dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15383/2017),
– wara li kkunsidra l-abbozz tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (15410/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 211, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0489/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0066/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti Messikani.
NOTA SPJEGATTIVA
Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Kroazja impenjat ruħha li taċċedi mal-ftehimiet eżistenti konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri u mill-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi. Sakemm mhux previst mod ieħor fi ftehimiet speċifiċi, il-Kroazja taċċedi għal dawn il-ftehimiet eżistenti permezz ta' protokolli li l-Kunsill, li jkun qed jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, jikkonkludi mal-pajjiżi terzi kkonċernati.
Fl-14 ta' Settembru 2012(1), il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati bil-ħsieb li jiġu konklużi l-protokolli rilevanti. It-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, kien iffirmat fi Brussell fit-8 ta' Diċembru 1997, u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2000.
It-Tielet Protokoll ġie ffinalizzat b'suċċess u kien iffirmat fis-27 ta' Novembru 2018 fi Brussell u ġie riferut lill-Parlament, l-ewwel nett bħala proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill(2) u issa bħala abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, għal approvazzjoni qabel ma jkun jista' jiġi konkluż bi qbil mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) TFUE. Għandu jiġi nnotat li l-applikazzjoni provviżorja hija prevista fl-Artikolu 5(3) tiegħu.
Ir-rapporteur għal din il-proċedura, is-Sa Inmaculada Rodriguez-Piñero, tixtieq tirrakkomanda li tingħata l-approvazzjoni għall-Protokoll sabiex il-Kroazja tkun tista' ssir parti kontraenti bis-sħiħ.
Madankollu, ir-Rapporteur tixtieq tappella għal:
(i) Tisħiħ tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni mal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ta' ftehimiet internazzjonali, inkluż fir-rigward tan-negozjati tal-hekk imsejħa ftehimiet "tekniċi", bħal dawk marbuta mal-adeżjonijiet għall-UE.
(ii) Taqsiriet bil-miktub b'informazzjoni fattwali, aċċessibbli (u intiża) għall-pubbliku u l-partijiet interessati mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni li jispjegaw l-effetti ta' ftehimiet internazzjonali, sabiex l-operaturi kollha u s-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jifhmu u jibbenefikaw mill-bidliet.
(iii) Użu mrażżan tal-applikazzjoni proviżorja qabel l-approvazzjoni tal-PE, billi skont l-Artikolu 218(5) TFUE din l-applikazzjoni proviżorja hija prevista biss "jekk meħtieġ".
(iv) Informazzjoni ex ante u ex post mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-operaturi ekonomiċi, lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kkonċernati, fir-rigward tad-deċiżjonijiet rilevanti kollha meħuda mill-korpi stabbiliti fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inklużi deċiżjonijiet li bihom jingħataw konċessjonijiet u kumpensi lil partijiet terzi.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ma' pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (id-dokument tal-Kunsill 13351/12 LIMITED).
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (COM(2017)0722 final - 2017/0318 (NLE)).
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Protokoll tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea