RAPPORT dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE

30.1.2019 - (2017/2089(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Barbara Spinelli


Proċedura : 2017/2089(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0051/2019
Testi mressqa :
A8-0051/2019
Testi adottati :

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

Introduzzjoni

L-adozzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") irrappreżentat mument kruċjali fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. L-UE assumiet responsabilità formali quddiem iċ-ċittadini tagħha: il-bidla minn komunità ekonomika għal Unjoni bbażata fuq l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. It-Trattat ta' Lisbona, bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tat-TUE, ikkostituzzjonalizza din l-għażla billi kkonferixxa lill-Karta l-istess valur legali bħat-Trattati.

Skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta, l-imġiba tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-konfront tal-Karta tikkostitwixxi l-punt ta' referenza ewlieni biex jiġi analizzat il-kamp ta' applikazzjoni tagħha u biex jiġi vvalutat il-livell ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha. Ir-rapport għandu l-għan li jevalwa, minn perspettiva istituzzjonali tal-UE, is-sitwazzjoni attwali rigward ir-rwol tal-Karta bħala sors tal-liġi primarja tal-UE, filwaqt li jissuġġerixxi aktar possibilità għal titjib.

Attivitajiet ta' ġbir ta' informazzjoni

L-attivitajiet ta' ġbir ta' informazzjoni li twettqu huma dawn li ġejjin:

– studju[1] tad-Dipartiment Tematiku C tad-DĠ IPOL, ippreżentat fil-Kumitat AFCO fit-28.11.2017, fil-preżenza tal-President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet Fundamentali, id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Moviment Liberu tal-Persuni (FREMP) u rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, Unità Politika tad-Drittijiet Fundamentali;

– laqgħat tekniċi ma': l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (10.01.2018), il-Kummissjoni Ewropea, Unità Politika dwar id-Drittijiet Fundamentali (22.02.2018), il-Kap tad-Dipartiment tal-Karta Soċjali Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa (13.03.2018), l-Ombudsman Ewropew (30.05.2018);

– opinjoni legali[2] tal-FRA, ippreżentata fil-Kumitat AFCO fl-01.10.2018, ibbażata fuq l-input miġbur minn, inter alia, tweġibiet mill-aġenziji tal-UE għal kwestjonarju mibgħut mill-President tal-Kumitat AFCO lill-aġenziji kollha.

Il-Karta fil-proċess leġiżlattiv u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE

Minkejja l-progress rilevanti li sar mill-istituzzjonijiet tal-UE biex il-Karta tiġi integrata fil-proċess leġiżlattiv u fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, xorta jidher li hija strument sottovalutat, mhux sfruttat għal potenzjal sħiħ tiegħu. It-tendenza ġenerali hija li wieħed jagħmel ħiltu kollha biex jevita l-ksur tagħha aktar milli jimmassimizza l-potenzjal tagħha[3], minkejja l-fatt li d-dmir li tiġi promossa l-applikazzjoni tagħha huwa spjegat b'mod ċar fil-Karta nnifisha (l-Artikolu 51(1)).

Kontrolli ta' kompatibilità u valutazzjonijiet tal-impatt – l-għodod ewlenin għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tevalwa, ex ante, il-konformità tal-proposti tagħha mad-drittijiet fundamentali, għalhekk mal-Karta – isegwu dik it-triq, filwaqt li jenfasizzaw attitudni passiva lejn il-Karta pjuttost milli waħda proattiva. Speċifikament f'dak li għandu x'jaqsam mal-valutazzjoni tal-impatt, anke jekk ir-rwol tad-drittijiet tal-bniedem issaħħaħ b'mod gradwali, l-enfasi primarja tinsab fuq l-istandards tradizzjonali, jiġifieri l-fatturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Sadanittant, il-proposti tal-Kummissjoni jistgħu jinbidlu b'mod sinifikanti matul il-proċess leġiżlattiv, bir-riskju li l-valutazzjoni tal-impatt titlef is-sinifikat tagħha speċjalment matul l-hekk imsejħa trilogi: l-opaċità ta' dawn in-negozjati konġunti tagħmilha estremament diffiċli li jiġi evalwat it-twettiq tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u, fl-istess ħin, il-kunsiderazzjonijiet politiċi u/jew tal-partiti jistgħu jipprevalu fuq kwistjonijiet oħra. Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jippermetti lill-koleġiżlaturi jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt ulterjuri, iżda fuq bażi fakultattiva. Fil-livell tal-koleġiżlaturi, il-Parlament għandu mezzi stabbiliti sew biex jivvaluta r-rispett tad-drittijiet fundamentali, fosthom proċedura speċifika prevista fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu (l-Artikolu 38) li, madankollu, qatt ma ntużat. Madankollu, bħal fil-każ tal-Kummissjoni, dawn huma prinċipalment proċeduri interni mwettqa mis-servizzi tagħha stess. F'dak li għandu x'jaqsam mal-Kunsill, minkejja l-adozzjoni ta' linji gwida interni biex tiġi kontrollata l-konformità tal-leġiżlazzjoni mad-drittijiet fundamentali, ma jeżisti ebda mekkaniżmu ta' valutazzjoni tal-impatt formali. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tiegħu, kif ġie rrappurtat reċentement mill-Ombudsman Ewropew[4], jagħmilha diffiċli li jiġi aċċertat it-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu.

Fil-qasam ta' azzjoni tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħtu operabilità sħiħa lid-dispożizzjonijiet tal-Karta billi jaffermaw kemm l-obbligi negattivi tagħhom (dawk ta' astensjoni) kif ukoll l-obbligi pożittivi (dmirijiet ta' azzjoni), f'konformità mar-rekwiżiti tal-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem. Din ir-responsabilità hija affermata mill-ġdid fit-TUE bis-saħħa tal-Artikoli 2 u 6 u f'obbligi analogi minquxa fid-dispożizzjonijiet li għandhom applikazzjonijiet ġenerali tat-Titolu II, Taqsima I tat-TFUE. Sabiex jintlaħaq tali objettiv, filwaqt li l-proċeduri interni tal-istituzzjonijiet jiġu kkomplementati, jistgħu jiġu previsti miżuri ulterjuri: il-promozzjoni ta' kooperazzjoni aktar strutturata u regolata ma' korpi esterni indipendenti, bħall-FRA, fil-valutazzjoni tad-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-proposti leġiżlattivi; it-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-impatt separati u distinti dwar id-drittijiet fundamentali; l-istabbiliment ta' mekkaniżmu biex tiġi identifikata l-ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jitħarsu u jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-Karta u biex id-dritt tal-Unjoni jsir konformi man-natura evoluzzjonarja tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem. Ikun xieraq ukoll li jiġu stabbiliti għodod addizzjonali għat-twettiq ta' rieżamijiet ex post sistematiċi tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-UE mal-Karta, li bħalissa tħallew għall-kompetenza kważi esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja (QĠUE). F'dan ir-rigward, klawżola ta' rappurtar u ta' rieżami dwar id-drittijiet tal-bniedem/ibbażata fuq il-Karta, inkluża fit-testi leġiżlattivi, tista' tirrappreżenta punt ta' tluq f'dan ir-rigward.

Il-Karta fil-politiki tal-UE

Ir-rapport se jħares lejn ir-rwol tal-Karta, b'mod partikolari f'żewġ oqsma ta' tfassil tal-politika tal-UE.

L-ewwel, l-azzjoni esterna, inkluża l-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi. Fil-qasam speċifiku tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), ir-rapport se jeżamina bir-reqqa l-kundizzjonijiet ristretti li taħthom il-QĠUE tista' teżerċita ġurisdizzjoni, u għalhekk dwar in-nuqqas ta' rimedji legali kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn deċiżjonijiet adottati f'dan il-qasam. Fl-istess ħin, l-imġiba interna tal-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-Karta tirrappreżenta t-test indikattiv għall-evalwazzjoni tal-imġiba tagħha fid-dimensjoni esterna. Il-kapaċità tal-UE li tiżviluppa b'mod effettiv PESK għal kollox konformi mal-prinċipji minquxa fl-Artikolu 21(1) tat-TUE se tiddependi fuq il-possibilità li din taġixxi f'konformità sħiħa ma' dawn ir-rekwiżiti internament.

Ftehimiet kummerċjali komprensivi huma partikolarment rilevanti għall-impatt potenzjali wiesa' li jista' jkollhom fuq id-drittijiet tal-bniedem. Minkejja l-adozzjoni ta' prattiki u linji gwida sinifikanti biex jittrattaw id-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali, ir-rapport se jissuġġerixxi li jmur lil hinn mill-hekk imsejjaħ "approċċ integrat" li bħalissa qed issegwi l-Kummissjoni fil-valutazzjonijiet tal-impatt dwar is-sostenibilità tagħha, billi tapprova bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew[5] biex twettaq valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem qabel ma jsiru konklużjonijiet ta' kwalunkwe negozjar kummerċjali.

It-tieni, il-governanza ekonomika: qasam li fih il-poteri tal-UE huma estensivi ħafna u jistgħu jaffettwaw ħafna d-drittijiet tal-bniedem, iżda fejn il-Karta ntesiet b'mod evidenti. Il-liġi primarja u sekondarja tal-UE ma tassenja, f'dan il-qasam, ebda funzjoni espliċita lill-Karta u bilkemm issemmi d-dispożizzjonijiet tagħha. Diversi strumenti li jsawru l-politika ekonomika u monetarja tal-UE ġew adottati barra mill-qafas tal-Unjoni, u naqqsu r-responsabilità politika tal-istituzzjonijiet tal-UE filwaqt li assenjawlhom, madankollu, rwoli qawwija ta' sorveljanza u implimentazzjoni. Id-deċiżjonijiet u l-għażliet li saru mingħajr valutazzjoni xierqa tad-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u billi ngħatat prijorità sħiħa lill-fatturi makroekonomiċi u l-kundizzjonalità, diġà kellhom riperkussjonijiet profondi fuq id-drittijiet ċivili, ekonomiċi u soċjali, kif enfasizzat ukoll mill-Kumitat Ewropew dwar id-Drittijiet Soċjali. Fil-fehma tar-Rapporteur, is-sentenza ta' Ledra Advertising tal-QĠUE għandha ssir il-punt kruċjali għall-integrazzjoni tal-Karta fil-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE kif ukoll fid-dimensjoni intergovernattiva tagħha, u ssir il-punt ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-leġittimità tal-miżuri proposti u adottati f'dan il-qasam.

Fl-aħħar nett, għandu jissemma b'mod speċifiku l-Grupp tal-Euro. Anki jekk il-QĠUE kkonfermat in-natura informali tiegħu u l-karattru mhux vinkolanti tad-deċiżjonijiet tiegħu[6], u għalhekk l-immunità mill-Artikolu 263 tat-TFUE, l-impatt politiku tad-determinazzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħu influwenza profondament it-tfassil tal-politika, l-evitar tal-formalitajiet tad-dritt tal-UE u "d-deistituzzjonalizzazzjoni" tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Fid-dawl ta' dan ir-rwol de facto msaħħaħ, ikun opportun li r-rilevanza tiegħu tiġi kkjarifikata fir-rigward tal-Karta.

Drittijiet vs Prinċipji

Il-Karta hija unika fit-twaħħid, f'dokument uniku, tad-drittijiet ċivili u politiċi, kif ukoll tadd-drittijiet soċjali u ekonomiċi, inklużi d-"drittijiet tal-bniedem tat-tielet ġenerazzjoni". Madankollu, id-dikotomija mhux ċara bejn id-drittijiet u l-prinċipji, minquxa fl-Artikoli 51(1) u 52 tal-Karta, u msaħħa mill-ispjegazzjonijiet tal-Karta, kif ukoll il-livell mhux simili ta' protezzjoni mogħtija lilhom (id-drittijiet jiġu rispettati/il-prinċipji li għandhom jiġu osservati), jirriskjaw li jimminaw din il-karatteristika distintiva. It-tendenza lejn "kunċettwalizzazzjoni" univoka tal-artikoli kollha minquxa fil-Karta fi ħdan il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tat-tfassil tal-politika tal-UE, filwaqt li jitqies debitament ir-rwol primarju tal-QĠUE fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-UE, tikkontribwixxi biex tikkonferma l-uniċità tagħha u ssaħħaħ il-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Il-promozzjoni ta' sinerġija sistematika bejn il-Karta u l-istrumenti l-oħra tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll bejn il-korpi ta' sorveljanza kompetenti, tkun ta' benefiċċju reċiproku għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet u l-obbligi pprovduti fiha. L-adeżjoni mal-Karta Soċjali Ewropea hija pass indispensabbli 'l quddiem li l-UE jeħtiġilha tieħu f'dan ir-rigward.

Il-Karta u l-Aġenziji tal-UE

L-aġenziji tal-UE huma marbuta li jirrispettaw u jippromwovu l-Karta bħal kwalunkwe korp ieħor tal-UE. Dan id-dmir huwa partikolarment sinifikanti meta wieħed iqis li ħafna drabi dawn jaġixxu bħala rabta operazzjonali bejn l-isferi tal-UE u dawk nazzjonali, billi jappoġġaw lill-Istati Membri u l-atturi rilevanti tagħhom fit-twettiq tar-responsabilitajiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE, u b'hekk, potenzjalment, jimplimentaw b'mod konkret id-dispożizzjonijiet tal-Karta. Meta wieħed iħares lejn ir-realtà attwali tal-aġenziji tal-UE, jirriżulta li l-livell ta' għarfien intern tal-Karta kif ukoll l-istabbiliment ta' proċeduri interni u/jew għodod biex jagħtu effikaċja lid-dispożizzjonijiet tagħha, ivarjaw ħafna skont il-mandat u n-natura tagħhom. Diġà hemm diversi prattiki tajbin stabbiliti li jistgħu jiġu estiżi b'mod orizzontali għall-aġenziji kollha tal-UE. Għodod addizzjonali – bħal, pereżempju, l-istabbiliment ta' uffiċjali indipendenti tad-drittijiet fundamentali – ikunu ta' benefiċċju għal dan l-iskop. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-iżvilupp ta' djalogu strutturat mal-partijiet interessati rilevanti tad-drittijiet tal-bniedem huma elementi ewlenin ta' dan il-proċess. L-inklużjoni, mil-leġiżlatur tal-UE, ta' referenzi espliċiti għall-Karta fir-regolamenti ta' twaqqif tal-aġenziji kollha hija meħtieġa b'mod urġenti.

Implimentazzjoni tal-Karta fil-livell nazzjonali

Id-"dimensjoni nazzjonali" tal-Karta tikkomplementa dik tal-UE. L-implimentazzjoni inadegwata tal-Karta fil-livell nazzjonali timmina l-konsistenza u l-effikaċja ġenerali tagħha. Skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta, id-dispożizzjonijiet tagħha huma indirizzati għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni. Minkejja l-kjarifiki magħmula mill-QĠUE, il-prattiki nazzjonali juru li għadu diffiċli li jiġi vvalutat jekk il-Karta tapplikax b'mod konkret u kif. Huwa interessanti li, xi kultant, l-imħallfin nazzjonali jużaw il-Karta bħala sors pożittiv ta' interpretazzjoni anke f'każijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-UE. Madankollu, b'mod aktar ġenerali, dik l-ambigwità, flimkien mad-"distakk fl-għarfien" mifrux rigward il-Karta u n-nuqqas ta' politiki nazzjonali mmirati lejn il-promozzjoni tal-applikazzjoni tagħha, iwasslu għal użu sostanzjalment baxx tagħha fil-livell nazzjonali. L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE jista' jkollhom rwol ewlieni biex jimlew dawn il-lakuni billi jistabbilixxu firxa wiesgħa ta' miżuri u azzjonijiet immirati lejn l-appoġġ tal-Istati Membri f'dan ir-rigward. Fi kwalunkwe każ, huwa ta' importanza enormi li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni u li ssir bidla lejn interpretazzjoni b'inqas restrizzjonijiet tal-Artikolu 51 tal-Karta, filwaqt li tiġi evalwata l-possibilità li din titwarrab f'każ ta' reviżjoni tat-Trattati.

  • [1]  "The Implementation of the Charter of Fundamental Rights in the EU Institutional Framework" (L-Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-Qafas Istituzzjonali tal-UE), Prof. Olivier De Schutter, (PE 571.397).
  • [2]  Opinjoni tal-FRA – 4/2018 "Challenges and opportunities for the implementation of the Charter of Fundamental Rights", 24 ta' Settembru 2018.
  • [3]  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, Fundamental Rights Report 2017, p. 23.
  • [4]  European Ombudsman, Decision in strategic inquiry OI/2/2017/TE on the transparency of the Council legislative process, 15.05.2018.
  • [5]  L-Ombudsman Ewropew fil-każ 1409/2014/MHZ dwar in-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq minn qabel valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, 26.02.2016.
  • [6]  Is-sentenza tal-20 ta' Settembru 2016 Mallis et, Il-Kawżi Magħquda C 105/15 P sa C 109/15 P, il-punt 61.

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE

(2017/2089(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 7, 9, 10, 11, 21, 23 u 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 9, 10, 11, 12, 15, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 67(1), 258, 263, 267 u 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Opinjonijiet u l-Lista ta' Kontroll tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni ta' Venezja,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika[1],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-konformità tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: metodoloġija għal monitoraġġ strett u sistematiku[2],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali[3],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali[4],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE[5],

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[6],

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali[7],

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2005 bit-titolu "Ir-rispett tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-proposti ta' liġi tal-Kummissjoni – Metodoloġija għal kontroll sistematiku u rigoruż" (COM(2005)0172),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-29 ta' April 2009 dwar it-tħaddim fil-prattika tal-metodoloġija għal monitoraġġ sistematiku u rigoruż tal-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (COM(2009)0205),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea" (COM(2010)0573),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2011, bit-titolu "Operational Guidance on taking account of Fundamental rights in Commission Impact Assessments" (Gwida Operazzjonali dwar il-kunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-Kummissjoni)(SEC(2011)0567),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011 bit-titolu "Id-Drittijiet tal-bniedem u demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE – Lejn approċċ aktar effettiv" (COM(2011)0886),

–  wara li kkunsidra l-"Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija" tal-25 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-20 ta' Jannar 2015 dwar passi metodoloġiċi li għandhom jittieħdu biex tiġi vverifikata l-kompatibilità tad-drittijiet fundamentali fil-korpi preparatorji tal-Kunsill",

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-korpi preparatorji tal-Kunsill intitolati "kompatibilità mad-drittijiet fundamentali",

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-seminar tal-Presidenza tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2016 dwar l-applikazzjoni ta' politika nazzjonali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2015 dwar l-analiżi tal-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi politiċi marbuta mal-kummerċ,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Kollokji Annwali tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tal-20 ta' Settembru 2016, fil-Kawżi Magħquda C‑8/15 P sa C‑10/15 P, Ledra Advertising Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)[8],

–  wara li kkunsidra s-Sentenza tal-QĠUE tas-6 ta' Novembru 2018, fil-Kawżi Magħquda C-569/16 u C-570/16, Stadt Wuppertal vs Maria Elisabeth Bauer u Volker Willmeroth vs Martina Broßonn[9],

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/13 tal-QĠUE tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali[10],

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 4/2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tat-24 ta' Settembru 2018 bit-titlu "Sfidi u opportunitajiet għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali",

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali dwar id-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-Manwal tal-FRA ta' Ottubru 2018 bit-titlu "L-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-dritt u t-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali - Gwida",

–  wara li kkunsidra l-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar, b'mod partikolari l-Għodda Nru 28 "Drittijiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa tat-2 ta' Diċembru 2016 dwar l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea biex jiġi stabbilit Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra d-dokument tad-delegazzjoni Netherlandiża tal-COSAC dwar it-trasparenza tal-UE ta' Novembru 2017 bit-titlu "Niftħu l-bibien magħluqa: Biex l-UE ssir aktar trasparenti għaċ-ċittadini tagħha", u l-ittra tad-Delegazzjonijiet tal-COSAC lill-Istituzzjonijiet tal-UE fl-20 ta' Diċembru 2017 dwar it-trasparenza tal-proċess deċiżjonali politiku fi ħdan l-UE,

–  wara li kkunsidra l-istudji bl-isem "L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE", "L-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: id-dilemma ta' applikazzjoni aktar stretta jew usa' tal-Karta għal miżuri nazzjonali", u "Il-Karta Soċjali Ewropea fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE", ippubblikati mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fit-22 ta' Novembru 2016, fil-15 ta' Frar 2016 u fit-12 ta' Jannar 2016 rispettivament[11],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0051/2019),

A.  billi t-Trattat ta' Lisbona ta l-istatus ta' dritt primarju lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "il-Karta") fi ħdan il-qafas legali tal-UE, u b'hekk din għandha l-istess saħħa ġuridika tat-Trattati;

B.  billi dan ir-rapport ma jevalwax kull dritt individwali li jinsab fil-Karta, iżda, pjuttost janalizza l-implimentazzjoni tal-Karta bħala strument tal-liġi primarja;

C.  billi d-dispożizzjonijiet soċjali huma parti kruċjali mill-Karta u mill-istruttura legali tal-Unjoni; billi huwa importanti li jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni u li tiġi enfasizzata l-importanza tagħhom;

D.  billi, skont il-QĠUE, id-drittijiet fundamentali rikonoxxuti mill-Karta huma fil-qalba tal-istruttura ġuridika tal-UE, u r-rispett għalihom huwa prekundizzjoni neċessarja għal-legalità ta' kwalunkwe att tal-UE;

E.  billi l-Karta tinkludi, f'konformità mar-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Artikolu 51 tagħha, kemm obbligi negattivi (mhux ksur) kif ukoll pożittivi (promozzjoni attiva) li għandhom jiġu ssodisfati ugwalment sabiex jingħata karattru operattiv sħiħ lid-dispożizzjonijiet tagħha;

F.  billi l-Artikolu 51 tal-Karta jiċċirkoskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, filwaqt li jqis il-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u tar-rispett tal-limiti tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati;

G.  billi l-Artikolu 51(2) tal-Karta jagħmilha ċara li l-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni u ma tistabbilixxi ebda setgħa jew kompitu ġdid għall-Unjoni, u ma timmodifikax il-kompetenzi u l-kompiti ddefiniti fit-Trattati;

H.  billi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huma kontinwament marbuta mill-Karta, anke meta dawn jaġixxu barra l-qafas legali tal-UE;

I.  billi, bis-saħħa tal-Artikolu 51, id-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni; billi, madankollu, il-limiti inċerti ta' tali rekwiżit jagħmluha diffiċli biex jiġi ddeterminat jekk il-Karta tapplikax b'mod konkret u kif tapplika b'mod konkret;

J.  billi l-potenzjal tad-drittijiet soċjali u ekonomiċi stabbiliti fil-Karta ma ġiex sfruttat biżżejjed s'issa; billi, filwaqt li jfakkar fl-opinjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-rispett tad-drittijiet soċjali mhux biss huwa imperattiv etiku u obbligu ġuridiku, iżda wkoll ħtieġa ekonomika;

K.  billi l-Artikolu 6 tat-TUE jenfasizza wkoll li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB, iridu jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

L.  billi l-Artikolu 151 tat-TFUE jirreferi għad-drittijiet soċjali fundamentali bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea;

M.  billi l-istudju tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titlu "L-Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-qafas istituzzjonali tal-UE"[12] jikkunsidra, inter alia, ir-rilevanza tal-Karta għall-attivitajiet tal-Kummissjoni fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (it-Trattat dwar il-MES) u fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; billi ftit li xejn qed tingħata attenzjoni lid-drittijiet soċjali stabbiliti fil-Karta fil-governanza ekonomika tal-Unjoni; billi dawn id-drittijiet għandhom jitqiesu bħala drittijiet fundamentali ġenwini;

N.  billi l-impenn fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tat-twassil ta' drittijiet ġodda u iktar effettivi għaċ-ċittadini fl-oqsma ta' opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u protezzjoni u inklużjoni soċjali tkompli ttejjeb id-drittijiet minquxa fil-Karta;

O.  billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa valur fundamentali tal-UE, u huwa minqux fit-Trattati tal-UE u fil-Karta; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u jistipula li, "Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġġixxi ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa";

P.  billi t-trasparenza tal-proċessi leġiżlattivi u deċiżjonali tal-UE toriġina mid-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta, u prekundizzjoni essenzjali biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jivvalutaw u jimmonitorjaw kif xieraq l-implimentazzjoni tal-Karta mill-istituzzjonijiet tal-UE;

Q.  billi l-promozzjoni mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni tal-firxa wiesgħa ta' drittijiet previsti fil-Karta – li jvarjaw minn drittijiet ċivili u politiċi għal dawk soċjali, ekonomiċi u tat‑-tielet ġenerazzjoni – tikkostitwixxi impetu kruċjali għall-iżvilupp ta' sfera pubblika Ewropea u għall-espressjoni konkreta tal-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea u tad-dimensjoni parteċipattiva tal-UE minquxa fit-Trattati;

R.  billi l-FRA ifformulat għadd ta' rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta fl-opinjonijiet tagħha "Improving access to remedy in the area of business and human rights at the EU level" (It-titjib tal-aċċess għal rimedju fil-qasam tad-drittijiet tan-negozju u tal-bniedem fil-livell tal-UE)[13] u "Challenges and opportunities for the implementation of the Charter of Fundamental Rights"(L-isfidi u l-opportunitajiet għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)[14];

S.  billi l-Artikolu 24 tal-Karta jistabbilixxi d-drittijiet tat-tfal, filwaqt li jobbliga lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-istituzzjonijiet privati jpoġġu l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja;

T.  billi l-Artikolu 14 tal-Karta jenfasizza d-dritt ta' kull tifel/tifla għal edukazzjoni ġusta;

It-tisħiħ tal-integrazzjoni tal-Karta fil-proċess leġiżlattiv u l-proċess deċiżjonali

1.  Jemmen bil-qawwa li l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573) kienet sforz inizjali wara d-dħul fis-seħħ tal-Karta, iżda jeħtieġ li tiġi aġġornata b'mod urġenti; jilqa' r-rapporti annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta mill-Kummissjoni, u jitlob li ssir reviżjoni ta' din l-istrateġija, li tfasslet fl-2010, sabiex tiġi aġġornata biex tqis l-isfidi l-ġodda u r-realtà istituzzjonali, b'mod partikolari wara l-Brexit;

2.  Jirrikonoxxi d-diversi passi importanti li saru mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jintegraw il-Karta fil-proċessi leġiżlattivi u deċiżjonali tal-UE; jinnota li r-rwol prinċipali tal-Karta huwa li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun għalkollox konformi mad-drittijiet u l-prinċipji minquxin fiha, u jirrikonoxxi d-diffikultajiet involuti fil-promozzjoni attiva tagħhom u fl-iżgurar tat-twettiq tagħhom;

3.  Jenfasizza li huwa importanti li l-proposti kollha għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta;

4.  Ifakkar li l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jivvalutaw il-kompatibilità tal-proposti leġiżlattivi mal-Karta huma prinċipalment ta' natura interna; jitlob l-opportunità li jiġu pprovduti forom msaħħa ta' konsultazzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi għall-ġeneru, u skrutinju legali bl-involviment ta' esperti indipendenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi kooperazzjoni strutturata u regolata ma' korpi tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-FRA, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-korpi rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam, kull meta fajl leġiżlattiv potenzjalment jippromwovi jew jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jirrevedu r-Regolament tal-Kunsill 168/2007 biex il-FRA tkun tista' tagħti opinjonijiet mhux vinkolanti dwar l-abbozz ta' leġiżlazzjoni tal-UE fuq inizjattiva tagħha stess, u biex jippromwovu konsultazzjonijiet sistematiċi mal-Aġenzija;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri jikkonsultaw l-FRA meta jkunu involuti d-drittijiet fundamentali;

7.  Jirrikonoxxi r-rwol vitali tal-FRA fil-valutazzjoni tal-konformità mal-Karta u jilqa' l-ħidma li wettqet l-Aġenzija; iħeġġeġ lill-FRA tkompli tagħti pariri u tappoġġa lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tat-titjib tal-kultura tad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni; jilqa' l-Istrateġija tal-FRA 2018-2022, li ġiet adottata reċentement;

8.  Jieħu nota tal-għodda interattiva online CLARITY żviluppata mill-FRA sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni faċli tal-aktar korp mhux ġudizzjarju xieraq b'mandat tad-drittijiet tal-bniedem għal kwistjoni partikolari dwar id-drittijiet fundamentali;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi permezz ta' evalwazzjoni bbilanċjata tal-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali u reviżjoni tad-deċiżjoni tagħha li taqsam il-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet fundamentali fit-tliet kategoriji attwali– effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali – u toħloq żewġ kategoriji speċifiċi bit-titli "Effetti fuq id-drittijiet fundamentali" u "Valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi", sabiex tiżgura li l-aspetti kollha tad-drittijiet fundamentali jiġu evalwati;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sistematika fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu rispettati u ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-Karta, u biex jiġi żgurat li d-dritt tal-Unjoni huwa adattat biex iqis l-iżviluppi ġuridiċi u ġurisprudenzjali tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; itenni wkoll, f'dan ir-rigward, l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta li tagħti effett lir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali[15] li jippermetti l-iskrinjar sistematiku tal-iżviluppi fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u fl-Istati Membri li jeħtieġu azzjoni biex jiġu protetti u ssodisfati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji tal-Karta; jissuġġerixxi, b'mod partikolari, li l-kundizzjonijiet stipulati fil-kriterji ta' Copenhagen dwar id-drittijiet fundamentali ma għandhomx jintużaw sempliċement darba bħala prekundizzjonijiet għall-adeżjoni, iżda li l-Istati Membri jiġu vvalutati minn żmien għal żmien biex titkejjel il-konformità magħhom;

11.  Jinnota li l-Ombudsman għandha wkoll rwol rilevanti x'taqdi fl-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-Karta, mhux biss b'rabta mal-Artikolu 41 dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala tali, iżda billi jitqies ukoll il-fatt li tali amministrazzjoni tajba hija pedament f'termini ta' garanzija ta' drittijiet fundamentali oħra; ifakkar il-ħidma eżemplari tal-Ombudsman, fost l-oħrajn fil-qasam tat-trasparenza u tal-libertà tal-informazzjoni, kif ukoll ir-Rapport Speċjali dwar il-Frontex[16] matul din il-leġiżlatura parlamentari b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta' lment mill-persuni li jfittxu asil u mill-migranti;

12.  Jifhem li l-ġurisprudenza se jkollha impatt fuq il-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta u li dan irid jittieħed inkunsiderazzjoni;

13.  Jitlob lil-leġiżlaturi tal-UE jirrikonoxxu l-konklużjonijiet tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Marzu 2018 (Kawża T-540/15) dwar l-aċċess għad-dokumenti tat-trilogi[17] , u biex jaġixxu skont dan; jinsisti dwar in-neċessità li jissaħħu t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, sabiex tkun żviluppata kooperazzjoni interistituzzjonali iktar effikaċi, inkluża r-responsabbiltà dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jindirizza malajr it-tħassib imqajjem fir-rigward tat-trasparenza tal-proċess deċiżjonali tiegħu u l-aċċess għad-dokumenti b'mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Ombudsman Ewropew;

L-integrazzjoni tal-Karta fil-politiki tal-UE

14.  Ifakkar li t-tfassil tal-politika tal-UE jiddependi fuq il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6 tat-TUE, filwaqt li jsostni u japplika bis-sħiħ ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet b'applikazzjoni ġenerali tat-Titolu II, Parti I tat-TFUE;

15.  Jafferma mill-ġdid li l-atti legali kollha adottati mill-Unjoni jridu jikkonformaw b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Karta, inklużi d-dispożizzjonijiet soċjali tagħha; jenfasizza l-importanza li jiġu inkorporati referenzi espliċiti għall-Karta fi ħdan il-qafas legali li jirregola l-politika ekonomika u monetarja tal-UE; jenfasizza li r-rikors għal arranġamenti intergovernattivi ma jeħlisx lill-istituzzjonijiet tal-UE mill-obbligi tagħhom li jivvalutaw il-kompatibilità ta' tali strumenti mad-dritt tal-UE, inkluża l-Karta;

16.  Iqis li huwa kruċjali li l-Unjoni tieħu passi deċiżi sabiex issaħħaħ l-impenji tagħha stess biex tiżgura t-tgawdija tad-drittijiet kollha ta-Karta, inklużi d-drittijiet soċjali;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċess tas-Semestru Ewropew, inklużi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, u r-rakkomandazzjonijiet annwali tal-istħarriġ dwar it-tkabbir, jikkonformaw mal-komponenti normattivi tad-drittijiet soċjali tal-Karta;

18.  Jappoġġa l-introduzzjoni ta' klawżoli b'saħħithom u konsistenti relatati mad-drittijiet fundamentali fit-testi operattivi tal-abbozzi ta' regolamenti li jistabbilixxu l-fondi tal-UE.

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu d-deċiżjonijiet makroekonomiċi wara li jikkunsidraw kif xieraq il-valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, ibbażati fuq il-firxa sħiħa ta' drittijiet ċivili, politiċi u soċjali ggarantiti mill-istrumenti tad-dritt Ewropew u dak internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina x'passi huma meħtieġ għall-adeżjoni mill-Unjoni Ewropea għall-Karta Soċjali Ewropea, u tipproponi qafas ta' żmien biex jinkiseb dak l-objettiv;

21.  Ifakkar li, fuq il-bażi tas-setgħat stabbiliti fit-Trattati, hija primarjament ir-responsabilità tal-Istati Membri li jqiegħdu l-politika soċjali fil-prattika, u għalhekk li jagħtu effettività u espressjoni tanġibbli lid-dispożizzjonijiet soċjali minquxa fil-Karta; itenni, madankollu, il-proposta tiegħu, fil-kuntest ta' reviżjoni possibbli tat-Trattati, biex jiġi inkorporat fihom protokoll soċjali sabiex jissaħħu d-drittijiet soċjali fundamentali fir-rigward tal-libertajiet ekonomiċi;

22.  Jieħu nota tar-rwol, de facto kruċjali, iżda informali, tal-Grupp tal-Euro fil-governanza ekonomika taż-żona tal-euro, u tal-impatt li d-deċiżjonijiet tiegħu jista' jkollhom biex jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika, mingħajr ma jiġi kkontrobilanċjat minn mekkaniżmi xierqa ta' responsabilità demokratika u kontroll ġudizzjarju; ifakkar lill-membri tiegħu dwar l-obbligi orizzontali tagħhom li jirriżultaw mill-Artikoli 2 u 6 tat-TUE u mill-Karta;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew jikkonformaw bis-sħiħ mal-Karta fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, inklużi l-prattiki ta' self fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE.

24.  Ifakkar li l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji minquxa fl-Artikolu 21(1) tat-TUE; huwa konvint li r-rispett sħiħ u l-promozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta fl-UE jirrappreżentaw punt ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-leġittimità u l-kredibilità tal-imġiba tal-Unjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħha, inkluż fil-qafas tal-proċess ta' tkabbir skont l-Artikolu 49 tat-TUE;

25.  Jinnota l-ġurisdizzjoni limitata tal-QĠUE fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), u jwissi kontra kwalunkwe limitazzjoni potenzjali tad-drittijiet għal rimedju effettiv kif stabbilit fil-Karta;

26.  Ifakkar lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-obbligi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta, anki fil-qasam tal-politika kummerċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi fuq id-drittijiet tal-bniedem qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe negozjar kummerċjali, billi tagħmel referenza għall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment;

27.  Ifakkar li kemm it-Trattati kif ukoll il-Karta jagħmlu referenza għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa; jitlob li jittieħdu passi amministrattivi konkreti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex il-gvernijiet nazzjonali jiġu mħeġġa jsibu soluzzjonijiet sostenibbli u jippromwovu l-kultura tad-diversità lingwistika fl-Istati Membri tagħhom, lil hinn mil-lingwi uffiċjali tal-UE;

28.  Ifakkar fl-obbligu ta' adeżjoni mal-KEDB stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi meħtieġa biex telimina l-ostakli legali li jipprevjenu l-konklużjoni tal-proċess ta' adeżjoni, u biex tippreżenta abbozz ta' ftehim ġdid għall-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB li jipprovdi soluzzjonijiet pożittivi għall-oġġezzjonijiet imqajma mill-QEDB fl-Opinjoni 2/13 tat-18 ta' Diċembru 2014; jikkunsidra li t-tlestija tiegħu tintroduċi salvagwardji ulterjuri li jipproteġu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u tar-residenti tal-Unjoni u tipprovdi mekkaniżmu addizzjonali għall-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri l-possibilità ta' tressiq ta' lment quddiem il-QEDB fir-rigward ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn min-naħa ta' istituzzjoni tal-UE jew ta' Stat Membru fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, li jaqa' fil-mandat tal-KEDB; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li l-każistika tal-QEDB għalhekk ser tipprovdi kontribut għall-azzjoni attwali u futura tal-UE għar-rispett għal, u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fl-oqsma tal-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern, minbarra l-każistika tal-QĠUE f'dan il-qasam;

Il-Karta u l-Aġenziji tal-UE

29.  Jenfasizza l-potenzjal ta' ċerti aġenziji tal-UE li joffru appoġġ lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-Karta, billi spiss jaġixxu bħala rabta operazzjonali bejn l-isferi tal-UE u dawk nazzjonali; jirrimarka li dan il-kompitu jista' jitwettaq biss bl-iżvilupp ta' prattika sħiħa tad-drittijiet fundamentali fl-aġenziji li joperaw fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u/jew f'dawk li l-attivitajiet tagħhom jista' jkollhom impatt fuq id-drittijiet u l-prinċipji derivati mill-Karta, filwaqt li jitqiesu d-dimensjonijiet interni u esterni tal-protezzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

30.  Jistieden lill-aġenziji tal-UE rilevanti jintensifikaw il-ħidma biex jimplimentaw il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri minquxa fil-Karta, inkluż billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE kollha jsegwu politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-forom kollha ta' vjolenza sessista u fastidju fiżiku jew psikoloġiku; jitlob lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-UE kollha sabiex jimplimentaw bis-sħiħ ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE[18];

31.  Jieħu nota tal-firxa differenzjata ta' politiki u strumenti żviluppati mid-diversi aġenziji biex iwettqu l-obbligi tagħhom fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, b'livelli differenti ta' implimentazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-UE kif ukoll djalogi strutturati ma' esperti indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, u li l-aħjar prattiki eżistenti jintużaw bħala bażi, sabiex jiġi żviluppat qafas komuni u msaħħaħ tad-drittijiet tal-bniedem;

32.  Jistieden lill-aġenziji tal-UE li joperaw fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u/jew dawk li l-attivitajiet tagħhom jista' jkollhom impatt fuq id-drittijiet u l-prinċipji li ġejjin mill-Karta sabiex jadottaw strateġiji interni tad-drittijiet fundamentali u sabiex jippromwovu sessjonijiet regolari ta' taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali u dwar il-Karta għall-persunal tagħhom fil-livelli kollha;

33.  Jiddispjaċih min-nuqqas, f'ħafna regolamenti fundaturi tal-aġenziji tal-UE, ta' referenza espliċita għall-Karta; jistieden lill-koleġiżlaturi biex jimlew dan in-nuqqas, fejn meħtieġ, kull meta r-regolamenti jew id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu aġenziji jiġu abbozzati jew riveduti, u jipprovdu mekkaniżmi operattivi addizzjonali li jiżguraw konformità mal-Karta, filwaqt li jqisu l-mandat u l-ispeċifiċitajiet ta' kull aġenzija individwali;

Appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Karta fil-livell nazzjonali

34.  Ifakkar li d-dimensjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali tal-Karta huma marbuta b'mod inseparabbli u jikkumplimentaw lil xulxin biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tal-Karta jiġu applikati b'mod konsistenti fi ħdan il-qafas legali ġenerali tal-UE;

35.  Jenfasizza n-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni persistenti rigward il-Karta, il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell ta' applikazzjoni tagħha kemm fost id-detenturi tad-drittijiet li jibbenefikaw mill-protezzjoni tagħha kif ukoll fost l-esperti legali u tad-drittijiet tal-bniedem, u jiddeplora l-iskarsezza ta' azzjoni nazzjonali intiża biex tirrimedja nuqqas bħal dan;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tagħha dwar il-Karta, bl-involviment sħiħ ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u tippromwovi u tiffinanzja moduli ta' taħriġ immirati lejn il-Karta għall-imħallfin nazzjonali, għall-prattikanti legali kif ukoll għall-impjegati taċ-ċivil, immirati wkoll biex itejbu l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni, inklużi inter alia d-dritt sostantiv u proċedurali, l-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-QĠUE, il-lingwa legali u d-dritt komparattiv; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tipprovdi lill-Istati Membri b'linji gwida prattiċi li jappoġġjawhom fl-implimentazzjoni tal-Karta fil-livell nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tagħti viżibilità lill-Manwal tal-FRA, li għadu kemm ġie ppubblikat, dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-dritt u t-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali,

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiskambjaw informazzjoni u esperjenza b'mod regolari dwar l-użu, l-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-Karta, u biex jintegraw l-eżempji tal-aqwa prattika diġà żviluppati fil-livell nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrevedu r-regoli proċedurali tagħhom dwar l-iskrutinju legali u l-valutazzjonijiet tal-impatt ta' abbozzi ta' liġi mill-perspettiva tal-Karta; jinnota li tali proċeduri għandhom jirreferu b'mod espliċitu għall-Karta, bl-istess mod kif jirreferu għal strumenti nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jonqos ir-riskju li l-Karta tiġi injorata;

38.  Jinnota li l-lakuni fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri jista' jkollhom impatt ġenwin fuq it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-UE; ifakkar, f'dan il-kuntest, fir-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, u li b'hekk finalment – jekk mhux primarjament – jagħmilha responsabbli għas-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluż permezz ta' proċeduri ta' ksur, jekk ikun meħtieġ; jitlob f'dan ir-rigward tmexxija aktar determinata biex tiġi żgurata implimentazzjoni adegwata tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

Lejn interpretazzjoni aktar konsistenti tal-Karta

39.  Huwa konvint li l-interpretazzjonijiet differenti li jirrigwardaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE u tal-Istati Membri, huma ta' detriment għall-valur miżjud li ġġib magħha l-Karta, li tirrappreżenta serje ta' standards minimi komuni ta' protezzjoni li għandhom jiġu applikati b'mod orizzontali għall-atturi istituzzjonali u l-politiki u l-attivitajiet kollha marbuta mal-isfera tal-UE;

40.  Jenfasizza li l-inkorporazzjoni tal-Karta fil-liġi primarja tal-UE, filwaqt li ma testendix il-kompetenzi tal-Unjoni u hi konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 51 tagħha, toħloq responsabilitajiet ġodda għall-istituzzjonijiet ta' implimentazzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali, u li d-dispożizzjonijiet tal-Karta għalhekk saru infurzabbli direttament mill-qrati Ewropej u nazzjonali;

41.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jippermettu applikazzjoni aktar sempliċi tal-Karta inġenerali;

42.  Jiddispjaċih li sal-lum, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju Unit għadhom ma ddeċidewx li jirtiraw mill-Protokoll Nru 30 tat-Trattati, u b'hekk jiżguraw in-nonparteċipazzjoni tagħhom fil-Karta;

°

°  °

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

  • [1]  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 167.
  • [2]  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 229.
  • [3]  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
  • [4]  ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.
  • [5]  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 120.
  • [6]  ĠU C 145, 31.5.2001, p. 43.
  • [7]  ĠU C 53, 22.2.2007, p. 1.
  • [8]  ECLI:UE:C:2016:701.
  • [9]  ECLI:UE:C:2018:871.
  • [10]  ECLI:UE:C:2014:2454.
  • [11]  Studju bit-titlu "L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE", il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika C, 22 ta' Novembru 2016; studju bit-titlu "L-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: id-dilemma ta' applikazzjoni aktar stretta jew usa' tal-Karta għal miżuri nazzjonali" id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment Tematiku C, il-15 ta' Frar 2016 u studju bit-titlu "Il-Karta Soċjali Ewropea fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE" tat-12 ta' Jannar 2016.
  • [12]  "The Implementation of the Charter of Fundamental Rights in the EU institutional framework", (L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika C – Id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, it-22 ta' Novembru 2016.
  • [13]  FRA Opinjoni 1/2017, l-10 ta' April 2017.
  • [14]  FRA Opinjoni 4/2018, l-24 ta' Settembru 2018.
  • [15]  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
  • [16]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew dwar l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar il-Frontex, ĠU C 399, 24.11.2017, p. 2.
  • [17]  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-22 ta' Marzu 2018, Emilio de Capitani vs il-Parlament Ewropew, T-540/05, ECLI:EU:T:2010:167;
  • [18]  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 192.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (5.12.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE
(2017/2089(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Eduard Kukan

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi d-dispożizzjonijiet soċjali huma parti kruċjali mill-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u mill-istruttura legali tal-Unjoni; billi huwa importanti li jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni u li tiġi enfasizzata l-importanza tagħhom;

B.  billi sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta hija sors ta' liġi primarja, li tapplika l-ewwel u qabel kollox għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni;

C.  billi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE għandhom l-obbligu li jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali waqt l-eżekuzzjoni tal-mandati tagħhom u li jikkonformaw bis-sħiħ mal-Karta; billi l-applikazzjoni sistematika tal-Karta fl-oqsma ta' politika kollha hija importanti;

D.  billi tali obbligu jfisser li l-istituzzjonijiet tal-UE jenħtieġ li mhux biss jaraw li jevitaw il-ksur tad-drittijiet tal-Karta iżda jenħtieġ li jsaħħu wkoll il-potenzjal tal-Karta billi jinkorporaw dawk id-drittijiet b'mod attiv u sistematiku fit-tfassil tal-liġijiet jew l-iżvilupp tal-politiki;

E.  billi l-Kunsill u l-Parlament iridu jiżguraw b'mod sistematiku li kwalunkwe għażla li trid issir bejn l-għażliet politiċi differenti taħt kunsiderazzjoni jenħtieġ li tiġi vvalutata skont il-kontribuzzjoni li tali għażla tagħmel għat-twettiq tal-Karta;

F.  billi l-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tenfasizza ulterjorment l-importanza ta' opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, u għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u deċenti u għal protezzjoni u inklużjoni soċjali, bil-għan li jiġu pprovduti drittijiet ġodda u aktar effettivi liċ-ċittadini u li jissaħħu d-drittijiet diġà minquxa fil-Karta;

1.  Jafferma mill-ġdid li l-atti legali kollha adottati mill-Unjoni jridu jinkludu b'mod sħiħ u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Karta, inklużi d-dispożizzjonijiet soċjali tagħha u d-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-governanza ekonomika; jenfasizza li l-konformità tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni mal-Karta għandha tiġi vvalutata b'mod sistematiku; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità tal-proċess tas-Semestru Ewropew mal-Karta, inkluż l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

2.  Jilqa', fil-kuntest tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, dwar kundizzjonijiet tax-xogħol prevedibbli u trasparenti u dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali;

3.  Jifhem li l-ġurisprudenza se jkollha impatt fuq il-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta u li dan irid jittieħed inkunsiderazzjoni;

4.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea taderixxi mal-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa;

5.  Jisħaq li l-atturi kollha tal-Unjoni għandhom jiddedikaw l-istess kunsiderazzjoni għad-drittijiet soċjali u għad-drittijiet u l-prinċipji ekonomiċi daqs id-drittijiet u l-prinċipji fundamentali l-oħra minquxa fil-Karta;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri jikkonsultaw mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fir-rigward ta' kwistjonijiet li jkunu jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali;

7.  Jenfasizza li l-Unjoni jeħtieġ li tkompli żżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-Karta kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, billi ssaħħaħ il-komunikazzjoni dwar id-drittijiet, il-valuri u l-libertajiet fundamentali b'enfasi speċjali fuq il-politiki okkupazzjonali u soċjali; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ulterjuri tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk fil-qasam tal-politiki tal-impjieg u soċjali, biex jallinjaw aħjar il-prattiki tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Karta; jitlob li jkun hemm enfasi partikolari fuq l-iffaċilitar tal-impjiegi għall-persuni b'diżabilità u fuq it-tpaċija għall-iżvantaġġi li jesperjenzaw fil-progressjoni tal-karrieri; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Direttorat Ġenerali responsabbli għall-kwistjonijiet li jikkonċernaw persuni b'diżabilità; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-potenzjali tal-Karta għadu ma ġiex sfruttat b'mod sħiħ;

8.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Ombudsman Ewropew biex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinżammu responsabbli tal-azzjonijiet tagħhom kif ukoll biex tiġi promossa l-prattika ta' amministrazzjoni tajba tagħhom; jilqa' l-ħidma mwettqa mill-Ombudsman Ewropew;

9.  Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u r-rapporti annwali tagħha dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

10.  Jilqa' l-enfasi akbar tal-UE fuq id-drittijiet taċ-ċittadini anzjani u jħeġġeġ avvanzi ulterjuri f'approċċ lejn it-tixjiħ ibbażat fuq id-drittijiet; jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-età;

11.  Jisħaq li l-istituzzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-obbligi tagħhom relatati mar-rekwiżiti soċjali u ekonomiċi tal-Karta meta jfittxu li jissodisfaw il-konformità mal-istrumenti tal-Unjoni, bħat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG), u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; jitlob, barra minn hekk, li l-kunċett ta' "ċirkostanzi eċċezzjonali" skont l-Artikolu 3(3)(b) tat-TSKG, li jippermetti devjazzjoni mill-objettiv ta' terminu medju jew mill-perkors ta' aġġustament ippjanat, għandu jiġi interpretat b'tali mod li jinkludi l-inabilità tal-pajjiż li jikkonforma mingħajr ma jikkomprometti l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet soċjali tal-Karta;

12.  Jirrikonoxxi r-rwol vitali tal-FRA fil-valutazzjoni tal-konformità mal-Karta u jilqa' l-ħidma li wettqet l-Aġenzija; iħeġġeġ lill-FRA tkompli tagħti pariri u tappoġġa lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tat-titjib tal-kultura tad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni; jilqa' l-Istrateġija tal-FRA 2018-2022, li ġiet adottata reċentement;

13.  Jafferma mill-ġdid li d-dispożizzjonijiet soċjali tal-Karta jiggarantixxu kopertura u protezzjoni soċjali u tas-saħħa adegwati għall-ħaddiema kollha, inklużi l-ħaddiema tal-pjattaforma;

14.  Jenfasizza li huwa importanti li l-proposti kollha għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta; jenfasizza, b'attenzjoni speċjali għad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, il-ħtieġa li l-Unjoni tiżgura li kull ħaddiem igawdi mill-istess drittijiet fundamentali, irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija, mit-tip ta' kuntratt jew mir-relazzjoni ta' impjieg;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew jikkonformaw bis-sħiħ mal-Karta fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, inklużi l-prattiki ta' self fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Michael Detjen, Geoffroy Didier, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Ulrike Trebesius

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Deirdre Clune, Tania González Peñas, Alex Mayer, Jasenko Selimovic, Helga Stevens, Monika Vana

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic

EFDD

Laura Agea

GUE/NGL

Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Deirdre Clune, Geoffroy Didier, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Dennis Radtke, Claude Rolin

S&D

Guillaume Balas, Brando Benifei, Caterina Chinnici, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Monika Vana

1

-

NI

Lampros Fountoulis

2

0

ECR

Helga Stevens, Ulrike Trebesius

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (11.1.2019)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE
(2017/2089(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Dennis de Jong

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 44 u 51 tagħha;

  wara li kkunsidra l-istudju bit-titlu "The interpretation of Article 51 of the EU Charter of Fundamental Rights: the dilemma of stricter or broader application of the Charter to national measures" (L-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: id-dilemma ta' applikazzjoni aktar stretta jew usa' tal-Karta għal miżuri nazzjonali), ippubblikat fi Frar 2016 mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki C għad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu;

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali[1], b'mod partikolari l-paragrafu 20 tagħha,

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea[2], b'mod partikolari l-paragrafu 45 tagħha,

A.  billi l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000, kif adattata fi Strasburgu, fit-12 ta' Diċembru 2007 u li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati.

B.  billi, skont l-Artikolu 51 tal-Karta, id-dispożizzjonijiet tagħha huma indirizzati, fost oħrajn, lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; billi l-Artikolu 51(1) jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri "biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni";

C.  billi l-Artikolu 51(1) jiddikjara li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni "għandhom [...] jippromwovu l-applikazzjoni" tal-Karta; jenfasizza li l-Karta mhijiex biss sett ta' projbizzjonijiet iżda għandha titqies ukoll bħala għodda biex jiġu adottati miżuri sabiex jiġi żgurat it-twettiq effettiv tad-dispożizzjonijiet tagħha;

D.  billi l-Artikolu 6 tat-TUE jenfasizza wkoll li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), iridu jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

E.  billi l-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirreferi għad-drittijiet soċjali fundamentali bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea;

F.  billi l-istudju tiegħu ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE[3] jikkunsidra, inter alia, ir-rilevanza tal-Karta għall-attivitajiet tal-Kummissjoni fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (it-Trattat dwar il-MES) u fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; billi ftit li xejn qed tingħata attenzjoni lid-drittijiet soċjali stabbiliti fil-Katra fil-governanza ekonomika tal-Unjoni; billi dawn id-drittijiet għandhom jitqiesu bħala drittijiet fundamentali ġenwini;

G.  billi l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) ifformulat għadd ta' rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-opinjonijiet tagħha "Improving access to remedy in the area of business and human rights at the EU level"[4] (It-titjib tal-aċċess għal rimedju fil-qasam tad-drittijiet tan-negozju u tal-bniedem fil-livell tal-UE) u "Challenges and opportunities for the implementation of the Charter of Fundamental Rights"[5] (L-isfidi u l-opportunitajiet għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali);

1.  Jiddikjara li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali trid tiġi applikata b'rispett sħiħ għall-KEDB, filwaqt li tiġi rikonoxxuta wkoll l-importanza tal-Karta Soċjali Ewropea u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-proċedura ta' adeżjoni tal-UE għall-KEDB u tagħti prijorità akbar lill-eżami tal-possibbiltà li l-UE taderixxi mal-Karta Soċjali Ewropea;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali minħabba li interpretazzjonijiet differenti jżidu mal-konfużjoni u jagħmlu l-applikazzjoni tal-Karta mhux ċara u mhux sodisfaċenti[6];

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Istati Membri tal-UE gwida dwar il-mod li bih għandhom jitqiesu d-drittijiet fundamentali meta jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni;

4.  Jenfasizza li l-Artikolu 51(1) tal-Karta jappella għall-promozzjoni tad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fih u jsemmi r-rabta bejn il-valuri tal-Unjoni u l-Karta, kif ukoll il-kriterji ta' Copenhagen għall-adeżjoni ta' pajjiżi terzi mal-Unjoni; jiddispjaċih li s'issa l-UE m'għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha mekkaniżmu komprensiv għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif rakkomandat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018[7], li jippermetti l-skrinjar sistematiku tal-iżviluppi fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u fl-Istati Membri li jeħtieġu azzjoni biex jiġu protetti u ssodisfati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji tal-Karta; jissuġġerixxi, b'mod partikolari, li l-kundizzjonijiet stipulati fil-kriterji ta' Copenhagen dwar id-drittijiet fundamentali ma jintużawx sempliċement darba bħala prekundizzjonijiet għall-adeżjoni, iżda li l-Istati Membri jiġu vvalutati fir-rigward tagħhom b'mod perjodiku;

5.  Jinnota bi tħassib li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tapplika biss fl-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-UE u jistieden lill-istituzzjonijiet differenti tal-UE jikkunsidraw isaħħu l-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta fir-reviżjoni li jmiss tat-Trattat;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri jikkonsultaw b'mod regolari l-FRA meta jkunu involuti d-drittijiet fundamentali; jitlob, barra minn hekk, biex fil-qafas tas-Semestru Ewropew tiġi introdotta valutazzjoni u reviżjoni obbligatorja tal-adeżjoni tal-Istati Membri mad-dispożizzjonijiet tal-Karta;

7.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali mwettqa sistematikament qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti leġiżlattivi tagħha u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament iwettqu kontrolli indipendenti u komprensivi ta' kompatibbiltà u valutazzjonijiet tal-impatt tad-drittijiet fundamentali għal kull proposta leġiżlattiva, biex b'hekk jintegraw id-drittijiet fundamentali fl-oqsma tal-politiki rilevanti kollha;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jipprevedu forom sistematiċi ta' konsultazzjoni ta' korpi u istituzzjonijiet b'għarfien espert dwar id-drittijiet tal-bniedem b'mod ġenerali u dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali b'mod partikolari; jirreferi, f'dan ir-rigward, għall-FRA u għall-korpi rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti;

9.  Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet[8] li l-Kummissjoni teħtieġ tirrispetta bis-sħiħ il-Karta anki fil-kompiti allokati lilha fit-Trattat dwar il-MES, b'mod partikolari fir-rigward tal-iffirmar ta' memoranda ta' ftehim, u li l-istess japplika għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tintegra b'mod sistematiku l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali fil-governanza soċjoekonomika tal-UE, filwaqt li tqis b'mod partikolari l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet soċjali tal-Karta.

10.  Jinnota li l-lakuni fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri jista' jkollhom impatt reali fuq it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-UE; ifakkar, f'dan is-sens, fir-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, u li b'hekk finalment – jekk mhux primarjament – hija responsabbli għas-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, jekk ikun meħtieġ, permezz ta' proċeduri ta' ksur; jitlob f'dan ir-rigward biex ikun hemm tmexxija aktar iddeterminata fl-iżgurar ta' implimentazzjoni adegwata tal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-aktar dwar id-dritt għal protezzjoni ambjentali mogħti fl-Artikolu 37 tal-Karta, permezz ta' proċeduri ta' ksur aktar diliġenti, iddeterminati u ddettaljati; ifakkar l-importanza ta' skjerament immedjat u implimentazzjoni adgewata tal-Aċċess għall-Pilastru tal-Ġustizzja tal-Konvenzjoni ta' Aarhus;

11.  Jenfasizza l-fatt li l-applikazzjoni tal-Karta testendi wkoll għall-aġenziji tal-UE; jiddikjara, għalhekk, li kull meta r-regolamenti jew id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-aġenziji jiġu abbozzati jew riveduti, għandha tiġi inkluża referenza għall-ħtieġa li l-aġenziji jirrispettaw, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, il-Karta u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-aġenziji kollha jadottaw strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluż kodiċi ta' kondotta għall-persunal tagħhom u mekkaniżmu indipendenti biex jiġi identifikat u rrapportat ksur tad-drittijiet fundamentali; jinkoraġġixxi, b'mod partikolari, lill-Frontex u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-Karta , mhux biss permezz tal-politiki ġenerali tagħhom, iżda wkoll fl-attivitajiet ta' kuljum tal-gwardji tal-fruntieri u tal-kosta, kif ukoll tal-uffiċjali responsabbli mill-asil, assenjati lil dawn l-aġenziji;

12.  Jitlob li l-adozzjoni tad-Direttiva orizzontali tal-UE kontra d-diskriminazzjoni[9] tiġi konkluża mingħajr dewmien, sabiex jiġu żgurati aktar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni permezz tal-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni konkreta tal-UE, u b'hekk tiġi evitata l-interferenza attwali tal-Artikolu 51;

13.  Ifakkar fl-importanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, filwaqt li fl-istess ħin jinkoraġġixxi lill-Istati Membri japplikaw il-Karta fil-potenzjal sħiħ tagħha f'konformità mal-KEDB u jħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, l-Unjoni u l-aġenziji tagħha; ifakkar u jħeġġeġ l-apprezzament, l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni pożittivi tal-Karta mill-imħallfin nazzjonali;

14.  Jenfasizza li l-Karta tikkostitwixxi probabbilment l-għodda ewlenija għad-difiża, il-promozzjoni u t-twettiq tal-valuri tal-Unjoni, permezz tal-implimentazzjoni tagħha f'politiki u attivitajiet politiċi speċifiċi; jenfasizza li huwa essenzjali li l-UE tiddefendi dawn il-valuri kemm fil-politika esterna tagħha u internament, billi ssaħħaħ il-kopertura tal-Karta għaċ-ċittadini u r-residenti tagħha, kif ukoll fl-ospitar tar-refuġjati u tal-akkoljenza tal-migranti;

15.  Jenfasizza li l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE, inkluża l-Frontex, u l-Istati Membri huma marbuta bis-sħiħ bid-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

16.  Ifakkar li kemm it-Trattati kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jagħmlu referenza għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa; jitlob li jittieħdu passi amministrattivi konkreti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex il-gvernijiet nazzjonali jiġu mħeġġa jsibu soluzzjonijiet sostenibbli u jippromwovu l-kultura tad-diversità lingwistika fl-Istati Membri tagħhom, lil hinn mil-lingwi uffiċjali tal-UE;

17.  Iħeġġeġ il-ħolqien u l-promozzjoni tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, li jikkontribwixxu għall-iżgurar tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali kemm fit-tfassil kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġijiet u għall-għoti ta' sostenn lil individwi f'każijiet speċifiċi;

18.  Jiddikjara li għad hemm lakuni fil-qasam tal-aċċess għal rimedju għal vittmi f'pajjiżi terzi ta' abbużi tad-drittijiet fundamentali relatati man-negozju u jitlob li jiġu integrati fil-ftehimet esterni tal-UE, b'mod partikolari l-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment tagħha, mekkaniżmi aċċessibbli, irħas u burokratikament sempliċi li jippermettu lill-vittmi jindirizzaw tali abbużi meta l-kumpanija kkonċernata tkun stabbilita fl-UE;

19.  Jenfasizza li ċ-ċittadini tal-UE ngħataw is-setgħa permezz tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, introdotta fit-Trattat ta' Lisbona u implimentata fl-2012, li tagħti liċ-ċittadini tal-UE d-dritt li jressqu petizzjoni lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdida tal-UE; jinnota li s'issa kien hemm erba' inizjattivi ta' suċċess, li tlieta minnhom wasslu għall-ħolqien ta' leġiżlazzjoni ġdida;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq sistematikament valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem qabel ma tikkonkludi ftehimiet esterni, b'mod partikolari ftehimiet kummerċjali;

21.  Jenfasizza l-importanza tal-istabbiliment tar-regoli meħtieġa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri. jappoġġa l-introduzzjoni ta' klawżoli b'saħħithom u konsistenti relatati mad-drittijiet fundamentali fit-testi operattivi tal-abbozzi ta' regolamenti li jistabbilixxu l-fondi tal-UE.

22.  Jikkundanna d-deċiżjoni bla preċedent u iżolata tal-Polonja li topponi l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali waqt il-laqgħa tal-Ministri tal-Ġustizzja fil-11 ta' Ottubru 2018 fil-Lussemburgu;

23.  Ifakkar il-ftehim politiku bejn l-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE u l-Istati Membri fir-rigward tal-adeżjoni tal-UE għall-KEDB; iqis li t-tlestija tal-proċess se tintroduċi aktar salvagwardji għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u tar-residenti tal-Unjoni; jitlob li jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu eliminati l-ostakli legali li jimpedixxu l-konklużjoni tal-adeżjoni;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in ‘t Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Monica Macovei

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Monika Hohlmeier, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

8

-

ECR

Marek Jurek, Helga Stevens, Kristina Winberg

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

PPE

Norbert Erdős, Kinga Gál, Lívia Járóka

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
  • [2]  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.
  • [3]  "The Implementation of the Charter of Fundamental Rights in the EU institutional framework", (L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika C – Id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, Novembru 2017.
  • [4]  FRA Opinjoni 1/2017, l-10 ta' April 2017.
  • [5]  FRA Opinjoni 4/2018, l-24 ta' Settembru 2018.
  • [6]  Ara, pereżempju, it-taqsima 2.3 tal-Opinjoni tal-FRA 4/2018 tal-24 ta' Settembru 2018.
  • [7]  Testi adottati, P8_TA(2018)0456.
  • [8]  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta' Settembru 2016, Ledra Advertising Ltd et vs Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), ECLI:EU:C:2016:701.
  • [9]  Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).

POŻIZZJONI FIL‑FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (28.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE

(2017/2089(INI))

Għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Angelika Mlinar (rapporteur)

Pożizzjoni

AMENDMENTS

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jippreżenta lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE1,

_________________

1 Testi adottati, P8_TA(2018)0066.

Emenda    2

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika1,

_________________

1 ĠU C 337, 20.9.2018, p. 167.

Emenda    3

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 1c (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE1,

_________________

1 ĠU C 346, 27.9.2018, p. 192.

Emenda    4

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 1d (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-21 ta' Settembru 2015 bit-titolu "Gender Equality and Women’s Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020" (L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: it-Trasformazzjoni tal-Ħajjiet ta' Bniet u Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020) (SWD(2015)0182), u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020,

Emenda    5

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 1e (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

  wara li kkunsidra l-linji gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI) adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2013,

Emenda    6

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ga (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

Ga.  billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa valur fundamentali tal-UE, u huwa minqux fit-Trattati tal-UE u fl-Artikolu 23 tal-Karta; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u jistipula li, "fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġġixxi ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa";

Emenda    7

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Gb (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

Gb.  billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) ingħatalu l-kompitu li jiżviluppa, janalizza, jivvaluta u jxerred għodod metodoloġiċi sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-UE kollha u fil-politiki nazzjonali li jirriżultaw u jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kollha;

Emenda    8

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa La (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

La.  billi l-Artikolu 24 tal-Karta jistabbilixxi d-drittijiet tat-tfal, filwaqt li jobbliga lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-istituzzjonijiet privati jpoġġu l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja;

Emenda    9

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Lb (ġdida)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

Lb.  billi l-Artikolu 14 tal-Karta jenfasizza d-dritt ta' kull tifel/tifla għal edukazzjoni ġusta;

Emenda    10

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

1a.  Jiddeplora l-fatt li l-vjolenza sessista tiġi ttollerata wisq faċilment u jisħaq fuq il-ħtieġa li tintemm l-impunità billi jiġi żgurat li jittieħdu passi legali kontra l-awturi; jitlob lill-UE tilħaq ftehim dwar ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq strateġija tal-UE komprensiva kontra l-forom kollha ta' vjolenza sessista, inklużi l-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali tan-nisa u l-bniet, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-azzjoni interna u esterna tal-UE f'dan il-qasam;

Emenda    11

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

1b.  Huwa mħasseb ħafna dwar il-vulnerabbiltà tal-migranti, tar-rifuġjati u ta' dawk li jfittxu l-ażil, b'mod partikolari n-nisa, it-tfal u l-persuni LGBTI, u jitlob li jkun hemm titjib urġenti fir-rigward ta' mogħdijiet sikuri u legali għall-migrazzjoni, li jiġi rispettat bis-sħiħ il-prinċipju ta' non-refoulement, u li jingħata aċċess għas-servizzi tar-riunifikazzjoni tal-familja, għal akkomodazzjoni, edukazzjoni, impjieg, kura tas-saħħa u appoġġ psikoloġiku wara li jaslu fl-UE;

Emenda    12

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

2.  Ifakkar li l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jivvalutaw il-kompatibilità tal-proposti leġiżlattivi mal-Karta huma prinċipalment ta' natura interna; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti forom msaħħa ta' konsultazzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt u skrutinju legali bl-involviment sħiħ ta' esperti indipendenti tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi kooperazzjoni strutturata u regolata ma' korpi esterni indipendenti, bħall-FRA u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam, kull meta fajl leġiżlattiv potenzjalment jippromwovi jew jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali;

2.  Ifakkar li l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jivvalutaw il-kompatibilità tal-proposti leġiżlattivi mal-Karta huma prinċipalment ta' natura interna; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti forom msaħħa ta' konsultazzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi għall-ġeneru, u skrutinju legali bl-involviment sħiħ ta' esperti indipendenti tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi kooperazzjoni strutturata u regolata ma' korpi esterni indipendenti, bħall-FRA u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam, kull meta fajl leġiżlattiv potenzjalment jippromwovi jew jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali;

Emenda    13

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

3a.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib mal-EIGE fir-rwol tiegħu li jxerred għodod metodoloġiċi preċiżi u bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni aktar effettiva tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-proċessi leġiżlattivi u tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

Emenda    14

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 4

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

4.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li tqassam il-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet fundamentali fit-tliet kategoriji attwali fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha – l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali – u biex toħloq kategorija speċifika intitolata "Effetti fuq id-drittijiet fundamentali", ħalii tiżgura li l-aspetti kollha tad-drittijiet fundamentali jiġu kkunsidrati;

4.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li tqassam il-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet fundamentali fit-tliet kategoriji attwali fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha – l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali – u biex toħloq żewġ kategoriji speċifiċi bit-titoli "Effetti fuq id-drittijiet fundamentali" u "Valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi", ħalli tiżgura li l-aspetti kollha tad-drittijiet fundamentali jiġu kkunsidrati, b'mod partikolari dawk ta' minoranzi u gruppi vulnerabbli bħan-nisa, it-tfal u l-persuni LGBTIQ+;

Emenda    15

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

7a.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex fil-ftehimiet kummerċjali jippromwovu impenn għall-adozzjoni, iż-żamma u l-implimentazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u politiki dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod effettiv, inklużi l-miżuri attivi meħtieġa għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fil-livelli kollha, skont l-Artikolu 23 tal-Karta;

Emenda    16

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 8a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

8a.  Jiddispjaċih li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex implimentata b'mod konsistenti fl-attivitajiet tal-UE kollha, li jipprevjeni l-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

Emenda    17

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 8b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

8b.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir bidla kulturali fl-istituzzjonijiet permezz ta' proċess ta' tagħlim organizzazzjonali sistematiku u strutturat sabiex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kemm internament kif ukoll, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati u tal-eżiti tal-ħidma tagħhom;

Emenda    18

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 16a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

16a.  Jistieden lill-aġenziji tal-UE rilevanti jintensifikaw il-ħidma biex jimplimentaw il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri minquxa fil-Karta, inkluż billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE kollha jsegwu politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-forom kollha ta' vjolenza sessista u fastidju fiżiku jew psikoloġiku; jitlob lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-UE kollha sabiex jimplimentaw bis-sħiħ ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE;

Emenda    19

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 20a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

20a.  Jilob lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE jiġġieldu l-forom kollha ta' diskriminazzjoni u vjolenza fil-konfront ta' persuni LGBTI fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u lil hinn, kif deskritt fil-Karta;

Emenda    20

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 20b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

20b.  Jisħaq fuq il-fatt li l-UE jenħtieġ li timplimenta miżuri komprensivi u strateġiċi biex tippermetti lill-Istati Membri jirrispondu għall-ksur tad-drittijiet tan-nisa fil-konfini tagħhom stess u jiżguraw il-promozzjoni attiva tagħhom tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri kollha, sabiex f'dan il-kuntest jirratifikaw malajr il-Konvenzjoni ta' Istanbul fil-partijiet kollha tagħha;

Emenda    21

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 20c (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

20c.  Jenfasizza li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż ir-rispett universali u l-aċċess għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, iridu jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tat-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali;

Emenda    22

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 24a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

24a.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-esklużjoni soċjali tista' tiġi kkawżata minn nuqqas ta' edukazzjoni ġusta u tiġi aggravata mill-bullying; iħeġġeġ lill-amministrazzjonijiet u lill-iskejjel nazzjonali u lokali jipprevedu miżuri biex jassistu lill-vittmi tal-bullying u jipprevjenu l-esklużjoni soċjali tagħhom, skont l-Artikolu 34 tal-Karta;

Emenda    23

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 25a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

25a.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw l-użu tal-valutazzjonijiet tal-impatt għall-aktar gruppi vulnerabbli (l-ommijiet waħedhom, it-tfal, il-persuni b'diżabbiltà, eċċ.) fl-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-edukazzjoni, filwaqt li jiġi rikonoxxut il-fatt li dan mhuwa meħtieġ taħt l-ebda leġiżlazzjoni jew karta u jirrappreżenta lakuna kbira u punt ta' diskrepanza bejn l-UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jxekkel l-iżvilupp tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif stabbilit fil-Karta;

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (21.1.2019)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE
(2017/2089(INI))

Rapporteur: Josep-Maria Terricabras

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 44 u 51 tagħha;

B.  wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu "The interpretation of Article 51 of the EU Charter of Fundamental Rights: the dilemma of stricter or broader application of the Charter to national measures" (L-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: id-dilemma ta' applikazzjoni aktar stretta jew usa' tal-Karta għall-miżuri nazzjonali), ippubblikat fi Frar 2016 mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki C tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu;

C.  wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ bit-titolu "Broadening the scope of the EU Charter on Fundamental Rights (Article 51)?" (It-twessigħ tal-ambitu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikolu 51)?), li saret mill-Kumitat tiegħu għall-Petizzjonijiet fit-23 ta' Frar 2016;

D.  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali[1], b'mod partikolari l-paragrafu 20 tagħha,

E.  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea[2], b'mod partikolari l-paragrafu 45 tagħha,

1.  Jafferma mill-ġdid li d-dritt fundamentali ta' petizzjoni, imnaqqax fl-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikoli 20 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa wieħed mill-pilastri taċ-Ċittadinanza Ewropea u element kruċjali tad-demokrazija parteċipattiva, li għandu l-għan li jġib liċ-ċittadini eqreb tal-UE permezz ta' proċedura miftuħa, demokratika, inklużiva u trasparenti;

2.  Ifakkar li għadd dejjem jikber ta' petizzjonijiet imressqa lill-Parlament wara d-dħul fis-seħħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE f'Diċembru 2009 jinvokaw il-Karta bħala l-bażi ġuridika għall-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali; jinnota li dawn il-petizzjonijiet jistgħu jkunu evidenza li, fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni u fit-tfassil tal-politiki kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, hemm nuqqas strutturali serju ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet; iqis li ċ-ċittadini tal-UE jistgħu jibbenefikaw minn interazzjoni msaħħa bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) meta niġu speċifikament għat-trattament tal-petizzjonijiet, fejn il-FRA tindirizza b'mod dirett it-tħassib tal-petizzjonanti dwar il-ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali;

3.  Jinnota li l-Ombudsman Ewropea taqdi wkoll rwol importanti billi tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-Karta, mhux biss f'dak li jirrigwarda l-Artikolu 41 dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba nnifisha, iżda meta jitqies ukoll li tali amministrazzjoni tajba hija pedament fl-iżgurar ta' drittijiet fundamentali oħra; Ifakkar fil-ħidma eżemplari mwettqa mill-Ombudsman tul din il-legislatura, fil-qasam, inter alia, tat-trasparenza u l-libertà tal-informazzjoni, kif ukoll ir-Rapport Speċjali tagħha dwar il-Frontex[3], b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt li persuna tilmenta dwar dawk li qed ifittxu l-asil u dwar il-migranti;

4.  Jinnota li d-dħul fis-seħħ tal-Karta huwa meqjus miċ-ċittadini u r-residenti tal-UE bħala wieħed mill-mezzi ewlenin li bihom is-sħubija fl-Unjoni ġġib valur miżjud; jinsab konvint li riforma tal-Unjoni sabiex jiżdiedu l-leġittimità u l-valur tagħha f'għajnejn iċ-ċittadini u r-residenti tista' tinkiseb prinċipalment billi jiġi aġġornat l-ambitu tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali mnaqqxa fil-Karta; jenfasizza l-fatt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandha l-potenzjal li tirrimedja d-defiċit demokratiku u tista' titqies bħala l-pedament li fuqu jiġu żviluppati politiki soċjali robusti li jimlew id-distakk tal-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u tingħata Unjoni tal-popli kompluta għalkollox;

5.  Jinsab imħasseb mill-fatt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tapplika fl-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-UE; itenni li ħafna ċittadini u residenti sabu li l-implimentazzjoni tagħha la kienet ċara u lanqas sodisfaċenti; jenfasizza, madankollu, li l-Karta hija sors primarju tad-dritt tal-UE, mhux biss għall-istituzzjonijiet iżda wkoll għall-Istati Membri; ifakkar li, sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet fundamentali, l-Istati Membri jridu wkoll jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-Karta u li l-applikabbiltà ristretta tagħha ma tagħtihomx "carte blanche" biex jiksru d-drittijiet mogħtija fiha;

6.  Iqis li l-għadd kbir ta' sorsi tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali (nazzjonali, tal-UE u internazzjonali) u l-kumplessità tal-interazzjoni tagħhom m'għandhomx idgħajfu l-protezzjoni nnifisha; jenfasizza li interpretazzjoni u applikazzjoni aktar rigorużi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huma biżżejjed biex jiġu żgurati l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni kollha; iqis li din l-interpretazzjoni usa' trid tkun konformi mal-obbligi internazzjonali tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, peress li joħorġu mid-dmir tal-Unjoni li tipproteġi d-dritt internazzjonali konswetudinarju u l-prinċipji ġenerali tad-dritt internazzjonali pubbliku;

7.  Iqis li l-aspettattivi tal-biċċa l-kbira tal-petizzjonanti fir-rigward tad-drittijiet mogħtija lilhom mill-Karta huma għolja u jmorru ferm lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni kurrenti tagħhom; jenfasizza li interpretazzjoni eċċessivament ristretta jew inkoerenti tal-Artikolu 51 tgerrex lin-nies mill-UE; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jsaħħu l-applikazzjoni tal-Karta billi jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi biex tiżgura li l-interpretazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 51 tkun koerenti u wiesgħa kemm jista' jkun, ħalli tiġi salvagwardjata l-implimentazzjoni universali u uniformi tal-Karta fl-Unjoni kollha u għaċ-ċittadini kollha; iqis li l-applikazzjoni universali tal-Karta hija kundizzjoni għall-promozzjoni u l-konsolidazzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea u għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni demokratika fl-UE;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled lid-diskriminazzjoni kontra n-nisa; ifakkar li l-Artikolu 23 tal-Karta jiddisponi li "l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inklużi l-impjieg, ix-xogħol u l-paga"; jindika li l-prinċipju tal-ugwaljanza jimpedixxix li jinżammu fis-seħħ jew jiġu adottati miżuri li jagħtu vantaġġi speċifiċi lis-sess sottorappreżentat;

9.  Iqis li huwa kruċjali li, minbarra l-garanzija ġenerali tal-libertajiet u tas-salvagwardji tal-ugwaljanza u tad-drittijiet politiċi, l-Unjoni tieħu passi determinati biex iżżid, b'mod partikolari, l-impenn tagħha stess fl-iżgurar tat-tgawdija tad-drittijiet soċjali mogħtija fil-Karta; iqis li b'dan il-mod, il-garanziji kurrenti tad-drittijiet ċivili u politiċi eventwalment se jiġu akkumpanjati fuq l-istess livell minn drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali msaħħa, u b'hekk l-Unjoni tiġi allinjata mal-universalità, l-inaljenabbiltà, l-indiviżibbiltà, l-interdipendenza u l-interrelazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi x-xewqa li l-Karta Soċjali Ewropea tingħata l-istess status bħat-Trattati, bl-istess mod bħall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

10.  Jinsisti li l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom[4], li jispeċifika li l-isforzi ta' konsolidazzjoni baġitarja meħtieġa skont il-programm ta' aġġustament makroekonomiku jridu "iqisu l-bżonnijiet għall-iżgurar ta' mezzi suffiċjenti għal politiki fundamentali bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa", jiġi interpretat f'konformità mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet soċjali tal-Karta u l-prinċipji tal-Karta Soċjali Ewropea;

11.  Jitlob l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' kodiċi ta' kondotta applikabbli għall-persunal kollu f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jitlob l-istabbiliment ta' mekkaniżmi għall-konformità li jiżguraw li kwalunkwe ksur jiġi identifikat, irrapportat u pproċessat fil-ħin opportun; jemmen li d-dritt tal-allegati vittmi u informaturi għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom għandu jitqies bħala inaljenabbli matul dan il-proċess kollu; jitlob l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' taħriġ għall-persunal bil-għan li jiġu eliminati d-diskriminazzjoni u d-diskors ta' mibegħda abbażi tal-ġeneru, tal-orjentazzjoni sesswali, tal-oriġini etnika jew ta' kwalunkwe status ieħor;

12.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jikkonkludi l-adozzjoni tad-Direttiva orizzontali tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, li tkun tiggarantixxi l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni kif minqux fil-Karta; jiddeplora l-fatt li ilha mblukkata għal żmien daqshekk twil, peress li l-adozzjoni tagħha se tkompli tiggarantixxi drittijiet fundamentali konkreti fl-Unjoni, tiċċirkumventa l-interferenza kurrenti tal-Artikolu 51 permezz tal-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni speċifika tal-UE li għandha tiġi trasposta mill-Istati Membri, u tikkonforma mal-obbligi meħuda mill-Unjoni dwar l-adeżjoni tagħha mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità;

13.  Jinsisti li huwa tal-akbar importanza li tiġi ggarantita l-protezzjoni effettiva mogħtija liċ-ċittadini u lir-residenti tal-UE taħt is-sistema kurrenti, b'mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, iżda wkoll fir-rigward tal-libertajiet ċivili, id-diskriminazzjoni u l-parteċipazzjoni demokratika, billi tiġi mwessgħa l-applikazzjoni tal-Karta; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżgura l-inklużjoni ta' valutazzjoni tal-impatt indipendenti, parteċipattiva u trasparenti fuq id-drittijiet fundamentali fil-proposti leġiżlattivi ġodda kollha għall-finijiet tal-integrazzjoni u tal-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali fl-oqsma kollha ta' politika rilevanti; jissuġġerixxi l-iżvilupp u l-applikazzjoni ulterjuri ta' kunċett ta' "drittijiet fundamentali fit-tfassil", sabiex tiġi promossa l-inkorporazzjoni tal-ogħla standards tad-drittijiet fundamentali fit-tfassil kollu ta' politiki mill-aktar stadji bikrija; jenfasizza li l-eżistenza iżda n-nuqqas ta' applikazzjoni ta' artikolu bħalma hu l-Artikolu 9 tat-TFUE dwar rata għolja ta' impjieg u l-protezzjoni soċjali ma taqdix in-natura demokratika tal-UE u l-Istati Membri tagħha iżda, għall-kuntrarju, iżżid mad-deleġitimazzjoni tagħha;

14.  Jenfasizza l-importanza tal-FRA f'kuntest istituzzjonali; jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' integrazzjoni tal-ħidma tal-aġenzija fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-attivitajiet istituzzjonali mad-drittijiet fundamentali u, fuq bażi regolari, mal-għarfien espert dwar fajls leġiżlattivi li huma rilevanti għall-kompetenzi interni u esterni tal-Unjoni; itenni li huwa essenzjali li jintuża għarfien espert indipendenti u imparzjali biex b'mod sistematiku jitħejjew kontrolli tal-kompatibbiltà fuq is-setturi kollha tal-attività tal-istituzzjonijiet tal-UE; iqis, għal dan il-għan, li l-kontributi tal-aġenziji rilevanti (l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-FRA) lill-istituzzjonijiet leġiżlattivi u dawk b'kompetenzi operattivi fil-qasam jistgħu jiġu sistematizzati u aġġornati ulterjorment sabiex isiru aktar sostanzjali; jieħu nota tal-għodda interattiva online Clarity żviluppata mill-FRA sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni faċli tal-aktar korp mhux ġudizzjarju xieraq b'mandat tad-drittijiet tal-bniedem għal kwistjoni partikolari marbuta mad-drittijiet fundamentali;

15.  Jemmen b'qawwa li, filwaqt li hija pass tal-bidu tajjeb wara d-dħul fis-seħħ tal-Karta, l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi aġġornata b'mod urġenti; jilqa' r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Karta u jitlob li l-istrateġija mfassla fl-2010 tiġi rieżaminata biex tirrifletti l-isfidi u r-realtajiet ġodda li qed jiffaċċjaw lill-istituzzjonijiet, b'mod partikolari wara l-Brexit;

16.  Jenfasizza li l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE, inkluża l-Frontex, kif ukoll l-Istati Membri, huma marbuta bis-sħiħ bid-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

17.  Ifakkar li kemm it-Trattati kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jagħmlu referenza għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u għad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa; jitlob li jittieħdu passi amministrattivi konkreti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex il-gvernijiet nazzjonali jiġu mħeġġa jsibu soluzzjonijiet sostenibbli u jippromwovu l-kultura tad-diversità lingwistika fl-Istati Membri tagħhom, lil hinn mil-lingwi uffiċjali tal-UE;

18.  Jirrimarka li l-Istati Membri nfushom jistgħu jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Karta fil-leġiżlazzjoni tagħhom, u għandhom l-obbligu morali li jagħmlu dan, anke meta ma jkunux qed jittrasponu d-dritt tal-UE b'mod dirett; jiddeplora s-sitwazzjoni li sejra għall-agħar tal-libertà tal-midja f'għadd ta' Stati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrispettaw, u lill-Kummissjoni tieħu, il-miżuri meħtieġa biex jimmonitorjaw u jinfurzaw, il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja; iħeġġeġ il-ħolqien u l-promozzjoni ta' istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, li jikkontribwixxu għall-iżgurar li d-drittijiet fundamentali jiġu osservati meta jkunu qed jiġu mfassla u implimentati l-politiki u l-liġijiet u li jipprovdu għajnuna lill-individwi f'każijiet speċifiċi; iqis li l-użu arbitrarju jew eċċessiv tal-vjolenza mill-pulizija jew minn forzi tas-sigurtà oħra tal-Istati Membri kontra assembleji ta' nies paċifiċi jmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Karta;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar kuraġġuż meta tkun qed timmonitorja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali biex jimplimentaw id-dritt tal-UE li jqajmu kwistjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, speċjalment minħabba li dawn mhumiex neċessarjament iggarantiti madwar l-UE kollha;

20.  Jilqa' r-ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx dwar l-aċċess għall-persuni b'vista batuta għal xogħlijiet ippubblikati adattati, peress li din hija pass essenzjali fil-kuntest tal-Artikolu 26 tal-Karta dwar l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità;

21.  Jieħu nota tal-Petizzjoni 0657/2016 u jenfasizza li l-iżgurar tal-Artikolu 10 tal-Karta dwar il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon jiġi rrispettat fl-Istati Membri kollha, u fil-każijiet u fl-istituzzjonijiet kollha fl-isfera pubblika, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni, huwa kwistjoni tal-akbar importanza;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jikkonsultaw b'mod regolari u dirett lill-FRA meta jkunu involuti d-drittijiet fundamentali; jitlob, barra minn hekk, li fi ħdan il-qafas tal-governanza ekonomika Ewropea jiġu introdotti valutazzjoni u rieżami obbligatorji tal-leġiżlazzjoni qafas eżistenti, minbarra l-politiki tal-Istati Membri, sabiex tiġi ggarantita l-adeżjoni mal-Karta, mad-dispożizzjonijiet soċjali tagħha b'mod partikolari; jipproponi l-iżvilupp ta' Tabella ta' Valutazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali sabiex jiġi mmonitorjat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri;

23.  Iqis li l-implimentazzjoni tal-Karta tal-aspetti interni tal-Karta hija nieqsa b'mod konsiderevoli, b'mod partikolari meta l-Istati Membri jkunu qed jeżerċitaw il-kompetenzi tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar viġilanti fl-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa u konsistenti tal-Karta min-naħa tal-Istati Membri; jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa approċċ integrat sabiex timmonitorja l-konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u tal-Artikoli 258 sa 260 tat-TFUE li jippermetti n-notifika, ir-reazzjoni u l-prevenzjoni f'waqthom f'każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; ifakkar fil-wegħda li saret mill-Kummissjoni preċedenti li tinħoloq għodda ġdida, minbarra l-użu tal-Artikolu 7 tat-TUE bħala l-aħħar rikors, li tmur lil hinn mill-proċeduri eżistenti ta' ksur f'dawk li huma sanzjonijiet, biex jiġi indirizzat ksur evidenti tad-drittijiet fundamentali mogħtija fil-Karta, b'mod partikolari meta jkunu involuti l-gvernijiet tal-Istati Membri;

24.  Ma jaqbilx b'saħħa mal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni restrittiva tagħha tal-Artikolu 51(1) meta tkun qed tivvaluta għadd ta' petizzjonijiet imressqa lill-Parlament, u jtenni bil-qawwa li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jirrispettaw il-Karta taħt iċ-ċirkostanzi kollha u fi kwalunkwe rwol li huma jaqdu;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat ir-rispett għall-Karta, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet soċjali tagħha, u li jkun hemm konformità magħha waqt u matul l-istadji kollha tas-Semestru Ewropew, inkluż l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (AGS), b'aġġornament simultanju tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (JER); jitlob li l-iżvilupp ta' punti ta' riferiment soċjali jiġi mmonitorjat u inkluż fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) bħala parti minn approċċ integrat;

26.  Jenfasizza li l-politiki ta' awsterità adottati fil-livell tal-UE u mill-Istati Membri kkawżaw żieda enormi fl-inugwaljanzi soċjoekonomiċi, u b'hekk żammew liċ-ċittadini milli jgawdu b'mod sħiħ u konkret id-drittijiet fundamentali tagħhom;

27. Ifakkar fil-ftehim politiku bejn l-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE u l-Istati Membri dwar l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza li din l-adeżjoni hija obbligu legali skont l-Artikolu 6(2) tat-TUE; iqis li t-tlestija tagħha se tintroduċi salvagwardji ulterjuri tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni u tipprovdi qafas koerenti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar l-Ewropa kollha; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex eventwalment telimina l-ostakli legali li jipprevjenu l-konklużjoni tal-proċess ta' adeżjoni, jekk meħtieġ permezz tat-tfassil ta' ftehim ta' adeżjoni ġdid li jirrimedja l-inadegwatezzi indikati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-Opinjoni 2/13;

28.  Jistieden lill-istituzzjonijiet differenti tal-UE jikkunsidraw li jsir titjib lill-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta, inkluż it-tħassir tal-Artikolu 51, fir-reviżjoni li jmiss tat-Trattat;

29.  Jesprimi l-iskuntentizza tiegħu għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 51 u 52 peress li jintroduċu kontradizzjonijiet artifiċjali bejn id-drittijiet u l-prinċipji, speċjalment id-drittijiet ċivili u politiċi u l-prinċipji soċjali u ekonomiċi; jirrifletti l-pożizzjoni tal-FRA, kif mogħtija fil-qosor fir-Rapport tagħha dwar id-Drittijiet Fundamentali 2017, li l-Karta "is unique in combining, with equal status, civil and political and social and economic rights in a single document" (hija unika fil-fatt li tikkombina, bi status ugwali, id-drittijiet ċivili u politiċi u soċjali u ekonomiċi f'dokument wieħed); iqis li d-drittijiet soċjali u ekonomiċi huma nieqsa b'mod konsiderevoli u għandhom jiġu msaħħa b'mod deċiżiv fid-dritt tal-UE u fl-ordni kostituzzjonali tal-Istati Membri billi l-20 prinċipju tal-Karta Soċjali Ewropea jsiru vinkolanti legalment għall-istituzzjonijiet kollha u għall-Istati Membri kollha.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

11

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Andrea Cozzolino, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Peter Jahr, Jude Kirton-Darling, Svetoslav Hristov Malinov, Ana Miranda, Gabriele Preuß, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostadinka Kuneva, Josep-Maria Terricabras

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon, Massimiliano Salini, Barbara Spinelli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

11

+

ALDE

EFDD

GUE

S-D

Verts/ALE

Cecilia Wikström

Eleonora Evi

Kostadinka Kuneva, Barbara Spinelli,

José Blanco López, Andrea Cozzolino, Jude Kirton-Darling, Gabriele Preuß

Margrete Auken, Ana Miranda, Josep-Maria Terricabras

8

-

EPP

Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Peter Jahr, Svetoslav Hristov Malinov, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon, Massimiliano Salini, Jarosław Wałęsa

0

0

-

-

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
  • [2]  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.
  • [3]  Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropea tas-7 ta' Novembru 2013 fl-istħarriġ fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar il-Frontex.
  • [4]  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

12

2

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Jo Leinen, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jasenko Selimovic, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Michael Gahler, Stefan Gehrold, Theresa Griffin, Fernando Ruas

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

12

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

GUE/NGL

Barbara Spinelli, Gabriele Zimmer

PPE

Danuta Maria Hübner

S&D

José Blanco López, Theresa Griffin, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira

ĦODOR/AĦE

Max Andersson, Pascal Durand

2

-

ENF

Gerolf Annemans

PPE

Markus Pieper

7

0

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

PPE

Michael Gahler, Stefan Gehrold, Esteban González Pons, Paulo Rangel, Fernando Ruas, György Schöpflin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza