RAKKOMANDAZZJONI dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali
22.2.2019 - (10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Heidi Hautala
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali
(10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10877/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u tal-Artikolu 218(7) tiegħu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta'...[1] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0083/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.
- [1] Testi Adottati ta' din id-data, P8_TA(0000)0000.
NOTA SPJEGATTIVA
L-isfond
Il-Vjetnam sar it-tielet pajjiż fl-Asja li daħal f'negozjati għal Ftehim ta' Sħubija Volontarja fl-2010, wara l-Indoneżja u l-Malasja. In-negozjati ġew konklużi f'Mejju 2017 u l-ftehim ġie ffirmat fid-19 ta' Ottubru 2018. L-objettiv tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, li jikkonforma mal-impenn konġunt tal-UE u l-Vjetnam rigward il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, huwa li jiġi pprovdut qafas legali mmirat li jiżgura li l-importazzjonijiet kollha tal-injam u tal-prodotti tal-injam mill-Vjetnam lejn l-UE koperti mill-Ftehim ta' Sħubija Volontarja jkunu ġew prodotti legalment.
Il-Vjetnam huwa pajjiż importanti fil-kuntest tal-kummerċ tal-injam, peress li l-pajjiż għandu s-sitt l-akbar settur tal-ipproċessar tal-injam fid-dinja, orjentat lejn l-esportazzjoni. Huwa wkoll importatur ewlieni tal-injam u tal-prodotti tal-injam. Il-fabbriki tal-Vjetnam kkonsmaw madwar 34 miljun metru kubu ta' injam u ta' prodotti tal-injam fl-2017 li minnhom 25% kienu importati u 75% kienu minn pjantaġġuni domestiċi, li ħafna minnhom huma proprjetà ta' bdiewa żgħar u ġestiti minnhom. L-ikbar pajjiżi ta' oriġini għall-zkuk u għall-injam isserrat fl-2017 kienu l-Kamerun, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kambodja. L-importazzjonijiet kibru fil-valur b'68 % matul il-perjodu 2011-17. Bħala ċentru ta' pproċessar, il-Vjetnam huwa esportatur ewlieni ta' prodotti tal-injam lejn l-UE iżda anke lejn ir-reġjun kollu, b'mod partikolari ċ-Ċina.
Il-Vjetnam kien iffaċċjat bl-isfida importanti li jindirizza l-kummerċ illegali tal-injam fis-snin preċedenti mil-Laos sal-infurzar effettiv ta' projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, u f'dawn l-aħħar snin għal darb' oħra mill-Kambodja. Sa mill-2015, il-Kambodja kienet it-tieni l-akbar fornitur ta' injam tropikali tal-Vjetnam, minkejja l-projbizzjoni msemmija[1] ta' esportazzjonijiet lejn il-Vjetnam; Iż-żewġ pajjiżi għandhom responsabbiltà kondiviża fit-tisħiħ ta' dan il-kummerċ illegali, peress li l-awtoritajiet Vjetnamiżi, b'mod partikolari fil-livell provinċjali, ħadu deċiżjonijiet formali li ma jirrispettawx il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini, bħal pereżempju l-amministrazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni formali.
Il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja: il-proċess kollu jinbeda darba li jiġi ratifikat
Skont il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, pajjiż jimpenja ruħu li jistabbilixxi politika li jkollha l-għam li tiżgura li l-ebda injam illegali ma jiġi esportat lejn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari lejn l-UE[2]. Għalhekk, l-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja huwa l-bidu ta' proċess twil li matulu l-Vjetnam se jkollu jadotta sett sħiħ ta' leġiżlazzjoni (l-hekk imsejħa Sistema ta' Verifika tal-Legalità tal-Injam - TLAS) u jistabbilixxi l-istrutturi amministrattivi u l-kapaċità meħtieġa sabiex jimplimenta u jinforza l-impenji tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja tiegħu. Il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja għalhekk se jikkontribwixxi biex is-settur tal-injam tal-Vjetnam jiġi riformat b'mod fundamentali. Bħala ċentru tal-ipproċessar, huwa kruċjali li l-Vjetnam jadotta wkoll leġiżlazzjoni li tiżgura li l-injam maqtugħ legalment biss jiġi importat fis-suq tiegħu. Il-Vjetnam impenja ruħu li jadotta tali leġiżlazzjoni dwar il-kontroll fuq l-importazzjoni u dan huwa ċertament huwa wieħed mill-kisbiet ewlenin tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja.
Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni tal-Vjetnam għandha rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju kollu. Il-Vjetnam diġà impenja ruħu li jinkludi obbligi ta' diliġenza dovuta għall-importaturi tal-injam u ta' prodotti tal-injam, għalhekk l-għan hawnhekk huwa li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni Vjetnamiża tkun ekwivalenti għar-Regolament tal-UE dwar l-Injam (EUTR) kemm jista' jkun, b'mod partikolari billi jiġu pprovduti rekwiżiti ta' diliġenza dovuta ekwivalenti. Barra minn hekk, huwa importanti li wieħed jinnota li l-Vjetnam intrabat ukoll li jirrikonoxxi l-liġijiet tal-pajjiż tal-ħsad bħala parti mid-definizzjoni ta' legalità skont it-TLAS. Madankollu, il-Vjetnam, għalissa, ma kkunsidrax l-inklużjoni ta' projbizzjoni sħiħa tal-injam illegali milli jidħol fis-suq Vjetnamiż, li jkun jinvolvi obbligu ta' ħtif ta' dan l-injam illegali.
Huwa biss wara li l-Vjetnam ikun implimenta bis-sħiħ l-impenji kollha tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja[3], li se jkun jista' jaċċedi għall-iskema ta' liċenzjar FLEGT tal-UE. Dan ikun pass ewlieni ukoll f'termini ta' aċċess għas-suq tal-UE, peress li l-injam importat taħt liċenzja FLEGT huwa preżunt li huwa legali skont l-EUTR. L-adeżjoni għal-liċenzjar FLEGT hija mira fit-tul, billi l-Vjetnam se jkollu jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja u jagħti prova tal-kapaċità li jinforza l-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata. Peress li l-adeżjoni tal-Vjetnam mal-iskema ta' liċenzjar FLEGT hija approvata permezz ta' proċedura ta' att delegat, il-Parlament Ewropew se jkollu r-responsabbiltà li jivvaluta b'attenzjoni jekk l-impenji u r-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja ġewx issodisfati. Ir-rapporteur hija tal-fehma li r-riżoluzzjoni li takkumpanjaha għar-rakkomandazzjoni ta' approvazzjoni tipprovdi l-opportunità li jiġu ċċarati l-parametri ta' referenza biex jiġi vvalutat jekk il-Vjetnam fil-futur hux se jkun lest biex jissieħeb fl-iskema ta' liċenzjar FLEGT tal-UE.
Ir-relazzjoni bejn il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja u l-EVFTA
Il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja u l-EVFTA sa issa qdew rwol ta' appoġġ reċiproku. Dawn iż-żewġ ftehimiet jikkoinċidu fil-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, li jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-kummerċ fi prodotti forestali u li b'mod espliċitu jirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija Volontarja[4]. Mad-dħul fis-seħħ l-EVFTA se jilliberalizza l-kummerċ fi prodotti tal-injam tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja. Dawk l-importazzjonijiet se jkunu koperti mill-obbligi ta' diliġenza dovuta tal-EUTR sal-bidu tal-liċenzjar FLEGT. Barra minn hekk, il-Vjetnam bħalissa mhuwiex meqjus pajjiż b'riskju kbir fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-UE. Madankollu, hemm bżonn li titkompla s-sorveljanza tal-evoluzzjoni tal-kummerċ bilaterali tal-injam, inkluż fil-qafas tal-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, sabiex jiġi żgurat li l-liberalizzazzjoni addizzjonali ma tinvolvix riskji addizzjonali.
Bħala konklużjoni, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li r-riżoluzzjoni li takkumpanjaha r-rakkomandazzjoni ta' approvazzjoni għandha tiffoka fuq il-punti ta' referenza għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja:
• Il-Vjetnam se jkollu jadotta leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni li tipprovdi obbligi sodi ta' diliġenza dovuta. Din id-diliġenza dovuta, ma għandhiex titnaqqas għal sempliċi eżerċizzju ta' konformità burokratika, iżda għandha tinkludi l-passi kollha meħtieġa ta' diliġenza dovuta bħall-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, din ma għandhiex biss tkun sempliċi kopja mill-EUTR, iżda għandha tkun mqabbla ma' struttura istituzzjonali adegwata sabiex jiġi żgurat infurzar adegwat.
• Il-leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni tal-Vjetnam għandha tipprovdi għal projbizzjoni li jitqiegħed injam illegali fis-suq, addizzjonalment għall-obbligu ta' diliġenza dovuta. Dan għandu jippermetti wkoll il-possibbiltà li jinħataf l-injam illegali li jkun għadda mid-dwana.
• It-TLAS m'għandhiex tiġi applikata biss fuq karta iżda għandha tiġi infurzata wkoll. Dan se jimplika riformi fl-awtoritajiet pubbliċi responsabbli, kif ukoll l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati. L-infurzar huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-Ftehim ta' Sħubija Volontarja ma jintużax għall-"ħasil" tal-injam illegali.
• Il-Vjetnam għandu jaqbel ma' Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, sabiex iżomm il-livell għoli ta' impenn u jinkludi azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġu indirizzati l-importazzjonijiet illegali tal-injam qabel ma t-TLAS issir operattiva.
• Il-Vjetnam għandu jikkunsidra li jespandi l-iskema ta' liċenzjar tal-esportazzjoni futura tiegħu għall-pajjiżi terzi kollha, u mhux biss għall-UE.
• Il-Vjetnam għandu jaħdem biex iwaqqaf il-korruzzjoni mifruxa b'mod partikolari fir-rigward tal-awtoritajiet doganali, li jinsabu f'pożizzjoni ta' tmexxija fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-politika u tal-għodod tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja. Il-Vjetnam għandu jinvestiga, ineħħi mill-funzjoni u jressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk li kienu responsabbli għall-awtorizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kummerċ illegali fil-passat.
• Il-flussi illegali tal-injam kollha fuq il-fruntiera tal-Kambodja għandhom jieqfu. Għalhekk, l-injam mill-Kambodja għandu jitqies bħala ta' riskju għoli fil-leġiżlazzjoni tal-Vjetnam. Għandha titqies ukoll il-possibbiltà li l-importazzjonijiet mill-Kambodja jitwaqqfu għal kollox. Id-djalogu bejn iż-żewġ pajjiżi għandu jiġi mtejjeb.
• Il-Kummissjoni għandha żżomm il-pressjoni fuq il-pajjiżi importaturi l-kbar fir-reġjun bħaċ-Ċina u l-Ġappun. Dan il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja għandu dimensjoni reġjonali importanti ħafna u għandu l-potenzjal li jiġġenera riperkussjonijiet pożittivi għal importaturi ewlenin oħra. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza aktar il-kummerċ illegali tal-injam fir-relazzjonijiet bilaterali ma' dawk il-pajjiżi.
• L-eżerċizzju tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja s'issa kien eżempju pożittiv mingħajr preċedent tal-involviment tas-soċjetà ċivili fil-Vjetnam. Dan għandu jkompli u l-Vjetnam għandu jżomm kelmtu li jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊs) fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja. L-involviment tal-OSĊs huwa pilastru importanti tas-sistema ta' governanza tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja.
- [1] https://www.phnompenhpost.com/national/despite-ban-timber-exports-vietnam-nearing-2016-total
- [2] Il-Ftehim ta' Sħubija Volonatrja jkopri l-prodotti ewlenin kollha esportati lejn l-UE, b'mod partikolari l-ħames prodotti tal-injam obbligatorji kif definiti fir-Regolament FLEGT tal-2005 (zkuk, injam isserrat, traversi ferrovjarji, plywood u fuljetta) u jinkludi wkoll għadd ta' prodotti oħra tal-injam bħall-partiċelli taċ-ċippa tal-injam, kisi tal-art bil-parkè, bord tal-injam mill-frak u għamara tal-injam. Il-Ftehim jkopri l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi kollha għalkemm, tal-inqas għall-ewwel, l-iskema ta' liċenzjar tapplika biss għall-esportazzjonijiet tal-UE.
- [3] Id-disponibbiltà tas-sistema TLAS għal-liċenzjar FLEGT l-ewwel se tiġi vvalutata b'mod konġunt mill-UE u l-Vjetnam. Huwa biss meta ż-żewġ partijiet jaqblu li s-sistema hija b'saħħitha biżżejjed li l-liċenzjar ikun jista' jibda.
- [4] L-Artikolu 13.8, paragrafu 2(a): [kull Parti għandha] tħeġġeġ il-promozzjoni tal-kummerċ tal-prodotti forestali minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli u maħsuda skont il-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż tal-ħsad; dan jista' jinkludi l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarju dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (« FLEGT »).
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet informazzjoni mill-entitajiet jew mill-persuni li ġejjin fi tħejjija għall-Abbozz ta' Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali.
Entità u/jew persuna |
||
Faith Doherty, Jago Wadley |
Environmental Investigation Agency (Aġenzija tal-Investigazzjoni Ambjentali), EIA |
|
Edwin Shanks |
European Forest Institute (Istitut Ewropew tal-Foresti), EFI |
|
Ir-Rappreżentanti |
Handicraft and Wood industry association of Ho Chi Minh City, HAWA (Assoċjazzjoni tal-industrija tal-artiġjanat u tal-injam ta' Ho Chi Minh City, Hawa) |
|
Perrine Fournier |
FERN |
|
Jo Blackman |
Global Witness (Xhud Globali) |
|
Is-Sur Nguyen Xuan Phuc Vjetnam, Prim Ministru |
Il-Gvern tal-Vjetnam |
|
Is-Sur Nguyen Xuan Cuong, Ministru għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali |
Il-Gvern tal-Vjetnam |
|
Is-Sur Hà Công Tuấn, Aġent Ministru għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali |
Il-Gvern tal-Vjetnam |
|
Is-Sa Nguyen Thi Kim Ngan, President tal-Assemblea Nazzjonali |
Il-Parlament tal-Vjetnam |
|
L-awtoritajiet provinċjali, id-dwana, il-pulizija, il-kontroll tal-fruntieri, u t-tmexxija tal-provinċja |
Il-provinċja ta' Gia Lai, fil-Vjetnam |
|
Ir-Rappreżentanti |
Centre for Education and Development (Ċentru għall-Edukazzjoni u l-Iżvilupp) – CED, Vietnam (NGO) |
|
Ir-Rappreżentanti |
Centre for Sustainable Rural Development (Ċentru għall-Iżvilupp Rurali Sostenibbli) (SRD), Vjetnam (NGO) |
|
Ir-Rappreżentanti |
Pan Nature, Vjetnam (NGO) |
|
Ir-Rappreżentanti |
World Wildlife Fund, WWF, Vietnam |
|
Is-Sur Say Sam Al, Ministru għall-Ambjent |
Il-Gvern tal-Kambodja |
|
Is-Sur Veng Sakhon, Ministru għall-Agrikoltura, il-Forestrija u s-Sajd |
Il-Gvern tal-Kambodja |
|
Is-Sur Sak Setha, Segretarju tal-Istat tal-Ministeru tal-Intern |
Il-Gvern tal-Kambodja |
|
Rappreżentant |
Wildlife Conservation Society (Soċjetà tal-konservazzjoni tal-flora u fawna selvaġġi) WCS, il-Kambodja |
|
Rappreżentant |
World Wildlife Fund, WWF, il-Kambodja |
|
Ir-Rappreżentanti |
Prey Lang Community Network, (Netwerk Komunitarju Prey Lang), il-Kambodja |
|
Markus Hardtke |
Forest Crime (Kriminalità Forestali) |
|
Gordana Topic |
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Hugo-Maria Schally |
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Astrid Schomaker |
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
L-Ambaxxatur Bruno Angelet |
SEAE, Delegazzjoni tal-UE f'Hanoi |
|
L-Ambaxxatur George Edgar |
SEAE, Delegazzjoni tal-UE fi Phnom Penh |
|
L-Ambaxxatur Kari Kahiluoto |
Ambaxxata tal-Finlandja f'Hanoi |
|
Ir-Rappreżentanti |
Ambaxxata tal-Ġermanja f'Hanoi |
|
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (25.1.2019)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali
(10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Jan Zahradil
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda lill-Parlament l-approvazzjoni tal-proposta għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali |
||||
Referenzi |
10861/2018 – C8-0445/2018 – COM(2018)0515 – 2018/0272(NLE) |
||||
Kumitat responsabbli
|
INTA
|
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 25.10.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Jan Zahradil 16.11.2018 |
||||
Eżami fil-kumitat |
20.11.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
22.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mireille D’Ornano, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Eleni Theocharous, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Marina Albiol Guzmán, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Stefan Gehrold, Maria Noichl, Judith Sargentini |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
20 |
+ |
|
ECR |
Eleni Theocharous |
|
GUE/NGL |
Marina Albiol Guzmán, Lola Sánchez Caldentey |
|
PPE |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Stefan Gehrold, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Bogusław Sonik, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko |
|
S&D |
Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maria Noichl, Vincent Peillon, Elly Schlein |
|
VERTS/ALE |
Maria Heubuch, Judith Sargentini |
|
1 |
- |
|
EFDD |
Mireille D'Ornano |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali |
||||
Referenzi |
10861/2018 – C8-0445/2018 – COM(2018)0515 – 2018/0272(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
19.10.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 25.10.2018 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 25.10.2018 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Heidi Hautala 29.8.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
20.11.2018 |
23.1.2019 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
19.2.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Kārlis Šadurskis, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Klaus Buchner, Ramona Nicole Mănescu, Georg Mayer, Ralph Packet, Bolesław G. Piecha, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Malin Björk, Ramón Jáuregui Atondo, Bernd Kölmel, Julia Pitera, Wim van de Camp, Mirja Vehkaperä, Marco Zanni |
||||
Data tat-tressiq |
22.2.2019 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
37 |
+ |
|
ALDE |
Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Marietje Schaake, Mirja Vehkaperä |
|
ECR |
Bernd Kölmel, Emma McClarkin, Ralph Packet, Bolesław G. Piecha |
|
EFDD |
Tiziana Beghin |
|
ENF |
France Jamet, Georg Mayer, Marco Zanni |
|
GUE/NGL |
Malin Björk, Anne-Marie Mineur, Lola Sánchez Caldentey, Helmut Scholz |
|
PPE |
Laima Liucija Andrikienė, Georges Bach, Wim van de Camp, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Ramona Nicole Mănescu, Sorin Moisă, Julia Pitera, Fernando Ruas, Kārlis Šadurskis |
|
S&D |
Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Ramón Jáuregui Atondo, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster |
|
VERTS/ALE |
Klaus Buchner, Heidi Hautala |
|
0 |
- |
|
|
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni