RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi

4.2.2019 - (COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra


Proċedura : 2018/0211(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0064/2019
Testi mressqa :
A8-0064/2019
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi

(COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0386),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 325 u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0236/2018),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-15 ta' Novembru 2018[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0064/2019),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat f'din il-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi ffissat sakemm jintlaħaq ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027;

3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Jeħtieġ li d-diversità fis-sistemi ġuridiċi u amministrattivi fl-Istati Membri tiġi kkumpensata bil-għan li jingħelbu l-irregolaritajiet u jiġu miġġielda l-frodi; Il-varjazzjoni fl-għadd ta' irregolaritajiet tista' tkun marbuta mal-progressjoni taċ-ċikli ta' programmazzjoni pluriennali u ma' rappurtar tard. Dan kollu jirrikjedi l-istabbiliment, mill-Istati Membri, ta' sistema uniformi għall-ġbir ta' data dwar irregolaritajiet u każijiet ta' frodi, bil-għan li jiġi standardizzat il-proċess ta' rapportar u jiġu garantiti l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta;

Ġustifikazzjoni

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-Rapport Annwali 2016 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi.  Disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P8-TA-2018-0196&language=MT&ring=A8-2018-0135

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) L-importanza tal-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) hija inkontestabbli, l-istess bħat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES), u tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS) u bħall-ikkompletar tal-istrateġiji nazzjonali kontra l-frodi; Fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet, jeħtieġ li jitfassal qafas għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi kollha fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni (inklużi s-sejħiet għall-proposti, l-applikazzjoni, l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni u l-pagamenti) li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri kollha;

Ġustifikazzjoni

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-Rapport Annwali 2016 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi. Disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P8-TA-2018-0196&language=MT&ring=A8-2018-0135

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, u ta' assistenza u kooperazzjoni amministrattiva reċiproka f'materji doganali u agrikoli jeħtieġ li jiġu integrati fi programm wieħed, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-"Programm"), bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni.

(6) L-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, u ta' assistenza u kooperazzjoni amministrattiva reċiproka f'materji doganali u agrikoli jenħtieġ li jiġu integrati fi programm wieħed, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-"Programm"), bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni mingħajr preġudizzju għal kontroll effettiv tal-koleġiżlaturi għall-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Jenħtieġ li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tolqot l-aspetti kollha tal-baġit tal-Unjoni, kemm mil-lat tad-dħul kif ukoll mil-lat tan-nefqa. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa tal-fatt li l-Programm huwa l-unika wieħed li jipproteġi speċifikament il-lat tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' sovvenzjonijiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' defiċjenzi ġeneralizzati f'dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett tal-Istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv.

(10) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' sovvenzjonijiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Għaldaqstant il-kuntratti ffinanzjati, kemm kompletament jew parzjalment, mill-baġit tal-Unjoni taħt il-Programm huma soġġetti, fost l-oħrajn, għall-prinċipji ta' trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni, filwaqt li s-sovvenzjonijiet huma, barra minn hekk, soġġetti għall-prinċipji ta' kofinanzjament, ta' għotja mhux kumulattiva u ta' ebda finanzjament doppju, ta' nonretroattività u ta' projbizzjoni tal-profitt. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' defiċjenzi ġeneralizzati f'dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett tal-Istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 160(1) tar-Regoli Finanzjarji (prinċipji applikabbli għall-akkwisti u l-konċessjonijiet) u l-Artikolu 188 tar-Regoli Finanzjarji (prinċipji applikabbli għall-għotjiet)

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Ir-rati massimi ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li ma jaqbżux it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, iddefiniti fil-programmi ta' ħidma, bħall-każijiet li jikkonċernaw Stati Membri esposti għal riskju għoli fir-rigward tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ir-rata ta' konfinanzjament massima jenħtieġ li tkun stabbilita fil-livell ta' 90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-programmi ta' ħidma b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma jinkludu deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni, skeda indikattiva ta' implimentazzjoni kif ukoll rata massima ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet. Jenħtieġ li fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni tikkunsidra l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew kif espressi fi ħdan il-qafas tal-evalwazzjoni annwali tiegħu dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni u trażmess lill-Parlament Ewropew.

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Jenħtieġ li l-azzjonijiet jkunu eliġibbli abbażi tal-kapaċità tagħhom biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-Programm kif stipulati fl-Artikolu 2. Dawn jistgħu jinkludu d-dispożizzjoni ta' assistenza teknika speċjali għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħall-pereżempju l-forniment ta' għarfien speċifiku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat, u l-għodod effettivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT); jiġi żgurat l-appoġġ meħtieġ u jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari fil-ħolqien ta' gruppi konġunti ta' investigazzjoni u fl-operazzjonijiet transkonfinali; jew jiġu msaħħa l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi. Barra minn hekk, l-azzjonijiet eliġibbli jistgħu jinkludu wkoll l-organizzazzjoni ta' taħriġ speċjalizzat immirat, gruppi ta' ħidma dwar l-analiżi tar-riskju, kif ukoll, konferenzi u studji fejn xieraq.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Ix-xiri ta' tagħmir permezz ta' strument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju rigward tagħmir ta' kontroll doganali26 jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Hemm responsabbiltà konġunta dwar l-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll doganali u l-Programm biex tiġi evitata kull duplikazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm essenzjalment jiffoka fuq li jingħata sostenn lill-akkwist ta' tipi ta' tagħmir li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana, jew tagħmir li għalihom il-benefiċjarji huma l-awtoritajiet li mhumiex l-awtoritajiet immiraw mill-Unjoni l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana. Fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma annwali jenħtieġ li jiġi li jiġu partikolarment evitat li jkun hemm trikkib.

(13) Ix-xiri ta' tagħmir permezz ta' strument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju rigward tagħmir ta' kontroll doganali26 jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Hemm responsabbiltà konġunta dwar l-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll doganali u l-Programm biex tiġi evitata kull duplikazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm essenzjalment jiffoka fuq li jingħata sostenn lill-akkwist ta' tipi ta' tagħmir li ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana, jew għal tagħmir li għalih il-benefiċjarji jkunu awtoritajiet li mhumiex l-awtoritajiet fil-mira tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm rabta ċara bejn l-impatt ta' tagħmir iffinanzjat u l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-evitar tad-duplikazzjonijiet, kif ukoll l-istabbiliment ta' sinerġiji bejn il-Programm u programmi rilevanti oħrajn f'oqsma bħall-ġustizzja, id-dwana u l-affarijiet interni, jiġu żgurati, b'mod partikolari, fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma.

_________________

_________________

26 [ref]

26 [ref]

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali 19/2017 tagħha, intitolat "Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE"

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Il-Programm jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ta' nfurzar tal-liġi tal-Istati Membri, u bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, kif ukoll korpi u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Se jappoġġja wkoll, f'dan ir-rigward, il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), darba li dan l-uffiċċju jassumi l-kompiti tiegħu.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association - EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili. Jenħtieġ li l-Programm ikun ukoll miftuħ għal pajjiżi terzi oħra sakemm dawn jidħlu fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni.

(14) Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili. Jenħtieġ li l-Programm ikun ukoll miftuħ għal pajjiżi terzi oħra sakemm dawn ikollhom ftehim ta' assoċjazzjoni jew jidħlu fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Qed issir referenza speċifika għall-pajjiżi terzi li għandhom ftehim ta' assoċjazzjoni mal-UE.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) B'mod partikolari, jenħtieġ li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi li għandhom fis-seħħ ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni, bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni b'rabta mad-dwana u mal-iskambju tal-aħjar prattiki, partikolarment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fir-rigward tat-trattament tal-isfidi relatati ma' żviluppi teknoloġiċi ġodda;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta' April 201635, hemm bżonn li dan il-programm jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi miżurabbli, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

(22) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta' April 201635, jeħtieġ li dan il-programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tar-rapportar, partikolarment dwar ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, filwaqt li jiġu evitati ir-regolamentazzjoni u l-piżijiet amministrattivi żejda, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi miżurabbli, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni titwettaq minn evalwatur indipendenti.

__________________

__________________

35 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

35 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Programm. Hu partikolarment importanti li matul ix-xogħol preparatorju tagħha, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(23) Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-programmi ta' ħidma. Barra minn hekk, sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament. Hu partikolarment importanti li matul ix-xogħol preparatorju tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-klawżola standard tal-premessa dwar l-atti delegati miftiehma fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 181.207 miljun fi prezzijiet kurrenti.

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 321 314 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 362 414 000 fi prezzijiet kurrenti).

Ġustifikazzjoni

F'konformità mad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-13 ta' Settembru 2018, din l-emenda tirrifletti ċ-ċifri inklużi fir-rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 li ġie adottat mill-plenarja fl-14 ta' Novembru 2018.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) EUR 114.207 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a);

(a) EUR 202 512 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 228 414 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a);

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) EUR 7 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b);

(b) EUR 12 412 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 473 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b);

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) EUR 60 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c).

(c) EUR 106 390 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 120 miljun fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c);

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirriloka fondi bejn l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2(2). Jekk rilokazzjoni tinvolvi t-tibdil ta' 10 % jew aktar ta' wieħed mill-ammonti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ir-rilokazzjoni għandha ssir b'att delegat adottat b'konformità mal-Artikolu 14.

Emenda  20

Proposta għal regolament

L-Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva. Barra minn hekk, l-allokazzjoni indikattiva fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tikkunsidra b'mod xieraq il-fatt li l-Programm huwa l-unika wieħed tat-tip tiegħu li jindirizza l-aspett ta' nefqa tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji ta' pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Kontenut kopert fil-bqija tal-punti tal-istess paragrafu.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament f'kull waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari sovvenzjonijiet u akkwist, kif ukoll ir-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar u ta' sussistenza kif previst mill-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju.

2. Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament f'kull waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari sovvenzjonijiet skont it-Titolu VIII u akkwist skont it-Titolu VII, kif ukoll ir-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar u ta' sussistenza kif previst mill-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġu nklużi referenzi għar-Regolament Finanzjarju.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 - Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

SOVVENZJONIJIET

imħassar

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sovvenzjonijiet li huma fil-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Ir-rata ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet mogħtija skont il-Programm m'għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, definiti fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta' kofinanzjament m'għandhiex taqbeż id-90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

L-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament;

 

(a) il-forniment ta' għarfien tekniku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat u għodod effettivi tal-IT li jtejbu l-kooperazzjoni transnazzjonali u multidixxiplinarja u l-kooperazzjoni  mal-Kummissjoni;

 

(b) jiġu mtejba l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi, jiġi żgurat l-appoġġ meħtieġ u jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' timijiet ta' investigazzjoni konġunta u ta' operazzjonijiet transfruntiera;

 

(c) jiġi fornut appoġġ tekniku u operazzjonali lill-investigazzjonijiet nazzjonali, b'mod partikolari lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra;

 

(d) tinbena l-kapaċità tal-IT fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi kollha, jiżdied l-iskambju tad-data, jiġi żviluppat u jiġu fornuti għodod tal-IT għall-investigazzjoni u għall-monitoraġġ tal-ħidma tal-intelligence;

 

(e) jiġu organizzati taħriġ speċjalizzat, sessjonijiet ta' ħidma rigward l-analiżi tar-riskju, konferenzi u studji li għandhom l-għan li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost is-servizzi kkonċernati mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

 

(f) jiġi ffinanzjat sett ta' applikazzjonijiet tal-IT relatati mad-dwana u operati taħt sistema ta' informazzjoni komuni ġestita mill-Kummissjoni, mibnija biex twettaq kompiti fdati lill-Kummissjoni mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/971a;

 

(g) jiġu ffinanzjati għodda sikurigħall-komunikazzjonijiet elettroniċi li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw irregolaritajiet identifikati, inklużi frodi, u li tappoġġja l-ġestjoni u l-analiżijiet tagħhom;

 

(h) kwalunkwe azzjoni oħra, ipprovduta mill-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 10, li hija meħtieġa għall-ilħuq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi previsti fl-Artikolu 2.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li fl-Artikolu tiġi inkluża deskrizzjoni aktar iddettaljata tal-azzjonijiet eliġibbli.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-azzjoni appoġġjata tinvolvi l-akkwist ta' tagħmir, il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tagħmir iffinanzjat jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali 19/2017 tagħha, intitolat "Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE"

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kull entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kull organizzazzjoni internazzjonali.

(c) kull entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kull organizzazzjoni internazzjonali kif definiti fl-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' referenza għar-Regolament Finanzjarju.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta' ħidma  permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 14.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tesplora s-sinerġiji bejn il-Programm u programmi rilevanti oħrajn f'oqsma bħall-ġustizzja, id-dwana u l-affarijiet interni, u għandha tiżgura l-evitar ta' duplikazzjonijiet fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, li għandu jivvaluta l-kontenut u r-riżultati tagħhom fil-qafas tal-evalwazzjoni annwali tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Biex tkun garantita valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati, li b'konformità mal-Artikolu 14 temenda l-Anness II, li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn tqis meħtieġ u li tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

2. Biex tkun garantita valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati, li b'konformità mal-Artikolu 14 temenda l-Anness II, li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn tqis meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

Għalissa, il-qafas imsemmi ma jeżistix.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom minn evalwatur indipendenti sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fl-aħħar tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara li jkun intemm il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Programm.

3. Fl-aħħar tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara li jkun intemm il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Programm.

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni tal-Programm għandha ssir wara tliet snin.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha dwarhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha dwarhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u tippubblikahom fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Att delegat adottat skont l-Artikoli 10 u 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Klawżola standard nieqsa fil-proposta.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 15 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-benefiċjarji ta' finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiggarantixxu l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (partikolarment meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata li hija koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku in ġenerali. Ma għandhomx ikunu meħtieġa r-rikonoxximent tal-oriġini, u l-iżgurar tal-viżibbiltà, tal-finanzjament tal-Unjoni fejn ikun hemm riskju li tiġi kompromessa l-prestazzjoni effettiva ta' attivitajiet operazzjonali kontra l-frodi u doganali.

1. Il-benefiċjarji ta' finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiggarantixxu l-viżibbiltà massima tal-finanzjament tal-Unjoni (partikolarment meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata li hija koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-midja u l-pubbliku in ġenerali. Ma għandhomx ikunu meħtieġa r-rikonoxximent tal-oriġini, u l-iżgurar tal-viżibbiltà, tal-finanzjament tal-Unjoni fejn ikun hemm riskju li tiġi kompromessa l-prestazzjoni effettiva ta' attivitajiet operazzjonali kontra l-frodi u doganali.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni rigward il-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, safejn dawn ikunu jirrigwardaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

2. Il-Kummissjoni għandha, regolarment, timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni rigward il-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, safejn dawn ikunu jirrigwardaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt 1.1 – punt a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

a) L-għadd u t-tip ta' attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-programm;

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2 : Il-perċentwal ta' Stati Membri li jirċievu appoġġ kull sena tal-programm.

1.2 : Il-lista ta' Stati Membri li jirċievu appoġġ kull sena tal-programm u s-sehem ta' finanzjament rispettiv tagħhom.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) L-għadd ta' rapporti ta' irregolaritajiet;

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' indikaturi kwantitattivi.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – subparagrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rata ta' sodisfazzjon tal-utenti rigward l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni Kontra l-Frodi.

Emenda  43Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – subparagrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għadd u tip ta' attivitajiet relatati mal-assistenza reċiproka;



OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (23.11.2018)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-UE Kontra l-Frodi

(COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nedzhmi Ali

 

 

 

EMENDI

 

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 a) Id-diversità tas-sistemi ġuridiċi u amministrattivi fl-Istati Membri jeħtieġ li tiġi indirizzata b'mod adegwat sabiex jingħelbu l-irregolaritajiet u jiġi miġġieled il-frodi. Il-varjazzjoni fl-għadd ta' irregolaritajiet tista' tkun marbuta mal-progressjoni taċ-ċikli ta' programmar pluriennwali u ma' rappurtar tard. Dan kollu jirrikjedi l-istabbiliment ta' sistema uniformi għall-ġbir, min-naħa tal-Istati Membri, ta' data komparabbli dwar irregolaritajiet u każijiet ta' frodi, sabiex il-proċess ta' rapportar ikun standardizzat u l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta jkunu żgurati;

Ġustifikazzjoni

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-Rapport Annwali 2016 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi.  Disponibbli fis-sit web: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P8-TA-2018-0196&language=mt&ring=A8-2018-0135

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 b) Ma jista' jkun hemm l-ebda dubju dwar l-importanza tal-attivitajiet ta' prevenzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u tal-OLAF, kif ukoll tat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES), tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS) u tal-ikkompletar tal-istrateġiji nazzjonali kontra l-frodi; minn dawn ir-rekwiżiti, toħroġ il-ħtieġa li jitfassal qafas għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi kollha fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE (is-sejħiet għal proposti, l-applikazzjonijiet, l-evalwazzjonijiet, l-implimentazzjoni, il-pagamenti) li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri kollha;

Ġustifikazzjoni

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-Rapport Annwali 2016 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi. Disponibbli fis-sit web: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P8-TA-2018-0196&language=mt&ring=A8-2018-0135

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, u ta' assistenza u kooperazzjoni amministrattiva reċiproka f'materji doganali u agrikoli jeħtieġ li jiġu integrati fi programm wieħed, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-"Programm"), bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni.

(6) L-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, u ta' assistenza u kooperazzjoni amministrattiva reċiproka f'materji doganali u agrikoli jeħtieġ li jiġu integrati fi programm wieħed, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-"Programm"), bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-tħejjija tal-Programmi ta' Ħidma Annwali se tiġi esplorata l-possibbiltà li tiġi evitata d-duplikazzjoni u li jinstabu sinerġiji bejn il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u programmi oħra rilevanti f'oqsma bħall-Ġustizzja, id-Dwana, u l-Affarijiet Interni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' sovvenzjonijiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' defiċjenzi ġeneralizzati f'dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett tal-Istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv.

(10) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' sovvenzjonijiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Kuntratti ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-UE taħt il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi għalhekk huma soġġetti, fost l-oħrajn, għall-prinċipji ta' trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni, filwaqt li l-għotjiet, barra minn hekk, huma soġġetti għall-prinċipji ta' kofinanzjament, għoti mhux kumulattiv, u l-ebda finanzjament doppju, nonretroattività u projbizzjoni tal-profitt. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' defiċjenzi ġeneralizzati f'dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett tal-Istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 160(1) tar-Regoli Finanzjarji (prinċipji applikabbli għall-akkwisti u l-konċessjonijiet) u l-Artikolu 188 tar-RF (prinċipji applikabbli għall-għotjiet)

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Baġit

Baġit

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 181.207 miljun fi prezzijiet kurrenti.

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 322 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 363 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

2. It-tqassim indikattiv tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:

2. It-tqassim indikattiv tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:

(a) EUR 114.207 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a);

(a) EUR 203 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 229 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a);

(b) EUR 7 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b);

(b) EUR 12 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 14 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a);

(c) EUR 60 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c).

(c) EUR 107 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 120 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a);

3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Programm tal-UE kontra l-Frodi

Referenzi

COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

14.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Nedzhmi Ali

11.7.2018

Eżami fil-kumitat

26.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

 

2

-

ENF

André Elissen, Stanisław Żółtek

 

1

0

NI

Eleftherios Synadinos

 

It-tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Programm tal-UE kontra l-Frodi

Referenzi

COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

14.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

12.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.12.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Jonathan Bullock, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Andrey Novakov, Miroslav Poche, Patricija Šulin

Data tat-tressiq

5.2.2019

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

17

+

ALDE

Nedzhmi Ali

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

PPE

Ingeborg Gräßle, Andrey Novakov, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Patricija Šulin, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Georgi Pirinski, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

 

0

-

 

 

 

2

0

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Jean-François Jalkh

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza