RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali

7.2.2019 - (10923/2018 – C8-0440/2018 – 2018/0238(NLE)) - ***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: József Nagy

Proċedura : 2018/0238(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0070/2019
Testi mressqa :
A8-0070/2019
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali

(10923/2018 – C8-0440/2018 – 2018/0238(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10923/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 16 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0440/2018),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (ETS Nru 108) (CETS: 223),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0070/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.

NOTA SPJEGATTIVA

1.  Il-prinċipji ewlenin stabbiliti fil-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa rreżistew il-prova taż-żmien u taw prova tal-qawwa, l-effiċjenza u s-suċċess tagħhom billi servew ta' bażi għal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data f'aktar minn 40 pajjiż. Madankollu, wasal iż-żmien li nwieġbu għall-isfidi tal-privatezza li nħolqu mill-era diġitali, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

2.  L-għan tal-protokoll li jemenda hu l-modernizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-Konvenzjoni 108 biex din tindirizza aħjar l-isfidi tal-privatezza li qed jitfaċċaw u biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tagħha.

3.  Il-protokoll li jemenda tħejja b'mod parallel mal-pakkett ta' riforma Ewropew tal-protezzjoni tad-data, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-istrumenti. Għaldaqstant, il-Konvenzjoni tirrifletti l-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, bħal pereżempju l-GDPR u d-Direttiva dwar il-Pulizija.

4.  Il-Konvenzjoni 108 għandha rwol kruċjali fit-tixrid tal-"mudell Ewropew tal-protezzjoni tad-data" fil-livell dinji, għaliex sikwit tintuża bħala sors li jispira minn pajjiżi li jikkunsidraw li jadottaw leġiżlazzjoni ġdida dwar il-privatezza jew li jarmonizzaw il-liġi tal-privatezza ma' standards internazzjonali. Livell ogħla ta' protezzjoni se jiffaċilita l-iskambju ta' data personali abbażi tas-salvagwardji xierqa.

5.  Barra minn hekk, iż-żieda fl-istandards tal-protezzjoni tad-data tal-Konvenzjoni se tiffaċilita l-flussi tad-data bejn il-Partijiet tal-UE tal-Konvenzjoni u dawk mhux tal-UE. Dan hu rikonoxxut ukoll mill-GDPR, li jiddefinixxi l-adeżjoni mal-Konvenzjoni 108 u l-protokoll addizzjonali tagħha u l-implimentazzjoni tagħhom bħala kriterju importanti fil-valutazzjoni ta' jekk pajjiż terz jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa għal trasferimenti internazzjonali stipulati fid-dritt tal-UE biex tiġi ddikjarata l-adegwatezza tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-data ta' dak il-pajjiż terz.

6.  Il-protokoll li jemenda jintroduċi, għall-Unjoni u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, il-possibbiltà li jsiru Parti tal-Konvenzjoni 108.

7.  Għaldaqstant, il-Rapporteur jirrakkomanda li l-Membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament jappoġġaw dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kunsill l-approvazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Proċessar Awtomatiku ta' Data Personali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali (ETS Nru 108)

Referenzi

10923/2018 – C8-0440/2018 – COM(2018)04512018/0238(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

17.10.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

25.10.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.10.2018

ITRE

25.10.2018

IMCO

25.10.2018

JURI

25.10.2018

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

12.7.2018

ITRE

19.6.2018

IMCO

19.6.2018

JURI

9.7.2018

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

József Nagy

3.5.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2019

4.2.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

4.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Michał Boni, Daniel Dalton, Rachida Dati, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Lívia Járóka, Petr Ježek, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Pascal Durand, Stefan Eck, Stefan Gehrold, Françoise Grossetête, John Howarth, Ramón Jáuregui Atondo, Paul Rübig, Julie Ward, Tiemo Wölken, Gabriele Zimmer

Data tat-tressiq

7.2.2019

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Petr Ježek, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Daniel Dalton, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Laura Ferrara

ENF

Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Stefan Eck, Dennis de Jong, Barbara Spinelli, Gabriele Zimmer

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Rachida Dati, Kinga Gál, Stefan Gehrold, Françoise Grossetête, Lívia Járóka, Roberta Metsola, József Nagy, Paul Rübig, Traian Ungureanu, Axel Voss

S&D

Ana Gomes, Anna Hedh, John Howarth, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Julie Ward, Josef Weidenholzer, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Pascal Durand, Romeo Franz, Eva Joly, Judith Sargentini

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Marzu 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza