmien sabiex jiġu ppreżentati appelli fi proċeduri amministrattivi jew legali.

7.  Meta l-Ombudsman, minħabba proċeduri legali li jkunu għaddejjin jew ikunu ġew konklużi rigward il-fatti ppreżentati, ikollu jiddikjara li lment ikun inammissibbli jew li ma jkunx jista' jkompli jikkunsidrah, l-eżitu ta' kwalunkwe inkjesti li jkun għamel sa dak iż-żmien għandhom jiġu arkivjati b'mod definittiv.

8.  Ma jistgħux isiru lmenti lill-Ombudsman dwar relazzjonijiet ta' xogħol bejn l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u uffiċjali jew aġenti oħra tagħhom sakemm il-possibbiltajiet kollha għall-preżentazzjoni ta' talbiet u lmenti amministrattivi interni, b'mod partikolari l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni], stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[4] ("ir-Regolamenti tal-Persunal"), ikunu ġew eżawriti mill-persuna konċernata u l-limiti ta' żmien għar-risposti mingħand l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jkunu skadew.

9.  L-Ombudsman għandu jinforma malajr kemm jista' jkun lill-ilmentatur dwar l-azzjoni meħuda dwar l-ilment.

Artikolu 3

1.  L-Ombudsman għandu, fuq inizjattiva proprja jew wara li jkun tressaq ilment, iwettaq l-inkjesti kollha, inklużi dawk li jsegwu inkjesti preċedenti, li jikkunsidra li jkunu ġustifikati biex jiġi ċċarat kwalunkwe suspett ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. L-Ombudsman għandu jaġixxi mingħajr ma jirrikjedi ebda awtorizzazzjoni minn qabel u għandu jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati fi żmien xieraq dwar azzjoni bħal din. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jistgħu jissottomettu kwalunkwe kumment jew evidenza siewja lill-Ombudsman. L-Ombudsman jista' wkoll jitlob lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati biex jissottomettu tali kummenti jew evidenza.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dmir primarju tal-Ombudsman, li hu li jittratta l-ilmenti, l-Ombudsman jista' jwettaq inkjesti, fuq l-inizjattiva tiegħu, ta' natura aktar strateġika biex jidentifika sitwazzjonijiet ripetuti jew partikolarment serji ta' amministrazzjoni ħażina, biex jippromwovi l-aqwa prattiki amministrattivi fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u biex jindirizza b'mod proattiv il-kwistjonijiet strutturali ta' interess pubbliku li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ombudsman.

3.  L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-Ombudsman kwalunkwe informazzjoni li jkun talabhom u jagħtu lill-Ombudsman aċċess għall-fajls konċernati. L-aċċess għal informazzjoni jew dokumenti klassifikati għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni konċernati.

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti klassifikati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman minn qabel dwar din il-klassifikazzjoni.

Għall-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, l-Ombudsman għandu jkun laħaq ftehim minn qabel mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' informazzjoni jew dokumenti klassifikati.

L-istituzzjonijiet, korpi uffiċċji jew aġenziji konċernati għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti li joriġinaw fi Stat Membru li jkunu klassifikati bħala sigrieti bil-liġi unikament wara li s-servizzi tal-Ombudsman ikunu stabbilew miżuri u salvagwardji xierqa biex jittrattaw id-dokumenti li jiżguraw livell ekwivalenti ta' kunfidenzjalità, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1049/2001 u f'konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni.

L-uffiċjali u aġenti oħra tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom, fuq talba tal-Ombudsman, jagħtu xhieda tal-fatti li jkollhom x'jaqsmu ma' inkjesta li jkun qed jagħmel l-Ombudsman. Huma għandhom jitkellmu f'isem l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tagħhom. Huma għandhom jibqgħu marbuta mal-obbligi li jirriżultaw mir-regoli rispettivi tagħhom.

4.  Safejn il-liġi nazzjonali tagħhom tippermetti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq it-talba tal-Ombudsman jew fuq inizjattiva proprja tagħhom, jibagħtu urġentement lill-Ombudsman kwalunkwe informazzjoni jew dokument li jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati każijiet ta' amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni. Meta informazzjoni jew dokument tali jkunu koperti mil-liġi nazzjonali dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali jew minn dispożizzjonijiet li jipprevjenu l-komunikazzjoni tagħhom, l-Istat Membru konċernat jista' jippermetti lill-Ombudsman ikollu aċċess għall- informazzjoni jew dokument, dment li l-Ombudsman jimpenja ruħu li jittrattahom bi qbil mal-awtorità kompetenti li toriġinahom. Fi kwalunkwe każ, għandha tingħata deskrizzjoni tad-dokument.

5.  Jekk l-Ombudsman ma jingħatax l-għajnuna mitluba, l-Ombudsman għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa.

6.  Meta wara inkjesta jinstabu każijiet ta' amministrazzjoni ħażina, l-Ombudsman għandu jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, u fejn xieraq jagħmel rakkomandazzjonijiet. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li tingħata din l-informazzjoni għandha tibgħat opinjoni dettaljata lill-Ombudsman fi żmien tliet xhur. L-Ombudsman jista', fuq talba tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, jagħti estensjoni, li m'għandhiex tkun itwal minn xahrejn. Meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati sal-iskadenza ta' tliet xhur jew sal-iskadenza estiża, l-Ombudsman jista' jagħlaq l-inkjesta mingħajr opinjoni tali.

7.  Wara dan, l-Ombudsman għandu jibgħat rapport lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati u, notevolment fejn in-natura jew l-iskala tal-każ ta' amministrazzjoni ħażina li jkun skopra tirrikjedi dan, lill-Parlament Ewropew. L-Ombudsman jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rapport. L-ilmentatur għandu jiġi infurmat mill-Ombudsman dwar l-eżitu tal-inkjesta, l-opinjoni mogħtija mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati u kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula mill-Ombudsman fir-rapport.

8.  Fejn ikun xieraq fir-rigward ta' inkjesta dwar l-attivitajiet ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, l-Ombudsman jista' jidher quddiem il-Parlament Ewropew, fuq l-inizjattiva tal-Ombudsman stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, fl-aktar livell xieraq.

9.  Sa fejn ikun possibbli, l-Ombudsman għandu jfittex soluzzjoni mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, sabiex il-każ ta' amministrazzjoni ħażina jiġi eliminat u l-ilment jiġi sodisfat. L-Ombudsman għandu jinforma lill-ilmentatur dwar is-soluzzjoni proposta flimkien mal-kummenti, jekk ikun hemm, tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati. Jekk l-ilmentatur jixtieq dan, l-ilmentatur għandu jkun intitolat li jressaq kummenti lill-Ombudsman.

10.  Fi tmiem kull sessjoni annwali, l-Ombudsman għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew dwar l-eżitu tal-inkjesti mwettqa mill-Ombudsman. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi disponibbli għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Dawn il-valutazzjonijiet jistgħu jkunu wkoll is-suġġett ta' rapporti separati.

Artikolu 4

1.  L-Ombudsman u l-persunal tiegħu, li għalihom għandhom japplikaw l-Artikolu 339 tat-TFUE l-Artikolu 194 tal-Euratom, għandhom ikunu marbuta li ma jiżvelawx informazzjoni jew dokumenti li jiksbu matul l-inkjesti tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, huma għandhom, b'mod partikolari, ikunu meħtieġa li ma jiżvelaw ebda informazzjoni jew dokument klassifikati provduti lill-Ombudsman jew dokumenti li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ħarsien tad-data personali, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni li tista' tagħmel ħsara lill-ilmentatur jew lil kwalunkwe persuna oħra involuta.

2.  Jekk l-Ombudsman iqis li fatti li jsir jaf matul inkjesta jaf ikollhom x'jaqsmu mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, safejn il-każ ikun jaqa' fl-ambitu tas-setgħat tagħhom, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Jekk ikun xieraq, l-Ombudsman għandu jinnotifika wkoll lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni li jkollhom awtorità fuq l-uffiċjal jew aġent konċernat, li jistgħu japplikaw it-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

L-Ombudsman jista' jinnotifika wkoll lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni dwar il-fatti li jqajmu dubju dwar l-imġiba ta' membru tal-persunal tagħhom, kif ukoll dwar kwalunkwe attività persistenti li jkollha l-effett li xxekkel l-inkjesta li tkun għaddejja.

L-Ombudsman għandu jirrapporta dawn in-notifiki lill-ilmentatur u lill-persuni l-oħra konċernati li l-identità tagħhom hija magħrufa.

Artikolu 5

L-Ombudsman u l-persunal tiegħu għandhom jittrattaw it-talbiet għall-aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1), skont il-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Artikolu 6

1.  L-Ombudsman jista' jikkoopera mal-awtoritajiet tal-istess tip fl-Istati Membri sakemm l-Ombudsman jikkonforma mal-liġi nazzjonali applikabbli.

2.  Fl-ambitu tad-dmirijiet tal-Ombudsman, l-Ombudsman għandu jikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u ma istituzzjonijiet u korpi oħra, filwaqt li jevita kwalunkwe duplikazzjoni mal-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 7

1.  L-Ombudsman għandu jkun elett, u eliġibbli għal ħatra mill-ġdid, skont l-Artikolu 228(2) tat-TFUE.

2.  L-għażla tal-Ombudsman għandha ssir minn fost persuni li huma ċittadini tal-Unjoni, li jgawdu d-drittijiet ċivili u politiċi kollha, li jagħtu kull garanzija ta' indipendenza, li ma kinux Membri ta' gvernijiet nazzjonali jew Membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għal dawn l-aħħar tliet snin, li jissodisfaw kundizzjonijiet ta' imparzjalità ekwivalenti għal dawk meħtieġa għal kariga ġudizzjarja f'pajjiżhom u li jkollhom il-kompetenza u l-esperjenza rikonoxxuti sabiex iwettqu d-dmirijiet tal-Ombudsman.

Artikolu 8

1.  L-Ombudsman għandu jieqaf milli jeżerċita d-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament jew fl-aħħar tal-mandat tiegħu jew meta jirriżenja jew jitkeċċa.

2.  Għajr fil-każ ta' tkeċċija, l-Ombudsman għandu jibqa' fil-kariga sakemm jinħatar Ombudsman ġdid.

3.  F'każ ta' tmiem antiċipat tal-funzjoni ta' Ombudsman, is-suċċessur għandu jinħatar fi żmien tliet xhur minn meta l-kariga ssir vakanti, għall-bqija ta' dik il-leġiżlatura tal-Parlament Ewropew. Sakemm jinħatar Ombudsman ġdid, l-uffiċjal prinċipali msemmi fl-Artikolu 12(2) għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet urġenti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ombudsman.

Artikolu 9

Meta l-Parlament Ewropew ikollu l-intenzjoni li jitlob it-tkeċċija tal-Ombudsman skont l-Artikolu 228(2) tat-TFUE, huwa għandu jisma' lill-Ombudsman qabel ma jagħmel talba bħal din.

Artikolu 10

1.  Fit-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament, l-Ombudsman għandu jaġixxi f'konformità mal-Artikolu 228(3) tat-TFUE. L-Ombudsman m'għandux jagħmel atti li jkunu inkompatibbli man-natura tad-dmirijiet imsemmija.

2.  Meta jieħu l-kariga, l-Ombudsman għandu jagħmel impenn solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bħala Qorti sħiħa li se jwettaq id-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament b'indipendenza u imparzjalità kompluti u li se jirrispetta għalkollox l-obbligi li jirriżultaw matul u wara l-mandat. L-impenn solenni għandu b'mod partikolari jinkludi d-dmir li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji wara t-tmiem tal-mandat.

Artikolu 11

1.  Tul iż-żmien tal-Ombudsman fil-kariga, l-Ombudsman ma jista' jeżerċita l-ebda funzjoni politika jew amministrattiva, jew kwalunkwe kariga oħra, la bi ħlas u lanqas mingħajru.

2.  L-Ombudsman għandu jkollu l-istess rimunerazzjoni, allowances u pensjoni bħal dawk tal-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.  L-Artikoli 11-14 u l-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 għandhom japplikaw għall-Ombudsman u għall-uffiċjali u aġenti oħra tas-segretarjat tiegħu.

Artikolu 12

1.  L-Ombudsman għandu jingħata baġit adegwat, biżżejjed biex jiżgura l-indipendenza tal-Ombudsman u biex jipprovdi għat-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.

2.  L-Ombudsman għandu jiġi assistit minn segretarjat, li l-uffiċjal prinċipali tiegħu għandu jinħatar mill-Ombudsman.

3.  L-uffiċjali u l-aġenti tas-segretarjat tal-Ombudsman għandhom ikunu soġġetti għar-regoli u r-regolamenti li japplikaw għall-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni. L-għadd tagħhom għandu jiġi adottat kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u jkun adegwat għat-twettiq xieraq tad-dmirijiet u l-ammont ta' xogħol tal-Ombudsman.

4.  L-uffiċjali u l-aġenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri maħtura fis-segretarjat tal-Ombudsman għandhom jiġu sekondati fl-interess tas-servizz u garantiti li jingħataw lura l-kariga tagħhom b'mod awtomatiku fl-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fejn kienu jaħdmu qabel.

5.  Fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-persunal tiegħu, l-Ombudsman għandu jkollu l-istess status bħall-istituzzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 1a tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 13

Is-sede tal-Ombudsman għandha tkun dik tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 14

Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir permezz tar-Rappreżentanzi Permanenti tal-Unjoni.

Artikolu 15

L-Ombudsman għandu jadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu skont dan ir-Regolament u jinkludu minimament dispożizzjonijiet dwar:

(a)   id-drittijiet proċedurali tal-ilmentatur u tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati u dwar l-iżgurar tal-protezzjoni tal-uffiċjalili jirrapportaw każijiet ta' ksur tad-dritt tal-Unjoni ("whistleblowing") fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċju jew aġenziji tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal;

(b)  il-wasla, l-ipproċessar u l-għeluq ta' lment;

(c)  l-inkjesti fuq inizjattiva proprja;

(d)  l-inkjesti ta' segwitu;

(e)  azzjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni.

Artikolu 16

Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom hija mħassra.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi...

    Għall-Parlament Ewropew

Il-President

  • [1]    Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 fuq ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).
  • [2]  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
  • [3]  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
  • [4]  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Ratio essendi

L-ewwel Ombudsman Ewropew ħa l-kariga fl-1995, wara li t-Trattat ta' Maastricht kien stabbilixxa dan il-korp fl-1992. Wara aktar minn 20 sena ta' attività, l-Ombudsman stabbilixxa reputazzjoni u metodi ta' ħidma li kkontribwew għall-prestiġju li qed jikber, kif ukoll għar-rikonoxximent morali u soċjali tar-rwol ta' dan il-korp.

L-Istatut ma ġiex aġġornat matul l-aħħar għaxar snin. Fil-fatt, id-Deċiżjoni li issa tħassret tippreċedi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Għalhekk huwa ta' importanza kbira li d-dispożizzjonijiet tagħha jiġu adatti għat-Trattati applikabbli, filwaqt li jiġi garantit li dan il-korp jibqa' jaqdi rwol speċifiku u deċiżiv fil-qafas kostituzzjonali tal-Unjoni Ewropea.

II. L-indipendenza u s-setgħa ta' persważjoni: iż-żewġ pilastri tal-istatus kostituzzjonali tal-Ombudsman Ewropew

L-istituzzjoni Skandinava tal-Ombudsman, li tmur lura għas-seklu 19, ġiet approvata mill-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali u reġjonali ta' kważi kull Stat Membru. F'dan ir-rigward, illum il-ġurnata, il-liġi tal-Unjoni mhijiex eċċezzjoni. Minkejja d-differenzi kollha bejn dawn l-awtoritajiet, mill-Petitionsausschuss ta' Berlin għad-Defensor del Pueblo ta' Spanja, huma dejjem jikkondividu xi karatteristiċi. Dawn il-karatteristiċi jikkorrispondu għall-funzjonijiet kostituzzjonali tal-Ombudsman.

L-Ombudsman huwa médiateur, defensor, provedor. It-twettiq tad-dmirijiet ta' dan il-korp m'għandux jiddependi minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra, la minn perspettiva politika u lanqas minn perspettiva fiskali. Għalhekk, l-Istatut il-ġdid għandu l-għan li jsaħħaħ l-indipendenza u l-imparzjalità ta' din l-awtorità.

Fil-fatt, mingħajr setgħa reali ta' infurzar, is-saħħa istituzzjonali tal-Ombudsman tinsab fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' persważjoni. Dawn huma kruċjali għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman, mhux biss minħabba li jiffavorixxu l-konformità mat-talbiet tal-korp u r-rieda ta' rimedju min-naħa tal-Amministrazzjoni tal-UE, iżda wkoll u l-aktar minħabba li jżommu lil din l-awtorità simultanjament parti mis-sistema u fuq is-sistema, fl-ambitu tal-ilmenti u lil hinn mill-ilmenti, li tikkoreġi mingħajr ma tikkundanna, li ttejjeb mingħajr ma timponi.

Għalhekk, l-iżvilupp sħiħ tar-rwol tal-Ombudsman fl-arkitettura kostituzzjonali tal-Unjoni jinsab fl-indipendenza tiegħu u fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' persważjoni.

III. Modifiki u aġġustamenti previsti mill-Istatut il-ġdid

a) Il-bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman ġiet emendata l-aħħar fl-2008. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, ġie stabbilit qafas ġuridika kompletament ġdid għall-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, l-Artikolu 228(4) tat-TFUE jippermetti lill-Parlament Ewropew, wara li jitlob opinjoni mill-Kummissjoni u bil-kunsens tal-Kunsill, li jadotta regolamenti li jistabbilixxu r-regolamenti u kundizzjonijiet ġenerali li jiggvernaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman.

Għaldaqstant huwa mixtieq li d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiġi mħassra u sostitwita b'regolament skont il-bażi ġuridika applikabbli fil-preżent. L-att li jħassar u l-Istatut il-ġdid jiddependu fuq id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew, li hu relatat direttament mal-leġittimità demokratika ta' din l-istituzzjoni u għalhekk tal-Ombudsman. Għalhekk din hija proċedura speċjali, jiġifieri minn perspettiva istituzzjonali, bil-Parlament fil-qalba tagħha.

Għandna nżommu f'moħħna li l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini Ewropej. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 43 tal-Karta jirrikonoxxi d-dritt li wieħed jirreferi lill-Ombudsman Ewropew każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. Sabiex dawn id-drittijiet ikunu effettivi u biex tittejjeb il-kapaċità tal-korp li jwettaq inkjesti bir-reqqa u imparzjali, l-Ombudsman għandu jiġi pprovdut bl-għodod kollha meħtieġa għat-twettiq b'suċċess tad-dmirijiet stabbiliti fit-Trattati.

b) L-aċċess għall-informazzjoni u l-kunfidenzjalità

L-Ombudsman irid ikollu aċċess għall-elementi kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-korp. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-Ombudsman kwalunkwe informazzjoni mitluba minnu, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Ombudsman li ma jiżvelax din l-informazzjoni. L-aċċess għal informazzjoni jew dokumenti klassifikati għandu jkun soġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti klassifikati jenħtieġ li jinfurmaw lill-Ombudsman dwar din il-klassifikazzjoni. L-Ombudsman għandu jkun laħaq ftehim minn qabel mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' informazzjoni jew dokumenti klassifikati. Jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza mitluba ma tkunx qed tingħata, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li jista' jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa. L-Ombudsman u persunal tiegħu huma obbligati li jittrattaw b'kunfidenzjalità kull informazzjoni li jkunu kisbu fil-qadi ta' dmirijiethom.

c) L-inkjesti fuq inizjattiva proprja u l-inkjesti ta' segwitu

Sabiex jissaħħaħ ir-rwol ta' dan il-korp, huwa mixtieq li l-Ombudsman, mingħajr preġudizzju għad-dmir primarju li jittratta l-ilmenti, jitħalla jagħmel inkjesti fuq inizjattiva proprja bil-għan li jiġu identifikati każijiet ripetuti jew partikolarment serji ta' amministrazzjoni ħażina u jiġu promossi prattiki amministrattivi tajba fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. Huwa mixtieq ukoll li l-Ombudsman, kemm jekk ikun qed isegwi lment li jkun sar u kemm jekk le, iwettaq inkjesti b'segwitu ta' inkjesti preċedenti sabiex jiġi aċċertat jekk, u sa liema punt, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernat ikunux ikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman.

d) Ix-xhieda ta' membri tal-persunal tal-Unjoni

Ix-xogħol tal-Ombudsman Ewropew fil-parti l-kbira jitwettaq b'mod informali u bil-kunsens tal-partijiet kollha involuti, b'mod partikolari tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. Dawn għandhom, fuq talba tal-Ombudsman, jagħtu xhieda ta' fatti li għandhom x'jaqsmu ma' inkjesta li jkun qed jagħmel l-Ombudsman. L-uffiċjali u l-aġenti msemmija jridu jitkellmu f'isem istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tagħhom. Huma jeħtieġ li jibqgħu marbuta bl-obbligi li jirriżultaw mir-regoli li jkunu soġġetti għalihom. Meta l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati ma jagħtux permess lill-uffiċjali jew aġenti oħra tagħha biex jagħtu xhieda dwar kwistjonijiet speċifiċi, dawn jeħtieġ li jiddikjarak ir-raġunijiet lill-Ombudsman u, fejn ikun possibbli, jipproponu modalitajiet alternattivi tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

e) L-Ombudsman Ewropew u l-fatti li potenzjalment jammontaw għal reati kriminali

Jenħtieġ li jitqiesu l-bidliet riċenti li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra reati kriminali, b'mod partikolari l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sabiex l-Ombudsman jitħalla jinnotifikah kwalunkwe informazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' dan tal-aħħar. Bl-istess mod, sabiex tkun rispettata għalkollox il-preżunzjoni ta' innoċenza u d-drittijiet ta' difiża stabbiliti fl-Artikolu 48 tal-Karta, huwa mixtieq li fejn l-Ombudsman jinnotifika lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew b'informazzjoni li taqa' fil-kompetenza ta' dan tal-aħħar, l-Ombudsman għandu jinforma lill-persuna konċernata. L-ilmentatur għandu jiġi infurmat ukoll.

f) L-udjenzi quddiem il-Parlament Ewropew u r-rapporti annwali

Fejn ikun xieraq fir-rigward ta' inkjesta dwar l-attivitajiet ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, l-Ombudsman jista' jitlob li jidher quddiem il-Parlament Ewropew fil-livell l-aktar xieraq.

Fi tmiem kull sessjoni annwali, l-Ombudsman għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tal-inkjesti mwettqa fil-perjodu ta' referenza. Ir-rapport irid jinkludi valutazzjoni tal-konformità mal-proposti tal-Ombudsman u valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi disponibbli għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Dawn il-valutazzjonijiet jistgħu jkunu wkoll is-suġġett ta' rapporti separati.

g) Il-kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra

Huwa mixtieq li jittieħdu passi sabiex l-Ombudsman ikun jista' jikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Istati Membri inkarigati mill-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Din il-kooperazzjoni tista' tagħmel it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman aktar effettiv. Għandha tkun prevista l-possibilità ta' kooperazzjoni bejn l-Ombudsman u l-awtoritajiet tal-istess tip fl-Istati Membri, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli.

h) Il-kontenut minimu tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

Għandu jkun l-Ombudsman li jadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u l-ogħla standards ta' effiċjenza fit-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman, il-kontenut minimu tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għandu jiġi ċċarat. Tali kontenut minimu għandu jinkludi mill-inqas dispożizzjonijiet dwar: i) id-drittijiet proċedurali tal-persuna li tressaq l-ilment u l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernata; ii) il-wasla, l-ipproċessar u l-għeluq ta' ilment; iii) l-inkjesti fuq inizjattiva proprja; iv) l-inkjesti ta' segwitu; l-azzjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (27.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal emenda tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman
(2018/2080(INL))

Rapporteur għal opinjoni: Margrete Auken

SUĠĠERIMENTI

Il-Parlament Ewropew ripetutament talab biex l-Istatut tal-Ombudsman jiġi aġġornat qabel tmiem il-leġiżlatura, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-mandat il-ġdid, li għandu jibda immedjatament wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019, jinkludi kwalunkwe obbligu ġdid jew modifikat sa mill-bidu nett.

Għaddew għaxar snin mill-aħħar reviżjoni tal-Istatut (fl-2008) u sadanittant daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona. Matul l-aħħar għaxar snin, ir-rwol tal-Ombudsman ġie kkonsolidat u mtejjeb, speċjalment minħabba l-ħidma bla heda mill-persuni fil-karigi rispettivi tal-Ombudsman. Bħalissa qed niffaċċjaw realtajiet u sfidi ġodda, u aspettattivi ġodda miċ-ċittadini u mill-Parlament f'għadd ta' oqsma ewlenin li jirrikjedu titjib.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dritt fundamentali ta' aċċess għad-dokumenti, il-Parlament innota li, filwaqt li ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jappellaw ċaħdiet jew ċaħdiet parzjali quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, din il-proċedura tiswa ħafna flus u tieħu ħafna ħin, u tirrikjedi rappreżentanza legali formali. Il-Parlament Ewropew għalhekk irrakkomanda, f'diversi riżoluzzjonijiet, li jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet vinkolanti mill-Ombudsman dwar kawżi relatati ma' aċċess għal dokumenti sabiex jingħata l-akbar effett possibbli għad-dritt ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Unjoni Ewropea.

Huma meħtieġa wkoll kjarifiki sabiex jiġi enfasizzat li l-Uffiċċju tal-Ombudsman huwa marbut bir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjoni tal-UE, u b'hekk jitneħħew preżunzjonijiet addizzjonali ta' segretezza għal ċerti kategoriji ta' informazzjoni.

Qed jiġu proposti emendi biex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tkun ikklassifikata bħala sensittiva skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tinqasam mal-Ombudsman skont ir-regoli ta' sigurtà applikabbli. Sabiex tiġi promossa l-effiċjenza tal-inkjesti tal-Ombudsman, meta l-persunal tal-UE jagħti xhieda, dan għandu jsir f'ambjent ħieles mill-obbligi tas-segretezza professjonali.

Qed jiġu proposti kjarifiki biex jiġi żgurat li meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jikkonformawx jew idumu wisq biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE, dan ikun jista' jitqies ukoll bħala sors ta' amministrazzjoni ħażina[1]. Id-diviżjoni tal-kompetenzi u l-kompatibbiltà tal-proċeduri bejn l-Ombudsman u l-ġudikatura huma ċċarati wkoll, u qed isiru bidliet fl-Istatut biex jiġi żgurat li tingħata l-possibbiltà ta' intervent lill-Ombudsman f'kawżi legali quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja bl-istess mod bħal istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Qed isiru wkoll bidliet biex jiġi żgurat li, fejn xieraq, il-Parlament Ewropew jilqa' quddiemu lill-Ombudsman, inkluż flimkien ma' istituzzjonijiet oħra li jistgħu jkunu s-suġġett ta' inkjesti speċifiċi jew strateġiċi.

Fl-aħħar nett, f'oqsma sensittivi bħall-protezzjoni tal-informaturi jew il-fastidju fuq il-post tax-xogħol, li jistgħu jsiru sors ta' amministrazzjoni ħażina jekk l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet tal-UE ma jindirizzawhomx b'mod adegwat, qed isiru proposti biex jiġi żgurat ir-rwol konsultattiv tal-Ombudsman f'dawn il-każijiet, filwaqt li jkun hemm żieda korrispondenti fir-riżorsi li jistgħu jkunu meħtieġa bħala riżultat.

Fil-każ ta' fastidju fuq il-post tax-xogħol, qed jiġu proposti bidliet biex jiġi żgurat it-twettiq ta' inkjesti mill-Ombudsman biex jiġi studjat kif il-politiki kontra l-fastidju jiġu applikati fil-prattika u biex isiru rakkomandazzjonijiet kif xieraq. Jista' jingħata parir ukoll lill-persunal tal-UE li jemmen li qed jesperjenza fastidju. Tista' tiġi prevista wkoll proċedura mħaffa speċifika għal każijiet ta' fastidju sesswali – għal darb'oħra, dan is-servizz ikun jiddependi mir-riżorsi xierqa.

Fir-rigward tal-protezzjoni tal-informaturi, diġà twettqu inkjesti mill-Ombudsman dwar il-politiki ta' protezzjoni tal-informaturi ta' disa' istituzzjonijiet ewlenin tal-UE. Huwa importanti li jiġi żgurat li, min-naħa tal-Ombudsman, dawn l-inkjesti jkunu jistgħu jibqgħu jsiru iżda wkoll li jkunu jistgħu jingħataw pariri lil informaturi potenzjali dwar kif u sa liema punt jistgħu jkunu protetti mill-iżvelar ta' interess pubbliku. Jekk jidħol fis-seħħ regolament tal-UE dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, ikun mistenni li tingħata wkoll il-possibbiltà ta' servizz ta' konsulenza mill-Ombudsman liċ-ċittadini tal-UE li ma jkunux ċerti jekk ir-regolament tal-UE dwar il-protezzjoni tal-informaturi japplikax għalihom jew le.

Qed issir referenza speċifika għall-ħtieġa li jiġu mmonitorjati b'mod proattiv il-kunflitti ta' interess possibbli. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-imparzjalità, u dan huwa kompitu li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Ombudsman.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Statut tal-Ombudsman

Titolu

Test attwali

Emenda

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman(1).

Regolament tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman(1).

Ġustifikazzjoni

Dan huwa att leġiżlattiv vinkolanti ġdid fil-forma ta' regolament, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda    2

Statut tal-Ombudsman

Kunsiderazzjoni 1

Test attwali

Emenda

wara li kkunsidra t-Trattati li jwaqqfu l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikulari l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra t-Trattati li jwaqqfu l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 228(4) tat-Trattat li jwaqqaf l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a(1) tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Ġustifikazzjoni

"Komunità" trid tinbidel għal "Unjoni" fit-test kollu, biex jiġi adattat għan-nomenklatura tat-Trattati attwali.

Emenda    3

Statut tal-Ombudsman

Premessa 1a (ġdida)

Test attwali

Emenda

 

billi l-istituzzjoni tal-Ombudsman hija prevista mit-trattati kostituzzjonali, huwa essenzjali li jiġi żgurat lingwaġġ newtrali fir-rigward tas-sessi fl-istituzzjonijiet kollha u għalhekk jikkunsidra l-Ombudsperson bħala titlu aktar xieraq għall-istituzzjoni;

Ġustifikazzjoni

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ddefinixxa l-lingwaġġ newtrali fir-rigward tas-sessi bħala lingwaġġ li mhuwiex speċifiku għal sess u li jqis il-persuni b'mod ġenerali, b'ebda referenza għal nisa u rġiel. Il-lingwaġġ newtrali fir-rigward tas-sessi huwa terminu ġeneriku li jkopri l-użu ta' lingwaġġ mhux sessist, lingwaġġ inklussiv jew lingwaġġ li jkun ġust fir-rigward tas-sessi. L-għan ta' lingwaġġ newtrali fir-rigward tas-sessi huwa li jiġu evitati għażliet ta' kliem li jistgħu jkunu interpretati bħala preġudikati, diskriminatorji jew degradanti billi jimplikaw li wieħed mis-sessi jew mill-ġeneri soċjali huwa n-norma. L-użu ta' lingwaġġ inklussiv u li jkun ġust fir-rigward tas-sessi jgħin ukoll biex inaqqas l-isterjotipar tal-ġeneru, jippromwovi l-bidla soċjali u jikkontribwixxi biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi. Li jkollna l-ewwel mara li taqdi din il-kariga bit-titlu ta' Ombudsman hija derogattiva.

Emenda    4

Statut tal-Ombudsman

Premessa 3

Test attwali

Emenda

Billi l-Ombudsman, li jista' wkoll jaġixxi fuq inizjattiva proprja tiegħu, għandu jkollu aċċess għall-elementi meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tiegħu; billi għalhekk l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, kwalunkwe tagħrif li jitlob mingħandhom, u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-Ombudsman li ma jiżvelax din l-informazzzjoni; billi l-aċċess għal tagħrif jew dokumenti kklassifikati, l-aktar għal dokumenti sensittivi skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001(2), għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-istituzzjoni jew l-entità tal-Unjoni kkonċernati; billi l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu tagħrif jew dokumenti kklassifikati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b'din il-klassifikazzjoni; billi, biex ikun hemm l-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2), irid ikun hemm qbil minn qabel bejn l-Ombudsman u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' tagħrif jew dokumenti kklassifikati u tagħrif ieħor kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali; billi jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi ssodisfata, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa;

billi, minħabba l-posibbiltà ta' aġir fuq inizjattiva proprja, jrid jingħata aċċess lill-Ombudsman għall-elementi kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman; billi għalhekk l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba, kwalunkwe tagħrif mitlub minnhom, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Ombudsman skont ir-Regolament 1049/2001; billi l-aċċess għal tagħrif jew dokumenti kklassifikati, b'mod partikolari għal dokumenti sensittivi skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001(2), jenħtieġ li jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-istituzzjoni jew l-entità tal-Unjoni kkonċernati; billi l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu tagħrif jew dokumenti kklassifikati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) jenħtieġ li jinfurmaw lill-Ombudsman b'din il-klassifikazzjoni; billi, biex ikun hemm l-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), jenħtieġ li jkun hemm qbil minn qabel bejn l-Ombudsman u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' tagħrif jew dokumenti kklassifikati; billi jekk jinstab mill-Ombudsman li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi ssodisfata, il-Parlament Ewropew għandu jkun informat mill-istess Ombudsman, u għandu jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa;

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet lingwistiċi huma magħmula biex jipprovdu test aktar newtrali fir-rigward tas-sessi, li għandhom japplikaw fit-test kollu. It-tieni nett, l-emendi huma meħtieġa biex jiġi ċċarat li r-Regolament 1049/2001 jorbot lill-Ombudsman, u biex jiġi evitat li s-segretezza professjonali titqies bħala kategorija speċifika ta' informazzjoni li hija preżunta li ma tiġix żvelata.

Emenda    5

Statut tal-Ombudsman

Premessa 7

Test attwali

Emenda

billi hu l-Parlament Ewropew li għandu s-setgħa li jaħtar lill-Ombudsman fil-bidu tal-leġiżlatura u għall-bqija tagħha, li jagħżlu minn fost persuni li huma ċittadini ta' l-Unjoni u li jagħtu l-garanziji xierqa ta' indipendenza u ta' kompetenza;

billi sta għall-Parlament Ewropew li jaħtar lill-Ombudsman fil-bidu tal-leġiżlatura tiegħu u għad-durata ta' tali leġiżlatura, u l-għażla tal-Ombudsman issir minn fost persuni li huma ċittadini tal-Unjoni u li joffru kull garanzija xierqa ta' indipendenza u ta' kompetenza u li ma jkunux wettqu funzjoni politika fil-livell ministerjali nazzjonali jew fl-istituzzjonijiet Ewropej;

Emenda    6

Statut tal-Ombudsman

Premessa 10

Test attwali

Emenda

Billi dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti rigward l-uffiċjali u l-impjegati tas-segretarjat tal-Ombudsman li se jassistuh u kif ukoll l-estimi tiegħu; billi s-sede ta' l-Ombudsman għandha tkun is-sede tal-Parlament Ewropew;

billi jenħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet rigward l-uffiċjali u l-impjegati tas-segretarjat tal-Ombudsman li se jassistu fil-kariga kif ukoll fil-baġit tal-istess Ombudsman; billi s-sede tal-Ombudsman jenħtieġ li tkun dik tas-sede tal-Parlament Ewropew;

Ġustifikazzjoni

L-obbligi tal-Ombudsman Ewropew setgħu jitwettqu b'mod effiċjenti u indipendenti permezz tas-sede attwali.

Emenda    7

Statut tal-Ombudsman

Premessa 11

Test attwali

Emenda

billi huwa l-Ombudsman li għandu s-setgħa li jadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni; billi, ukoll, għandhom jiġu stipulati ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji għall-ħatra ta' l-ewwel Ombudsman wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-UE,

billi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni taqa' f'idejn l-Ombudsman;

Ġustifikazzjoni

Ma għadx hemm il-ħtieġa għal din id-dispożizzjoni tranżitorja peress li t-Trattat ta' Lisbona huwa diġà fis-seħħ.

Emenda    8

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test attwali

Emenda

2.  L-Ombudsman għandu jaqdi dmirijietu skond is-setgħat mogħtija mit-Trattati lill-istituzzjonijiet u l-entitjajiet Komunitarji.

2.  It-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman għandu jsir skont is-setgħat mogħtija mit-Trattati lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet tal-Unjoni b'mod partikolari l-Artikoli 20.2(d), 24 u 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 41 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. It-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman għandu jsir bil-għan li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għad-dritt ta' amministrazzjoni tajba u t-trasparenza u d-demokrazija fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

Emenda    9

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 1 − paragrafu 3

Test attwali

Emenda

3.  L-Ombudsman ma jistax jintervjeni f'kazijiet quddiem il-qorti nazzjonali jew iressaq dubju dwar il-motivazzjoni ta' sentenza tal-qorti.

3.  Ma jistgħux isiru interventi mill-Ombudsman rigward kawżi quddiem il-qrati nazzjonali u ma jistgħux jitqajmu dubji mill-Ombudsman dwar is-solidità ta' sentenza tal-qorti. L-interventi tal-Ombudsman jistgħu jsiru f'kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), bi qbil mal-Artikolu 40 tal-istatut tal-QĠUE.

Emenda    10

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test attwali

Emenda

2.  Kull ċittadin tal-Unjoni jew persuna legali jew naturali li tirrisjedi jew għandha uffiċċju reġistrat ġo Stati Membri tal-Unjoni tista', direttament jew permezz ta' Membru tal-Parlament Ewropew, tirreferi lment lill-Ombudsperson rigward amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' istituzzjoniet tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim' Istanza fi rwol ġudizzjali. Malli jirċievi lment, l-Ombudsman għandu jgħarraf lill-istituzzjoni jew lill-entità kkonċernata.

2.  Kull ċittadin tal-Unjoni jew persuna ġuridika jew fiżika li tirrisjedi jew għandha uffiċċju reġistrat ġo Stat Membru tal-Unjoni tista', direttament jew permezz ta' Membru tal-Parlament Ewropew, tirreferi lment lill-Ombudsman rigward każ ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim'Istanza fir-rwol ġudizzjarju tagħhom. Mar-riċeviment ta' lment min-naħa tal-Ombudsman, l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati għandhom jiġu mgħarrfa mill-Ombudsman, b'rispett għall-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    11

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 2 − paragrafu 4

Test attwali

Emenda

4.  Ilment għandu jiġi ppreżentat fi żmien sentejn mid-data meta l-persuna li tippreżenta l-ilment tkun saret taf bil-fatti li fuqhom hu bbażat. Qabel dan, għandhom jittieħdu l-passi amministrattivi xierqa fir-rigward ta' l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernata.

4.  Ilment għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin mid-data meta l-persuna li tippreżenta l-ilment tkun saret taf bil-fatti li fuqhom hu bbażat. Qabel dan, għandhom jittieħdu l-passi amministrattivi xierqa fir-rigward tal-istituzzjoni jew l-entità kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-ilmentaturi jkollhom aktar żmien biex iressqu lment, meta jitqies il-perjodu ta' żmien kumulattiv attwali fl-interazzjoni mal-istituzzjonijiet.

Emenda  12

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 2 − paragrafu 7

Test attwali

Emenda

7.  Meta l-Ombudsman, minħabba proċeduri ġudizzjarji li għadhom għaddejin jew konkulżi li jikkonċernaw il-fatti li ġew imressqa, għandu jiddikjara l-ilment inammissibbli jew itemm il-konsiderazzjoni tiegħu, ir-riżultat ta' kwalunkwe inkjesta li għamel sa dak il-punt tkun irreġistrata mingħajr iktar azzjoni.

7.  Il-kunsiderazzjoni ta' lment għandha tiġi sospiża mill-Ombudsman matul iż-żmien li fih il-fatti allegati jkunu suġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji. Jistgħu jsiru rakkomandazzjonijiet mill-Ombudsman jekk is-sejbiet jissuġġerixxu li l-fatt li istituzzjoni, entità, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni jkunu naqsu milli jinfurzaw korrettament sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jista' jikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina.

Emenda  13

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 2 − paragrafu 8

Test attwali

Emenda

8.  Ma jista' jiġi ppreżentat l-ebda ilment lill-Ombudsman li jirrigwarda relazzjonijiet ta' xogħol bejn l-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u uffiċjali jew impjegati oħra tagħhom ħlief fil-każ li l-persuna kkonċernata tkun eżawriet il-possibiltajiet kollha għall-preżentazzjoni ta' talbiet u lmenti amministrattivi interni b'mod partikulari l-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal, u biss wara li jkun skada ż-żmien għar-risposta mill-awtorità kkonċernata.

8.  Ma jista' jiġi ppreżentat l-ebda lment lill-Ombudsman li jirrigwarda relazzjonijiet ta' xogħol bejn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni u l-uffiċjali tagħhom jew impjegati oħra ħlief fil-każ li l-persuna kkonċernata tkun eżawriet il-possibbiltajiet kollha għall-preżentazzjoni ta' talbiet u lmenti amministrattivi interni b'mod partikolari, fejn applikabbli, il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal, jew meta jkun skada ż-żmien għal risposti mill-awtorità jew sakemm kwalunkwe persuna oħra li tkun qed taħdem għall-istituzzjonijiet Ewropej ma tkunx tista' tuża dawk il-proċeduri minħabba l-istatus. Jistgħu jiġu previsti wkoll eċċezzjonijiet speċifiċi għal każijiet ta' fastidju, b'mod partikolari każijiet ta' fastidju sesswali.

Emenda    14

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 2 − paragrafu 9

Test attwali

Emenda

9.  L-Ombudsman għandu, mill-aktar fis, jgħarraf lill-persuna li tkun ippreżentat l-ilment bl-azzjoni li jkun ħa f'dak ir-rigward.

9.  Il-persuna li tkun ippreżentat l-ilment għandha tiġi informata mill-Ombudsman kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn xahrejn, bl-azzjoni meħuda f'dak ir-rigward.

Emenda    15

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 2 – paragrafu 9a (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

9a.  B'konformità mal-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, tista' tittieħed azzjoni kontra l-Ombudsman f'każ li jkun hemm nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Ombudsman.

Emenda    16

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test attwali

Emenda

1.   L-Ombudsman għandu, fuq inizjattiva tiegħu jew wara li jkun ġie ppreżentat ilment, jagħmel l-investigazzjonijiet kollha li, fil-fehma tiegħu, ikun hemm bżonn li jsiru sabiex jiġi ċċarat kwalunkwe suspett ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji. Għandu jgħarraf lill-istituzzjoni jew lill-entità kkonċernata dwar l-azzjoni meħuda, u l-istituzzjoni jew l-entità tista' tippreżenta kwalunkwe kumment li jista' jkun utli għalih.

1.   Fuq inizjattiva proprja jew wara li jkun ġie ppreżentat ilment, għandha tingħata lill-Ombudsman is-setgħa ta' twettiq fir-rigward tal-inkjesti kollha li, fil-fehma tal-Ombudsman, ikun hemm bżonn li jsiru sabiex jiġi ċċarat kwalunkwe suspett ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni mingħajr ma tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel. Kwalunkwe istituzzjoni jew entità kkonċernata tista' tiġi infurmata fi żmien dovut u tista' tintalab tissottometti kwalunkwe kumment utli jew materjal ta' prova.

Emenda  17

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

1a. Mingħajr ħsara għall-obbligi regolari tal-Ombudsman fir-rigward tat-trattament ta' lmenti, jistgħu jitwettqu mill-Ombudsman inkjesti fuq inizjattiva proprja ta' natura aktar strateġika, sabiex tiġi identifikata u miġġielda amministrazzjoni ħażina sistemika u jiġu promossi l-aħjar prattiki amministrattivi fl-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, l-entitajiet u l-aġenziji tal-Unjoni, u sabiex jiġu indirizzati b'mod proattiv il-kwistjonijiet strutturali ta' interess pubbliku li jistgħu jaffettwaw l-amministrazzjoni tajba, it-trasparenza, u proċess demokratiku tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

 

Jista' jkun hemm involviment min-naħa tal-Ombudsman fi djalogu strutturat u regolari mal-istituzzjonijiet u jistgħu jiġu organizzati min-naħa tal-Ombudsman konsultazzjonijiet pubbliċi li jiġbru inputs u evidenzi qabel ma jingħataw rakkomandazzjonijiet mill-istess Ombudsman, jew fi kwalunkwe stadju minn hemm 'il quddiem, u l-progress tal-istituzzjoni affettwata jista' wkoll jiġi analizzat u vvalutat mill-Ombudsman b'mod sistematiku;

Emenda  18

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test attwali

Emenda

2.  L-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe tagħrif mitlub minnu u jagħtuh l-aċċess għall-fajls konċernati. L-aċċess għal tagħrif jew dokumenti kklassifikati, l-aktar għal dokumenti sensittivi skont it-tifsira ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà ta' l-istituzzjoni jew l-entità Komunitarji kkonċernati;

2.  L-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni għandhom ikunu obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman kwalunkwe tagħrif mitlub minnhom u li jipprovdu l-aċċess għall-fajls ikkonċernati. L-aċċess għal tagħrif jew dokumenti kklassifikati, l-aktar għal dokumenti sensittivi skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-istituzzjoni jew l-entità tal-Unjoni kkonċernati.

L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu tagħrif jew dokumenti kklassifikati kif imsemmi fis-subparagrafu ta' qabel dan għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b'din il-klassifikazzjoni.

L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu tagħrif jew dokumenti kklassifikati kif imsemmi fis-subparagrafu ta' qabel dan għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b'din il-klassifikazzjoni minn qabel.

Biex ikun hemm l-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, għandu jkun hemm qbil minn qabel bejn l-Ombudsman u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' tagħrif jew dokumenti kklassifikati u tagħrif ieħor kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

Biex ikun hemm l-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, għandu jkun hemm qbil minn qabel bejn l-Ombudsman u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' tagħrif jew dokumenti kklassifikati.

L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikkonċernati għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti li oriġinaw fi Stat Membru u ġew klassifikati bħala sigrieti permezz ta' liġi jew regolament biss fejn dak l-Istat Membru ikun ta l-kunsens tiegħu minn qabel.

L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikkonċernati għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti li joriġinaw fi Stat Membru u li jkunu ġew klassifikati bħala sigrieti permezz ta' liġi jew regolament biss wara li s-servizzi tal-Ombudsman ikunu stabbilew miżuri u salvagwardji xierqa biex jittrattaw id-dokumenti li jiżguraw livell ekwivalenti ta' kunfidenzjalità, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament 1049/2001 u f'konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-istituzzjoni jew l-entità kkonċernata tal-Unjoni.

Huma għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti oħra li joriġinaw fl-Istati Membri wara li jkunu nfurmaw lill-Istat Membru kkonċernat.

Huma għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti oħra li joriġinaw fl-Istati Membri wara li jkunu infurmaw lill-Istat Membru kkonċernat.

Fiż-żewġ każijiet, f'konformità l-Artikolu 4, l-Ombudsman ma jistax jiżvela l-kontenut ta' dawn id-dokumenti.

Fiż-żewġ każijiet, f'konformità mal-Artikolu 4, l-applikazzjoni tar-Regolament 1049/2001 trid tiġi rrispettata mill-Ombudsman.

Uffiċjali u impjegati oħra ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jixhdu fuq talba ta' l-Ombudsman; huma għandhom jibqgħu marbuta bir-regoli rilevanti tar-Regolamenti ta' l-Istaff, b'mod partikolari d-dmir tagħhom ta' segretezza professjonali.

Uffiċjali u impjegati oħra tal-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, l-entitajiet u l-aġenziji tal-Unjoni jeħtiġilhom jixhdu fuq talba tal-Ombudsman.

Emenda  19

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test attwali

Emenda

3.  L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom id-dmir li jagħtu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, permezz tar-Rappreżentanzi Permanenti ta' l-Istati Membri għall-Komunitajiet Ewropej, kwalunkwe informazzjoni li tista' titfa' dawl fuq każi ta' amministrazzjoni ħażina ta' l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet Komunitarji, ħlief fejn din l-informazzjoni tkun koperta minn liġijiet jew regolamenti dwar is-segretezza jew minn dispożizzjonijiet li jipprojbixxu t-tixrid tagħha. Iżda, f'każ ta' dispożizzjonijiet li jipprojbixxu t-tixrid ta' l-informazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti lill-Ombudsman aċċess għal din l-informazzjoni bil-kundizzjoni li ma jikxifhiex.

3.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jagħtu lill-Ombudsman, fuq talba, permezz tar-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea, kwalunkwe informazzjoni li tista' titfa' dawl fuq każi ta' amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet jew l-entitajiet tal-Unjoni. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu l-għoti ta' informazzjoni koperta minn liġijiet jew regolamenti dwar is-segretezza lill-Ombudsman, wara ftehim dwar it-trattament adegwat tal-informazzjoni sensittiva. Fi kwalunkwe każ, għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tad-dokument.

Emenda    20

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test attwali

Emenda

4.  Jekk l-Ombudsman ma jingħatax l-għajnuna mitluba, għandu jgħarraf b'dan lill-Parlament Ewropew, li għandu jieħu l-passi xierqa.

4.  Jekk l-għajnuna mitluba ma tingħatax, il-Parlament Ewropew għandu jiġi mgħarraf mill-Ombudsman u għandu jieħu l-passi xierqa, inkluż li jiżgura l-preżenza tal-Ombudsman fil-laqgħat tal-kumitati u f'laqgħat jew seduti oħra.

Ġustifikazzjoni

Tippermetti aktar preżenza tal-Ombudsman fil-Parlament, li hija diġà prevista skont l-Artikolu 220 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament[2].

Emenda  21

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

4a.   Fejn ikun xieraq, il-persuna fil-kariga ta' Ombudsman tista' titlob jew tintalab tidher quddiem il-kumitat responsabbli tal-Parlament b'rabta mal-obbligi tagħha. Meta din it-talba tikkonċerna inkjesta li tkun għaddejja, l-istituzzjoni kkonċernata tista' titlob jew tintalab tidher flimkien mal-Ombudsman.

Emenda    22

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test attwali

Emenda

6.   Jekk l-Ombudsman isib li kien hemm amministrazzjoni ħażina, hu għandu jinforma lill-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata, u meta approprjat jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet. L-istituzzjoni jew l-entità li tingħata dan it-tagħrif għandha tibgħat opinjoni dettaljata lill-Ombudsman fi żmien tliet xhur.

6.   Jekk jinstab mill-Ombudsman li kien hemm amministrazzjoni ħażina, l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernata għandha tiġi infurmata mill-Ombudsman filwaqt li jsir abbozz ta' rakkomandazzjonijiet min-naħa tal-istess Ombudsman. L-istituzzjoni jew l-entità li tingħata dan it-tagħrif għandha tibgħat opinjoni dettaljata lill-Ombudsman fi żmien tliet xhur.

Emenda    23

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test attwali

Emenda

7.  Imbagħad l-Ombudsman għandu jibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-istituzzjoni jew lill-korp kkonċernati. Jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rapport tiegħu. L-Ombudsman għandu jgħarraf lill-persuna li tkun ippreżentat l-ilment bir-riżultati ta' l-inkjesta, u bl-opinjoni mogħtija mill-istituzzjoni jew mill-entità kkonċernata u bi kwalunkwe rakkomandazzjoni li għamel hu stess.

7.  Imbagħad jista' jintbagħat rapport mill-Ombudsman lill-Parlament Ewropew u lill-istituzzjoni jew lill-entità kkonċernata. Jistgħu jsiru rakkomandazzjonijiet mill-Ombudsman fir-rapport. Il-persuna li tkun ippreżentat l-ilment għandha tiġi infurmata mill-Ombudsman bir-riżultati tal-inkjesti, u bl-opinjoni mogħtija mill-istituzzjoni jew mill-entità kkonċernata u bi kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula mill-Ombudsman. Fejn ikun xieraq, il-persuna fil-kariga ta' Ombudsman tista' titlob jew tintalab tidher quddiem il-plenarja tal-Parlament.

Emenda    24

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test attwali

Emenda

8.  Fi tmiem kull sessjoni annwali l-Ombudsman għandu jippreżenta rapport dwar ir-riżultati tal-inkjesti tiegħu lill-Parlament Ewropew.

8.  Fi tmiem kull sessjoni annwali, il-Parlament Ewropew għandu jiġi ppreżentat mill-Ombudsman b'rapport dwar ir-riżultati tal-inkjesti mwettqa mill-istess Ombudsman, li jkun jinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi disponibbli għat-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman.

Ġustifikazzjoni

Tipprova tiżgura li jkun hemm livell adegwat ta' riżorsi f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċedura prevista fl-Artikolu 11(2) tal-Istatut attwali dwar l-ammont ta' persunal li jaħdem mal-Ombudsman.

Emenda    25

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 3 – paragrafu 8a (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

8a.  L-evidenza korroborattiva dwar amministrazzjoni ħażina tal-baġit tal-UE għandha tkun tista' tiġi rrapportata mill-Ombudsman lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għal investigazzjoni ulterjuri u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għandhom jiġu żviluppati sħubijiet strateġiċi magħhom min-naħa tal-Ombudsman;

Emenda    26

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test attwali

Emenda

1.  L-Ombudsman u l-istaff tiegħu, li għalihom japplikaw l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 194 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, għandhom ikunu marbuta li ma jiżvelawx tagħrif jew dokumenti li jiksbu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Huma għandhom, b'mod partikolari, jkunu obligati li ma jgħaddu l-ebda tagħrif jew dokumenti kklassifikati pprovduti lill-Ombudsman, b'mod partikulari dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jew dokumenti li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità rigward il-ħarsien tad-data personali, kif ukoll kull tagħrif li jista' jippreġudika lill-persuna li rreġistrat l-ilment jew kwalunkwe persuna oħra involuta, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 1049/2001 jorbot lill-Ombudsman, kif jagħmel lill-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha, u għalhekk, aktar milli tiddaħħal eċċezzjoni separata speċifikament għall-investigazzjonijiet tal-Ombudsman, l-imsemmi Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq.

Emenda    27

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 4a (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

Artikolu 4a

 

1.  L-Ombudsman u l-persunal tal-Ombudsman għandhom jittrattaw it-talbiet għall-aċċess pubbliku għal dokumenti skont il-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Fir-rigward tal-ilmenti dwar id-dritt ta' aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali, wara analiżi xierqa u wara l-kunsiderazzjoni kollha meħtieġa, għandha tinħareġ rakkomandazzjoni mill-Ombudsman rigward ir-rilaxx tad-dokumenti msemmija, li l-istituzzjonijiet, l-aġenzija jew l-entità kkonċernati għandhom iwieġbu għaliha fil-perjodi ta' żmien previsti mir-Regolament 1049/2001.

 

2.  Jekk l-istituzzjoni kkonċernata ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni li tiżvela d-dokumenti msemmija, ikun jeħtiġilha tagħti raġunijiet xierqa għar-rifjut tagħha. Rifjut eventwali jista' jiġi riferut mill-Ombudsman lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u tista' tintalab mill-Ombudsman l-applikazzjoni tal-proċedura aċċelerata prevista fir-regoli ta' proċedura tal-Qorti.

Emenda    28

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test attwali

Emenda

1.    Sa fejn dan jista' jgħin biex jagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu salvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta' persuni li rreġistraw ilmenti lilu, l-Ombudsman jista' jikkopera ma' awtoritajiet ta' l-istess xorta f'ċerti Stati Membri kemm-il darba jkun konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. L-Ombudsman ma jistax għalhekk jitlob li jara dokumenti li ma kienx ikollu aċċess għalihom skond l-Artikolu 3.

1.   Sa fejn dan jista' jgħin biex jagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu salvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta' persuni li jkunu lmentaw mal-Ombudsman, tista' ssir kooperazzjoni bejn l-Ombudsman u awtoritajiet tal-istess xorta f'ċerti Stati Membri dment li jkunu konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. Tista' ssir talba min-naħa tal-Ombudsman li dokumenti li b'mod ieħor ma kinux ikunu aċċessibbli skont l-Artikolu 3 jiġu analizzati mill-istess Ombudsman.

Emenda    29

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 5a (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

Artikolu 5a

 

1.  Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet regolari mill-Ombudsman dwar il-politiki u r-rieżamijiet tal-proċeduri stabbiliti fl-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-aġenziji rilevanti tal-UE, b'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal u, fejn ikun xieraq, għandhom jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet konkreti mill-Ombudsman għal titjib bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni sħiħa għall-informaturi.

 

2.  Tista' ssir talba lill-Ombudsman għall-għoti, b'mod kunfidenzjali, ta' informazzjoni, pariri imparzjali u gwida esperta lill-informaturi potenzjali rigward il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. F'każ li l-prattiki deskritti jistgħu jikkostitwixxu amministrazzjoni ħażina fl-Unjoni, jistgħu jinfetħu wkoll mill-Ombudsman inkjesti ġodda bbażati fuq l-informazzjoni mogħtija. Sabiex dan l-għan ikun jista' jitwettaq, ir-regolamenti tal-persunal applikabbli li jirrigwardaw is-segretezza jistgħu jiġu rinunzjati.

Emenda    30

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 5b (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

Artikolu 5b

 

1.  Il-proċeduri relatati mal-azzjoni amministrattiva tal-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jiġu eżaminati perjodikament mill-Ombudsman u għandha ssir valutazzjoni min-naħa tal-Ombudsman dwar jekk dawn humiex kapaċi jevitaw b'mod effettiv każijiet ta' kunflitti ta' interess, jiggarantixxu l-imparzjalità u jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

 

2.  Jistgħu jiġu identifikati u vvalutati mill-Ombudsman każijiet possibbli ta' kunflitti ta' interess fil-livelli kollha li jistgħu jikkostitwixxu sors ta' amministrazzjoni ħażina, u f'dak il-każ għandhom jitfasslu konklużjonijiet speċifiċi u l-Parlament għandu jiġi infurmat dwar is-sejbiet rigward is-suġġett.

Emenda    31

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test attwali

Emenda

2.  L-Ombudsman għandu jintgħażel minn fost persuni li huma ċittadini ta' l-Unjoni, li jgawdu d-drittijiet ċivili u politiċi kollha, li jagħtu kull garanzija ta' indipendenza, u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' l-ogħla funzjoni ġudizzjarja f'pajjiżhom jew li jkunu magħrufa bħala persuni li għandhom il-kompetenza u l-esperjenza sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Ombudsman.

2.  L-għażla tal-Ombudsman għandha ssir minn fost persuni li huma ċittadini tal-Unjoni, li jgawdu d-drittijiet ċivili u politiċi kollha, li jagħtu kull garanzija ta' indipendenza, li ma kinux Membri ta' gvernijiet nazzjonali jew Membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għal dawn l-aħħar tliet snin u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-imparzjalità meħtieġa għal pożizzjonijiet ġudizzjarji għoljin f'pajjiżhom jew li jkunu magħrufa bħala persuni li għandhom il-kompetenza u l-esperjenza sabiex jaqdu l-obbligi tal-Ombudsman.

Emenda    32

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 8

Test attwali

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Ombudsman li ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tiegħu jew li jkun ħati ta' mġieba ħażina serja jista' jitkeċċa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq talba tal-Parlament Ewropew.

Jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman ma jibqgħux issodisfati jew jinstab li twettqet imġiba ħażina serja min-naħa tal-Ombudsman, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista', fuq talba tal-Parlament Ewropew, tkeċċi lill-persuna fil-kariga ta' Ombudsman wara li l-kumitati kompetenti jkunu semgħuha.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ta' pass ieħor fil-proċedura. Sabiex jiġi garantit dibattitu fil-pubbliku minħabba n-natura tal-istituzzjoni u r-rwol kruċjali li għandha fil-konfront taċ-ċittadini tal-UE. Dan għandu jsir quddiem l-istituzzjoni responsabbli primarjament għall-ħatra tal-Ombudsman, jiġifieri l-Parlament.

Emenda    33

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

1a.  Għandu jsir sforz mill-Ombudsman biex tintlaħaq parità bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tas-Segretarjat u l-persunal.

Ġustifikazzjoni

Kodifikazzjoni sabiex tiġi żgurata n-newtralità fir-rigward tas-sessi fl-uffiċċju tal-Ombudsman, li normalment diġà hija politika fis-seħħ.

Emenda    34

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 12a (ġdid)

Test attwali

Emenda

 

Artikolu 12a

 

1.  Għandu jiġi eżaminat fi żmien debitu mill-Ombudsman jekk l-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jittrattawx b'mod adegwat każijiet ta' fastidju ta' kwalunkwe tip u natura billi japplikaw korrettament il-proċeduri previsti fir-rigward tal-ilmenti. Għandhom jitfasslu konklużjonijiet xierqa dwar is-suġġett mill-Ombudsman.

 

2.  Persuna jew struttura b'għarfien espert fil-qasam tal-fastidju li tkun kapaċi, fejn xieraq, tipprovdi pariri lill-persunal tal-UE u lil ħaddiema oħra għandha tinħatar fis-segretarjat mill-Ombudsman. Min-naħa tal-Ombudsman, għandhom jiġu vvalutati l-proċeduri fis-seħħ biex jevitaw il-fastidju ta' kwalunkwe tip fl-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, kif għandhom jiġu vvalutati wkoll il-mekkaniżmi li jippenalizzaw lil dawk responsabbli, u għandhom jitfasslu konklużjonijiet xierqa dwar jekk dawk il-proċeduri humiex konsistenti mal-prinċipji tal-proporzjonalità, l-adegwatezza u l-azzjoni enerġetika, u jekk jipprovdux protezzjoni u appoġġ effettivi lill-vittmi.

Emenda    35

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 13

Test attwali

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Is-sede ta' l-Ombudsman għandha tkun is-sede tal-Parlament Ewropew.

Is-sede tal-Ombudsman għandha tkun dik tas-sede tal-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

L-obbligi tal-Ombudsman Ewropew setgħu jitwettqu b'mod effiċjenti u indipendenti permezz tas-sede attwali.

Emenda    36

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 15

Test attwali

Emenda

Artikolu 15

imħassar

L-ewwel Ombudsman li jinħatar wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat UE għandu jinħatar għall-bqija tal-leġiżlatura.

 

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni obsoleta.

Emenda    37

Statut tal-Ombudsman

Artikolu 17

Test attwali

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej . Għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ara Emendi 1 u 2. Dan huwa att leġiżlattiv vinkolanti ġdid fil-forma ta' regolament, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, fejn in-nomenklatura "Komunità" u l-legalità tagħha hija sostitwita b'dik ta' "Unjoni".

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Andrea Cozzolino, Pál Csáky, Miriam Dalli, Eleonora Evi, Peter Jahr, Rikke-Louise Karlsson, Svetoslav Hristov Malinov, Lukas Mandl, Notis Marias, Ana Miranda, Miroslavs Mitrofanovs, Marlene Mizzi, Gabriele Preuß, Eleni Theocharous, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Urszula Krupa, Kostadinka Kuneva, Julia Pitera, Ángela Vallina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Adam Szejnfeld, Mihai Ţurcanu

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

ECR

EFDD

GUE/NGL

NI

S&D

VERTS/ALE

Beatriz Becerra Basterrechea, Cecilia Wikström,

Urszula Krupa, Notis Marias, Eleni Theocharous

Eleonora Evi

Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina

Rikke-Louise Karlsson

Andrea Cozzolino, Miriam Dalli, Marlene Mizzi, Gabriele Preuß

Margrete Auken, Ana Miranda, Miroslavs Mitrofanovs

0

-

8

0

PPE

Asim Ademov, Pál Csáky, Peter Jahr, Svetoslav Hristov Malinov, Lukas Mandl, Julia Pitera, Adam Szejnfeld, Mihai Ţurcanu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  Definizzjoni ta' amministrazzjoni ħażina minn Jacob Söderman, l-ewwel Ombudsman Ewropew: "L-amministrazzjoni ħażina tokkorri meta korp pubbliku ma jaġixxix skont regola jew prinċipju li huma vinkolanti għalih".
  • [2]  Artikolu 220 : Attivitajiet tal-Ombudsman
    2.   L-Ombudsman jista' wkoll jagħti tagħrif lill-kumitat responsabbli fuq talba ta' dan tal-aħħar, jew jinstema' mill-istess kumitat fuq inizjattiva tiegħu.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Jo Leinen, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jasenko Selimovic, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Michael Gahler, Stefan Gehrold, Theresa Griffin, Fernando Ruas

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

GUE/NGL

Barbara Spinelli, Gabriele Zimmer

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

PPE

Michael Gahler, Stefan Gehrold, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Markus Pieper, Paulo Rangel, Fernando Ruas, György Schöpflin

S&D

José Blanco López, Theresa Griffin, Sylvia Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand

1

-

ENF

Gerolf Annemans

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza