RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni
22.2.2019 - (COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Julia Reda
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni
(COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0630),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0404/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Jannar 2019[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0084/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-ħajjiet tagħna ta' kuljum u l-ekonomiji qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq it-teknoloġiji diġitali, iċ-ċittadini qed isiru dejjem aktar esposti għal inċidenti ċibernetiċi serji. Is-sigurtà futura tiddependi, fost l-oħrajn, fuq it-titjib tal-abbiltà teknoloġika u industrijali li l-Unjoni tiġi protetta minn theddid ċibernetiku, minħabba li kemm il-kapaċitajiet tal-infrastruttura ċivili kif ukoll dawk militari jiddependu fuq sistemi diġitali siguri. |
(1) Aktar minn 80 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija konnessa mal-Internet u l-ħajjiet tagħna ta' kuljum u l-ekonomiji qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq it-teknoloġiji diġitali, b'ċ-ċittadini li qed isiru dejjem aktar esposti għal inċidenti ċibernetiċi serji. Is-sigurtà futura tiddependi, fost l-oħrajn, fuq il-kontribut lejn reżiljenza ġenerali, fuq it-titjib tal-abbiltà teknoloġika u industrijali li l-Unjoni tiġi protetta minn theddid ċibernetiku li qed jevolvi b'mod kostanti, minħabba li kemm il-kapaċitajiet tal-infrastruttura kif ukoll tas-sigurtà jiddependu fuq sistemi diġitali siguri. Dan jista' jinkiseb billi titqajjem sensibilizzazzjoni dwar it-theddid taċ-ċibersigurtà, billi jiġu żviluppati kompetenzi, kapaċitajiet, ħiliet madwar l-Unjoni, filwaqt li titqies bir-reqqa l-interazzjoni tal-infrastruttura, in-netwerks, il-prodotti u l-proċessi tal-ħardwer u tas-softwer u l-implikazzjonijiet u t-tħassib tas-soċjetà u dawk relatati mal-etika. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Iċ-ċiberkriminalità hija theddida li qed tikber b'rata mgħaġġla għall-Unjoni, iċ-ċittadini tagħha u l-ekonomija tagħha. Fl-2017, 80 % tal-kumpaniji Ewropej esperjenzaw mill-anqas inċident ċibernetiku wieħed. L-attakk ta' Wannacry f'Mejju 2017 affettwa aktar minn 150 pajjiż u 230 000 sistema tal-IT u kellu impatti sinifikanti fuq infrastrutturi kritiċi bħal sptarijiet. Dan jissottolinja l-ħtieġa tal-ogħla standards ta' ċibersigurtà u ta' soluzzjonijiet olistiċi taċ-ċibersigurtà, li jinvolvu lill-persuni, il-prodotti, il-proċessi u t-teknoloġija fl-Unjoni, kif ukoll ta' sens ta' tmexxija Ewropea f'din il-kwistjoni, u ta' awtonomija diġitali. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Waqt is-Summit Diġitali f'Tallinn f'Settembru 2017, il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern appellaw lill-Unjoni sabiex issir "mexxej globali fil-qasam taċ-ċibersigurtà sal-2025, sabiex tiżgura l-fiduċja, il-kunfidenza u l-protezzjoni taċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-intrapriżi onlajn tagħna u tippermetti li jkun hemm internet ħieles u regolat mil-liġi." |
(4) Waqt is-Summit Diġitali f'Tallinn f'Settembru 2017, il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern appellaw lill-Unjoni sabiex issir "mexxej globali fil-qasam taċ-ċibersigurtà sal-2025, sabiex tiżgura l-fiduċja, il-kunfidenza u l-protezzjoni taċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-intrapriżi onlajn tagħna u tippermetti li jkun hemm internet ħieles, aktar sikur u regolat mil-liġi", u ddikkjaraw li "jagħmlu użu akbar minn soluzzjonijiet b'sors miftuħ u/jew standards miftuħa meta jerġgħu jiġu żviluppati sistemi u soluzzjonijiet tal-ICT (fost affarijiet oħra, biex jiġi evitat xkiel tal-bejjiegħa), inklużi dawk żviluppati u/jew promossi minn programmi tal-UE għall-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni, bħall-ISA2". |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Iċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, tat-Teknoloġija u tar-Riċerka dwar iċ-Ċibersigurtà (iċ- "Ċentru ta' Kompetenza") jenħtieġ li jgħin biex tiżdied ir-reżiljenza u l-affidabbiltà tal-infrastruttura tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, inkluż l-internet u infrastruttura kritika oħra għall-funzjonament tas-soċjetà bħat-trasport, is-saħħa u s-sistemi bankarji. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-azzjonijiet tiegħu jenħtieġ li jqisu l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/XXX [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 kif propost minn COM(2016)616].1a |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferimenti, is-senserija, l-assistenza teknika u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L ..., ..., p. ...). |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Disturb sostanzjali fis-sistemi tan-netwerk u tal-informazzjoni jista' jaffettwa lil Stati Membri individwali u lill-Unjoni kollha. Għalhekk is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Bħalissa, l-Unjoni tiddependi fuq fornituri taċ-ċibersigurtà minn barra l-UE. Madankollu, huwa fl-interess strateġiku tal-Unjoni li hija żżomm u tiżviluppa kapaċitajiet teknoloġiċi taċ-ċibersigurtà essenzjali sabiex tiżgura s-Suq Uniku Diġitali tagħha, u b'mod partikolari sabiex tipproteġi s-sistemi kritiċi tan-netwerks u tal-informazzjoni u sabiex tipprovdi servizzi taċ-ċibersigurtà prinċipali. |
(5) Disturb sostanzjali fis-sistemi tan-netwerk u tal-informazzjoni jista' jaffettwa lil Stati Membri individwali u lill-Unjoni kollha. Għalhekk l-ogħla livell ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha huwa essenzjali għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija. Bħalissa, l-Unjoni tiddependi fuq fornituri taċ-ċibersigurtà minn barra l-UE. Madankollu, huwa fl-interess strateġiku tal-Unjoni li hija żżomm u tiżviluppa kapaċitajiet u ħiliet teknoloġiċi taċ-ċibersigurtà essenzjali sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-data u tas-sistemi kritiċi tan-netwerks u tal-informazzjoni taċ-ċittadini u l-kumpaniji Ewropej, inklużi infrastrutturi kritiċi għall-funzjonament tas-soċjetà, bħas-sistemi tat-trasport, is-sistemi bankarji u tas-saħħa, u s-Suq Uniku Diġitali u sabiex tipprovdi servizzi taċ-ċibersigurtà prinċipali. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Fl-Unjoni wieħed isib minjiera ta' għarfien espert u esperjenza fil-qasam tar-riċerka, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali taċ-ċibersigurtà, iżda l-isforzi tal-komunitajiet industrijali u ta' riċerka huma frammentati u neqsin mill-allinjament u minn missjoni komuni; affarijiet li jxekklu l-kompetittività f'dan il-qasam. Dawn l-isforzi u l-għarfien espert jeħtieġ li jiġu miġburin, imqiegħdin f'netwerk u użati b'mod effiċjenti sabiex isaħħu u jikkumplimentaw il-kapaċitajiet eżistenti tar-riċerka, it-teknoloġija u l-industrija fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali. |
(6) Fl-Unjoni wieħed isib minjiera ta' għarfien espert u esperjenza fil-qasam tar-riċerka, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali taċ-ċibersigurtà, iżda l-isforzi tal-komunitajiet industrijali u ta' riċerka huma frammentati u neqsin mill-allinjament u minn missjoni komuni li jxekklu l-kompetittività u l-protezzjoni effettiva tad-data, in-netwerks u s-sistemi kritiċi f'dan il-qasam. Dawn l-isforzi u l-għarfien espert jeħtieġ li jiġu miġburin, imqiegħdin f'netwerk u użati b'mod effiċjenti sabiex isaħħu u jikkumplimentaw il-kapaċitajiet eżistenti tar-riċerka, it-teknoloġija, il-ħiliet u l-industrija fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali. Billi s-settur tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) iħabbat wiċċu ma' sfidi importanti, bħal li jissodisfa d-domanda tiegħu għal ħaddiema tas-sengħa, hu jista' jibbenefika billi jirrappreżenta d-diversità tas-soċjetà b'mod ġenerali, u billi jikseb rappreżentanza bilanċjata tal-ġeneri, tad-diversità etnika u tan-nondiskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilità, kif ukoll billi jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien u t-taħriġ għal esperti taċ-ċibersigurtà futuri, inkluża l-edukazzjoni tagħhom f'kuntesti mhux formali, pereżempju fi proġetti ta' Softwer b'Sors Ħieles u Miftuħ, proġetti ta' teknoloġija ċivika, negozji ġodda u mikrointrapriżi. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma atturi kruċjali fis-settur Ewropew taċ-ċibersigurtà li jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet teknoloġikament avvanzati minħabba l-aġilità tagħhom. Madankollu, l-SMEs li mhumiex speċjalizzati fiċ-ċibersigurtà huma suxxettibbli wkoll li jkunu aktar vulnerabbli għal inċidenti ċibernetiċi minħabba rekwiżiti għoljin ta' investiment u għarfien biex jiġu stabbiliti soluzzjonijiet effettivi taċ-ċibersigurtà. Għalhekk, jeħtieġ li ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jipprovdu appoġġ speċjali lill-SMEs billi jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-għarfien u t-taħriġ sabiex dawn ikunu jistgħu jżidu s-sigurtà tagħhom b'mod suffiċjenti u jippermettu lil dawk li huma attivi fiċ-ċibersigurtà jikkontribwixxu għas-sens ta' tmexxija Ewropea fil-qasam. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 6b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) L-għarfien espert jeżisti lil hinn mill-kuntesti industrijali u tar-riċerka. Il-proġetti mhux kummerċjali u prekummerċjali, imsejħa proġetti ta' "teknoloġija ċivika" jużaw standards miftuħa, Data Miftuħa, Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ fl-interess tas-soċjetà u tal-ġid pubbliku. Dawn jikkontribwixxu għar-reżiljenza, is-sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-kompetenzi fi kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà u jaqdu rwol importanti fil-bini tal-kapaċitajiet għall-industrija u r-riċerka f'dan il-qasam. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 6c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6c) It-terminu "partijiet ikkonċernati", meta użat fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, inter alia, ifisser l-industrija, l-entitajiet pubbliċi u entitajiet oħra li jindirizzaw kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà, kif ukoll is-soċjetà ċivili, b'mod partikolari it-trade unions, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, u l-komunità tas-Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ u l-komunità akkademika u tar-riċerka. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkun l-istrument prinċipali tal-Unjoni sabiex jinġabar l-investiment għar-riċerka fiċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex jiġu implimentati proġetti u inizjattivi rilevanti flimkien man-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Dan jenħtieġ li jwassal appoġġ finanzjarju marbut maċ-ċibersigurtà mill-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, u jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Fond Reġjonali ta' Żvilupp Ewropew u programmi oħrajn, fejn dan ikun xieraq. Dan l-approċċ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' sinerġiji u għall-koordinazzjoni tal-appoġġ finanzjarju marbut mar-riċerka, l-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali taċ-ċinersigurtà u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni. |
(8) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkun l-istrument prinċipali tal-Unjoni sabiex jinġabar l-investiment għar-riċerka fiċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex jiġu implimentati proġetti u inizjattivi rilevanti flimkien man-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Dan jenħtieġ li jwassal appoġġ finanzjarju marbut maċ-ċibersigurtà mill-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, kif ukoll mill-Fond Ewropew għad-Difiża għal azzjonijiet u kostijiet amministrattivi relatati mad-difiża, u jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Fond Reġjonali ta' Żvilupp Ewropew u programmi oħrajn, fejn dan ikun xieraq. Dan l-approċċ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' sinerġiji u għall-koordinazzjoni tal-appoġġ finanzjarju marbut mal-inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp taċ-ċibersigurtà, l-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Is-"sigurtà ppjanata" bħala prinċipju kif stabbilita fil-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2017 bit-titolu "Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Il-Bini ta' ċibersigurtà b'saħħitha għall-UE" tinkludi metodi ta' teknoloġija avvanzata biex tiżdied is-sigurtà, fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, li jibdew b'metodi ta' disinn u ta' żvilupp sikuri, inaqqsu s-superfiċje vulnerabbli għall-attakki, u jinkorporaw ittestjar tas-sigurtà u awditi ta' sigurtà xierqa. Għat-tul tal-operazzjoni u tal-manutenzjoni, jeħtieġ li l-produtturi jew il-fornituri jagħmlu disponibbli aġġornamenti li jirrimedjaw vulnerabbiltajiet jew theddidiet ġodda mingħajr dewmien, għat-tul tal-ħajja stmat ta' prodott u lil hinn. Dan jista' jinkiseb ukoll billi l-partijiet terzi jitħallew joħolqu u jipprovdu tali aġġornamenti. Il-provvista ta' aġġornamenti hija meħtieġa b'mod speċjali fil-każ ta' infrastrutturi, prodotti u proċessi li jintużaw ta' spiss. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 8b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8b) Fid-dawl tal-firxa tal-isfida taċ-ċibersigurtà u fid-dawl tal-investimenti magħmula fil-kapaċitajiet u l-ħiliet taċ-ċibersigurtà f'partijiet oħra tad-dinja, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jżidu l-appoġġ finanzjarju tagħhom għar-riċerka, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni f'dan il-qasam. Sabiex iwettqu l-ekonomiji ta' skala u jiksbu livell komparabbli ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jindirizzaw l-isforzi tagħhom f'qafas Ewropew billi jinvestu permezz tal-mekkaniżmu taċ-Ċentru ta' Kompetenza fejn rilevanti. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 8c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8c) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Komunità ta' Kompetenza jenħtieġ li, sabiex jitrawmu l-kompetittività Ewropea u l-ogħla standards taċ-ċibersigurtà fuq livell internazzjonali, ifittxu li jiskambjaw il-prodotti u l-proċessi taċ-ċibersigurtà, l-istandards, partikolarment l-istandards tekniċi, mal-komunità internazzjonali. L-istandards tekniċi jinkludu l-ħolqien ta' implimentazzjonijiet ta' referenza, ippubblikati taħt liċenzji standard miftuħa. B'mod partikolari, id-disinn sikur tal-implimentazzjonijiet ta' referenza huwa essenzjali għall-affidabbiltà u r-reżiljenza ġenerali tal-infrastrutturi tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jintużaw ta' spiss bħall-internet u l-infrastrutturi kritiċi. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Meta jitqies li l-għanijiet ta' din l-inizjattiva jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod jekk l-Istati Membri kollha jew kemm-il Stat Membru possibbli jipparteċipaw, u bħala inċentiv għall-Istati Membri sabiex jipparteċipaw, jenħtieġ li biss l-Istati Membri li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza jkollhom id-drittijiet tal-vot. |
(9) Meta jitqies li l-għanijiet ta' din l-inizjattiva jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod jekk l-Istati Membri kollha jew kemm-il Stat Membru possibbli jikkontribwixxu, u bħala inċentiv għall-Istati Membri sabiex jipparteċipaw, jenħtieġ li biss l-Istati Membri li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza jkollhom id-drittijiet tal-vot. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li jintgħażlu mill-Istati Membri. Barra mill-kapaċità amministrattiva neċessarja, iċ-Ċentri jenħtieġ li jkollhom jew ikollhom aċċess dirett għal għarfien espert teknoloġiku fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari f'oqsma bħall-kriptografija, is-servizzi ta' sigurtà tal-ICT, is-sejbien ta' intrużjoni, is-sigurtà tas-sistemi, is-sigurtà tan-netwerks, is-sigurtà tas-softwer u l-applikazzjonijiet jew l-aspetti umani jew soċjetali tas-sigurtà u l-privatezza. Jenħtieġ ukoll li jkollhom il-kapaċità li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw mal-industrija, is-settur pubbliku, inkluż l-awtoritajiet maħtura skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, u l-komunità tar-riċerka. |
(12) Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li jintgħażlu mill-Istati Membri. Barra mill-kapaċità amministrattiva neċessarja, iċ-Ċentri jenħtieġ li jippossjedu jew ikollhom aċċess dirett għal għarfien espert teknoloġiku fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari f'oqsma bħall-kriptografija, is-servizzi ta' sigurtà tal-ICT, l-identifikazzjoni ta' intrużjoni, is-sigurtà tas-sistemi, is-sigurtà tan-netwerks, is-sigurtà tas-softwer u l-applikazzjonijiet jew l-aspetti umani, etiċi, tas-soċjetà u ambjentali tas-sigurtà u l-privatezza. Jenħtieġ ukoll li jkollhom il-kapaċità li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw mal-industrija, is-settur pubbliku, inkluż l-awtoritajiet maħtura skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, u l-komunità tar-riċerka sabiex jiġi stabbilit djalogu pubbliku-privat kontinwu dwar iċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, jenħtieġ li titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali dwar iċ-ċibersigurtà permezz ta' mezzi komunikattivi xierqa. |
__________________ |
__________________ |
23 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1). |
23 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1). |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali, l-Internet tal-Oġġetti, l-informatika ta' prestazzjoni għolja (HPC) u l-informatika tal-kwantum, il-blockchain u kunċetti bħal identitajiet diġitali siguri, fl-istess waqt, joħolqu sfidi ġodda għaċ-ċibersigurtà u joffru anki soluzzjonijiet. L-aċċess u l-validazzjoni tar-robustezza ta' sistemi tal-ICT eżistenti jew futuri se jirrikjedu l-ittestjar ta' soluzzjonijiet ta' sigurtà minn attakki ffaċilitati minn magni ta' HPC jew tal-kwantum. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li jgħinu fl-avvanz u t-tixrid tal-aktar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà reċenti. Fl-istess waqt, iċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk jenħtieġ li ikunu ta' servizz għall-iżviluppaturi u l-operaturi f'setturi kritiċi bħat-trasport, l-enerġija, is-saħħa, il-finanzi, il-gvern, it-telekomunikazzjonijiet, il-manifattura, id-difiża u l-ispazju sabiex jgħinuhom jindirizzaw l-isfidi taċ-ċibersigurtà tagħhom. |
(14) Teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali, l-Internet tal-Oġġetti, l-informatika ta' prestazzjoni għolja (HPC) u l-informatika tal-kwantum, kif ukoll kunċetti bħal identitajiet diġitali siguri, fl-istess waqt, joħolqu sfidi ġodda għaċ-ċibersigurtà u joffru anki prodotti u proċessi. Il-valutazzjoni u l-validazzjoni tar-robustezza ta' sistemi tal-ICT eżistenti jew futuri se jirrikjedu l-ittestjar ta' prodotti u proċessi ta' sigurtà minn attakki ffaċilitati minn magni ta' HPC jew tal-kwantum. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk, il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li jgħinu fl-avvanz u t-tixrid tal-aktar prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà reċenti, inklużi dawk b'użu doppju, b'mod partikolari dawk li jgħinu lill-organizzazzjonijiet ikunu fi stat kostanti ta' bini tal-kapaċità, reżiljenza u governanza xierqa. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk jenħtieġ li jistimulaw iċ-ċiklu sħiħ ta' innovazzjoni u jikkontribwixxu biex jitnaqqas id-distakk tal-"wied tal-mewt" tal-innovazzjoni tat-teknoloġiji u s-servizzi taċ-ċibersigurtà. Fl-istess waqt, iċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk u l-Komunita ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu ta' servizz għall-iżviluppaturi u l-operaturi f'setturi kritiċi bħat-trasport, l-enerġija, is-saħħa, il-finanzi, il-gvern, it-telekomunikazzjonijiet, il-manifattura, id-difiża u l-ispazju sabiex jgħinuhom jindirizzaw l-isfidi taċ-ċibersigurtà tagħhom, u jirriċerkaw id-diversi motivazzjonijiet ta' attakki fuq l-integrità tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni, bħal reati, spjunaġġ industrijali, defamazzjoni u diżinformazzjoni. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Minħabba n-natura li tinbidel malajr tal-attakki ċibernetiċi u taċ-ċibersigurtà, l-Unjoni jeħtieġ li tkun tista' tadatta malajr u b'mod kontinwu għall-iżviluppi l-ġodda fil-qasam. Għalhekk, jenħtieġ li ċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jkunu biżżejjed flessibbli biex jiżguraw ir-reattività meħtieġa. Dawn jenħtieġ li jiffaċilitaw soluzzjonijiet li jgħinu lill-entitajiet biex dejjem ikunu jistgħu jibnu l-kapaċità u jsaħħu r-reżiljenza tagħhom u tal-Unjoni. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 14b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14b) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu l-objettivi li jistabbilixxi tmexxija Ewropea u għarfien espert fiċ-ċibersigurtà, u permezz ta' dan jiżgura l-ogħla standards ta' sigurtà fl-Unjoni, jiżgura l-protezzjoni tad-data, is-sistemi tal-informazzjoni, in-netwerks u l-infrastrutturi kritiċi fl-Unjoni, joħloq impjiegi ta' kwalità għolja fil-qasam, jipprevjeni l-eżodu ta' mħuħ tal-esperti Ewropej taċ-ċibersigurtà għall-pajjiżi terzi, u jżid il-valur Ewropew għall-miżuri nazzjonali taċ-ċibersigurtà li diġà jeżistu. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu diversi funzjonijiet prinċipali. L-ewwel nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk Ewropew ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jrawwem il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Iċ-Ċentru jenħtieġ li jmexxi l-aġenda teknoloġika taċ-ċibersigurtà u jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert miġbur fin-Netwerk u fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. It-tieni nett, jenħtieġ li jimplimenta l-partijiet rilevanti tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa billi jalloka l-għotjiet, tipikament wara li tinħareġ sejħa għall-proposti kompetittiva. It-tielet nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita l-investiment konġunt mill-Unjoni, l-Istati Membri u/jew l-industrija. |
(15) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu diversi funzjonijiet prinċipali. L-ewwel nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk Ewropew ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jrawwem il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Iċ-Ċentru jenħtieġ li jmexxi l-aġenda teknoloġika taċ-ċibersigurtà u jiġbor, jikkondividi u jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert miġbur fin-Netwerk u fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, u għall-infrastruttura taċ-ċibersigurtà. It-tieni nett, jenħtieġ li jimplimenta l-partijiet rilevanti tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa billi jalloka l-għotjiet, tipikament wara li tinħareġ sejħa għall-proposti kompetittiva. It-tielet nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita l-investiment konġunt mill-Unjoni, l-Istati Membri u/jew l-industrija kif ukoll opportunitajiet ta' taħriġ u programmi ta' sensibilizzazzjoni konġunti skont il-Programm Ewropa Diġitali għaċ-ċittadini u n-negozji biex jingħeleb in-nuqqas ta' ħiliet. Dan jenħtieġ li jagħti attenzjoni speċjali għall-abilitazzjoni tal-SMEs fil-qasam taċ-ċibersigurtà. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jistimola u jappoġġja l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, li jkunu jinvolvu grupp ta' atturi kbir, miftuħ u divers involuti fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà. Il-Komunità jenħtieġ li tinkludi b'mod partikolari entitajiet ta' riċerka, industriji min-naħa tal-provvista, industriji min-naħa tad-domanda u s-settur pubbliku. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li tipprovdi input għall-attivitajiet u l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-attivitajiet ta' bini tal-komunità taċ-Ċentru ta' Kompetenza u tan-Netwerk, iżda min-naħa l-oħra, jenħtieġ li ma tkunx privileġġjata fir-rigward ta' sejħiet għall-proposti jew sejħiet għal tender. |
(16) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jistimola u jappoġġja l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni strateġika fit-tul tal-attivitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, li jkunu jinvolvu grupp ta' atturi Ewropej kbir, miftuħ, interdixxiplinari u divers involuti fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà. Il-Komunità jenħtieġ li tinkludi b'mod partikolari entitajiet ta' riċerka, inklużi dawk li jaħdmu fuq l-etika taċ-ċibersigurtà, industriji min-naħa tal-provvista, industriji min-naħa tad-domanda inklużi SMEs, u s-settur pubbliku. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li tipprovdi input għall-attivitajiet u l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-attivitajiet ta' bini tal-komunità taċ-Ċentru ta' Kompetenza u tan-Netwerk, iżda min-naħa l-oħra, jenħtieġ li ma tkunx privileġġjata fir-rigward ta' sejħiet għall-proposti jew sejħiet għal tender. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jipprovdi l-appoġġ xieraq lill-ENISA fil-kompiti tagħha kif definiti bid-Direttiva (EU) 2016/1148 ("id-Direttiva NIS") u r-Regolament (EU) 2019/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ("l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà"). Għalhekk, l-ENISA jenħtieġ li tipprovdi inputs rilevanti lic-Ċentru ta' Kompetenza fil-kompitu tagħha tad-definizzjoni tal-prijoritajiet ta' finanzjament. |
|
__________________ |
|
1a Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni u r-revoka tar-Regolament (UE) Nru 526/2013(l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L ..) (2017/0225(COD)). |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Sabiex jindirizza l-bżonnijiet tal-industriji kemm fin-naħa tad-domanda kif ukoll fin-naħa tal-provvista, il-kompitu taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jipprovdi għarfien u assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lill-industriji jenħtieġ li jirreferi kemm għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi tal-ICT u għall-prodotti u s-soluzzjonijiet industrijali u teknoloġiċi l-oħrajn kollha li fihom hija integrata ċ-ċibersigurtà. |
(17) Sabiex jindirizza l-bżonnijiet tas-settur pubbliku u tal-industriji kemm fin-naħa tad-domanda kif ukoll fin-naħa tal-provvista, il-kompitu taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jipprovdi għarfien u assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lis-settur pubbliku u lill-industriji jenħtieġ li jirreferi kemm għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi tal-ICT u għall-prodotti, il-proċessi u s-soluzzjonijiet industrijali u teknoloġiċi l-oħrajn kollha li fihom hija integrata ċ-ċibersigurtà. B'mod partikolari, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet dinamiċi fil-livell tal-intrapriżi li jkunu ffukati fuq il-bini tal-ħiliet ta' organizzazzjonijiet sħaħ, inklużi l-persuni, il-proċessi u t-teknoloġija, sabiex jipproteġi lill-organizzazzjonijiet b'mod effettiv kontra theddid ċibernetiku li dejjem qed jinbidel. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-użu wiesa' ta' prodotti u soluzzjonijiet avvanzati fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari dawk li huma rikonoxxuti internazzjonalment. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Filwaqt li ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk jenħtieġ li jistinkaw sabiex jiksbu sinerġiji bejn l-isferi taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża, il-proġetti ffinanzjati mill-Programm Orizzont Ewropa se jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament XXX [ir-Regolament Orizzont Ewropa], li jistipula li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqin bħala parti minn Orizzont Ewropa għandhom jiffukaw fuq applikazzjonijiet ċivili. |
(18) Filwaqt li ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk jenħtieġ li jistinkaw sabiex jiksbu sinerġiji u koordinazzjoni bejn l-isferi taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża, il-proġetti ffinanzjati mill-Programm Orizzont Ewropa se jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament XXX [ir-Regolament Orizzont Ewropa], li jistipula li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqin bħala parti minn Orizzont Ewropa għandhom jiffukaw fuq applikazzjonijiet ċivili. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Sabiex tiġi żgurata kollaborazzjoni strutturata u sostenibbli, ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali. |
(19) Sabiex tiġi żgurata kollaborazzjoni strutturata u sostenibbli, ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali li jenħtieġ li jkun armonizzat fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiġu ggarantiti r-responsabbiltà u t-trasparenza taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
(20) Jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiġu ggarantiti r-responsabbiltà u t-trasparenza taċ-Ċentru ta' Kompetenza u dawk l-impriżi li jingħataw finanzjament. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 20a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) L-implimentazzjoni ta' proġetti ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari dawk relatati ma' infrastrutturi u ħiliet implimentati fil-livell Ewropew jew fl-akkwist konġunt, tista' tinqasam f'fażijiet differenti ta' implimentazzjoni, bħal offerti separati għall-arkitettura ta' ħardwer jew softwer, il-produzzjoni tagħhom u t-tħaddim u l-manutenzjoni tagħhom, peress li kull kumpanija tista' tipparteċipa biss f'waħda mill-fażijiet u l-benefiċjarji li jkunu qegħdin f'waħda jew aktar minn dawk il-fażijiet ikunu meħtieġa li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet f'termini ta' sjieda jew kontroll Ewropej. |
Ġustifikazzjoni | |
Offerti separati għall-arkitettura tal-ħardwer u tas-softwer, il-produzzjoni tagħhom u t-tħaddim u l-manutenzjoni tagħhom itejbu bil-kbir it-trasparenza u s-sigurtà. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 20b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20b) Meta l-ENISA tkun l-aġenzija dedikata għaċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jfittex l-ikbar sinerġiji possibbli magħha u l-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jikkonsulta lill-ENISA minħabba l-esperjenza tagħha fil-qasam fil-kwistjonijiet kollha dwar iċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari dwar proġetti relatati mar-riċerka. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 20c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20c) Fil-proċess tan-nomina tar-rappreżentant għall-Bord ta' Tmexxija, il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jinkludi d-dettalji tal-mandat, inkluż l-obbligu li jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew, jew lill-kumitati responsabbli. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Fid-dawl tal-għarfien espert rispettiv tagħhom, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, kif ukoll l-Aġenzija Ewropa tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) jenħtieġ li jkollhom parti attiva fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. |
(21) Fid-dawl tal-għarfien espert rispettiv tagħhom u sabiex jiġu żgurati l-akbar sinerġiji possibbli, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, kif ukoll l-Aġenzija Ewropa tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) jenħtieġ li jkollhom parti attiva fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. L-ENISA jenħtieġ li tkompli tissodisfa l-objettivi strateġiċi tagħha speċjalment fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif definit fir-Regolament (UE) 2019/XXX [l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà]1a filwaqt li ċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jaġixxi bħala korp operazzjonali fiċ-ċibersigurtà. |
|
__________________ |
|
1a Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni u r-revoka tar-Regolament (UE) Nru 526/2013(l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L ..) (2017/0225(COD)). |
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza, kompost mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jiddefinixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jiżgura li dan iwettaq il-kompiti skont dan ir-Regolament. Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jiġi fdat bil-poteri meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet miċ-Ċentru ta' Kompetenza, jadotta l-pjan ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jirriflettu l-prijoritajiet fil-kisba tal-objettivi u l-kompiti taċ-Ċentru ta' Kompetenza, jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi fuq it-tmiem ta' dak il-mandat. |
(24) Il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza, kompost mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jiddefinixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jiżgura li dan iwettaq il-kompiti skont dan ir-Regolament. Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jiġi fdat bil-poteri meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet miċ-Ċentru ta' Kompetenza, jadotta l-pjan ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jirriflettu l-prijoritajiet fil-kisba tal-objettivi u l-kompiti taċ-Ċentru ta' Kompetenza, jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi fuq it-tmiem ta' dak il-mandat. Sabiex tibbenefika mis-sinerġiji, l-ENISA jenħtieġ li tkun osservatur permanenti fil-Bord ta' Tmexxija u tikkontribwixxi għax-xogħol taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inkluż billi tiġi kkonsultata dwar il-pjan strateġiku pluriennali u dwar il-pjan ta' ħidma u dwar il-lista ta' azzjonijiet magħżula għal finanzjament. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24a) Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jkollu l-għan li jippromwovi ċ-Ċentru ta' Kompetenza b'mod globali, sabiex iżid l-attrattiva tiegħu u jagħmlu korp ta' livell dinji għall-eċċellenza fiċ-ċibersigurtà; |
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Sabiex iċ-Ċentru ta' Kompetenza jiffunzjona b'mod korrett u effikaċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jinħatru membri fil-Bord ta' Tmexxija jkollhom l-għarfien u l-esperjenza professjonali xierqa f'oqsma funzjonali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tiegħu. |
(25) Sabiex iċ-Ċentru ta' Kompetenza jiffunzjona b'mod korrett u effikaċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jinħatru membri fil-Bord ta' Tmexxija jkollhom l-għarfien u l-esperjenza professjonali xierqa f'oqsma funzjonali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tiegħu u jimmiraw li jilħaq il-bilanċ bejn is-sessi. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 25a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25a) Il-piż tal-vot tal-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jkun konformi mal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għaċ-Ċentru ta' Kompetenza, skont ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura ġestjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni fl-interess tal-Unjoni, kif stabbilit fit-Trattati. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Il-funzjonament bla xkiel taċ-Ċentru ta' Kompetenza jirrikjedi li d-Direttur Eżekuttiv tiegħu jinħatar fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u esperjenza rilevanti għaċ-ċibersigurtà u d-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv jitwettqu b'indipendenza sħiħa. |
(26) Il-funzjonament bla xkiel taċ-Ċentru ta' Kompetenza jirrikjedi li d-Direttur Eżekuttiv tiegħu jinħatar b'mod trasparenti fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u l-esperjenza rilevanti għaċ-ċibersigurtà u d-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv jitwettqu b'indipendenza sħiħa. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku bħala korp konsultattiv, biex jiżgura djalogu regolari bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet konċernati rilevanti oħra. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jenħtieġ li jiffoka fuq kwistjonijiet li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati u jġibhom għall-attenzjoni tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-kompożizzjoni tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-kompiti assenjati lilu, bħal pereżempju li jiġu kkonsultat fir-rigward tal-pjan ta' ħidma, jenħtieġ li tiżgura rappreżentazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati fil-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
(27) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku bħala korp konsultattiv, biex jiżgura djalogu regolari u trasparenti biżżejjed bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Jenħtieġ li jipprovdi wkoll pariri indipendenti dwar l-implimentazzjoni u l-akkwist lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jenħtieġ li jiffoka fuq kwistjonijiet li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati u jġibhom għall-attenzjoni tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-kompożizzjoni tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-kompiti assenjati lilu, bħal pereżempju li jiġu kkonsultat fir-rigward tal-pjan ta' ħidma, jenħtieġ li tiżgura rappreżentazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati fil-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Jenħtieġ li jiġi allokat numru minimu ta' siġġijiet għal kull kategorija ta' partijiet ikkonċernati fl-industrija u tingħata attenzjoni partikolari lir-rappreżentanza tal-SMEs. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(28) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jibbenefika mill-għarfien espert partikolari u r-rappreżentazzjoni wiesgħa u rilevanti tal-partijiet ikkonċernati mibnija permezz ta' sħubija pubblika-privata kuntrattwali fir-rigward taċ-ċibersigurtà tul it-terminu ta' Orizzont 2020, permezz tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku tiegħu. |
(28) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-attivitajiet tiegħu jenħtieġ li jibbenefikaw mill-għarfien espert partikolari u r-rappreżentazzjoni wiesgħa u rilevanti tal-partijiet ikkonċernati mibnija permezz ta' sħubija pubblika-privata kuntrattwali fir-rigward taċ-ċibersigurtà tul it-terminu ta' Orizzont 2020, u l-proġetti pilota skont Orizzont 2020 dwar in-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, permezz tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku tiegħu. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, jekk ikun xieraq, jenħtieġ li jqisu repliki tal-istrutturi eżistenti, pereżempju bħala gruppi ta' ħidma. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 28a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-korpi tiegħu jenħtieġ li jużaw l-esperjenza u l-kontribuzzjonijiet ta' inizjattivi passati u attwali, bħas-sħubija kuntrattwali pubblika-privata (cPPP) dwar iċ-ċibersigurtà, l-Organizzazzjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ECSO), u l-proġett pilota u l-azzjoni preparatorja dwar is-Softwer b'Sors Ħieles u Miftuħ (EU FOSSA). |
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu implimentati regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li japplika wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. L-ipproċessar tad-data personali miċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) Nru XXX/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata tal-UE. |
(29) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu implimentati regoli dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu, il-Bord ta' Tmexxija, kif ukoll il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali, u l-Komunità. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fi-rigward taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li japplika wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. L-ipproċessar tad-data personali miċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) Nru XXX/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata tal-UE. |
__________________ |
__________________ |
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). |
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). |
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jopera b'mod miftuħ u trasparenti u jipprovdi kull informazzjoni rilevanti fil-ħin u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tat-tixrid ħall-pubbliku ġenerali. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi taċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku. |
(31) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jopera b'mod miftuħ u trasparenti u jipprovdi b'mod komprensiv informazzjoni fil-ħin u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tat-tixrid għall-pubbliku ġenerali. Dan jenħtieġ li jipprovdi lill-pubbliku u lil kwalunkwe parti kkonċernata lista tal-membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jenħtieġ li jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess li dawn jagħmlu skont l-Artikolu 42. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi taċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 31a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31a) Huwa rakkomandabbli li kemm iċ-Ċentru ta' Kompetenza kif ukoll iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni jimmonitorjaw u jsegwu kemm jista' jkun l-istandards internazzjonali, sabiex jinkoraġġixxu l-iżvilupp lejn l-aħjar prattiki globali. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 33 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33a) Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-elementi ta' ftehimiet kuntrattwali bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni, u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-entitajiet bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
__________________ |
|
1a ĠU L 123, 12.5.2013, p. 1. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri ż-żamma u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, iż-żieda tal-kompetittività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u l-użu taċ-ċibersigurtà bħala vantaġġ kompetittiv ta' industriji tal-Unjoni oħrajn, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri minħabba l-fatt li riżorsi eżistenti u limitati huma mifruxin, kif ukoll minħabba l-kobor tal-investiment neċessarju, iżda jistgħu minħabba l-evitar ta' duplikazzjoni mhix neċessarja ta' dawn l-isforzi, l-għajnuna sabiex tintlaħaq massa kritika ta' investiment u l-iżgurar li l-finanzjament pubbliku jintuża bl-aħjar mod jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(34) L-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal kompetittività u tal-kapaċitajiet tal-Unjoni fiċ-Ċibersigurtà bit-tnaqqis tad-dipendenza diġitali tagħha permezz taż-żieda fl-użu ta' prodotti, proċessi u servizzi taċ-ċibersigurtà żviluppati fi ħdan l-Unjoni, iż-żamma u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, iż-żieda tal-kompetittività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u l-użu taċ-ċibersigurtà bħala vantaġġ kompetittiv ta' industriji tal-Unjoni oħrajn, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri minħabba l-fatt li riżorsi eżistenti u limitati huma mifruxin, kif ukoll minħabba l-kobor tal-investiment neċessarju, iżda jistgħu minħabba l-evitar ta' duplikazzjoni mhix neċessarja ta' dawn l-isforzi, l-għajnuna sabiex tintlaħaq massa kritika ta' investiment u l-iżgurar li l-finanzjament pubbliku jintuża bl-aħjar mod jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-azzjonijiet fil-livell Ewropew biss jistgħu jiżguraw l-ogħla livell ta' ċibersigurtà fl-Istati Membri kollha u b'hekk jeliminaw il-lakuni fis-sigurtà li jeżistu f'xi Stati Membri li joħolqu lakuni fis-sigurtà għall-Unjoni kollha. B'hekk, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Ir-Regolament jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (iċ-"Ċentru ta' Kompetenza"), kif ukoll in-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni, u jistipula r-regoli għan-nominazzjoni ta' Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali kif ukoll għat-twaqqif ta' Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. |
1. Ir-Regolament jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (iċ-"Ċentru ta' Kompetenza"), kif ukoll in-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni, u jistipula r-regoli għan-nominazzjoni ta' Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali kif ukoll għat-twaqqif ta' Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk għandhom jikkontribwixxu għar-reżiljenza u s-sensibilizzazzjoni ġenerali fl-Unjoni għat-theddid taċ-ċibersigurtà, filwaqt li jqisu bir-reqqa l-implikazzjonijiet soċjetali. |
|
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Is-sede taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkun fi [Brussell, il-Belġju.] |
imħassar |
|
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 − paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkollu personalità ġuridika. F'kull Stat Membri, dan għandu jgawdi mill-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru. Huwa jista', b'mod partikolari, jakkwista proprjetà mobbli jew immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali. |
imħassar |
|
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) "ċibersigurtà" tfisser il-protezzjoni tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom u persuni oħra kontra t-theddid ċibernetiku; |
(1) "ċibersigurtà" tfisser l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jiġu mħarsa n-netwerk u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom u persuni milquta minn theddid ċibernetiku; |
|
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) "prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà" tfisser prodotti, servizzi jew proċessi tal-ICT bil-għan speċifiku li jipproteġu lin-netwerks u lis-sistemi tal-informazzjoni, lill-utenti tagħhom u lil persuni milqutin mit-theddid ċibernetiku; |
(2) "prodotti u proċessi" tfisser prodotti, servizzi jew proċessi tal-ICT kummerċjali u mhux kummerċjali bil-għan speċifiku li jipproteġu lid-data, lin-netwerk u lis-sistemi tal-informazzjoni, lill-utenti tagħhom u lil persuni oħra milqutin mit-theddid taċ-ċibersigurtà; |
|
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2a) "theddida ċibernetika" tfisser kwalunkwe ċirkostanza, avveniment jew azzjoni potenzjali li jistgħu jkunu ta' ħsara lin-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom u l-persuni milquta, ifixkluhom jew b'xi mod ieħor ikollhom impatt negattiv fuqhom; |
|
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) "awtorità pubblika" tfisser kwalunkwe amministrazzjoni governattiva jew pubblika, inklużi korpi pubbliċi konsultattivi, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali, inklużi obbligi speċifiċi; |
(3) "awtorità pubblika" tfisser kwalunkwe amministrazzjoni governattiva jew pubblika, inklużi korpi pubbliċi konsultattivi, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inklużi obbligi speċifiċi; |
|
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) "Stat Membru parteċipanti" tfisser Stat Membru li b'mod volontarju jikkontribwixxi finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
(4) "Stat Membru kontribwenti" tfisser Stat Membru li b'mod volontarju jikkontribwixxi finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza; |
|
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4a) "Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali" tfisser entità legali kif definit fir-Regolament (UE) 2019/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
|
|
__________________ |
|
|
1a Ir-Regolament (UE) Nru 2019/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (ĠU L...) (2018/0227(COD)). |
|
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) iżżomm u tiżviluppa l-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà neċessarji sabiex tassigura s-Suq Uniku Diġitali tagħha; |
(a) tiżviluppa l-kapaċitajiet u l-ħiliet teknoloġiċi, industrijali, soċjetali, akkademiċi u tal-għarfien espert tar-riċerka taċ-ċibersigurtà neċessarji sabiex tassigura s-Suq Uniku Diġitali tagħha u żżid il-protezzjoni tad-data taċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Unjoni; |
|
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) iżżid ir-reżiljenza u l-affidabbiltà tal-infrastruttura tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni, inklużi l-infrastruttura kritika, l-internet u tal-ħardwer u s-softwer li jintużaw ta' spiss fl-Unjoni; |
|
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) iżżid il-kompettività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u tibdel iċ-ċibersigurtà f'vantaġġ kompetittiv ta' industriji oħrajn tal-Unjoni. |
(b) (ma taffettwax il-verżjoni Maltija) |
|
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) tqajjem sensibilizzazzjoni dwar it-theddid għaċ-ċibersigurtà, u l-implikazzjonijiet u t-tħassib soċjetali u etiċi u tnaqqas id-distakk tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni; |
|
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bb) twassal sabiex l-Ewropa tkun fuq quddiem fiċ-ċibersigurtà u tiżgura l-ogħla standards taċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni; |
|
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bc) issaħħaħ il-kompetittività u l-kapaċitajiet tal-Unjoni filwaqt li tnaqqas id-dipendenza diġitali tagħha billi jiżdied l-użu tal-prodotti, il-proċessi u s-servizzi taċ-ċibersigurtà żviluppati fi ħdan l-Unjoni; |
|
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bd (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bd) issaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tan-negozji fid-dinja diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali; |
|
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk taċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali ("in-Netwerk") imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 8; |
1. li joħloq, jimmaniġġja u jiffaċilita n-Netwerk taċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali ("in-Netwerk") imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà ("il-Komunità) imsemmija fl-Artikolu 8; |
|
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-parti taċ-ċibersigurtà tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament Nru XXX26 u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet marbutin mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX [il-Programm Ewropa Diġitali] u tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament Nru XXX27 u, b'mod partikolari, it-Taqsima 2.2.6 tal-Pilastru II tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [numru ta' referenza tal-Programm Speċifiku]. u ta' programmi oħrajn tal-Unjoni meta dan ikun previst fl-atti legali tal-Unjoni]; |
2. li jikkoordina l-implimentazzjoni tal-parti taċ-ċibersigurtà tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament Nru XXX26 u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet marbutin mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX [il-Programm Ewropa Diġitali] u tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament Nru XXX27 u, b'mod partikolari, it-Taqsima 2.2.6 tal-Pilastru II tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [numru ta' referenza tal-Programm Speċifiku], u ta' programmi oħrajn tal-Unjoni meta dan ikun previst fl-atti legali tal-Unjoni] u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Ewropew għad-Difiża stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/XXX; |
|
__________________ |
__________________ |
|
26 [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali] |
26 [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali] |
|
27 [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali] |
27 [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali] |
|
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. li jtejjeb il-kapaċitajiet, l-għarfien u l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà sabiex dawn jaqdu lill-industriji, lis-settur pubbliku u lill-komunitajiet ta' riċerka, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
3. li jtejjeb ir-reżiljenza, il-kapaċitajiet, il-kompetenzi, l-għarfien u l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà sabiex dawn jaqdu lis-soċjetà, lill-industriji, lis-settur pubbliku u lill-komunitajiet ta' riċerka, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin, b'kunsiderazzjoni tal-infrastrutturi industrijali u ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà u servizzi relatati: |
|
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura industrijali u ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà u servizzi relatati, jakkwista, jaġġorna, jopera u jagħmel disponibbli infrastruttura bħal din u servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, inklużi l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika; |
(a) jakkwista, jaġġorna, jopera u jagħmel disponibbli l-faċilitajiet u s-servizzi relatati taċ-Ċentru ta' Kompetenza b'mod ġust, miftuħ u trasparenti għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika; |
|
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura industrijali u ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà u servizzi relatati, jipprovdi appoġġ lil entitajiet oħrajn, inkluż dak finanzjarju, sabiex jakkwistaw, jaġġornaw, joperaw u jagħmlu disponibbli infrastrutturi bħal dawn u servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, inklużi l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika; |
(b) jipprovdi appoġġ lil entitajiet oħrajn, inkluż dak finanzjarju, sabiex jakkwistaw, jaġġornaw, joperaw u jagħmlu disponibbli faċilitajiet bħal dawn u servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika; |
|
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika lil negozji ġodda, lill-SMEs, lill-mikrointrapriżi, lill-assoċjazzjonijiet, lill-esperti individwali u lill-proġetti ta' teknoloġija ċivili fil-qasam taċ-ċibersigurtà; |
|
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bb) jiffinanzja awditi u titjib relatat tal-kodiċi tas-sigurtà tas-softwer fir-rigward ta' proġetti ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ, li jintużaw ta' spiss għall-infrastruttura, il-prodotti u l-proċessi; |
|
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jipprovdi għarfien u assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lill-industrija u lil awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari billi jappoġġja azzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-aċċess għall-għarfien espert disponibbli fin-Netwerk u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
(c) jiffinanzja l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-assistenza teknika fost oħrajn fir-rigward taċ-ċibersigurtà għas-soċjetà ċivili, l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi, u l-komunità akkademika u ta' riċerka, b'mod partikolari billi jappoġġja azzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-aċċess għall-għarfien espert disponibbli fin-Netwerk u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà bil-għan li titjieb ir-reżiljenza ċibernetika fi ħdan l-Unjoni; |
|
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) jippromwovi s-"sigurtà ppjanata" bħala prinċipju fil-proċess tal-iżvilupp, iż-żamma, l-operat u l-aġġornament tal-infrastrutturi, tal-prodotti u tas-servizzi; b'mod partikolari billi jappoġġja metodi ta' żvilupp sikuri ta' teknoloġija avvanzata, ittestjar xieraq tas-sigurtà, awditi tas-sigurtà; u inkluż l-impenn ta' produttur jew fornitur biex jagħmel disponibbli aġġornamenti li jirrimedjaw vulnerabbiltajiet jew theddidiet ġodda, mingħajr dewmien u lil hinn mit-tul tal-ħajja stmat tal-prodott, jew jippermetti parti terza biex toħloq jew tipprovdi tali aġġornamenti; |
|
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt cb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(cb) jassisti l-politiki ta' kontribut għall-kodiċi tas-sors u l-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari għall-awtoritajiet pubbliċi meta jintużaw proġetti ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ; |
|
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt cc (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(cc) jgħaqqad flimkien partijiet ikkonċernati mill-industrija, it-trade unions, il-qasam akkademiku, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-entitajiet pubbliċi sabiex jiżgura kooperazzjoni fit-tul fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà, inklużi l-ġbir u l-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-informazzjoni fir-rigward ta' tali prodotti u proċessi, jekk ikun xieraq; |
|
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni wiesgħa ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata fl-ekonomija kollha, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
4. jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni wiesgħa ta' prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata u sostenibbli fl-Unjoni kollha, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
|
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jistimola r-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u l-industriji utenti; |
(a) jistimola r-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' prodotti u proċessi olistiċi taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni maċ-ċiklu kollu tal-innovazzjoni, minn, inter alia, l-awtoritajiet pubbliċi, l-industrija u s-suq; |
|
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-industriji min-naħa tad-domanda u lil utenti oħrajn fl-adozzjoni u fl-integrazzjoni tal-aktar soluzzjonijiet reċenti taċ-ċibersigurtà; |
(b) jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-industriji min-naħa tad-domanda u lil utenti oħrajn biex iżidu r-reżiljenza tagħhom billi jadottaw u jintegraw prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata; |
|
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jappoġġja, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet pubbliċi fl-organizzazzjoni tal-akkwist pubbliku jew iwettaq l-akkwist ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata f'isem l-awtoritajiet pubbliċi; |
(c) jappoġġja, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet pubbliċi fl-organizzazzjoni tal-akkwist pubbliku jew iwettaq l-akkwist ta' prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata f'isem l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż billi jipprovdi appoġġ għall-akkwist, biex jiżdiedu s-sigurtà tal-investiment pubbliku u l-benefiċċji minnu; |
|
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt d
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika lil kumpaniji ġodda fil-qasam taċ-ċibersigurtà u lill-SMEs sabiex jibnu pont ma' swieq potenzjali u jattiraw l-investiment; |
(d) jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika lil negozji ġodda fil-qasam taċ-ċibersigurtà, lill-SMEs, lill-mikrointrapriżi, lil esperti individwali, proġetti ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ li jintużaw ta' spiss, u proġetti relatati mat-teknoloġija ċivika, sabiex jissaħħaħ l-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà, jinbena pont ma' swieq potenzjali u ma' opportunitajiet ta' implimentazzjoni, u jiġi attirat l-investiment; |
|
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. itejjeb il-fehim taċ-ċibersigurtà u jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fir-rigward tal-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà fl-Unjoni billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
5. itejjeb il-fehim taċ-ċibersigurtà, u jikkontribwixxi sabiex jitnaqqas id-distakk fir-rigward tal-ħiliet u jissaħħaħ il-livell tal-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà fl-Unjoni billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
|
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt –a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(-a) jappoġġja, fejn xieraq, il-kisba tal-objettiv speċifiku 4, il-Ħiliet Diġitali Avvanzati, tal-Programm Ewropa Diġitali b'kooperazzjoni ma' Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali; |
|
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jappoġġja it-tkomplija tal-iżvilupp ta' ħiliet fil-qasam taċ-ċibersigurtà, fejn ikun xieraq, flimkien mal-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-UE, inkluż l-ENISA. |
(a) jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri, l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta' ħiliet u kompetenzi taċ-ċibersigurtà, fil-livelli edukattivi kollha rilevanti, billi jappoġġja l-objettiv li jinkiseb bilanċ bejn is-sessi, jiffaċilita livell għoli komuni ta' għarfien fil-qasam taċ-ċibersigurtà, u jikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-utenti u tal-infrastrutturi fl-Unjoni kollha f'koordinazzjoni man-Netwerk u, fejn xieraq, jallinja ma' aġenziji u korpi rilevanti tal-UE, inkluż l-ENISA. |
|
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-isforzi ta' riċerka fiċ-ċibersigurtà bbażati fuq aġenda strateġika pluriennali industrijali, teknoloġika u ta' riċerka komuni u li tiġi evalwata u mtejba b'mod kontinwu; |
(a) jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-isforzi ta' riċerka fiċ-ċibersigurtà bbażati fuq pjan strateġiku pluriennali komuni ta' industrija, teknoloġija u riċerka li jiġi evalwat u mtejjeb b'mod kontinwu, kif imsemmi fl-Artikolu 13; |
|
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jappoġġja proġetti ta' riċerka u dimostrazzjoni fuq skala kbira fil-kapaċitajiet teknoloġiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà tal-ġenerazzjoni li jmiss, f'kollaborazzjoni mal-industrija u n-Netwerk; |
(b) jappoġġja proġetti ta' riċerka u dimostrazzjoni fuq skala kbira fil-kapaċitajiet teknoloġiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà tal-ġenerazzjoni li jmiss, f'kollaborazzjoni mal-industrija, il-komunità akkademika u ta' riċerka, is-settur pubbliku u l-awtoritajiet, inklużi n-Netwerk u l-Komunità; |
|
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) jiżgura rispett għad-drittijiet fundamentali u mġiba etika fil-proġetti tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà appoġġjati miċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bb) jimmonitorja rapporti ta' vulnerabbiltajiet skoperti mill-Komunità u jiffaċilita l-iżvelar ta' vulnerabbiltajiet, l-iżvilupp ta' softwer korrettiv, tiswijiet u soluzzjonijiet, u d-distribuzzjoni ta' dawn. |
|
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bc (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bc) jimmonitorja r-riżultati tar-riċerka dwar algoritmi ta' awtotagħlim użati għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi f'kollaborazzjoni mal-ENISA, u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1148; |
|
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bd (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bd) jappoġġja r-riċerka fil-qasam taċ-ċiberkriminalità; |
|
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt be (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(be) jappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti u proċessi li jkunu jistgħu jiġu studjati, kondiviżi, u li jista' jinbena fuqhom b'mod liberu, b'mod partikolari fil-qasam ta' ħardwer u softwer ivverifikat u li jkun jista' jiġi vverifikat, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija, in-Netwerk u l-Komunità; |
|
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni għall-istandardizzazzjoni fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà |
(c) jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni għall-istandardizzazzjoni formali u mhux formali u ċ-ċertifikazzjoni tat-teknoloġija taċ-ċibersigurtà, billi jorbot max-xogħol eżistenti u fejn ikun xieraq f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, il-korpi ta' ċertifikazzjoni u l-ENISA; |
|
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ca (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) jipprovdi appoġġ speċjali għall-SMEs billi jiffaċilita l-aċċess tagħhom għall-għarfien u t-taħriġ permezz ta' aċċess imfassal apposta għal riżultati tanġibbli tar-riċerka u l-iżvilupp imsaħħa miċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk, sabiex tiżdied il-kompetittività; |
|
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/XXX [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 kif propost minn COM(2016)616]; |
|
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
8a. jikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward taċ-ċibersigurtà billi: |
|
|
(a) jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza f'konferenzi internazzjonali u organizzazzjonijiet governattivi kif ukoll il-kontribut għall-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandardizzazzjoni; |
|
|
(b) jikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fi ħdan oqfsa rilevanti ta' kooperazzjoni internazzjonali; |
|
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – titolu
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Investiment u użu tal-infrastruttura, il-kapaċitajiet, prodotti jew soluzzjonijiet |
Investiment u użu tal-infrastruttura, il-kapaċitajiet, il-prodotti jew il-proċessi |
|
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 5 - paragrafu 1 - parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza jipprovdi finanzjament għall-infrastruttura, kapaċitajiet, prodotti jew soluzzjonijiet skont l-Artikolu 4(3) u (4) f'forma ta' għotja jew premju, il-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jispeċifika b'mod partikolari: |
1. Fejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza jipprovdi finanzjament għall-infrastruttura, il-ħiliet, il-prodotti jew il-proċessi skont l-Artikolu 4(3) u (4) f'forma ta' akkwist, għotja jew premju, il-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jispeċifika b'mod partikolari: |
|
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) regoli li jirregolaw l-operat ta' infrastruttura jew kapaċità inkluż, fejn ikun rilevanti, l-għoti ta' responsabbiltà għall-operat lil entità ospitanti abbażi ta' kriterji li għandhom jiġu ddefiniti miċ-Ċentru ta' Kompetenza; |
(a) regoli speċifiċi li jirregolaw l-operat ta' infrastruttura jew kapaċità inkluż, fejn ikun rilevanti, l-għoti ta' responsabbiltà għall-operat lil entità ospitanti abbażi ta' kriterji li għandhom jiġu ddefiniti miċ-Ċentru ta' Kompetenza; |
|
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) regoli speċifiċi li jirregolaw fażijiet differenti tal-implimentazzjoni. |
|
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bb) b'riżultat tal-kontribut tal-Unjoni, l-aċċess ikun miftuħ, kemm jista' jkunu magħluq skont kif ikun meħtieġ, u li l-użu mill-ġdid ikun possibbli; |
|
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni globali ta' attivitajiet ta' akkwist konġunt inkluż l-akkwist prekummerċjali f'isem il-membri tan-Netwerk, il-membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jew partijiet terzi oħrajn li jirrappreżentaw lill-utenti tal-prodotti u s-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà. Għal dan il-għan, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jiġi megħjun minn Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali wieħed jew aktar minn wieħed jew minn membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. |
2. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni globali ta' attivitajiet ta' akkwist konġunt inkluż l-akkwist prekummerċjali f'isem il-membri tan-Netwerk. Għal dan il-għan, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jiġi megħjun minn Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali wieħed jew aktar, minn membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jew minn Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali. |
|
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
-1. F'kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali wieħed. |
|
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali nnominat għandu jkollu l-kapaċità li jappoġġja ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk fil-qadi tal-missjoni tagħhom, kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Huma għandu jkollhom għarfien espert teknoloġiku fiċ-ċibersigurtà jew ikollhom aċċess dirett għalih u jkunu f'pożizzjoni li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw b'mod effettiv mal-industrija, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka. |
4. Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali magħżul għandu jkollu l-kapaċità li jappoġġja ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk fil-qadi tal-missjoni tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Huma għandu jkollhom għarfien espert teknoloġiku fiċ-ċibersigurtà jew ikollhom aċċess dirett għalih u jkunu f'pożizzjoni li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw b'mod effettiv mal-industrija, is-settur pubbliku, il-komunità akkademika u ta' riċerka, u ċ-ċittadini. Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw f'aktar dettall il-proċedura tal-valutazzjoni u li jispjegaw l-applikazzjoni tal-kriterji. |
|
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali ffirmat bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali. Il-ftehim għandu jistipula r-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni u l-qsim tal-kompiti bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali. |
5. Ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali standard iffirmat bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali. Il-ftehim għandu jikkonsisti mill-istess sett ta' kundizzjonijiet ġenerali armonizzati li jipprevedi r-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni u l-qsim tal-kompiti bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali u kundizzjonijiet speċjali mfassla apposta fuq iċ-Ċentru Nazzjonali ta' Koordinazzjoni partikolari. |
|
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45a biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kuntrattwali msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-format tagħhom. |
|
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jappoġġjaw iċ-Ċentru ta' Kompetenza fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu u, b'mod partikolari, fil-koordinazzjoni tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
(a) jappoġġjaw iċ-Ċentru ta' Kompetenza fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu u, b'mod partikolari, fl-istabbiliment u l-koordinazzjoni tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
|
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-industrija u atturi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri fi proġetti transkonfinali; |
(b) jippromwovu, iħeġġu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-industrija, b'mod partikolari n-negozji ġodda u l-SMEs, il-komunità akkademika u ta' riċerka, u atturi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri fi proġetti transkonfinali; |
|
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – ittra ba (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) b'kooperazzjoni ma' entitajiet oħra b'kompiti simili, jopera bħala punt uniku ta' servizz għal prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà ffinanzjati permezz ta' programmi oħra bħal InvestEU jew il-Programm tas-Suq Uniku, b'mod partikolari għall-SMEs; |
|
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jikkontribwixxu, flimkien maċ-Ċentru ta' Kompetenza, għall-identifikazzjoni u l-indirizzar ta' sfidi industrijali taċ-ċibersigurtà li huma speċifiċi għas-settur; |
(c) jikkontribwixxu, flimkien maċ-Ċentru ta' Kompetenza, għall-identifikazzjoni u l-indirizzar ta' sfidi taċ-ċibersigurtà li huma speċifiċi għas-settur; |
|
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) jikkooperaw mill-qrib mal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni biex jippromwovu l-adozzjoni ta' standards eżistenti u biex jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, b'mod partikolari l-SMEs, fl-istabbiliment ta' standards ġodda. |
|
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) ifittxu li jistabbilixxu sinerġiji b'attivitajiet rilevanti fil-livelli nazzjonali u reġjonali; |
(e) ifittxu li jistabbilixxu sinerġiji b'attivitajiet rilevanti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fa) jippromwovu u jxerrdu kurrikuli edukattivi komuni minimi fir-rigward taċ-ċibersigurtà f'kooperazzjoni mal-korpi rilevanti fl-Istati Membri; |
|
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt g
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(g) jippromwovu u jxerrdu r-riżultati rilevanti tal-ħidma tan-Netwerk, tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u taċ-Ċentru ta' Kompetenza fil-livell nazzjonali jew reġjonali; |
(g) jippromwovu u jxerrdu r-riżultati rilevanti tal-ħidma tan-Netwerk, tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u taċ-Ċentru ta' Kompetenza fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali; |
|
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(h) jivvalutaw it-talbiet imressqin minn entitajiet stabbiliti fl-istess Stat Membru bħaċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni sabiex isiru parti mill-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. |
(h) jivvalutaw it-talbiet imressqin minn entitajiet u individwi stabbiliti fl-istess Stat Membru bħaċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni sabiex isiru parti mill-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. |
|
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandhom, fejn ikun rilevanti, jikkooperaw permezz tan-Netwerk għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-kompiti msemmijin fil-punti (a), (b), (c), (e), u (g) tal-paragrafu 1. |
4. Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandhom, fejn ikun rilevanti, jikkooperaw permezz tan-Netwerk u jikkoordinaw mal-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali rilevanti għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-kompiti msemmijin fil-paragrafu 1. |
|
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 8 − paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkontribwixxi għall-missjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 u ttejjeb u xxerred l-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha. |
1. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà tikkontribwixxi għall-missjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 u ttejjeb, tiġbor flimkien, tikkondividi u xxerred l-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha u tipprovdi għarfien espert tekniku. |
|
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkonsisti mill-industrija, organizzazzjonijiet akkademiċi u ta' riċerka mhux bi profitt u assoċjazzjonijiet kif ukoll entitajiet pubbliċi u entitajiet oħrajn li jittrattaw kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi. Dan għandu jlaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati prinċipali fir-rigward tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali fil-qasam taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Dan għandu jinvolvi liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni li jkollhom l-għarfien espert rilevanti. |
2. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkonsisti mis-soċjetà ċivili, mill-industrija mill-aspett tad-domanda u l-provvista, inklużi l-SMEs, mill-komunità akkademika u ta' riċerka, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti, l-esperti individwali, l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni rilevanti u assoċjazzjonijiet oħrajn kif ukoll entitajiet pubbliċi u entitajiet oħrajn li jittrattaw kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà. Dan għandu jlaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati prinċipali fir-rigward tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi teknoloġiċi, industrijali, akkademiċi u ta' riċerka u tas-soċjetà fil-qasam taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. U għandu jinvolvi liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali, il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni li jkollhom l-għarfien espert rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. |
|
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-entitajiet li jkunu stabbiliti fl-Unjoni biss jistgħu jiġu akkreditati bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Huma għandhom juru li għandhom l-għarfien espert fil-qasam taċ-ċibersigurtà fir-rigward ta' tal-anqas wieħed minn dawn l-oqsma: |
3. L-entitajiet li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew fl-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-individwi residenti fihom biss jistgħu jiġu akkreditati bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. L-applikanti għandhom juru li jistgħu jipprovdu l-għarfien espert fil-qasam taċ-ċibersigurtà fir-rigward ta' tal-anqas wieħed minn dawn l-oqsma: |
|
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) ir-riċerka; |
(a) Il-qasam akkademiku jew ir-riċerka; |
|
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) l-etika; |
|
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 8 - paragrafu 3 - punt cb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(cb) l-istandardizzazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet formali u tekniċi; |
|
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jakkredita lill-entitajiet li jkunu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà wara valutazzjoni li ssir miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità, dwar jekk l-entità tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3. Akkreditazzjoni ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien iżda tista' tiġi revokata miċ-Ċentru ta' Kompetenza fi kwalunkwe ħin, jekk dan jew iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jikkunsidra li l-entità ma tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 jew li taqa' taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikolu 136 tar-Regolament XXX [regolament finanzjarju ġdid]. |
4. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jakkredita lill-entitajiet li jkunu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali, jew individwi, bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà wara valutazzjoni armonizzata li ssir miċ-Ċentru ta' Kompetenza, iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità, jew fejn l-individwu jkun residenti, dwar jekk l-entità tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3. Akkreditazzjoni ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien iżda tista' tiġi revokata miċ-Ċentru ta' Kompetenza fi kwalunkwe ħin, jekk dan jew iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali rilevanti jikkunsidra li l-entità jew l-individwu ma jissodisfawx il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 jew li taqa' taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikolu 136 tar-Regolament XXX [regolament finanzjarju ġdid]. Iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni tal-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati fil-Komunità, filwaqt li jistimolaw b'mod attiv il-parteċipazzjoni minn kategoriji sottorappreżentati speċjalment l-SMEs, u gruppi ta' individwi. |
|
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 45, sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar il-kriterji previsti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li bihom jiġu magħżula l-applikanti, u l-proċeduri għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni ta' entitajiet li jissodisfaw dawk il-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. |
|
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(5a) jappoġġjaw iċ-Ċentru ta' Kompetenza billi jirrappurtaw u jiżvelaw vulnerabbiltajiet, jgħinu biex itaffuhom u jagħtu pariri dwar kif jitnaqqsu tali vulnerabbiltajiet, inkluż permezz ta' ċertifikazzjoni taħt l-iskemi adottati f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/XXX [l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà]. |
|
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni, it-Tim ta' Rispons f'Każ ta' Emerġenza Diġitali (CERT-UE), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva ta' Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Innovazzjoni u tan-Netwerks, iċ-Ċentru Ewropew tal-Kriminalità Ċibernetika fi ħdan il-Europol kif ukoll l-Aġenzija Ewropea ta' Difiża. |
1. Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà, iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni (ENISA), l-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERT-UE), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali rilevanti, iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fi ħdan il-Europol kif ukoll l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fir-rigward ta' proġetti, servizzi u kompetenzi b'użu doppju. |
|
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Kooperazzjoni bħal din għandha sseħħ fi ħdan il-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma. Dawk l-arranġamenti għandhom jitressqu għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. |
2. Kooperazzjoni bħal din għandha sseħħ fi ħdan il-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma. Dawk l-arranġamenti għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. |
|
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u ħames rappreżentanti tal-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni. |
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, rappreżentant wieħed nominat mill-Parlament Ewropew bħala osservatur, u erba' rappreżentanti tal-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, bil-għan li .jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-bord u s-sostituti tagħhom. |
|
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tat-teknoloġija, kif ukoll b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata ta' bdil tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tal-Bord. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija. |
3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam taċ-ċibersigurtà, kif ukoll b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata ta' bdil tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tal-Bord. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija. |
|
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Kummissjoni tista' tistieden osservaturi, inkluż ir-rappreżentanti tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, biex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija kif xieraq. |
6. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden osservaturi, inkluż ir-rappreżentanti tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, u lil membri tal-Komunità biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija kif xieraq. |
|
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 7
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għandha tkun osservatur permanenti fil-Bord ta' Tmexxija. |
7. L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandhom ikunu osservaturi permanenti fil-Bord ta' Tmexxija, fi rwol ta' konsulenza mingħajr drittijiet tal-vot. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti l-akbar importanza lill-opinjonijiet li jiġu espressi mill-osservaturi permanenti. |
|
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jadotta pjan strateġiku pluriennali, li jkun jinkludi dikjarazzjoni tal-prijoritajiet prinċipali u inizjattivi ppjanati taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inkluż stima tal-bżonnijiet u r-riżorsi finanzjarji; |
(a) jadotta pjan strateġiku pluriennali, li jkun jinkludi dikjarazzjoni tal-prijoritajiet prinċipali u inizjattivi ppjanati taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inkluż stima tal-bżonnijiet u r-riżorsi finanzjarji, filwaqt li jqis il-parir li ngħata mill-ENISA; |
|
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jadotta l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, il-kontijiet u l-karta ta' bilanċ annwali u r-rapport ta' attività annwali, abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv; |
(b) jadotta l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, il-kontijiet u l-karta ta' bilanċ annwali u r-rapport ta' attività annwali, abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li jqis il-parir li ngħata mill-ENISA; |
|
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt e
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) jadotta l-kriterji u l-proċeduri għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-entitajiet bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
(e) jadotta l-proċeduri għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-entitajiet bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
|
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) jadotta l-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 10(2); |
|
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ga) jadotta regoli ta' trasparenza għaċ-Ċentru ta' Kompetenza; |
|
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt i
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(i) jistabbilixxi gruppi ta' ħidma b'membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
(i) jistabbilixxi gruppi ta' ħidma b'membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, filwaqt li jqis il-parir li taw l-osservaturi permanenti; |
|
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt l
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(l) jippromwovi ċ-Ċentru ta' Kompetenza b'mod globali, sabiex iżid l-attraenza tiegħu u jagħmlu korp ta' livell dinji għall-eċċellenza fiċ-ċibersigurtà; |
(l) jippromwovi l-kooperazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza ma' atturi globali; |
|
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt r
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(r) jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata mar-riskji ta' frodi fid-dawl ta' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati; |
(r) jadotta strateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni li tkun proporzjonata mar-riskji ta' frodi u korruzzjoni fid-dawl ta' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati, kif ukoll jadotta miżuri ta' protezzjoni komprensivi għall-persuni li jirrappurtaw il-ksur tal-liġi tal-Unjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni; |
|
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt s
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(s) jadotta metodoloġija sabiex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni finanzjarja mingħand l-Istati Membri; |
(s) jadotta definizzjoni estensiva ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand l-Istati Membri u metodoloġija sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta' kontribuzzjonijiet volontarji tal-Istati Membri li jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji skont din id-definizzjoni. Dan il-kalkolu għandu jitwettaq fi tmiem kull sena finanzjarja; |
|
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu, li jkollhom drittijiet tal-vot għal perjodu ta' sentejn. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President jista' jiġi estiż darba, wara li tittieħed deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f'dik id-data. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi ex officio lill-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaq id-doveri tiegħu. Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni. |
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu, li jkollhom drittijiet tal-vot għal perjodu ta' sentejn, bl-għan li jikseb il-bilanċ bejn is-sessi. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President jista' jiġi estiż darba, wara li tittieħed deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f'dik id-data. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi ex officio lill-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaq id-doveri tiegħu. Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni. |
|
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, diment li l-Bord ta' Tmexxija ma jkunx iddeċieda mod ieħor, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot. Skont il-każ, il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden lil persuni oħrajn biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi. |
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, diment li l-Bord ta' Tmexxija ma jkunx iddeċieda mod ieħor, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot. |
|
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-Membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jistgħu jieħdu sehem, fuq stedina mill-President, fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, mingħajr ma jkollhom id-dritt tal-vot. |
imħassar |
|
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 15
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 15 |
imħassar |
|
Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija |
|
|
1. L-Unjoni għandu jkollha 50 % tad-drittijiet tal-vot. Id-drittijiet tal-vot tal-Unjoni għandhom ikunu indiviżibbli. |
|
|
2. Kull Stat Membru parteċipanti għandu jkollu vot wieħed. |
|
|
3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' mill-anqas 75 % tal-voti kollha, inklużi l-voti tal-membri li jkunu assenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 75 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji totali liċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi kkalkolata abbażi tal-infiq stmat propost mill-Istati Membri msemmi fil-punt c tal-Artikolu 17(2) u abbażi tar-rapport dwar il-valur tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti msemmija fl-Artikolu 22(5). |
|
|
4. Huma r-rappreżentanti tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti biss li għandu jkollhom id-drittijiet tal-vot. |
|
|
5. Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni. |
|
|
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 15a |
|
|
Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija |
|
|
1. Id-deċiżjonijiet soġġetti għall-vot jistgħu jikkonċernaw: |
|
|
(a) il-governanza u l-organizzazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk; |
|
|
(b) l-allokazzjoni ta' baġit taċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk; |
|
|
(c) l-azzjonijiet konġunti minn diversi Stati Membri, possibbilment ikkomplementati mill-baġit tal-Unjoni wara deċiżjoni allokata skont il-punt (b). |
|
|
2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' mill-anqas 75 % tal-voti kollha, inklużi l-voti tal-membri li jkunu assenti. Id-drittijiet tal-vot tal-Unjoni għandhom ikunu rappreżentati mill-Kummissjoni u jkunu indiviżibbli. |
|
|
3. Għal deċiżjonijiet taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jkun rappreżentat u jkollu drittijiet ugwali ta' vot. Għall-bqija tal-voti disponibbli sa 100 %, l-Unjoni għandu jkollha tal-anqas 50 % tad-drittijiet tal-vot li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha. |
|
|
4. Għal deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1, jew kwalunkwe deċiżjoni oħra li ma taqax taħt kwalunkwe kategorija oħra tal-paragrafu 1, l-Unjoni għandha żżomm mill-inqas 50 % tad-drittijiet tal-vot li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha. L-Istati Membri kontributuri biss għandu jkollhom id-drittijiet tal-vot u dawn għandhom jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha. |
|
|
5. F'każ li l-President ikun ġie elett minn fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni bħala rappreżentant tal-Istat Membru tiegħu. |
|
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. |
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, inklużi nominazzjonijiet li għandhom l-għan li jiksbu l-bilanċ bejn is-sessi mill-Istati Membri, wara proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja. |
|
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 5
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
5. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn erba' snin. |
6. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin. |
|
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 8
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta mill-Kummissjoni. |
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta mill-membri tiegħu jew fuq proposta mill-Kummissjoni. |
|
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija u l-Kummissjoni, iħejji u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija abbozz tal-pjan strateġiku pluriennali u abbozz tal-pjan ta' ħidma annwali taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inklużi l-ambitu tas-sejħiet għal proposti, sejħiet għal espressjonijiet ta' interess u sejħiet għal tenders meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-pjan ta' ħidma u l-istimi ta' nfiq korrispondenti, kif propost mill-Istati Membri u l-Kummissjoni; |
(c) wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija, il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, l-ENISA u l-Kummissjoni, iħejji u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija abbozz tal-pjan strateġiku pluriennali u abbozz tal-pjan ta' ħidma annwali taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inklużi l-ambitu tas-sejħiet għal proposti, sejħiet għal espressjonijiet ta' interess u sejħiet għal tenders meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-pjan ta' ħidma u l-istimi ta' nfiq korrispondenti, kif propost mill-Istati Membri u l-Kummissjoni; |
|
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt h
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(h) iħejji pjan ta' azzjoni msejjes fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni |
(h) iħejji pjan ta' azzjoni msejjes fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew; |
|
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt l
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(l) japprova l-lista ta' azzjonijiet magħżula għal finanzjament abbażi ta' lista ta' klassifika stabbilita minn panel ta' esperti indipendenti; |
(l) wara li jikkonsulta mal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u mal-ENISA, japprova l-lista ta' azzjonijiet magħżula għal finanzjament abbażi ta' lista ta' klassifika stabbilita minn panel ta' esperti indipendenti; |
|
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt s
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(s) iħejji pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti ta' awditjar intern jew estern, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni kif ukoll regolarment lill-Bord ta' Tmexxija; |
(s) iħejji pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti ta' awditjar intern jew estern, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew kif ukoll regolarment lill-Bord ta' Tmexxija; |
|
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt v
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(v) jiżgura komunikazzjoni effettiva mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
(v) jiżgura komunikazzjoni effettiva mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq stedina; |
|
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku ma għandux ikun kompost minn aktar minn 16-il membru. Il-membri għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija minn fost ir-rappreżentanti tal-entitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. |
1. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku ma għandux ikun kompost minn aktar minn 25 membru. Il-membri għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija minn fost ir-rappreżentanti tal-entitajiet tal-Komunità, jew mill-membri individwali tagħha. Huma biss dawk ir-rappreżentanti ta' entitajiet li mhumiex ikkontrollati minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz ħlief dawk minn pajjiżi taż-ŻEE u tal-EFTA li għandhom ikunu eliġibbli. Il-ħatra għandha ssir skont proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja. Il-kompożizzjoni tal-Bord għandha timmira li tikseb bilanċ bejn is-sessi, u tinkludi rappreżentanza bbilanċjata tal-gruppi tal-partijiet interessati mill-industrija, mill-komunità akkademika u mis-soċjetà ċivili. |
|
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkollhom għarfien espert fir-rigward tar-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp industrijali, is-servizzi professjonali jew l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rekwiżiti għal għarfien espert bħal dan għandhom ikomplu jiġu speċifikati mill-Bord ta' Tmexxija. |
2. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkollhom għarfien espert fir-rigward tar-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp industrijali, l-għoti, l-implimentazzjoni jew l-użu ta' servizzi jew prodotti professjonali. Ir-rekwiżiti għal għarfien espert bħal dan għandhom ikomplu jiġu speċifikati mill-Bord ta' Tmexxija. |
|
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 5
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni jistgħu jipparteċipaw u jappoġġjaw il-ħidma tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. |
5. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw u jappoġġjaw il-ħidma tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. Il-Bord jista' jistieden rappreżentanti addizzjonali mill-Komunità f'kapaċità ta' osservatur, konsulent, jew espert kif xieraq, fuq bażi ta' każ b'każ. |
|
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn f'sena. |
1. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jiltaqa' tal-anqas tliet darbiet f'sena. |
|
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jista' jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet rilevanti għall-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, fejn ikun neċessarju, taħt il-koordinazzjoni globali ta' membru wieħed jew aktar tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. |
2. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jipprovdi suġġerimenti lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet rilevanti għall-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, kull meta dawk il-kwistjonijiet jaqgħu fi ħdan il-kompiti u l-oqsma ta' kompetenza deskritti fl-Artikolu 20 u fejn ikun neċessarju, taħt il-koordinazzjoni globali ta' membru wieħed jew aktar tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. |
|
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Korp Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jagħti pariri liċ-Ċentru ta' Kompetenza fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu u għandu: |
Il-Korp Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu regolarment jagħti pariri liċ-Ċentru ta' Kompetenza fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu u għandu: |
|
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) jipprovdi lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija pariri strateġiċi u input għall-abbozzar tal-pjan ta' ħidma u tal-pjan strateġiku pluriennali fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija; |
(1) jipprovdi lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija pariri strateġiċi u input għall-użu taċ-Ċentru ta' Kompetenza, l-orjentazzjoni u l-operazzjonijiet tiegħu f'dak li jirrigwarda l-industrija u r-riċerka, u għall-abbozzar tal-pjan ta' ħidma u tal-pjan strateġiku pluriennali fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija; |
|
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(1a) jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għall-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza; |
|
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) jippromwovi u jiġbor il-feedback dwar il-pjan ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
(3) jippromwovi u jiġbor il-feedback dwar il-pjan ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar kif itejjeb l-orjentazzjoni strateġika u l-funzjonament taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) EUR 1 981 668 000 mill-programm Ewropa Diġitali, li jinkludu sa EUR 23 746 000 għall-kostijiet amministrattivi; |
(a) EUR 1 780 954 875 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 998 696 000 fi prezzijiet attwali) mill-programm Ewropa Diġitali, li jinkludu sa EUR 21 385 465 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 23 746 000 fi prezzijiet attwali) għall-kostijiet amministrattivi; |
|
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) ammont mill-Fond Ewropew għad-Difiża għal azzjonijiet relatati mad-difiża taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inkluż għall-kostijiet amministrattivi relatati kollha bħall-kostijiet li ċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jġarrab meta jaġixxi bħala maniġer tal-proġetti għall-azzjonijiet imwettqa bħala parti mill-Fond Ewropew għad-Difiża. |
|
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat għal [il-Programm Ewropa Diġitali] u għall-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa, stabbilit bid-Deċiżjoni XXX. |
2. Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat għal [il-Programm Ewropa Diġitali], għall-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa, stabbilit bid-Deċiżjoni XXX, għall-Fond Ewropew għad-Difiża u għal programmi u proġetti oħra li jaqgħu fl-ambitu taċ-Ċentru ta' Kompetenza jew tan-Netwerk. |
|
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex tkopri l-kompiti msemmijin fl-Artikolu 4(8)(b) |
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Programm Ewropa Diġitali u mill-Programm Orizzont Ewropa ma għandhiex tkopri l-kompiti msemmijin fl-Artikolu 4(8)(b) Dawn jistgħu jkunu koperti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew għad-Difiża. |
|
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas b'mod proporzjonat jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanazjarja tal-Unjoni liċ-Ċentru ta' Kompetenza jekk l-Istati Membri parteċipanti ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. |
4. Il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas b'mod proporzjonat jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni liċ-Ċentru ta' Kompetenza jekk l-Istati Membri parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu biss parzjalment fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. It-terminazzjoni, it-tnaqqis jew is-sospensjoni tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun proporzjonata fl-ammont u l-ħin għat-tnaqqis, it-terminazzjoni jew is-sospensjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. |
|
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri parteċipanti għall-kostijiet amministrattivi; |
(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri parteċipanti għall-kostijiet amministrattivi; |
|
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri parteċipanti għall-kostijiet operazzjonali; |
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri parteċipanti għall-kostijiet operazzjonali; |
|
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 8a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
8a. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkoopera mill-qrib ma' istituzzjonijiet, aġenziji, u korpi oħra tal-Unjoni sabiex jibbenefika minn sinerġiji u, fejn xieraq, inaqqas il-kostijiet amministrattivi. |
|
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b'verifiki effettivi u, jekk jinkixfu xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament u, fejn ikun xieraq, b'sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u disważivi. |
1. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b'verifiki regolari u effettivi u, jekk jinkixfu xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament u, fejn ikun xieraq, b'sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u disważivi. |
|
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 7
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. Il-persunal taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u minn persunal kuntrattwali. |
7. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkollu l-għan li jikseb il-bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal tiegħu. Il-persunal għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u minn persunal kuntrattwali. |
|
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) L-Artikoli 22 [Sjieda tar-riżultati], 23 [Kriterji addizzjonali tal-eliġibbiltà] u 30 [Applikazzjoni tar-regoli dwar informazzjoni klassifikata] tar-Regolament (UE) 2019/XXX [Fond Ewropew għad-Difiża] għandhom japplikaw fl-azzjonijiet kollha relatati mad-difiża miċ-Ċentru ta' Kompetenza, meta jkun previst fil-pjan ta' ħidma, u l-għoti ta' liċenzji mhux esklużivi jista' jkun limitat għal partijiet terzi stabbiliti jew li huma meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri. |
|
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'livell għoli ta' trasparenza. |
1. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu bl-ogħla livell ta' trasparenza. |
|
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni xierqa, oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol tiegħu. Hu għandu jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta' interessi magħmula f'konformità mal-Artikolu 41. |
2. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni komprensiva, xierqa, oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment fi żmien xieraq, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol taċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk, il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-Komunità. Hu għandu jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta' interessi magħmula f'konformità mal-Artikolu 42. |
|
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi valutazzjoni tar-riżultati miksuba miċ-Ċentru ta' Kompetenza b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza tkun ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, hija tista' tipproponi li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien tal-mandat taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif stipulat fl-Artikolu 46. |
3. L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi valutazzjoni tar-riżultati miksuba miċ-Ċentru ta' Kompetenza b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti, l-effettività u l-effiċjenza tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza tkun ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, hija tista' tipproponi li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien tal-mandat taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif stipulat fl-Artikolu 46. |
|
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 38a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 38a |
|
|
Il-Personalità Ġuridika taċ-Ċentru ta' Kompetenza |
|
|
1. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkollu personalità ġuridika. |
|
|
2. F'kull Stat Membru, iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jgawdi mill-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru. Huwa jista', b'mod partikolari, jakkwista proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali. |
|
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet sabiex jiġi evitat kunflitt ta' interess fir-rigward tar-rappreżentanti tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali f'konformità mar-Regolament XXX [Regolament Finanzjarju ġdid]. |
Il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu, li jinkludu lid-Direttur Eżekuttiv, lill-Bord ta' Tmexxija kif ukoll lill-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali, u lill-Komunità. |
|
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fi-rigward taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni. |
|
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1b (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
|
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – titolu
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Appoġġ mingħand l-Istat Membru ospitanti |
Sede u appoġġ mingħand l-Istat Membru ospitanti |
|
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu -1 (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Is-sede taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jiġi determinat fi proċedura demokratikament responsabbli, li tuża kriterji trasparenti u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
|
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu -1a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inklużi post wieħed, l-aċċessibbiltà tal-post, u aktar kundizzjonijiet bħall-aċċessibbiltà għal edukazzjoni xierqa għat-tfal tal-membri tal-persunal, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, sigurtà soċjali u kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għas-sħab. |
|
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jista' jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Istat Membru [il-Belġju] fejn tinsab is-sede dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dak l-Istat Membru għandu jagħti liċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
Għandu jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Istat Membru ospitanti fejn tinsab is-sede dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dak l-Istat Membru għandu jagħti liċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 45a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 45a |
|
|
Eżerċizzju tad-delega |
|
|
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
|
|
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(5a) u 8(4b) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
|
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6(5a) u 8(4b) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hi ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ. |
|
|
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. |
|
|
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(5a) u 8(4b) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Ċentru ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika, u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni hija opportunità tajba biex jissawwar il-futur tal-kooperazzjoni Ewropea dwar il-kwistjoni taċ-ċibersigurtà.
B'mod simili għal partijiet oħra tal-ekonomija Ewropea, l-innovazzjoni, il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi taċ-ċibersigurtà fil-parti l-kbira tagħhom jinħolqu f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-innovazzjoni, meta ma sseħħx fi ħdan l-SMEs stess, isseħħ f'negozji ġodda u fil-komunità tar-riċerka. Dawn il-komunitajiet orjentati lejn l-ekonomija huma appoġġjati minn intraprendituri individwali u ħafna drabi, is-soċjetà ċivili, u proġetti mhux kummerċjali jew prekummerċjali relatati mat-teknoloġija ċivika li jużaw standards miftuħa, data miftuħa, u Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ jipprovdu impulsi importanti biex jikkontribwixxu għall-ġid komuni.
Jeħtieġ li niżguraw li l-qafas Ewropew taċ-Ċibersigurtà jaħtaf l-opportunitajiet u juża l-vantaġġi li jista' jipprovdi s-settur kif inhu strutturat bħalissa fl-Ewropa.
L-istabbiliment propost taċ-Ċentru jgħaqqad l-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa għar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà u ta' Ewropa Diġitali għall-implimentazzjoni taċ-ċibersigurtà, u b'hekk idealment joħloq sinerġiji u effetti kollaterali bejn iż-żewġ programmi tal-Unjoni. Barra minn hekk, iċ-Ċentru għandu jiffaċilita u jikkoordina x-xogħol tan-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u għandu jixpruna l-aġenda teknoloġika dwar iċ-ċibersigurtà u jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert miġbur fin-Netwerk u fil-Komunità. Il-Kummissjoni qieset li l-aħjar mod biex jintlaħqu dawn l-għanijiet huwa billi jinħoloq korp tal-Unjoni ġdid, li jkun jinkludi elementi ta' impriża konġunta, aġenzija eżekuttiva u ta' aġenzija deċentralizzata. Peress li bl-ENISA diġà hemm aġenzija oħra tal-UE ddedikata għaċ-ċibersigurtà, din il-proposta għandha tiżgura li l-ENISA tiġi kkonsultata fir-rigward tal-attivitajiet rilevanti kollha taċ-Ċentru, biex jinħolqu sinerġiji.
Iċ-ċibersigurtà bħala proċess
L-industrija tal-IT ilha żmien twil tuża t-terminu "soluzzjoni" biex tiddeskrivi l-prodotti u s-servizzi f'kuntesti ta' relazzjonijiet pubbliċi u approvazzjonijiet kummerċjali. Madankollu, huwa importanti li ċ-ċibersigurtà tinftiehem bħala proċess. Peress li t-teknoloġija tal-ICT qed tevolvi kontinwament, hekk ukoll qed jevolvi t-theddid. L-isforzi biex nagħmlu l-infrastruttura, in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni tagħna aktar sikuri ma jispiċċawx meta wieħed jixtri ċertu prodott jew servizz.
Din hija r-raġuni għaliex huwa importanti li nsaħħu ċ-ċibersigurtà b'mod kostanti, tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott, u li nqisu l-interazzjoni tal-prodotti u tal-atturi f'netwerks u infrastrutturi konnessi bħall-Internet. Is-sigurtà għandha tkun prinċipju ewlieni tul il-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja ta' sistema, li jinkludu d-disinn, l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni u l-aġġornament.
Is-Sigurtà tal-Infrastruttura Komuni
L-Internet huwa l-infrastruttura komuni li mhux biss l-ekonomija Ewropea, iżda anke l-ekonomija globali qed tiddependi dejjem aktar minnha. Barra minn hekk, hija l-infrastruttura komuni għall-komunikazzjoni, il-kultura, u l-informazzjoni li l-individwi jiddependu minnha kuljum.
Mil-livell tal-infrastruttura bażika sal-applikazzjonijiet li l-utenti jinteraġixxu magħhom, is-Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ jaqdi rwol integrali fil-funzjonament tal-Internet. Bħal fil-każ ta' kwalunkwe komponent li jintuża ta' spiss, jekk tiġi skoperta vulnerabbiltà tas-sigurtà f'komponent ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ, il-vulnerabbiltà tista' thedded il-funzjonament tal-Internet u ta' servizzi relatati.
Diġà huwa fatt magħruf li apparat tal-"Internet tal-Oġġetti" vulnerabbli jintuża biex jattakka infrastrutturi oħra. Fl-Internet, vulnerabbiltà tas-sigurtà f'apparat tal-konsumatur tista' taffettwa faċilità ta' computing bi prestazzjoni għolja.
Ta' spiss, tali komponenti jiġu żviluppati, jintużaw u jkomplu jiġi żviluppati minn diversi atturi industrijali, fir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll minn korpi pubbliċi. Konsegwentement, sabiex intejbu l-affidabbiltà, ir-reżiljenza, u s-sigurtà ġenerali tal-infrastruttura komuni tagħna, l-attivitajiet taċ-Ċentru għandhom jaqdu r-rwol ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ li jintuża ta' spiss, u jikkontribwixxu għas-sigurtà tiegħu.
Reżiljenza pjuttost milli Teknoloġiji tad-Difiża u b'Użu Doppju
Minħabba l-funzjonament tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni bħall-Internet, normalment ma jkunx possibbli li f'kull każ l-oriġini ta' attakk tiġi attribwita lil entità b'ċertezza assoluta. Iżda bil-kontra ta' dan, l-evidenza tista' tiġi vvintata biex jinħeba sors, jew biex jitfasslu konklużjonijiet ħżiena. Speċjalment f'dan il-kuntest, il-fatt li l-istati u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi bdew iqisu li jużaw forza militari konvenzjonali fil-każ ta' attakki ċibernetiċi huwa żvilupp inkwetanti.
L-Unjoni Ewropea għandha l-prijorità li tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali madwar id-dinja. Għalhekk, iċ-Ċentru għandu jippromwovi u jinvesti fir-reżiljenza u l-integrità tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Il-prodotti u l-proċessi taċ-ċibersigurtà jistgħu jkunu utli bl-istess mod f'kuntesti ċivili u militari, u għalhekk iċ-Ċentru għandu jappoġġja l-oqfsa eżistenti għall-kontroll ta' teknoloġiji b'użu doppju. Applikazzjonijiet militari offensivi bħal backdoors, vulnerabbiltajiet miżmuma, jew sfruttamenti jġorru riskju inerenti għas-sigurtà fir-rigward tas-soċjetà ġenerali u jmorru kontra l-għan taċ-Ċentru li jtejjeb iċ-ċibersigurtà. Għalhekk, huwa importanti li l-attivitajiet taċ-Ċentru jiġu limitati għal finijiet ċivili.
Il-finanzjament tal-istrutturi u tal-ispejjeż operattivi taċ-Ċentru mill-programmi tal-Unjoni li jistgħu ma jintużawx għal finijiet militari jfisser li ċ-Ċentru ma għandu jiffaċilita l-ebda proġett ta' riċerka fil-qasam tad-difiża jew proġetti oħra relatati mad-difiża. Jeħtieġ li t-Trattati jiġu rispettati u l-baġit tal-Unjoni ma jintużax għal finijiet militari.
Is-Soċjetà, l-Etika u r-Rappreżentanza
Iċ-Ċentru għandu jqis bir-reqqa l-implikazzjonijiet u t-tħassib tas-soċjetà u dawk relatati mal-etika li jista' jkollhom l-azzjonijiet tiegħu, l-azzjonijiet tal-korpi tiegħu u l-eżiti tal-prodotti, is-servizzi, il-faċilitajiet, u r-riċerka ffinanzjati minnu.
Aktar minn industriji oħra, is-settur tal-ICT qed isibha diffiċli biex jissodisfa t-talba għal ħaddiema tas-sengħa. Fl-istess ħin, ir-rappreżentanza tal-ġeneri, tad-diversità etnika u tal-persuni b'diżabilità hija żbilanċjata b'mod straordinarju. Din hija r-raġuni għaliex huwa fl-interess tal-industrija, inkluż s-settur akkademiku, ir-riċerka u oħrajn, li tikseb rappreżentanza bbilanċjata.
Aktar minn hekk, dan huwa fl-interess tal-ugwaljanza.
L-Istruttura ta' Governanza
Iċ-Ċentru u l-korpi tiegħu għandhom jiżguraw li l-kunflitti ta' interess mhux biss jiġu identifikati, iżda rimedjati u ttrattati b'mod trasparenti, u responsabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan japplika wkoll għaċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni.
Il-Parlament Ewropew għandu jitpoġġa fuq l-istess livell mal-Istati Membri meta jiġu influwenzati l-governanza u l-azzjonijiet taċ-Ċentru.
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat, ir-rapporteur irċeviet kontribut mingħand l-entitajiet jew il-persuni li ġejjin:
Entità u/jew persuna |
|
Il-Kamra tal-Kummerċ Amerikana għall-UE |
|
Bundesverband Informationswirtschaft, Telekommunikation und neue Medien e.V. (Bitkom) |
|
CyberSec4Europe |
|
Digitaleurope |
|
L-Organizzazzjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ECSO) |
|
Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) |
|
L-Alleanza tal-SMEs Diġitali Ewropea (European DIGITAL SME Alliance) |
|
L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà (European Organisation for Security) |
|
Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) |
|
FSFE - Free Software Foundation Europe e.V. |
|
Huawei Technologies |
|
Interel European Affairs |
|
ISACA |
|
KIT - Karlsruhe Institute of Technology, SecUnity project |
|
Mozilla Corp. |
|
Symantec Corp. |
|
31.1.2019
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni
(COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Arndt Kohn
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fl-era diġitali, iċ-ċibersigurtà hija parti essenzjali tal-kompetittività ekonomika u s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-integrità u l-proċessi li jappoġġjaw is-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Il-garanzija ta' livell għoli ta' reżiljenza ċibernetika fl-UE hija ta' importanza kbira biex tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi fis-Suq Uniku Diġitali u biex tiġi żviluppata Ewropa aktar innovattiva u kompetittiva. Minkejja li aktar minn 600 ċentru fl-Unjoni Ewropea qed jipprovdu għarfien espert fil-qasam taċ-ċibersigurtà, l-Unjoni tibqa' importatur nett tal-prodotti u s-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà. Hemm bżonn li l-UE tkun aktar koeżiva u effettiva fil-ġlieda kontra l-attakki ċibernetiċi, issaħħaħ il-kompetenzi ċibernetiċi u żżid il-kapaċitajiet tagħha sabiex tipproteġi aħjar liċ-ċittadini, in-negozji u l-istituzzjonijiet pubbliċi.
F'Settembru 2017, il-Kummissjoni ppreżentat l-''Att dwar iċ-Ċibersigurtà'', segwit mill-proposta biex jiġi stabbilit iċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (iċ-''Ċentru'') u n-Netwerk taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (in-''Netwerk'') fit-12 ta' Settembru 2018.
Globalment, ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni. Saret enfasi partikolari fuq l-għanijiet taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jikkontribwixxi għaż-żamma u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, kif ukoll li jsaħħaħ l-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u jżid il-kompetittività tagħha, li hija kondiviża mir-Rapporteur. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza se jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tal-ħidma tan-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni u tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Ir-Rapporteur jipprevedi li ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk se jintużaw bħala għodda biex titrawwem il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll biex jissaħħaħ is-Suq Uniku Diġitali.
Madankollu, ir-Rapporteur jenfasizza għadd ta' punti mill-proposta li jeħtieġ li jiġu ċċarati u jsirilhom titjib.
• L-ewwel nett, ir-Rapporteur jemmen bil-qawwa li l-proċessi ta' akkreditazzjoni u valutazzjoni li jippermettu lill-entitajiet isiru membri tal-Komunità għandhom jiġu armonizzati fil-livell tal-UE, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni fost l-entitajiet differenti li qed jiġu akkreditati minn Stati Membri differenti.
• It-tieni nett, l-importanza tal-SMEs jeħtieġ li tiġi indikata sabiex jittejbu l-opportunitajiet indaqs għalihom, kif ukoll tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimpenjaw ruħhom u jtejbu l-kompetittività fis-Suq Uniku. F'dan is-sens, l-għan tar-Rapporteur huwa li tinkiseb rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati fil-Komunità u fil-Bord ta' Konsulenza Xjentifika u Industrijali, b'attenzjoni partikolari għall-inklużjoni tal-SMEs. Barra minn hekk, skont ir-Rapporteur, iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni għandhom jaħdmu wkoll f'kooperazzjoni mill-qrib sabiex jinċentivaw proġetti transfruntiera fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari għall-SMEs.
• It-tielet nett, ir-Rapporteur jemmen bis-sħiħ li ż-żieda fl-adozzjoni tal-prodotti u s-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà żviluppati fl-Unjoni għandha tkun waħda mill-missjonijiet taċ-Ċentru u tan-Netwerk flimkien maż-żieda fil-kompetittività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, ir-Rapporteur jikkjarifika liema entitajiet jistgħu jiġu akkreditati bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jħeġġeġ it-titjib tal-istandardizzazzjoni Ewropea fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà.
• Ir-raba' nett, fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri, ir-Rapporteur jemmen li l-Kummissjoni Ewropea m'għandux ikollha s-setgħa li ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni liċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-Kummissjoni tipproponi din is-setgħa fil-każ li Stat Membru kontribwenti ma jikkontribwixxix, jikkontribwixxi biss parzjalment jew jikkontribwixxi tard, iżda tali setgħa tippenalizza l-istruttura kollha li dan ir-regolament qed jintroduċi u tipprevjeni lill-Istati Membri milli jipparteċipaw.
• Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jenfasizza l-importanza li tinbena bażi b'saħħitha ta' ħiliet ċibernetiċi, li tinkludi wkoll kampanji ta' taħriġ u ta' sensibilizzazzjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Il-ħajjiet tagħna ta' kuljum u l-ekonomiji qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq it-teknoloġiji diġitali, iċ-ċittadini qed isiru dejjem aktar esposti għal inċidenti ċibernetiċi serji. Is-sigurtà futura tiddependi, fost l-oħrajn, fuq it-titjib tal-abbiltà teknoloġika u industrijali li l-Unjoni tiġi protetta minn theddid ċibernetiku, minħabba li kemm il-kapaċitajiet tal-infrastruttura ċivili kif ukoll dawk militari jiddependu fuq sistemi diġitali siguri. |
(1) Billi aktar minn 80 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija konnessa mal-Internet u l-ħajjiet tagħna ta' kuljum u l-ekonomiji qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq it-teknoloġiji diġitali, u ċ-ċittadini qed isiru dejjem aktar esposti għal inċidenti ċibernetiċi serji. Is-sigurtà futura tiddependi, fost l-oħrajn, fuq it-titjib tal-abbiltà teknoloġika u industrijali li l-Unjoni tiġi protetta minn theddid ċibernetiku, minħabba li kemm il-kapaċitajiet tal-infrastruttura ċivili kif ukoll dawk militari jiddependu fuq sistemi diġitali siguri. |
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) Waqt is-Summit Diġitali f'Tallinn f'Settembru 2017, il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern appellaw lill-Unjoni sabiex issir "mexxej globali fil-qasam taċ-ċibersigurtà sal-2025, sabiex tiżgura l-fiduċja, il-kunfidenza u l-protezzjoni taċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-intrapriżi onlajn tagħna u tippermetti li jkun hemm internet ħieles u regolat mil-liġi." |
(4) Waqt is-Summit Diġitali f'Tallinn f'Settembru 2017, il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern appellaw lill-Unjoni sabiex issir "mexxej globali fil-qasam taċ-ċibersigurtà sal-2025, sabiex tiżgura l-fiduċja, il-kunfidenza u l-protezzjoni taċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-intrapriżi onlajn tagħna u tippermetti li jkun hemm internet ħieles, aktar sikur u regolat mil-liġi." |
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4a) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-azzjonijiet tiegħu jenħtieġ li jqisu l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/XXX [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 kif propost minn COM(2016)616].1a |
|
|
_________________ |
|
|
1a Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferimenti, is-senserija, l-assistenza teknika u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L ..., ..., p. ...). |
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkun l-istrument prinċipali tal-Unjoni sabiex jinġabar l-investiment għar-riċerka fiċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex jiġu implimentati proġetti u inizjattivi rilevanti flimkien man-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Dan jenħtieġ li jwassal appoġġ finanzjarju marbut maċ-ċibersigurtà mill-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, u jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Fond Reġjonali ta' Żvilupp Ewropew u programmi oħrajn, fejn dan ikun xieraq. Dan l-approċċ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' sinerġiji u għall-koordinazzjoni tal-appoġġ finanzjarju marbut mar-riċerka, l-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali taċ-ċinersigurtà u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni. |
(8) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkun l-istrument prinċipali tal-Unjoni sabiex jinġabar l-investiment għar-riċerka fiċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex jiġu implimentati proġetti u inizjattivi rilevanti flimkien man-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Dan jenħtieġ li jwassal appoġġ finanzjarju marbut maċ-ċibersigurtà mill-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, kif ukoll mill-Fond Ewropew għad-Difiża għal azzjonijiet u spejjeż amministrattivi relatati mad-difiża, u jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Fond Reġjonali ta' Żvilupp Ewropew u programmi oħrajn, fejn dan ikun xieraq. Dan l-approċċ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' sinerġiji u għall-koordinazzjoni tal-appoġġ finanzjarju marbut mal-inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp taċ-ċibersigurtà, l-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni. |
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(8a) Fid-dawl tal-firxa tal-isfida taċ-ċibersigurtà u fid-dawl tal-investimenti magħmula fil-kapaċitajiet u l-ħiliet taċ-ċibersigurtà f'partijiet oħra tad-dinja, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jżidu l-appoġġ finanzjarju tagħhom għar-riċerka, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni f'dan il-qasam. Sabiex iwettqu l-ekonomiji ta' skala u jiksbu livell komparabbli ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jqiegħdu l-isforzi tagħhom f'qafas Ewropew billi jinvestu permezz tal-mekkaniżmu taċ-Ċentru ta' Kompetenza fejn rilevanti. |
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8b (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(8b) Is-"sigurtà ppjanata" bħala prinċipju jenħtieġ li tinfluwenza wkoll il-proċessi ta' standardizzazzjoni formali kif ukoll dawk mhux formali, meta prattika komuni fl-istandardizzazzjoni mhux formali tkun il-ħolqien ta' implimentazzjonijiet ta' referenza, ippubblikati skont liċenzji bla ħlas u miftuħa. B'mod partikolari, id-disinn sikur tal-implimentazzjonijiet ta' referenza huwa essenzjali għall-affidabbiltà u r-reżiljenza ġenerali tal-infrastrutturi tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jintużaw ta' spiss bħall-internet. |
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) Meta jitqies li l-għanijiet ta' din l-inizjattiva jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod jekk l-Istati Membri kollha jew kemm-il Stat Membru possibbli jipparteċipaw, u bħala inċentiv għall-Istati Membri sabiex jipparteċipaw, jenħtieġ li biss l-Istati Membri li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza jkollhom id-drittijiet tal-vot. |
(9) Meta jitqies li l-għanijiet ta' din l-inizjattiva jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod jekk l-Istati Membri kollha jew kemm-il Stat Membru possibbli jikkontribwixxu, u bħala inċentiv għall-Istati Membri sabiex jipparteċipaw, jenħtieġ li biss l-Istati Membri li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza jkollhom id-drittijiet tal-vot. |
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12) Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li jintgħażlu mill-Istati Membri. Barra mill-kapaċità amministrattiva neċessarja, iċ-Ċentri jenħtieġ li jkollhom jew ikollhom aċċess dirett għal għarfien espert teknoloġiku fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari f'oqsma bħall-kriptografija, is-servizzi ta' sigurtà tal-ICT, is-sejbien ta' intrużjoni, is-sigurtà tas-sistemi, is-sigurtà tan-netwerks, is-sigurtà tas-softwer u l-applikazzjonijiet jew l-aspetti umani jew soċjetali tas-sigurtà u l-privatezza. Jenħtieġ ukoll li jkollhom il-kapaċità li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw mal-industrija, is-settur pubbliku, inkluż l-awtoritajiet maħtura skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, u l-komunità tar-riċerka. |
(12) Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li jintgħażlu mill-Istati Membri. Barra mill-kapaċità amministrattiva neċessarja, iċ-Ċentri jenħtieġ li jkollhom jew ikollhom aċċess dirett għal għarfien espert teknoloġiku fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari f'oqsma bħall-kriptografija, is-servizzi ta' sigurtà tal-ICT, is-sejbien ta' intrużjoni, is-sigurtà tas-sistemi, is-sigurtà tan-netwerks, is-sigurtà tas-softwer u l-applikazzjonijiet jew l-aspetti umani, etiċi jew soċjetali tas-sigurtà u l-privatezza. Jenħtieġ ukoll li jkollhom il-kapaċità li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw mal-industrija, is-settur pubbliku, inkluż l-awtoritajiet maħtura skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, u l-komunità tar-riċerka. Barra minn hekk, għandha titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali dwar iċ-ċibersigurtà permezz ta' mezzi komunikattivi xierqa. |
|
_________________ |
_________________ |
|
23 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1). |
23 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1). |
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu diversi funzjonijiet prinċipali. L-ewwel nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk Ewropew ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jrawwem il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Iċ-Ċentru jenħtieġ li jmexxi l-aġenda teknoloġika taċ-ċibersigurtà u jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert miġbur fin-Netwerk u fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. It-tieni nett, jenħtieġ li jimplimenta l-partijiet rilevanti tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa billi jalloka l-għotjiet, tipikament wara li tinħareġ sejħa għall-proposti kompetittiva. It-tielet nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita l-investiment konġunt mill-Unjoni, l-Istati Membri u/jew l-industrija. |
(15) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu diversi funzjonijiet prinċipali. L-ewwel nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk Ewropew ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jrawwem il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Iċ-Ċentru jenħtieġ li jmexxi l-aġenda teknoloġika taċ-ċibersigurtà u jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert miġbur fin-Netwerk u fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. It-tieni nett, jenħtieġ li jimplimenta l-partijiet rilevanti tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa kif ukoll tal-Fond Ewropew għad-Difiża, billi jalloka l-għotjiet, tipikament wara li tinħareġ sejħa għall-proposti kompetittiva. It-tielet nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita l-investiment konġunt mill-Unjoni, l-Istati Membri u/jew l-industrija. |
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jistimola u jappoġġja l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, li jkunu jinvolvu grupp ta' atturi kbir, miftuħ u divers involuti fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà. Il-Komunità jenħtieġ li tinkludi b'mod partikolari entitajiet ta' riċerka, industriji min-naħa tal-provvista, industriji min-naħa tad-domanda u s-settur pubbliku. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li tipprovdi input għall-attivitajiet u l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-attivitajiet ta' bini tal-komunità taċ-Ċentru ta' Kompetenza u tan-Netwerk, iżda min-naħa l-oħra, jenħtieġ li ma tkunx privileġġjata fir-rigward ta' sejħiet għall-proposti jew sejħiet għal tender. |
(16) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jistimola u jappoġġja l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, li jkunu jinvolvu grupp ta' atturi kbir, miftuħ u divers involuti fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà. Il-Komunità jenħtieġ li tinkludi b'mod partikolari entitajiet ta' riċerka, inklużi dawk li jaħdmu fuq l-etika taċ-ċibersigurtà, industriji min-naħa tal-provvista, industriji min-naħa tad-domanda u s-settur pubbliku. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li tipprovdi input għall-attivitajiet u l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-attivitajiet ta' bini tal-komunità taċ-Ċentru ta' Kompetenza u tan-Netwerk, iżda min-naħa l-oħra, jenħtieġ li ma tkunx privileġġjata fir-rigward ta' sejħiet għall-proposti jew sejħiet għal tender. |
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17) Sabiex jindirizza l-bżonnijiet tal-industriji kemm fin-naħa tad-domanda kif ukoll fin-naħa tal-provvista, il-kompitu taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jipprovdi għarfien u assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lill-industriji jenħtieġ li jirreferi kemm għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi tal-ICT u għall-prodotti u s-soluzzjonijiet industrijali u teknoloġiċi l-oħrajn kollha li fihom hija integrata ċ-ċibersigurtà. |
(17) Sabiex jindirizza l-bżonnijiet tal-industriji kemm fin-naħa tad-domanda kif ukoll fin-naħa tal-provvista, il-kompitu taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jipprovdi għarfien u assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lill-industriji jenħtieġ li jirreferi kemm għall-prodotti, il-proċessi u s-servizzi tal-ICT kif ukoll għall-prodotti u s-soluzzjonijiet industrijali u teknoloġiċi l-oħrajn kollha li fihom hija integrata ċ-ċibersigurtà. |
|
Ġustifikazzjoni
Fil-kuntest ta' industriji konnessi, l-atturi kollha fil-katina tal-valur jenħtieġ li jiżguraw li l-prodotti, il-proċessi u s-servizzi tagħhom huma ċibernetikament sikuri b'mod dinamiku mill-aktar stadju bikri tal-proċess ta' inġinerija.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(17a) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza taċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-użu wiesa' ta' prodotti u soluzzjonijiet avvanzati fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari dawk li huma rikonoxxuti internazzjonalment. |
|
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18) Filwaqt li ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk jenħtieġ li jistinkaw sabiex jiksbu sinerġiji bejn l-isferi taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża, il-proġetti ffinanzjati mill-Programm Orizzont Ewropa se jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament XXX [ir-Regolament Orizzont Ewropa], li jistipula li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqin bħala parti minn Orizzont Ewropa għandhom jiffukaw fuq applikazzjonijiet ċivili. |
(18) Il-proġetti ffinanzjati mill-Programm Orizzont Ewropa se jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament XXX [ir-Regolament Orizzont Ewropa], li jistipula li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqin bħala parti minn Orizzont Ewropa għandhom jiffukaw fuq applikazzjonijiet ċivili. |
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(20a) Peress li bl-ENISA diġà hemm aġenzija oħra tal-Unjoni ddedikata għaċ-ċibersigurtà, il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiżgura li l-ENISA tiġi kkonsultata fir-rigward tal-attivitajiet kollha rilevanti taċ-Ċentru, biex jinħolqu sinerġiji. |
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21) Fid-dawl tal-għarfien espert rispettiv tagħhom, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, kif ukoll l-Aġenzija Ewropa tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) jenħtieġ li jkollhom parti attiva fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. |
(21) Fid-dawl tal-għarfien espert rispettiv tagħhom, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, kif ukoll l-Aġenzija Ewropa tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) jenħtieġ li jkollhom parti attiva fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, sabiex jiżguraw is-sinerġiji. |
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21a) Fid-dawl tal-għarfien espert rispettiv tagħhom fiċ-ċibersigurtà, jenħtieġ li jinstabu sinerġiji bejn l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u ċ-Ċentru ta' Kompetenza b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-ENISA jenħtieġ li tkompli twettaq l-għanijiet strateġiċi tagħha speċjalment fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif definit fl-"Att dwar iċ-Ċibersigurtà"1a filwaqt li ċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jaġixxi bħala korp operazzjonali fiċ-ċibersigurtà. |
|
|
__________________ |
|
|
1a Proposta għal Regolament dwar l-ENISA, l-"Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà", u li jħassar ir-Regolament (UE) 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (2017/0225(COD)). |
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 25
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25) Sabiex iċ-Ċentru ta' Kompetenza jiffunzjona b'mod korrett u effikaċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jinħatru membri fil-Bord ta' Tmexxija jkollhom l-għarfien u l-esperjenza professjonali xierqa f'oqsma funzjonali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tiegħu. |
(25) Sabiex iċ-Ċentru ta' Kompetenza jiffunzjona b'mod korrett u effikaċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jinħatru membri fil-Bord ta' Tmexxija jkollhom l-għarfien u l-esperjenza professjonali xierqa f'oqsma funzjonali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tiegħu. L-ENISA jenħtieġ li jkollha rwol konsultattiv permanenti, mingħajr drittijiet tal-vot, fil-Bord ta' Tmexxija, u jenħtieġ li tiġi kkonsultata dwar l-attivitajiet rilevanti kollha taċ-Ċentru. |
|
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 27
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku bħala korp konsultattiv, biex jiżgura djalogu regolari bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet konċernati rilevanti oħra. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jenħtieġ li jiffoka fuq kwistjonijiet li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati u jġibhom għall-attenzjoni tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-kompożizzjoni tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-kompiti assenjati lilu, bħal pereżempju li jiġu kkonsultat fir-rigward tal-pjan ta' ħidma, jenħtieġ li tiżgura rappreżentazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati fil-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
(27) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku bħala korp konsultattiv, biex jiżgura djalogu regolari bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet konċernati rilevanti oħra. Jenħtieġ li jipprovdi wkoll lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija b'pariri indipendenti dwar l-implimentazzjoni u l-akkwist; Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jenħtieġ li jiffoka fuq kwistjonijiet li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati u jġibhom għall-attenzjoni tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-kompożizzjoni tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-kompiti assenjati lilu, bħal pereżempju li jiġu kkonsultat fir-rigward tal-pjan ta' ħidma, jenħtieġ li tiżgura rappreżentazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati fil-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Jenħtieġ li jiġi allokat numru minimu ta' siġġijiet għal kull kategorija ta' partijiet ikkonċernati fl-industrija u tingħata attenzjoni partikolari lir-rappreżentanza tal-SMEs. |
|
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 29
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(29) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu implimentati regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li japplika wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 . L-ipproċessar tad-data personali miċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) Nru XXX/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata tal-UE. |
(29) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu implimentati regoli dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu, il-Bord ta' Tmexxija, kif ukoll il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali, u l-Komunità. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fi-rigward taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li japplika wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 . L-ipproċessar tad-data personali miċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) Nru XXX/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata tal-UE. |
|
_________________ |
_________________ |
|
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). |
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). |
|
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 31
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jopera b'mod miftuħ u trasparenti u jipprovdi kull informazzjoni rilevanti fil-ħin u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tat-tixrid ħall-pubbliku ġenerali. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi taċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku. |
(31) Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jopera b'mod miftuħ u trasparenti u jipprovdi b'mod komprensiv informazzjoni fil-ħin u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tat-tixrid għall-pubbliku ġenerali. Dan jenħtieġ li jipprovdi lill-pubbliku u lil kwalunkwe parti kkonċernata lista tal-membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jenħtieġ li jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess li dawn jagħmlu skont l-Artikolu 42. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi taċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku. |
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(31a) Huwa rakkomandabbli li kemm iċ-Ċentru ta' Kompetenza kif ukoll iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni jimmonitorjaw u jsegwu kemm jista' jkun l-istandards internazzjonali, sabiex jinkoraġġixxu l-iżvilupp lejn l-aħjar prattiki globali. |
|
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 31b (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(31b) Il-Komunità Ewropea taċ-Ċibersigurtà tista' tibbenefika mill-fatt li tirrappreżenta d-diversità tas-soċjetà ġenerali, u jenħtieġ li tikseb rappreżentanza bbilanċjata tal-ġeneri, id-diversità etnika, u l-persuni b'diżabbiltà. |
|
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 33a (ġdida)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(33a) Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-elementi ta' ftehimiet kuntrattwali bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni, u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-entitajiet bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-parti taċ-ċibersigurtà tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament Nru XXX u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet marbutin mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX [il-Programm Ewropa Diġitali] tiegħu u tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament Nru XXX u, b'mod partikolari, it-Taqsima 2.2.6 tal-Pilastru II tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [numru ta' referenza tal-Programm Speċifiku]. |
2. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-parti taċ-ċibersigurtà tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament Nru XXX u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet marbutin mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX [il-Programm Ewropa Diġitali] tiegħu, tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament Nru XXX u, b'mod partikolari, it-Taqsima 2.2.6 tal-Pilastru II tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [numru ta' referenza tal-Programm Speċifiku] u tal-Fond Ewropew għad-Difiża stabbilit bir-Regolament Nru XXX. |
|
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) "ċibersigurtà" tfisser il-protezzjoni tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom u persuni oħra kontra t-theddid ċibernetiku; |
(1) "ċibersigurtà" tfisser l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jiġu mħarsa n-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom u persuni milquta minn theddid ċibernetiku; |
|
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) "prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà" tfisser prodotti, servizzi jew proċessi tal-ICT bil-għan speċifiku li jipproteġu lin-netwerks u lis-sistemi tal-informazzjoni, lill-utenti tagħhom u lil persuni milqutin mit-theddid ċibernetiku; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
|
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) "awtorità pubblika" tfisser kwalunkwe amministrazzjoni governattiva jew pubblika, inklużi korpi pubbliċi konsultattivi, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali, inklużi obbligi speċifiċi; |
(3) "awtorità pubblika" tfisser kwalunkwe amministrazzjoni governattiva jew pubblika, inklużi korpi pubbliċi konsultattivi, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inklużi obbligi speċifiċi; |
|
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) "Stat Membru parteċipanti" tfisser Stat Membru li b'mod volontarju jikkontribwixxi finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
(4) "Stat Membru kontribwenti" tfisser Stat Membru li b'mod volontarju jikkontribwixxi finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) iżżomm u tiżviluppa l-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà neċessarji sabiex tassigura s-Suq Uniku Diġitali tagħha; |
(a) iżżomm u tiżviluppa l-ħiliet u l-kapaċitajiet teknoloġiċi, akkademiċi u ta' riċerka, soċjetali u industrijali taċ-ċibersigurtà neċessarji sabiex tassigura u tiżviluppa s-Suq Uniku Diġitali tagħha u tippromwovi l-awtonomija diġitali Ewropea; |
|
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) iżżid il-kompettività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u tibdel iċ-ċibersigurtà f'vantaġġ kompetittiv ta' industriji oħrajn tal-Unjoni. |
(b) iżżid il-kompettività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni billi tippromwovi l-użu ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà żviluppati fl-Unjoni u b'hekk tibdel iċ-ċibersigurtà f'vantaġġ kompetittiv ta' industriji oħrajn tal-Unjoni, billi tipprovdiha b'bażi soda u tpoġġiha bħala attur ewlieni fil-ġlieda kontra l-attakki ċibernetiċi; |
|
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) iżżid ir-reżiljenza u l-affidabbiltà tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, l-infrastruttura tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, l-internet u l-ħardwer u s-softwer użati b'mod komuni fl-Unjoni, biex b'hekk tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tan-negozji fid-dinja diġitali, u b'hekk jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali; |
|
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bb) iżżid l-għarfien dwar ir-riskji taċ-ċibersigurtà u l-implikazzjonijiet u t-tħassib soċjetali u etiċi relatati fl-Unjoni; |
|
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bc) tappoġġja, tiffaċilita u tħaffef il-proċessi ta' standardizzazzjoni u ta' ċertifikazzjoni; |
|
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk taċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali ("in-Netwerk") imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 8; |
1. li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk taċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali ("in-Netwerk") imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà ("il-Komunità") msemmija fl-Artikolu 8; |
|
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-parti taċ-ċibersigurtà tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament Nru XXX26 u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet marbutin mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX [il-Programm Ewropa Diġitali] u tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament Nru XXX27 u, b'mod partikolari, it-Taqsima 2.2.6 tal-Pilastru II tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [numru ta' referenza tal-Programm Speċifiku]. u ta' programmi oħrajn tal-Unjoni meta dan ikun previst fl-atti legali tal-Unjoni]; |
2. li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-parti taċ-ċibersigurtà tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament Nru XXX26 u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet marbutin mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX [il-Programm Ewropa Diġitali] u tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament Nru XXX27 u, b'mod partikolari, it-Taqsima 2.2.6 tal-Pilastru II tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [numru ta' referenza tal-Programm Speċifiku], tal-Fond Ewropew għad-Difiża stabbilit bir-Regolament Nru XXX, u ta' programmi oħrajn tal-Unjoni meta dan ikun previst fl-atti legali tal-Unjoni]; |
|
__________________ |
__________________ |
|
26 [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali] |
26 [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali] |
|
27 [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali] |
27 [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali] |
|
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. li jtejjeb il-kapaċitajiet, l-għarfien u l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà sabiex dawn jaqdu lill-industriji, lis-settur pubbliku u lill-komunitajiet ta' riċerka, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
3. li jtejjeb ir-reżiljenza, il-ħiliet, il-kapaċitajiet, l-għarfien u l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà sabiex dawn jaqdu lis-soċjetà, lill-industriji, lis-settur pubbliku u lill-komunitajiet ta' riċerka, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin, b'kunsiderazzjoni tal-infrastrutturi industrijali u ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà u servizzi relatati: |
|
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura industrijali u ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà u servizzi relatati,, jakkwista, jaġġorna, jopera u jagħmel disponibbli infrastruttura bħal din u servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, inklużi l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika; |
(a) jakkwista, jaġġorna, jopera u jagħmel disponibbli infrastruttura bħal din u servizzi relatati b'mod ġust, miftuħ u trasparenti għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs, u mis-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika; |
|
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura industrijali u ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà u servizzi relatati, jipprovdi appoġġ lil entitajiet oħrajn, inkluż dak finanzjarju, sabiex jakkwistaw, jaġġornaw, joperaw u jagħmlu disponibbli infrastrutturi bħal dawn u servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, inklużi l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika; |
(b) jipprovdi appoġġ lil entitajiet oħrajn, inkluż dak finanzjarju, sabiex jakkwistaw, jaġġornaw, joperaw u jagħmlu disponibbli infrastrutturi bħal dawn u servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs, u mis-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika; |
|
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika fil-qasam taċ-ċibersigurtà lil negozji ġodda, SMEs, mikrointrapriżi u esperti individwali; fir-rigward ta' proġetti ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ, li jintużaw ta' spiss għall-infrastruttura, il-prodotti u l-proċessi; u fir-rigward ta' proġetti relatati mat-teknoloġija ċivika; |
|
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(bb) jipprovdi awditi u titjib tal-kodiċi tas-sigurtà tas-softwer fir-rigward ta' proġetti ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ, li jintużaw ta' spiss għall-infrastruttura, il-prodotti u l-proċessi; |
|
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jipprovdi għarfien u assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lill-industrija u lil awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari billi jappoġġja azzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-aċċess għall-għarfien espert disponibbli fin-Netwerk u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
(c) jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari fost l-SMEs, is-settur tal-manifattura, is-soċjetà ċivili, l-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi, u l-komunità akkademika u ta' riċerka, b'mod partikolari billi jappoġġja azzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-aċċess għall-għarfien espert disponibbli fin-Netwerk u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
|
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) jippromwovi s-"sigurtà ppjanata" bħala prinċipju fil-proċess tal-iżvilupp, iż-żamma, l-operat u t-titjib tal-infrastrutturi, il-prodotti u s-servizzi; b'mod partikolari billi jappoġġja metodi ta' żvilupp sikuri ta' teknoloġija avvanzata, ittestjar xieraq tas-sigurtà u verifiki tas-sigurtà; |
|
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni wiesgħa ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata fl-ekonomija kollha, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
4. jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni wiesgħa ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata u sostenibbli fl-Unjoni kollha u fis-setturi kollha differenti tal-ekonomija, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
|
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jistimola r-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u l-industriji utenti; |
(a) jistimola r-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, inkluż mill-awtoritajiet pubbliċi u l-industrija; |
|
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) jappoġġja r-riċerka taċ-ċibersigurtà fil-qasam taċ-ċiberkriminalità; |
|
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-industriji min-naħa tad-domanda u lil utenti oħrajn fl-adozzjoni u fl-integrazzjoni tal-aktar soluzzjonijiet reċenti taċ-ċibersigurtà; |
(b) jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-industriji min-naħa tad-domanda u lil utenti oħrajn fl-adozzjoni u fl-integrazzjoni ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata li jintużaw ta' spiss; |
|
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jappoġġja, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet pubbliċi fl-organizzazzjoni tal-akkwist pubbliku jew iwettaq l-akkwist ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata f'isem l-awtoritajiet pubbliċi; |
(c) jappoġġja, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet pubbliċi fl-organizzazzjoni tal-akkwist pubbliku jew iwettaq l-akkwist ta' prodotti u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata f'isem l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż billi jipprovdi appoġġ għall-akkwist ambjentali, soċjali u ta' innovazzjoni, skont id-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE; |
|
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt d
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika lil kumpaniji ġodda fil-qasam taċ-ċibersigurtà u lill-SMEs sabiex jibnu pont ma' swieq potenzjali u jattiraw l-investiment; |
(d) jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika lil kumpaniji ġodda fil-qasam taċ-ċibersigurtà, lill-esperti individwali u lill-SMEs sabiex jibnu pont ma' swieq potenzjali, opportunitajiet ta' implimentazzjoni u jattiraw l-investiment; |
|
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt da (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) jistimula l-użu taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà f'konformità mal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà. |
|
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – parti introduttorja
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. itejjeb il-fehim taċ-ċibersigurtà u jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fir-rigward tal-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà fl-Unjoni billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
5. itejjeb il-fehim taċ-ċibersigurtà, anke tal-individwi; iżid l-għarfien tal-importanza taċ-ċibersigurtà għall-antiċipazzjoni u l-indirizzar tat-theddid, jikkontribwixxi sabiex jitnaqqsu n-nuqqasijiet fir-rigward tal-ħiliet, isaħħaħ il-livell tal-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà fl-Unjoni u jibni bażi b'saħħitha ta' ħiliet ċibernetiċi billi jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
|
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jappoġġja it-tkomplija tal-iżvilupp ta' ħiliet fil-qasam taċ-ċibersigurtà, fejn ikun xieraq, flimkien mal-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-UE, inkluż l-ENISA. |
(a) jappoġġja t-tkomplija tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi fil-qasam taċ-ċibersigurtà; jippromwovi livell għoli komuni ta' għarfien fil-qasam taċ-ċibersigurtà; u jikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-utenti u tal-infrastrutturi fl-Unjoni f'koordinazzjoni mal-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-UE, inkluż l-ENISA, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-programmi ta' taħriġ u kampanja ta' sensibilizzazzjoni. |
|
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-isforzi ta' riċerka fiċ-ċibersigurtà bbażati fuq aġenda strateġika pluriennali industrijali, teknoloġika u ta' riċerka komuni u li tiġi evalwata u mtejba b'mod kontinwu; |
(a) jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-isforzi ta' riċerka fiċ-ċibersigurtà bbażati fuq pjan strateġiku pluriennali industrijali, teknoloġiku u ta' riċerka komuni u li jiġi evalwat u mtejjeb b'mod kontinwu; |
|
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jappoġġja proġetti ta' riċerka u dimostrazzjoni fuq skala kbira fil-kapaċitajiet teknoloġiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà tal-ġenerazzjoni li jmiss, f'kollaborazzjoni mal-industrija u n-Netwerk; |
(b) jappoġġja proġetti ta' riċerka u dimostrazzjoni fuq skala kbira fil-kapaċitajiet teknoloġiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà tal-ġenerazzjoni li jmiss, f'kollaborazzjoni mal-industrija, in-Netwerk, u l-Komunità; |
|
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni għall-istandardizzazzjoni fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà |
(c) jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-istandardizzazzjoni Ewropea fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà f'kooperazzjoni mill-qrib, b'mod partikolari mal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (ESOs); |
|
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ca (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) jappoġġja l-iżvilupp ta' prodotti u soluzzjonijiet indipendenti taċ-ċibersigurtà, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija, in-Netwerk u l-Komunità; |
|
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt cb (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(cb) tiżviluppa l-għodod u t-teknoloġiji meħtieġa biex jiġu indirizzati r-riskji taċ-ċibersigurtà li qegħdin jevolvu kontinwament; |
|
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) ilaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati, sabiex jitrawmu sinerġiji bejn ir-riċerka u s-swieq taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża; |
(c) ilaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati, sabiex jitrawmu sinerġiji bejn ir-riċerka u s-swieq taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża; fejn xieraq, jallinjaw l-attivitajiet ma' aġenziji u korpi rilevanti tal-UE inkluża l-ENISA; |
|
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jagħti pariri, jaqsam l-għarfien espert u jiffaċilita l-kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
|
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jiġġestixxi proġetti ta' difiża ċibernetika multinazzjonali, meta jintalab dan mill-Istati Membri, u għaldaqstant jaġixxi bħala maniġer tal-proġetti fi ħdan it-tifsira tar-Regolament XXX [ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Difiża]. |
(b) jiġġestixxi proġetti ta' difiża ċibernetika multinazzjonali u transfruntiera, meta jintalab dan mill-Istati Membri, u għaldaqstant jaġixxi bħala maniġer tal-proġetti fi ħdan it-tifsira tar-Regolament XXX [ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Difiża]; |
|
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq, għall-valutazzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-etika tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà ffinanzjata miċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
8a. jikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex ittejjeb il-kooperazzjoni fir-rigward taċ-ċibersigurtà billi: |
|
|
(a) jiffaċilita l-parteċipazzjoni tan-Netwerk u tal-Komunità f'konferenzi internazzjonali; |
|
|
(b) jikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fi ħdan l-oqfsa rilevanti ta' kooperazzjoni internazzjonali; |
|
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali ffirmat bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali. Il-ftehim għandu jistipula r-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni u l-qsim tal-kompiti bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali. |
5. Ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali ffirmat bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali. Il-ftehim għandu jikkonsisti mill-istess sett ta' kundizzjonijiet ġenerali li jipprevedi r-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni u l-qsim tal-kompiti bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali u kundizzjonijiet speċjali mfassla apposta skont iċ-Ċentru Nazzjonali ta' Koordinazzjoni partikolari. |
|
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu -45 biex tiddefinixxi l-elementi tal-ftehimiet kuntrattwali fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-format tagħhom. |
|
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jappoġġjaw iċ-Ċentru ta' Kompetenza fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu u, b'mod partikolari, fil-koordinazzjoni tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
(a) jappoġġjaw iċ-Ċentru ta' Kompetenza fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu u, b'mod partikolari, fl-istabbiliment u l-koordinazzjoni tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
|
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-industrija u atturi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri fi proġetti transkonfinali; |
(b) jippromwovu, iħeġġu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, tal-akkademiċi u tar-riċerkaturi, tal-industrija, b'mod partikolari n-negozji ġodda u l-SMEs, u ta' atturi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri fi proġetti transfruntiera; |
|
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) jinċentivaw proġetti transfruntiera, b'mod partikolari għall-SMEs; |
|
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jikkontribwixxu, flimkien maċ-Ċentru ta' Kompetenza, għall-identifikazzjoni u l-indirizzar ta' sfidi industrijali taċ-ċibersigurtà li huma speċifiċi għas-settur; |
(c) jikkontribwixxu, flimkien maċ-Ċentru ta' Kompetenza, għall-identifikazzjoni u l-indirizzar ta' sfidi taċ-ċibersigurtà li huma speċifiċi għas-settur, inkluż l-ispjunaġġ ċibernetiku; |
|
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) jikkooperaw mill-qrib mal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni biex jiżguraw l-adozzjoni ta' standards eżistenti u biex jinvolvu l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, b'mod partikolari l-SMEs, fl-istabbiliment ta' standards ġodda; |
|
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) ifittxu li jistabbilixxu sinerġiji b'attivitajiet rilevanti fil-livelli nazzjonali u reġjonali; |
(e) ifittxu li jistabbilixxu sinerġiji b'attivitajiet rilevanti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiksbu l-għan tas-sigurtà tal-Unjoni; |
|
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fa) jippromwovu u jxerrdu kurrikulu edukattiv komuni minimu fir-rigward taċ-ċibersigurtà f'kooperazzjoni mal-korpi rilevanti fl-Istati Membri; |
|
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt g
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(g) jippromwovu u jxerrdu r-riżultati rilevanti tal-ħidma tan-Netwerk, tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u taċ-Ċentru ta' Kompetenza fil-livell nazzjonali jew reġjonali; |
(g) jippromwovu u jxerrdu r-riżultati rilevanti tal-ħidma tan-Netwerk, tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u taċ-Ċentru ta' Kompetenza fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(h) jivvalutaw it-talbiet imressqin minn entitajiet stabbiliti fl-istess Stat Membru bħaċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni sabiex isiru parti mill-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. |
(h) jivvalutaw it-talbiet imressqin minn entitajiet u individwi stabbiliti fl-istess Stat Membru bħaċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni sabiex isiru parti mill-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà; |
|
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ha) jippromwovu l-kampanji ta' għarfien, b'mod partikolari għall-SMEs u flimkien maċ-Ċentru ta' Kompetenza jipprovdu l-ħiliet u s-soluzzjonijiet neċessarji taċ-ċibersigurtà; |
|
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkontribwixxi għall-missjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 u ttejjeb u xxerred l-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha. |
1. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkontribwixxi għall-missjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 u ttejjeb u xxerred l-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha u tipprovdi għarfien espert tekniku. |
|
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkonsisti mill-industrija, organizzazzjonijiet akkademiċi u ta' riċerka mhux bi profitt u assoċjazzjonijiet kif ukoll entitajiet pubbliċi u entitajiet oħrajn li jittrattaw kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi. Dan għandu jlaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati prinċipali fir-rigward tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali fil-qasam taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Dan għandu jinvolvi liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni li jkollhom l-għarfien espert rilevanti. |
2. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkonsisti mis-soċjetà ċivili, l-industrija, inklużi SMEs, l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, assoċjazzjonijiet tal-utenti, organizzazzjonijiet akkademiċi u ta' riċerka mhux bi profitt u assoċjazzjonijiet li jaħdmu fuq livell nazzjonali jew Ewropew, kif ukoll entitajiet pubbliċi u entitajiet oħrajn jew individwi li jittrattaw kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi. Dan għandu jlaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati prinċipali fir-rigward tal-ħiliet u l-kapaċitajiet teknoloġiċi, industrijali, soċjetali, akkademiċi u ta' riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Dan għandu jinvolvi liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni li jkollhom l-għarfien espert rilevanti. |
|
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi kollha ffinanzjati miċ-Ċentru ta' Kompetenza għandhom ikunu jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri. |
|
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jakkredita lill-entitajiet li jkunu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà wara valutazzjoni li ssir miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità, dwar jekk l-entità tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3. Akkreditazzjoni ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien iżda tista' tiġi revokata miċ-Ċentru ta' Kompetenza fi kwalunkwe ħin, jekk dan jew iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jikkunsidra li l-entità ma tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 jew li taqa' taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikolu 136 tar-Regolament XXX [regolament finanzjarju ġdid]. |
4. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jakkredita lill-entitajiet, skont it-tifsira tal-paragrafu 3 bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà wara valutazzjoni li ssir miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità, dwar jekk l-entità tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3. Akkreditazzjoni ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien iżda tista' tiġi revokata miċ-Ċentru ta' Kompetenza fi kwalunkwe ħin, jekk dan jew iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jikkunsidra li l-entità ma tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 jew li taqa' taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikolu 136 tar-Regolament XXX [regolament finanzjarju ġdid]. |
|
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 8 - paragrafu 4a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni tal-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati fil-Komunità, inklużi l-SMEs, u għandhom jistimulaw b'mod attiv il-parteċipazzjoni mill-kategoriji tal-partijiet ikkonċernati sottorappreżentati. |
|
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4b (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4b. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu -45, sabiex tispeċifika aktar il-kriterji previsti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-proċeduri għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni ta' entitajiet li jissodisfaw dawk il-kriterji. |
|
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(5a) jinkoraġġixxu membri tal-Komunità li huma manifatturi u fornituri ta' servizzi biex jiċċertifikaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom taħt skemi ta' ċertifikazzjoni adottati taħt l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà. |
|
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Kooperazzjoni bħal din għandha sseħħ fi ħdan il-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma. Dawk l-arranġamenti għandhom jitressqu għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. |
2. Kooperazzjoni bħal din għandha sseħħ fi ħdan il-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma miftiehma bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija rispettivi tal-Unjoni. Dawk l-arranġamenti għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. |
|
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u ħames rappreżentanti tal-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni. |
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u ħames rappreżentanti tal-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinkludi wkoll membru wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, li ma jkollux drittijiet tal-vot. |
|
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tat-teknoloġija, kif ukoll b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata ta' bdil tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tal-Bord. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija. |
3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tat-teknoloġija jew tar-riċerka taċ-ċibersigurtà, kif ukoll b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata ta' bdil tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tal-Bord. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija. |
|
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Kummissjoni tista' tistieden osservaturi, inkluż ir-rappreżentanti tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, biex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija kif xieraq. |
6. Il-Bord tal-Governanza jista' jistieden osservaturi, inkluż ir-rappreżentanti tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni, biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija kif xieraq biex jiżgura li jiddaħħal għarfien espert u biex jinbnew rabtiet aktar b'saħħithom mal-industrija u mal-komunitajiet tar-riċerka. |
|
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 7a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
7a. Il-President tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jista' jattendi l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, bħala osservatur mingħajr drittijiet tal-vot, meta tali laqgħat ikunu jikkonċernaw il-kompiti tiegħu, kif stabbilit fl-Artikolu 20. |
|
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun persuna b'għarfien espert u ta' reputazzjoni tajba fl-oqsma fejn jopera ċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun persuna b'għarfien espert u professjonali fl-oqsma fejn jopera ċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. |
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, filwaqt li tiġi rrispettata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. |
|
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 5
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
5. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri taċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn erba' snin. |
6. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin. |
|
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt h
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(h) iħejji pjan ta' azzjoni msejjes fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni |
(h) iħejji pjan ta' azzjoni msejjes fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni; |
|
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt s
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(s) iħejji pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti ta' awditjar intern jew estern, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni kif ukoll regolarment lill-Bord ta' Tmexxija; |
(s) iħejji pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti ta' awditjar intern jew estern, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kif ukoll regolarment lill-Bord ta' Tmexxija; |
|
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku ma għandux ikun kompost minn aktar minn 16-il membru. Il-membri għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija minn fost ir-rappreżentanti tal-entitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. |
1. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku ma għandux ikun kompost minn aktar minn 25 membri. Il-membri għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija permezz ta' proċedura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja minn fost ir-rappreżentanti tal-entitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. |
|
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Is-sħubija tal-Bord ta' Konsulenza Xjentifika u Industrijali għandha tkun ibbilanċjata, u għandha tinkludi rappreżentanza xierqa tal-industrija, partikolarment l-SMEs, il-komunità akkademika, u s-soċjetà ċivili inklużi organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. |
|
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkollhom għarfien espert fir-rigward tar-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp industrijali, is-servizzi professjonali jew l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rekwiżiti għal għarfien espert bħal dan għandhom ikomplu jiġu speċifikati mill-Bord ta' Tmexxija. |
2. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkollhom għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà rigward mill-inqas wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin: |
|
|
(a) ir-riċerka; |
|
|
(b) l-iżvilupp industrijali; |
|
|
(c) it-taħriġ u l-edukazzjoni. |
|
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkun ta' tliet snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġġedded. |
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġġedded. |
|
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 5
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni jistgħu jipparteċipaw u jappoġġjaw il-ħidma tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. |
5. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni għandhom jipparteċipaw u jappoġġjaw il-ħidma tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. |
|
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn f'sena. |
1. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jiltaqa' tal-anqas tliet darbiet f'sena. |
|
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(1a) jagħti parir lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma, taħt il-koordinazzjoni ġenerali ta' membru wieħed jew aktar tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, dwar kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għall-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, u għandu jinnomina parteċipanti; |
|
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(1b) jipprovdi lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija b'abbozz ta' aġenda fuq żmien medju sa twil dwar it-teknoloġija taċ-ċibersigurtà; |
|
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3a) irawwem il-kooperazzjoni billi jibni fuq inizjattivi preċedenti u attwali tal-UE li jinvolvu diversi partijiet ikkonċernati fil-qasam taċ-ċibersigurtà. |
|
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) Ammont mill-Fond Ewropew għad-Difiża għal azzjonijiet u spejjeż amministrattivi relatati mad-difiża. |
|
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex tkopri l-kompiti msemmijin fl-Artikolu 4(8)(b) |
4. Il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu jkopri l-kompiti msemmijin fl-Artikolu 4(8)(b). |
|
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 4
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-Kummissjoni tista’ tittermina, tnaqqas b’mod proporzjonat jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanazjarja tal-Unjoni liċ-Ċentru ta' Kompetenza jekk l-Istati Membri parteċipanti ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. |
imħassar |
|
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 8a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
8a. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkoopera mill-qrib ma' istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-ENISA, u korpi oħra rilevanti; |
|
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni xierqa, oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol tiegħu. Hu għandu jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta' interessi magħmula f'konformità mal-Artikolu 41. |
2. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti ikkonċernata jingħataw informazzjoni komprensiva, oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol taċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk, il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-Komunità. Hu għandu jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta' interessi magħmula f'konformità mal-Artikolu 42. |
|
Ġustifikazzjoni
Ir-referenza għall-"Artikolu 41" ġiet ikkoreġuta għall-Artikolu 42 kif ġie diskuss mal-Kummissjoni.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jipprovdi lill-pubbliku u lil kwalunkwe parti kkonċernata lista tal-membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u għandu jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess li dawn jagħmlu skont l-Artikolu 42. |
|
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi valutazzjoni tar-riżultati miksuba miċ-Ċentru ta' Kompetenza b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza tkun ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, hija tista' tipproponi li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien tal-mandat taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif stipulat fl-Artikolu 46. |
3. L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi valutazzjoni tar-riżultati miksuba miċ-Ċentru ta' Kompetenza b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tiegħu, kif ukoll valutazzjoni tal-effettività u l-effiċjenza taċ-Ċentru ta' Kompetenza fil-kisba ta' dawk ir-riżultati. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza tkun ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, hija tista' tipproponi li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien tal-mandat taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif stipulat fl-Artikolu 46. |
|
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet sabiex jiġi evitat kunflitt ta' interess fir-rigward tar-rappreżentanti tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali f'konformità mar-Regolament XXX [Regolament Finanzjarju ġdid]. |
Il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu, inkluż id-Direttur Eżekuttiv. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet sabiex jiġi evitat kunflitt ta' interess fir-rigward tar-rappreżentanti tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali f'konformità mar-Regolament XXX [Regolament Finanzjarju ġdid]. |
|
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fi-rigward taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni. |
|
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu -1 (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
-1. L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inklużi post wieħed, l-aċċessibbiltà tal-post, l-eżistenza ta' faċilitajiet ta' edukazzjoni xierqa għat-tfal tal-membri tal-persunal, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, sigurtà soċjali u kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għas-sħab. |
|
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jista' jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Istat Membru [il-Belġju] fejn tinsab is-sede dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dak l-Istat Membru għandu jagħti liċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
Għandu jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Istat Membru [il-Belġju] fejn tinsab is-sede dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dak l-Istat Membru għandu jagħti liċ-Ċentru ta' Kompetenza. |
|
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 44a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 44a |
|
|
Eżerċizzju tad-delega |
|
|
1. Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
|
|
2. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(5a) u 8(4b) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
|
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6(5a) u 8(4b) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hi ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ. |
|
|
4. Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. |
|
|
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(5a) u 8(4b) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
(dan l-Artikolu huwa parti mill-Kapitolu VII)
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-istabbiliment taċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 1.10.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 1.10.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Arndt Kohn 24.9.2018 |
||||
Eżami fil-kumitat |
6.12.2018 |
21.1.2019 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
29.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
31 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pascal Arimont, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Biljana Borzan, Nadja Hirsch, Arndt Kohn, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
31 |
+ |
|
ALDE |
Nadja Hirsch, Matthijs van Miltenburg, Jasenko Selimovic |
|
ECR |
Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt |
|
EFDD |
Marco Zullo |
|
PPE |
Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Lambert van Nistelrooij, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu |
|
S&D |
Biljana Borzan, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Marc Tarabella |
|
VERTS/ALE |
Pascal Durand, Igor Šoltes |
|
2 |
- |
|
ENF |
John Stuart Agnew, Marcus Pretzell |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-istabbiliment taċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
12.9.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 1.10.2018 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 1.10.2018 |
IMCO 1.10.2018 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 9.10.2018 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Julia Reda 7.11.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
14.1.2019 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
19.2.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
49 2 6 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Hans-Olaf Henkel, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Tilly Metz, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Evžen Tošenovský, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Pilar Ayuso, Michał Boni, Rosa D’Amato, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Markus Pieper, Dominique Riquet, Anneleen Van Bossuyt |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eleonora Evi, Christelle Lechevalier, Aleksejs Loskutovs, Luigi Morgano |
||||
Data tat-tressiq |
22.2.2019 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
49 |
+ |
|
ALDE |
Fredrick Federley, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Dominique Riquet, Lieve Wierinck |
|
EFDD |
Rosa D'Amato, Eleonora Evi |
|
ENF |
Christelle Lechevalier |
|
PPE |
Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, András Gyürk, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Aleksejs Loskutovs, Marian-Jean Marinescu, Angelika Niebler, Markus Pieper, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Hermann Winkler, Anna Záborská |
|
S&D |
Zigmantas Balčytis, Adam Gierek, Theresa Griffin, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Clare Moody, Luigi Morgano, Dan Nica, Miroslav Poche, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
|
VERTS/ALE |
Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Benedek Jávor, Tilly Metz, Julia Reda |
|
2 |
- |
|
GUE/NGL |
Xabier Benito Ziluaga, Neoklis Sylikiotis |
|
6 |
0 |
|
ECR |
Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský, Anneleen Van Bossuyt |
|
ENF |
Angelo Ciocca |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.