dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri
(COM(2018)0473 – C8-0272/2018 – 2018/0249(COD))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0473),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 77(2) u 79(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0272/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0089/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) Fil-kuntest ta' sfidi migratorji li qed jevolvu maħluqa minn żidiet fil-flussi lejn l-Unjoni Ewropea, kif ukoll tħassib komuni dwar is-sigurtà, il-preservazzjoni tal-bilanċ għaqli bejn il-moviment liberu tal-persuni fuq naħa, u s-sigurtà fuq in-naħa l-oħra hija tal-akbar importanza. L-għan tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta' miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u dwar kontrolli fil-fruntieri fi fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viżi.
(1) L-għan tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta' miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u dwar kontrolli fil-fruntieri fi fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viżi, filwaqt li jiġi ppreżervat il-bilanċ bejn il-moviment liberu tal-persuni fuq in-naħa l-waħda, u s-sigurtà fuq in-naħa l-oħra.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma ffirmata fil-25 ta' Settembru 2017, il-mexxejja ta' 27 Stat Membru affermaw id-determinazzjoni tagħhom għal Ewropa sigura u mingħajr periklu u għall-bini ta' Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom siguri u jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu, fejn il-fruntieri esterni huma siguri, b'politika tal-migrazzjoni effiċjenti, responsabbli u sostenibbli, li tirrispetta normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa ddeterminata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.
(3) Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma ffirmata fil-25 ta' Settembru 2017, il-mexxejja ta' 27 Stat Membru affermaw id-determinazzjoni tagħhom li jiżguraw Ewropa sigura u mingħajr periklu u li jibnu Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom siguri u jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu, fejn il-fruntieri esterni huma siguri, b'politika tal-migrazzjoni effiċjenti, responsabbli u sostenibbli, li tirrispetta normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa ddeterminata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3a)L-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' dan l-Istrument jenħtieġ li jkunu implimentati f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-prinċipju tat-trattament ġust taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, id-dritt għall-ażil u għall-protezzjoni internazzjonali, il-prinċipju ta' non-refoulement u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma firmatarji tagħhom, bħall-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967.Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-identifikazzjoni, l-assistenza immedjata u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li tiġi żviluppata u implimentata ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, li hija prerekwiżit għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u hija komponent fundamentali ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.
(4) L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li jiġi żviluppat u implimentat il-kunċett ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, jiġu prevenuti u detetti l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u tiġi appoġġata l-politika komuni dwar il-viżi, li jenħtieġ li ssaħħaħ il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u hija komponent fundamentali ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5) Il-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, kif implimentata mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 , li hija komposta mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża gwardja tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, hija neċessarja għat-titjib tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà.
(5) Il-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, kif implimentata mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 , li hija komposta mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża gwardja tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta' kontroll fil-fruntieri, jenħtieġ li tgħin l-armonizzazzjoni tal-kontroll fil-fruntieri, u b'hekk ittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni - fosthom billi tiffaċilita l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali għal dawk li jeħtiġuha - u tipprovdi aktar sigurtà billi tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu.
__________________
__________________
13 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE)2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).
13 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) Il-faċilitar tal-ivvjaġġar leġittimu, filwaqt li jiġu evitati l-migrazzjoni illegali u r-riskji ta' sigurtà, ġie identifikat bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-rispons tal-Unjoni għall-isfidi f'dawn l-oqsma fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni14 .
(6) Il-faċilitar tal-ivvjaġġar leġittimu ġie identifikat bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-rispons tal-Unjoni għall-isfidi f'dawn l-oqsma fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni14 .
(7) Il-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Diċembru 201615 talab għal tiftix kontinwu tal-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni u tal-bażijiet ta' data tal-UE. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ġunju 201716 enfasizza l-bżonn li titjib l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data u fit-12 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE17.
16 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, it-22-23 ta' Ġunju 2017.
17 COM(2017) 794 final.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Biex tiġi ppreservata l-integrità taż-żona Schengen u biex jissaħħaħ il-funzjonament tagħha, l-Istati Membri huma obbligati, mis-6ta' April2017, li jwettqu verifiki sistematiċi kontra bażijiet ta' data rilevanti dwar iċ-ċittadin tal-UE li qed jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar minn verifiki tal-pulizija u kooperazzjoni transfruntiera.
(8) F'tentattiv biex tiġi ppreservata l-integrità taż-żona Schengen u biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-fruntieri esterni, l-Istati Membri ilhom mis-6ta' April2017 obbligati li jwettqu verifiki sistematiċi mal-bażijiet ta' data rilevanti dwar iċ-ċittadini tal-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE, flimkien mal-verifiki sistematiċi li jsiru diġà dwar iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kollha li jidħlu fiż-żona Schengen.Madankollu, kien meħtieġ li jsiru verifiki mmirati minflok verifiki sistematiċi f'għadd ta' punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, minħabba l-impatt sproporzjonat tal-verifiki sistematiċi fuq il-fluss tat-traffiku transfruntiera1a.
__________________
1a Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-flussi tal-persuni fil-fruntieri bejn is-Slovenja u l-Kroazja tad-29 ta' April 2017.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8a) Il-Kummissjoni ħarġet ukoll ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/18041alill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mill-verifiki tal-pulizija u l-kooperazzjoni transfruntiera sabiex jillimitaw l-impatt fuq il-moviment liberu u biex jirrimedjaw it-theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna. Minkejja l-miżuri differenti fis-seħħ, għadd ta' Stati Membri għadhom qed jagħmlu kontrolli illegali fil-fruntieri interni, filwaqt li jdgħajfu l-prinċipju bażiku taż-Żona Schengen.
__________________
1a Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1804 tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli tal-fruntieri interni fiż-żona Schengen (ĠU L 259, 7.10.2017, p. 25).
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni huwa indispensabbli għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri esterni b'mod effiċjenti u fl-indirizzar ta' sfidi migratorji u theddid futur potenzjali f'dawk il-fruntieri, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-indirizzar ta' kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera filwaqt li jaġixxi b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.
(9) Appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni huwa indispensabbli għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri esterni b'mod effiċjenti u fl-indirizzar ta' sfidi futuri f'dawk il-fruntieri, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-indirizzar ta' kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera filwaqt li jaġixxi b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Sabiex jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej kif iddefinita mill-komponenti tagħha skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624: kontroll fil-fruntieri, tiftix u salvataġġ waqt sorveljanza fil-fruntieri, analiżi tar-riskju, kooperazzjoni bejn Stati Membri (appoġġata u kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta), kooperazzjoni bejn l-aġenziji inkluż l-iskambju regolari tal-informazzjoni, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen relatati mal-kontroll fil-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni illegali u jiġġieldu aħjar il-kriminalità transfruntiera, użu ta' teknoloġija tal-ogħla livell, mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità u solidarjetà, u biex jiżguraw li ssir realtà operazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu pprovduti b'appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni.
(10) Sabiex jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej kif iddefinita mill-komponenti tagħha skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624: kontroll fil-fruntieri, tiftix u salvataġġ waqt sorveljanza fil-fruntieri, analiżi tar-riskju, kooperazzjoni bejn Stati Membri (appoġġata u kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta), kooperazzjoni bejn l-aġenziji inkluż l-iskambju regolari tal-informazzjoni, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen relatati mal-kontroll fil-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni irregolari u jiġġieldu aħjar il-kriminalità transfruntiera, użu ta' teknoloġija tal-ogħla livell, mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità u solidarjetà, u biex jiżguraw li ssir realtà operazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu pprovduti b'appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Minħabba li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jassumu numru dejjem ikbar ta' responsabbiltajiet li ħafna drabi jestendu għall-qasam tas-sigurtà u jseħħu fil-fruntiera esterna, hemm bżonn li jiġi indirizzat l-iżgurar tal-uniformità fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri u l-kontroll doganali fil-fruntieri esterni billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni lill-Istati Membri. Dan mhux biss isaħħaħ il-kontrolli doganali iżda wkoll jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, jikkontribwixxi għal unjoni doganali sikura u effiċjenti.
(11) Minħabba li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jassumu numru dejjem ikbar ta' responsabbiltajiet li ħafna drabi jestendu għall-qasam tas-sigurtà u jseħħu fil-fruntiera esterna, huwa importanti li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-għodod għall-iskambju tal-informazzjoni eżistenti, bħala komponent tal-approċċ tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/16241.Il-komplementarjetà fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri u l-kontroll doganali fil-fruntieri esterni jeħtieġ li tiġi żgurata billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni lill-Istati Membri. Dan mhux biss se jsaħħaħ il-kontrolli doganali sabiex jiġu miġġielda t-traffikar ta' kull xorta, inkluż it-traffikar tal-merkanzija fil-fruntieri, u t-terroriżmu, iżda wkoll se jiffaċilita l-kummerċ u l-ivvjaġġar leġittimu, u jikkontribwixxi għal unjoni doganali sikura u effiċjenti.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-fond ta' suċċessur tal-Fond għas-Sigurtà Interna 2014–2020 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 bl-istabbiliment ta' Fond ta' Ġestjoni Integrata ("il-Fond").
(12) Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-fond ta' suċċessur tal-Fond għas-Sigurtà Interna 2014–2020 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, parzjalment, bl-istabbiliment ta' Fond ta' Ġestjoni Integrata ("il-Fond").
__________________
__________________
18 Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
18 Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(14) Għalhekk jenħtieġ li l-Fond jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għall-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri li jikkonsisti fi strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri ("l-Istrument") stabbilit minn dan ir-Regolament kif ukoll l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-Tagħmir ta' Kontroll Doganali stabbilit mir-Regolament (UE) Nru .../...19 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li dan il-qafas jiġi kkomplementat mir-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 li jenħtieġ li jirreferi għalih dan ir-Regolament fir-rigward ta' regoli dwar il-ġestjoni kondiviża.
(14) Għalhekk jenħtieġ li l-Fond jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għall-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri li jikkonsisti fi strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri ("l-Istrument") stabbilit minn dan ir-Regolament kif ukoll strument għall-appoġġ finanzjarju għat-Tagħmir ta' Kontroll Doganali. Jenħtieġ li dan il-qafas jiġi kkomplementat permezz ta' strument li jistabbilixxi regoli dwar il-ġestjoni kondiviża.
__________________
19 ĠU L […], […], p.
20 ĠU L […], […], p.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15) Jenħtieġ li l-Istrument jiġi implimentat f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni rigward id-drittijiet fundamentali.
(15) Jenħtieġ li l-Istrument jiġi implimentat f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni rigward id-drittijiet fundamentali, fosthom fir-rigward tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u b'mod partikolari billi tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju ta' non-refoulement, il-prinċipju ta' trasparenza, il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u d-dritt ta' persuna li titlob protezzjoni internazzjonali.Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-identifikazzjoni, l-assistenza immedjata u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15a) Dawk l-obbligi japplikaw ukoll għall-pajjiżi terzi li l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jaħdmu magħhom fl-ambitu ta' dan l-istrument.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 16
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(16) L-istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti li saru bl-appoġġ tal-predeċessuri tiegħu: il-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013 stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 u l-istrument għall-fruntieri esterni u l-viża bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 515/201422, u jenħtieġ li jestendih biex iqis żviluppi ġodda.
(16) Jenħtieġ li l-istrument jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti tal-predeċessuri tiegħu: il-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013 stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 u l-istrument għall-fruntieri esterni u l-viża bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 515/201422, u jenħtieġ li jestendih biex iqis żviluppi ġodda.
__________________
__________________
21 ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.
21 ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.
22 Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
22 Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(17) Biex jiżgura kontroll fil-fruntieri esterni uniformi u ta' kwalità għolja u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu lil hinn mill-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-istrument jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej li tinkludi l-miżuri kollha li jinvolvu l-politika, il-liġi, il-kooperazzjoni sistematika, il-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi jinbidlu fir-rigward tal-punti ta' qsim għal migranti irregolari, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija meħuda f'livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri, jaġixxi f'kooperazzjoni ma' atturi oħra bħal pajjiżi terzi u korpi oħra tal-UE, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (eu-LISA), Europol u organizzazzjonijiet internazzjonali.
(17) Biex jiżgura kontroll fil-fruntieri esterni uniformi u ta' kwalità għolja u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu lil hinn mill-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-istrument jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej li tinkludi l-miżuri kollha li jinvolvu l-politika, il-liġi, il-kooperazzjoni sistematika, il-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi jinbidlu fir-rigward tal-punti ta' qsim għal migranti irregolari, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija meħuda f'livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri, jaġixxi f'kooperazzjoni ma' atturi oħra bħal korpi oħra tal-UE, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (eu-LISA), Europol u fejn xieraq, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(18) Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi għat-titjib tal-effiċjenza tal-ipproċessar tal-viżi f'termini tal-identifikazzjoni u l-ivvalutar tas-sigurtà u r-riskji tal-migrazzjoni irregolari, kif ukoll li jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-viżi għall-vjaġġaturi bona fide. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istrument iwassal assistenza finanzjarja biex għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-ipproċessar tal-viżi bl-għan li jiġu pprovduti proċeduri tal-viża li huma rapidi, siguri u faċli għall-klijent għall-benefiċċju kemm tal-applikanti għal viża u kemm tal-konsulati. Jenħtieġ li l-Istrument iservi wkoll biex jiżgura kopertura konsulari wiesgħa madwar id-dinja. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni uniformi tal-politika komuni tal-viża u l-modernizzazzjoni tagħha tiġi koperta wkoll mill-Istrument.
(18) Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi għat-titjib tal-effiċjenza tal-ipproċessar tal-viżi f'termini tal-iffaċilitar tal-proċeduri tal-viżi għall-vjaġġaturi bona fide u tal-identifikazzjoni u l-ivvalutar tas-sigurtà u r-riskji tal-migrazzjoni irregolari. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istrument iwassal assistenza finanzjarja biex għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-ipproċessar tal-viżi bl-għan li jiġu pprovduti proċeduri tal-viża li huma rapidi, siguri u faċli għall-klijent għall-benefiċċju kemm tal-applikanti għal viża u kemm tal-konsulati. Jenħtieġ li l-Istrument iservi wkoll biex jiżgura kopertura konsulari wiesgħa madwar id-dinja. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni uniformi tal-politika komuni tal-viża u l-modernizzazzjoni tagħha tiġi koperta wkoll mill-Istrument, flimkien mal-assistenza lill-Istati Membri għall-ħruġ ta' viżi b'validità territorjali limitata maħruġa għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali kif ukoll għal benefiċjarji ta' programm ta' risistemazzjoni jew rilokazzjoni tal-Unjoni, u għall-konformità għalkollox mal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 19
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(19) L-Istrument għandu jappoġġa miżuri ta' appoġġ fit-territorju tal-pajjiżi tas-Schengen li huma marbutin mal-kontroll fil-fruntieri bħala parti mill-iżvilupp ta' sistema komuni ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri, li ssaħħaħ il-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen.
(19) L-Istrument jenħtieġ li jappoġġa miżuri ta' appoġġ marbutin b'mod ċar mal-kontroll fil-fruntieri esterni fit-territorju tal-pajjiżi tas-Schengen bħala parti mill-iżvilupp ta' sistema komuni ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri, li ssaħħaħ il-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(20) Bil-għan li jtejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u jiġġieled kontriha, u jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, l-Istrument jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira, ibbażati fuq sistemi tal-IT eżistenti jew ġodda. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-istabbiliment tal-interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (Sistema ta' Dħul / Ħruġ (entry-exit system, EES)23, Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (Visa Information System, VIS)24, Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, ETIAS)25, Eurodac26, Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS)27, u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (European Criminal Records Information System for third-country nationals, ECRIS-TCN))28, sabiex dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u d-data tagħhhom jissupplimentaw lil xulxin. Jenħtieġ li l-istrument jikkontribwixxi wkoll għall-iżviluppi meħtieġa fil-livell nazzjonali wara l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà fil-livell ċentrali (portal ta' tfittix Ewropew (European search portal, ESP), servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (biometric matching service, BMS kondiviż), repożitorju komuni tal-identità (common identity repository, CIR) u detettur ta' identitajiet multipli (multiple-identity detector, MID))29.
(20) Bil-għan li jtejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, li jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu, li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-qsim irregolari tal-fruntieri u li jiġġieled kontrih, u li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, l-Istrument jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira li jkun sar qbil dwarhom mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-istabbiliment tal-interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (Sistema ta' Dħul / Ħruġ (entry-exit system, EES)23, Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (Visa Information System, VIS)24, Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, ETIAS)25, Eurodac26, Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS)27, u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (European Criminal Records Information System for third-country nationals, ECRIS-TCN))28, sabiex dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin. Jenħtieġ li l-istrument jikkontribwixxi wkoll għall-iżviluppi meħtieġa fil-livell nazzjonali wara l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà fil-livell ċentrali (portal ta' tfittix Ewropew (European search portal, ESP), servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (biometric matching service, BMS kondiviż), repożitorju komuni tal-identità (common identity repository, CIR) u detettur ta' identitajiet multipli (multiple-identity detector, MID))29.
__________________
__________________
23 Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul / Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).
23 Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul / Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).
24 Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
24 Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
(21) Jenħtieġ li l-Istrument jikkumplimenta u jirrinforza l-attivitajiet sabiex jimplimenta l-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej skont ir-responsabbiltà kondiviża u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tirrappreżenta ż-żewġ pilastri tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan ifisser, fost l-oħrajn, li, meta jkunu qed ifasslu l-programmi tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-għodod analitiċi u l-linji gwida operazzjonali u tekniċi żviluppati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll il-kurrikuli ta' taħriġ żviluppati minnha, bħall-kurrikuli komuni ewlenin għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri, inkluż il-komponenti tagħhom rigward id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex tiġi żviluppata l-kumplimentarjetà bejn il-missjoni tagħha u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontroll tal-fruntieri esterni kif ukoll biex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi evitata l-ineffiċjenza tal-kostijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi nazzjonali ppreżentati mill-Istati Membri sakemm jaqgħu fil-kompetenzi tal-Aġenzija, b'mod partikolari dwar l-attivitajiet iffinanzjati taħt appoġġ operazzjonali.
(21) Jenħtieġ li l-Istrument jikkomplementa u jirrinforza l-attivitajiet li jimplimentaw il-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej skont ir-responsabbiltà kondiviża u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tirrappreżenta ż-żewġ pilastri tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan ifisser, fost l-oħrajn, li, meta jkunu qed ifasslu l-programmi nazzjonali tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-għodod analitiċi, il-linji gwida operazzjonali u tekniċi żviluppati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll il-kurrikuli ta' taħriġ żviluppati minnha, bħall-kurrikuli komuni ewlenin għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri, inkluż il-komponenti tagħhom rigward id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex tiġi żviluppata l-komplementarjetà bejn il-kompiti tagħha u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontroll fil-fruntieri esterni, u biex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi evitata l-ineffiċjenza tal-kostijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi nazzjonali ppreżentati mill-Istati Membri sakemm jaqgħu fil-kompetenzi tal-Aġenzija, b'mod partikolari dwar l-attivitajiet iffinanzjati taħt appoġġ operazzjonali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura wkoll li l-eu-LISA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u kwalunkwe aġenzija jew korp ieħor rilevanti tal-Unjoni, jiġu assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri fi stadju bikri, sakemm dan jaqa' fil-kompetenzi tal-aġenziji.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 22
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(22) Jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa l-implimentazzjoni tal-approċċ hotspot kif spjegat fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni u approvat mill-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju 201530. L-approċċ hotspot jipprovdi appoġġ operazzjonali lil Stati Membri affettwati minn pressjoni migratorja sproporzjonata fil-fruntieri esterni tal-UE. Dan joffri assistenza integrata, komprensiva u mmirata fi spirtu ta' solidarjetà u responsabbiltà kondiviża kif ukoll bil-għan li tiġi ssalvagwardjata l-integrità taż-żona Schengen.
(22) Sakemm l-Istati Membri milquta jitolbu dan, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa l-implimentazzjoni tal-approċċ hotspot kif spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni u approvat mill-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015. L-approċċ hotspot jipprovdi appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri li jħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjoni ta' emerġenza. Dan joffri assistenza integrata, komprensiva u mmirata fi spirtu ta' solidarjetà u responsabbiltà kondiviża, jippermetti li l-wasla ta' għadd kbir ta' persuni fil-fruntieri esterni tal-Unjoni tiġi indirizzata b'mod uman u effiċjenti, u bl-għan li tiġi ssalvagwardjata l-integrità taż-żona Schengen.
__________________
30 EUCO 22/15 CO EUR 8 CONCL 3.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 23
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(23) Fl-interess tas-solidarjetà taż-żona Schengen sħiħa u fl-ispirtu tar-responsabbiltà kondiviża għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, fejn jiġu identifikati d-dgħufijiet jew ir-riskji, b'mod partikolari wara evalwazzjoni ta' Schengen skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/201331, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jindirizza l-kwistjoni b'mod adegwat billi juża riżorsi permezz tal-programm tiegħu biex jimplimenta rakkomandazzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u f'konformità mal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624.
(23) Fl-interess tas-solidarjetà fiż-żona Schengen u fl-Unjoni kollha kemm hi u fl-ispirtu tar-responsabbiltà kondiviża għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, fejn jiġu identifikati d-dgħufijiet jew ir-riskji, b'mod partikolari wara evalwazzjoni ta' Schengen skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/201331, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jindirizza l-kwistjoni b'mod adegwat billi juża riżorsi permezz tal-programm tiegħu biex jimplimenta rakkomandazzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u f'konformità mal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624.
_________________
_________________
31 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
31 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 24
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(24) Jenħtieġ li l-Istrument jesprimi solidarjetà u responsabbiltà kondiviża permezz ta' assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta' Schengen dwar il-fruntieri esterni u l-viżi kif ukoll lil dawk li qed jippreparaw għal parteċipazzjoni sħiħa fis-Schengen, u jenħtieġ li jintuża mill-Istati Membri fl-interessi tal-politika komuni tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni.
(24) Jenħtieġ li l-Istrument jipprovdi assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta' Schengen dwar il-fruntieri esterni u l-viżi u lil dawk li qed jippreparaw għal parteċipazzjoni sħiħa fis-Schengen, u jenħtieġ li jintuża mill-Istati Membri fl-interessi tal-politika komuni tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 26
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(26) Sabiex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għan tal-politika tal-Istrument, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw l-għanijiet speċifiċi tal-istrument, li l-prioritajiet magħżula jkunu konformi mal-prioritajiet miftiehma tal-UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni kif stipulati fl-Anness II u li l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn l-għanijiet u l-azzjonijiet tkun proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet li huma jiffaċċjaw.
(26) Sabiex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għan tal-politika tal-Istrument, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw l-għanijiet speċifiċi tal-istrument, li l-prioritajiet magħżula jkunu konformi mal-prioritajiet miftiehma tal-UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni kif stipulati fl-Anness II u li l-allokazzjoni tar-riżorsi xierqa bejn l-għanijiet u l-azzjonijiet tkun proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet li huma jiffaċċjaw. F'dan ir-rigward, huwa importanti li tinkiseb distribuzzjoni ġusta u trasparenti tar-riżorsi fost l-għanijiet speċifiċi tal-istrument. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi żgurat livell minimu ta' nfiq għall-għan speċifiku li tiġi appoġġata l-politika komuni dwar il-viżi kemm jekk għal miżuri b'ġestjoni diretta jew indiretta, jew għal miżuri b'ġestjoni kondiviża.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 31
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(31) Is-sorveljanza fil-fruntieri fil-baħar hija meqjusa waħda mill-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta mwettqa fid-dominju marittimu tal-UE. Awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa wiesgħa ta' kompiti, li jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, sigurtà marittima, sigurtà, tiftix u salvataġġ, kontroll fil-fruntieri, kontroll tas-sajd, kontroll doganali, infurzar tal-liġi ġenerali u ħarsien tal-ambjent. Il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta jpoġġiha taħt il-mandat ta' politiki differenti tal-UE li jenħtieġ li ifittxu s-sinerġiji biex jiksbu riżultati aktar effettivi u effiċjenti.
(31) Is-sorveljanza fil-fruntieri fil-baħar hija meqjusa waħda mill-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta mwettqa fid-dominju marittimu tal-UE. Awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa wiesgħa ta' kompiti, li jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, sikurezza marittima, tiftix u salvataġġ, kontroll fil-fruntieri, kontroll tas-sajd, kontroll doganali, infurzar tal-liġi ġenerali u ħarsien tal-ambjent. Il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta jpoġġiha taħt il-mandat ta' politiki differenti tal-UE li jenħtieġ li ifittxu s-sinerġiji biex jiksbu riżultati aktar effettivi u effiċjenti.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(31a) Meta jimplimentaw azzjonijiet iffinanzjati taħt l-istrument li jkunu relatati mas-sorveljanza tal-fruntieri marittimi, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni speċjali lill-obbligi tad-dritt marittimu internazzjonali li tingħata assistenza lill-persuni fil-periklu. F'dan ir-rigward, it-tagħmir u s-sistemi appoġġati mill-Istrument għandhom jenħtieġ li jintużaw sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ li jistgħu jirriżultaw matul operazzjoni ta' sorveljanza fil-fruntieri fil-baħar, u b'hekk jikkontribwixxu biex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ tal-ħajjiet tal-migranti.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 33
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(33) Biex isaħħaħ il-kumplimentarjetà u jirrinforza l-konsistenza ta' attivitajiet marittimi kif ukoll biex jevita d-duplikazzjoni ta' sforzi u jtaffi r-restrizzjonijiet baġitarji f'qasam ta' attivitajiet li jiswew il-flus bħad-dominju marittimu, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa operazzjonijiet marittimi ta' karattru bi skopijiet multipli fejn l-għan ewlieni huwa s-sorveljanza fil-fruntieri iżda jistgħu jiġu segwiti wkoll għanijiet oħra fl-istess ħin.
(33) Biex isaħħaħ il-komplementarjetà u jirrinforza l-konsistenza ta' attivitajiet marittimi kif ukoll biex jevita d-duplikazzjoni ta' sforzi u jtaffi r-restrizzjonijiet baġitarji f'qasam ta' attivitajiet li jiswew il-flus bħad-dominju marittimu, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa operazzjonijiet marittimi ta' karattru bi skopijiet multipli fejn l-għan ewlieni huwa s-sorveljanza fil-fruntieri iżda jistgħu jiġu segwiti wkoll għanijiet oħra marbuta magħha fl-istess ħin, bħall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 34
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(34) Jenħtieġ li miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-istrument jiġu implimentati f'sinerġija u f'koerenza sħiħa ma' azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom, appoġġati permezz ta' strumenti ta' finanzjament esterni tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, l-Istrument se jimmira l-appoġġ biex isaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u jirrinforza aspetti ewlenin tal-kapaċitajiet tagħhom ta' sorveljanza fil-fruntieri u ġestjoni f'oqsma ta' interess għall-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni u l-objettivi tas-sigurtà tal-Unjoni.
(34) L-għan ewlieni ta' dan l-istrument jenħtieġ li jkun li jappoġġa l-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li jappoġġa l-politika komuni dwar il-viżi. Madankollu, fil-limiti definiti u soġġett għas-salvagwardji xierqa, ċerti miżuri f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi jistgħu jiġu appoġġati permezz tal-istrument. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati f'sinerġija u f'koerenza sħiħa ma' azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkomplementawhom, appoġġati permezz ta' strumenti ta' finanzjament esterni tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(34a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari għall-evalwazzjoni ta' azzjonijiet u programmi relatati ma' pajjiżi terzi.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 35
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(35) Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet fejn intervent mill-Unjoni jista' jġib valur miżjud ikkumparat ma' azzjonijiet mill-Istati Membri waħedhom. Billi l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi qafas li jesprimi solidarjetà tal-Unjoni fil-kontroll tal-fruntieri, il-politika komuni dwar il-viżi u l-ġestjoni ta' flussi migratorji, u biex tipprovdi pjattaforma għall-iżvilupp ta' sistemi komuni tal-IT li jirfdu dawk il-politiki, appoġġ finanzjarju pprovdut taħt dan ir-Regolament se jikkontribwixxi b'mod partikolari għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni f'dawk l-oqsma.
(35) Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet fejn intervent mill-Unjoni jista' jġib valur miżjud ikkumparat ma' azzjonijiet mill-Istati Membri waħedhom. Billi l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi qafas li jesprimi solidarjetà tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika komuni dwar il-viżi, u biex tipprovdi pjattaforma għall-iżvilupp ta' sistemi komuni tal-IT li jirfdu dawk il-politiki, appoġġ finanzjarju pprovdut taħt dan ir-Regolament se jikkontribwixxi b'mod partikolari għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni f'dawk l-oqsma.
Ġustifikazzjoni
Il-kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni huma ffinanzjati taħt strument separat.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 36
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(36) Stat Membru jista' jitqies li ma jikkonformax mal-acquis rilevanti tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-użu ta' appoġġ operazzjonali taħt dan l-Istrument, jekk ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-Trattati fil-qasam rilevanti, jekk hemm riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri tal-Unjoni mill-Istat Membru jew jekk rapport ta' evalwazzjoni skont il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ta' Schengen identifika defiċjenzi fil-qasam rilevanti.
(36) Stat Membru jista' jitqies li ma jikkonformax mal-acquis rilevanti tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-użu ta' appoġġ operazzjonali taħt dan l-Istrument, jekk ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-Trattati fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi, jekk hemm riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri tal-Unjoni mill-Istat Membru fl-implimentazzjoni tal-acquis dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi, jekk rapport ta' evalwazzjoni skont il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ta' Schengen identifika defiċjenzi fil-qasam rilevanti, jew jekk, meta kkoopera ma' pajjiż terz, l-Istat Membru ffinanzja jew wettaq azzjonijiet konġunti ma' dak il-pajjiż terz li wasslu għal ksur tad-drittijiet fundamentali rappurtat mill-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 37
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(37) Jenħtieġ li l-Istrument jirrifletti l-bżonn għal iżjed flessibbiltà u simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'dan ir-Regolament.
(37) Jenħtieġ li l-Istrument jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'dan ir-Regolament.Dan jenħtieġ li jsib bilanċ bejn il-ħtieġa għall-prevedibbiltà fid-distribuzzjoni tal-finanzjament u l-ħtieġa għal żieda fil-flessibilità u fis-sempliċità tagħha. Sabiex tissodisfa r-rekwiżiti ta' trasparenza tal-fond, il-Kummissjoni Ewropea, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u multiannwali tal-mekkaniżmu tematiku. L-implimentazzjoni tal-Istrument jenħtieġ li tkun iggwidata mill-prinċipji tal-effiċjenza, l-effikaċja u l-kwalità tal-infiq. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-Istrument jenħtieġ li tkun kemm jista' jkun faċli għall-utent.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 38
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(38) Jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri kkalkolati fuq il-bażi ta' kriterji stipulati fl-Anness I, li jirriflettu t-tul u l-livelli ta' theddid f'sezzjonijiet ta' fruntieri tal-art u tal-baħar, l-ammont ta' xogħol fl-ajruporti u l-konsulati kif ukoll in-numru ta' konsulati.
(38) Jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri kkalkolati fuq il-bażi ta' kriterji stipulati fl-Anness I, li jirriflettu t-tul u l-livelli ta' impatt abbażi ta' data riċenti u storika f'sezzjonijiet ta' fruntieri tal-art u tal-baħar, l-ammont ta' xogħol fl-ajruporti u l-konsulati kif ukoll in-numru ta' konsulati.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 39a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(39a) Ir-rieżami ta' nofs it-terminu jenħtieġ li jintuża biex jivvaluta l-effikaċja u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-programmi, isolvi l-problemi li jkunu tfaċċaw waqt l-ewwel fażi, u jipprovdi ħarsa ġenerali trasparenti tal-implimentazzjoni.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 40
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(40) Billi l-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi qegħdin dejjem jevolvu, hemm bżonn li l-allokazzjoni tal-fondi tiġi adattata għall-bidliet fil-fluss migratorji, pressjoni fil-fruntiera u theddid għas-sigurtà, u l-fondi għandhom jiġu diretti lejn il-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud għall-Unjoni. Bħala risposta għal ħtiġijiet urġenti, bidliet fil-politika u prijoritajiet tal-Unjoni u sabiex il-fondi jiġu diretti lejn azzjonijiet b'livell għoli ta' valur miżjud għall-UE, parti mill-finanzjament se tiġi allokata perjodikament għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta' emerġenza, permezz ta' faċilità tematika.
(40) Billi l-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi qegħdin dejjem jevolvu, hemm bżonn li l-allokazzjoni tal-fondi tiġi adattata għal bidliet fil-prijoritajiet għall-politika dwar il-viżi u l-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż b'riżultat ta' pressjoni akbar fil-fruntiera, u l-fondi għandhom jiġu diretti lejn il-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud għall-Unjoni. Bħala risposta għal ħtiġijiet urġenti, bidliet fil-politika u prijoritajiet tal-Unjoni u sabiex il-fondi jiġu diretti lejn azzjonijiet b'livell għoli ta' valur miżjud għall-UE, parti mill-finanzjament se tiġi allokata perjodikament għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta' emerġenza, permezz ta' faċilità tematika.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 42
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(42) Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi għall-appoġġ ta' spejjeż operazzjonali relatati mal-ġestjoni fil-fruntieri, il-politika komuni tal-viża u sistemi tal-IT fuq skala kbira u għaldaqstant jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għall-Unjoni b'mod sħiħ. Tali appoġġ jikkonsisti f'rimborż sħiħ ta' għażla ta' spejjeż speċifiċi relatati mal-għanijiet taħt l-Istrument u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.
(42) Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi, b'limiti definiti, għall-appoġġ ta' spejjeż operazzjonali relatati mal-ġestjoni fil-fruntieri, il-politika komuni tal-viża u sistemi tal-IT fuq skala kbira u għaldaqstant jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għall-Unjoni b'mod sħiħ. Tali appoġġ jikkonsisti f'rimborż sħiħ ta' għażla ta' spejjeż speċifiċi relatati mal-għanijiet taħt l-Istrument u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.
Ġustifikazzjoni
L-appoġġ għall-ispejjeż operazzjonali jenħtieġ li jkun limitat, peress li normalment tali nefqa hija kwistjoni għall-baġits nazzjonali u ma tipprovdi l-ebda valur miżjud tal-UE.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 43
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(43) Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Istrument jistgħu jiġu allokati wkoll għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi minbarra l-allokazzjoni inizjali tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jiġu identifikati bħala temi ta' prijorità fil-livell tal-Unjoni u jikkonċernaw azzjonijiet li jirrikjedu sforz jew azzjonijiet kooperattivi li huma neċessarji biex jiġu indirizzati żviluppi fl-Unjoni li jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar, bħax-xiri ta' tagħmir tekniku permezz tal-programmi nazzjonali ta' Stati Membri li huwa meħtieġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex twettaq l-attivitajiet operazzjonali tagħha, il-modernizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża, l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-istabbiliment ta' interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-programmi ta' ħidma tagħha.
(43) Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Istrument jistgħu jiġu allokati wkoll għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi minbarra l-allokazzjoni inizjali tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jiġu identifikati bħala temi ta' prijorità fil-livell tal-Unjoni u jikkonċernaw azzjonijiet b'valur miżjud tal-Unjoni li jirrikjedu sforz kooperattiv fost l-Istati Membri jew azzjonijiet li huma neċessarji biex jiġu indirizzati żviluppi fl-Unjoni li jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar, bħax-xiri ta' tagħmir tekniku permezz tal-programmi nazzjonali ta' Stati Membri li huwa meħtieġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex twettaq l-attivitajiet operazzjonali tagħha, il-modernizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża, l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-istabbiliment ta' interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-programmi ta' ħidma tagħha li jenħtieġ li jiġu adottati permezz ta' att delegat.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 45
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(45) Sabiex tiġi msaħħa l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza b'mod immedjat pressjoni migratorja mhux imbassra jew li tkun sproporzjonata, b'mod partikolari f'dawk is-sezzjonijiet tal-fruntiera fejn il-livell tal-impatt ikun ġie identifikat skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 b'tali mod li jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen kollha, kif ukoll pressjoni fuq it-taqsimiet tal-viża ta' konsulati tal-Istati Membri jew riskji lis-sigurtà fil-fruntieri, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta' emerġenza f'konformità mal-qafas stabbilit f'dan ir-Regolament.
(45) Sabiex tiġi msaħħa l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza b'mod immedjat ħtiġijiet mhux imbassra, urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza, b'mod partikolari f'dawk is-sezzjonijiet tal-fruntiera fejn il-livell tal-impatt ikun ġie identifikat skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 b'tali mod li jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen kollha, kif ukoll pressjoni fuq it-taqsimiet tal-viża ta' konsulati tal-Istati Membri jew riskji lis-sigurtà fil-fruntieri, dan l-istrument jenħtieġ li b'mod eċċezzjonali jipprovdi assistenza finanzjarja bħala miżura tal-aħħar rimedju f'konformità mal-qafas stabbilit f'dan ir-Regolament.
__________________
__________________
38 Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).
38 Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 45a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(45a) Il-migrazzjoni u l-qsim tal-fruntieri esterni minn għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li, per se, ma jitqisux bħala theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna u jenħtieġ li, per se, ma jwasslux għal assistenza ta' emerġenza taħt dan l-istrument.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 46
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(46) L-għan tal-politika ta' dan l-istrument se jiġi indirizzat ukoll permezz tal-instrumenti finanzjarji u ta' garanzija baġitarja permezz tal-parti(jiet) ta' politika [...] tal-Fond InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b'mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.
imħassar
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 49
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(49) Għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istrument jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti f'dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) Nru .../... [CPR ġdid].
(49) Għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istrument jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti f'dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u strument li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni għall-ġestjoni kondiviża. Fil-każ ta' dispożizzjonijiet kunfliġġenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet komuni.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 52
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(52) Skont ir-Regolament (UE) Nru .../... [Regolament Finanzjarju ġdid]41, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE)Nru 2988/9543, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE)Nru 2185/9644 u r-Regolament tal-Kunsill (UE)2017/193945, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta' fondi li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b'mod inkorrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(52) Skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE)Nru 2988/9543, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE)Nru 2185/9644 u r-Regolament tal-Kunsill (UE)2017/193945, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluża l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta' fondi li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b'mod inkorrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Ir-riżultati tal-investigazzjonijiet dwar irregolaritajiet jew frodi b'rabta mal-Istrument jenħtieġ li jkunu magħmula disponibbli lill-Parlament Ewropew.
__________________
__________________
41 ĠU C […], […], p. […].
42 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
42 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
43 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, EC) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
43 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, EC) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
44 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
44 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
45 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
45 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
46 Id-Direttiva (UE) 2017/1939 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
46 Id-Direttiva (UE) 2017/1939 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 55
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(55) Skont l-Artikolu 349 TFUE u f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, li ġie approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi nazzjonali tagħhom jindirizzaw it-theddidiet emerġenti li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. L-istrument jappoġġa dawn l-Istati Membri b'riżorsi adegwati biex jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi kif xieraq.
(55) Skont l-Artikolu 349 TFUE u f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, li ġie approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi nazzjonali tagħhom jindirizzaw it-theddidiet emerġenti li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi, bħas-sorveljanza fil-fruntieri, influss sproporzjonat ta' persuni jew it-tħejjija għall-użu tas-sistemi tal-informazzjoni Ewropej. L-istrument jappoġġa dawn l-Istati Membri b'riżorsi adegwati biex jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl ta' dawn l-ispeċifiċitajiet.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 56
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(56) Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Istrument, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi komuni u miri relatati fir-rigward ta' kull għan speċifiku tal-Istrument.
(56) Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu - inklużi indikaturi kwalitattiva u kwantitattivi, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Istrument, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi komuni u miri relatati fir-rigward ta' kull għan speċifiku tal-Istrument.
__________________
__________________
48 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
48 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 58
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(58) Permezz ta' dawn l-indikaturi komuni u r-rapportar finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Istrument, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR] u dan ir-Regolament.
(58) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta sommarju tar-rapporti ta' prestazzjoni annwali aċċettati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena. Fuq talba, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel it-test sħiħ tar-rapporti ta' prestazzjoni annwali disponibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 58a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(58a) Huwa importanti li jiġu żgurati ġestjoni finanzjarja tajba u ċertezza tad-dritt matul il-perjodu ta' tranżizzjoni u matul l-implimentazzjoni tal-Istrument. Jenħtieġ li l-azzjonijiet imwettqa matul il-perjodu 2014-2020 ma jiġux interrotti matul it-tranżizzjoni.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 60
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(60) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 . Jenħtieġ li l-proċedura ta' eżami tintuża għal atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu obbligi komuni fuq l-Istati Membri, b'mod partikolari dwar l-għoti ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, u tintuża l-proċedura konsultattiva għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jirrelataw mal-modalitajiet tal-għoti ta' informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas tal-programmazzjoni u r-rapportar, minħabba n-natura purament teknika tagħhom.
(60) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 . Il-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jirrelataw mal-modalitajiet tal-għoti ta' informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas tal-programmazzjoni u r-rapportar, minħabba n-natura purament teknika tagħhom.
__________________
__________________
50 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
50 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri ("l-Istrument") bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri ("il-Fond").
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri ("l-Istrument") bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri ("il-Fond") għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. B'mod konġunt mar-Regolament (UE) …/… [Fond għat-Tagħmir ta' Kontroll Doganali], li jistabbilixxi bħala parti mill-[Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri], l-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond.
imħassar
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Istrument, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament mill-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament.
3. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-Istrument, l-għanijiet speċifiċi u l-miżuri biex jiġu implimentati dawk l-għanijiet speċifiċi, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament mill-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inklużi dawk fil-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta' appoġġ li mhux rimborżabbli u / jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma' forom ta' appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;
imħassar
Ġustifikazzjoni
Mhuwiex ċar x'valur miżjud iġibu magħhom l-operazzjonijiet ta' taħlit fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viżi. B'mod partikolari, mhuwiex ċar liema azzjonijiet ikunu soġġetti għal tali operazzjonijiet u b'liema kundizzjonijiet. Il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viżi m'għandhiex tkun tiddependi fuq l-investiment mis-settur privat.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) "fruntieri esterni" tfisser il-fruntieri tal-Istati Membri: fruntieri tal-art, inklużi fruntieri ta' xmajjar u lagi, fruntieri tal-baħar kif ukoll l-ajruporti, portijiet fi xmajjar, portijiet tal-baħar u portijiet f'lagi tagħhom li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni dwar il-qsim ta' fruntieri esterni, inkluż dawk il-fruntieri interni li fihom għadhom ma tneħħewx il-kontrolli;
(4) "fruntieri esterni" tfisser il-fruntieri esterni kif speċifikat f'punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 399/2016, il-fruntieri tal-Istati Membri: fruntieri tal-art, inklużi fruntieri ta' xmajjar u lagi, fruntieri tal-baħar kif ukoll l-ajruporti, portijiet fi xmajjar, portijiet tal-baħar u portijiet f'lagi tagħhom li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni dwar il-qsim ta' fruntieri esterni, inkluż dawk il-fruntieri interni li fihom għadhom ma tneħħewx il-kontrolli;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, jenħtieġ li l-għan tal-politika tal-istrument ikun li jiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-fruntieri b'saħħitha u effettiva filwaqt li jissalvagwardja l-moviment ħieles tal-persuni fi ħdanha, b'konformità sħiħa mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali u b'hekk jikkontribwixxi biex jassigura livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni.
1. Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, jenħtieġ li l-għan tal-politika tal-istrument ikun li jiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-fruntieri effettiva filwaqt li jissalvagwardja l-moviment ħieles tal-persuni fi ħdanha, b'konformità sħiħa mal-acquis tal-Unjoni u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma firmatarji tagħhom.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) jappoġġa ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri effettiva fuq il-fruntieri esterni li implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiffaċilita qsim leġittimu tal-fruntieri, jipprevjeni u jidentifika l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġġestixxi effettivament il-flussi migratorji;
(a) jappoġġa ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri effettiva fuq il-fruntieri esterni li implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiffaċilita qsim leġittimu tal-fruntieri, jipprevjeni u jidentifika l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġġestixxi effettivament il-flussi migratorji;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) jappoġġa l-politika komuni dwar il-viżi biex jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u jipprevjeni riskji migratorji u tas-sigurtà.
(b) jappoġġa l-politika komuni dwar il-viżi biex ikun żgurat approċċ aktar armonizzat fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta' viżiubiex jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u jimmitiga r-riskji tas-sigurtà.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 3a
Nondiskriminazzjoni u rispett għad-drittijiet fundamentali
L-istrument għandu jiġi implimentat f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-acquis tal-Unjoni, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari billi tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u non-refoulement.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Fl-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u f'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, l-istrument għandu jappoġġa b'mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.
1. F'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, l-istrument għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Biex jilħaq l-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-istrument jista' jappoġġa azzjonijiet f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness III fir-rigward ta' pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq, skont l-Artikolu 5.
2. Biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-istrument jista', f'każijiet eċċezzjonali, b'limiti definiti, u soġġett għas-salvagwardji xierqa, jappoġġa azzjonijiet kif imsemmija fl-Anness III fir-rigward ta' pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi, skont l-Artikolu 5.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi taħt il-faċilità tematika skont l-Artikolu 8 m'għandux jaqbeż l-4 % tal-ammont totali allokat għall-faċilità tematika skont l-Artikolu 7(2)(b).
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2b. L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi taħt il-programmi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 12 m'għandux jaqbeż, għal kull Stat Membru, l-4 % tal-ammont totali allokat għal dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 7(2)(a), l-Artikolu 10(1) u l-Anness I.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, azzjonijiet mhux eliġibbli msemmija f'dan il-paragrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.
Meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, kif imsemmi fl-Artikolu 23, azzjonijiet mhux eliġibbli msemmija f'dan il-paragrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a – punt ii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ii) pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk.
(ii) pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk, soġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet kollha li jsiru f'pajjiż terz jew b'rabta ma' dak il-pajjiż terz jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' azzjoni partikolari.
3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' azzjoni partikolari, u fejn dan ikun f'konformità sħiħa mal-acquis tal-Unjoni u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas tliet entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f'pajjiżi jew territorji extra-Ewropej marbuta ma' dawk l-istati jew ma' pajjiżi terzi,huma eliġibbli.
4. L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f'pajjiżi jew territorji extra-Ewropej marbuta ma' dawk l-istati huma eliġibbli.L-Artikolu 6(3) japplika meta l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jipparteċipaw f'konsorzju jkunu stabbiliti f'pajjiż terz.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-appoġġ ipprovdut b'dan ir-Regolament se jikkomplementa interventi nazzjonali, reġjonali u lokali, u se jiffoka fuq li jġib valur miżjud għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.
1. L-appoġġ ipprovdut b'dan ir-Regolament għandu jikkomplementa interventi nazzjonali, reġjonali u lokali, u għandu jiffoka fuq li jġib valur miżjud tal-Unjoni għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3b. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-Istrument. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi helpdesk u punt ta' kuntatt biex jipprovdu appoġġ lill-Istati Membri u jikkontribwixxu għall-allokazzjoni effettiva tal-finanzjament.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 8 018 000 000 fi prezzijiet attwali.
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 7 087 760 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR8 018 000 000 fi prezzijiet attwali).
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) EUR 4 811 000 000 se jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża, li minnhom EUR 157 200000 se jiġu allokati għall-Iskema ta' Tranżitu Speċjali kif imsemmi fl-Artikolu16, implimentati b'ġestjoni kondiviża;
(a) EUR 4 252 833 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 811 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża, li minnhom EUR 138 962 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 157 200000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-Iskema ta' Tranżitu Speċjali kif imsemmi fl-Artikolu16, implimentati b'ġestjoni kondiviża;
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) EUR 3 207 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.
(b) EUR 2 834 927 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 207 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Finanzjament mill-faċilità tematika għandha tindirizza prijoritajiet b'valur miżjud għoli għall-Unjoni jew tintuża b'reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f'konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif deskritt fl-Anness II.
2. Finanzjament mill-faċilità tematika għandha tindirizza prijoritajiet b'valur miżjud għoli għall-Unjoni jew tintuża b'reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f'konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif deskritt fl-Anness II jew miżuri ta' appoġġ f'konformità mal-Artikolu 20.Għat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sħab fil-livell tal-Unjoni, inkluża s-soċjetà ċivili.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Minimu ta' 20 % tal-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jiġi allokat għall-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b).
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika f'ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, għandu jiġi żguratlil-proġetti magħżula mhumiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.
3. Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika f'ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, l-ebda finanzjament m'għandu jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenzalil-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, ikun tqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 8 − paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha, għall-fini tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru [CPR], tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti humiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.
4. Meta finanzjament mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandhativvaluta l-azzjonijiet previsti sabiex jiġi żgurat li l-ebda finanzjament ma jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolaritàta'dawk il-proġetti, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, jitqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4a. Meta l-finanzjament mill-faċilità tematika jingħata b'ġestjoni diretta jew indiretta, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti jkunux affettwati minn defiċjenza ġeneralizzata fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li tolqot jew tissogra li tolqot il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod li jqiegħed f'sogru l-legalità u r-regolarità tal-infiq jew il-prestazzjoni tal-proġetti.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 8 − paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' finanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika, li jiddefinixxu t-temi li se jiġu appoġġati u jispeċifikaw l-ammonti għall kull wieħed mill-komponenti tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.
6. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex tistabbilixxi programmi ta' ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika, li jiddefinixxu l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u jispeċifikaw l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7. B'segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' finanzjament kif imsemmi f'paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża skontu.
7. B'segwitu għall-adozzjoni ta' programm ta' ħidma kif imsemmi fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża skontu.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
8. Dawn id-deċiżjonijiet ta' finanzjament jistgħu jkunu annwali jew multiannwali u jistgħu jkopru wieħed jew aktar mill-komponenti tal-faċilità tematika.
8. Dawn il-programmi ta' ħidma jistgħu jkunu annwali jew multiannwali u jistgħu jkopru wieħed jew aktar mill-komponenti tal-faċilità tematika.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.
1. Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża skont il-programmi ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) EUR 4 009 000 000 lill-Istati Membri skont il-kriterji fl-Anness I;
(a) EUR 3 543 880 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 009 000 000 fi prezzijiet attwali) lill-Istati Membri skont il-kriterji fl-Anness I;
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) EUR 802 000 000 lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1).
(b) EUR 708 953 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 802 000 000 fi prezzijiet attwali) lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1).
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma tistax taqbeż il-75 % tat-total tan-nefqa eliġibbli ta' proġett.
1. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma tistax taqbeż il-85% tat-total tan-nefqa eliġibbli ta' proġett minn Stati Membri li d-dħul nazzjonali gross per capita tagħhom ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni u 75 %tat-total tan-nefqa eliġibbligħal Stati Membri oħra.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi, u li huma kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. Meta jiddefinixxu l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II huma indirizzati b'mod adegwat.
1. Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm nazzjonali huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi, u li huma kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni, kif ukoll mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma firmatarji tagħhom. Meta jiddefinixxu l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II huma indirizzati b'mod adegwat.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 20 % mill-finanzjament allokat għall-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b).
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ufejn xieraq, eu-LISA, huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi tal-Istati Membri fi stadju bikri, sakemm jaqa' taħt il-kompetenzi tal-Aġenziji.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn xieraq, li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, eu-LISA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u kwalunkwe aġenzija oħra rilevanti tal-Unjoni huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi tal-Istati Membri fi stadju bikri, sakemm jaqa' taħt il-kompetenzi tal-Aġenziji.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi b'enfasi speċifika fuq l-attivitajiet inklużi taħt appoġġ operazzjonali skont l-Artikolu 3(2)(b) biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-Aġenzija u dawk tal-Istati Membri rigward il-ġestjoni tal-fruntieri kif ukoll biex jiġi evitat finanzjament doppju u tinkiseb il-kosteffiċjenza.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi b'enfasi speċifika fuq l-attivitajiet inklużi taħt appoġġ operazzjonali skont l-Artikolu 3(2)(b) biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjonijiet tal-Aġenzija u dawk tal-Istati Membri rigward il-ġestjoni tal-fruntieri kif ukoll biex jiġi evitat finanzjament doppju u tinkiseb il-kosteffiċjenza.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3a. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-eu-LISA dwar l-abbozzi tal-programmi b'enfasi speċifika fuq l-attivitajiet inklużi taħt appoġġ tekniku skont l-Artikolu 3(2)(b) biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjonijiet tal-eu-LISA u dawk tal-Istati Membri.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Il-Kummissjoni tista' tassoċja l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u fejn xieraq, l-eu-LISA, ma' kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-istrument ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.
4. Il-Kummissjoni tista' tassoċja, fejn xieraq, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-eu-LISA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u kwalunkwe aġenzija oħra rilevanti ma' kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-istrument ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Il-Kummissjoni għandha tassoċja, fejn rilevanti, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mal-proċess ta' eżami dwar l-approċċ l-iżjed xieraq biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet bl-appoġġ ta' dan l-Istrument.
6. Il-Kummissjoni għandha tassoċja, fejn rilevanti, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-eu-LISA, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u lil kwalunkwe aġenzija jew korp ieħor rilevanti mal-proċess ta' eżami dwar l-approċċ l-iżjed xieraq biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet bl-appoġġ ta' dan l-Istrument.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
8. Fejn hu meħtieġ, il-programm inkwistjoni għandu jiġi emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5. Skont l-impatt finanzjarju tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni.
8. Fejn hu meħtieġ, il-programm inkwistjoni għandu jiġi emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 u l-progress li sar biex jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri kif ivvalutat fir-rapporti ta' prestazzjoni annwali kif imsemmi fl-Artikolu 27(2)(a). Skont l-impatt finanzjarju tal-aġġustament, il-programm rivedut għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 12 - paragrafu 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
10. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma' pajjiż terz jew fih bl-appoġġ tal-Istrument, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett.
10. Qabel ma Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma' pajjiż terz, f'pajjiż terz jew b'rabta ma' pajjiż terz bl-appoġġ tal-Istrument, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-azzjonijiet kollha proposti minn dak il-pajjiż terz, fil-pajjiż terz jew b'rabta mal-pajjiż terz jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u ta' dak l-Istat Membru, u li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji mħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett, fosthom dwar l-iżgurar li l-kundizzjonijiet ta' hawn fuq ikunu ġew issodisfati.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 12 - paragrafu 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
11. Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta azzjonijiet ma' pajjiż terz jew fih, bl-appoġġ tal-Istrument li jirrelata ma' monitoraġġ, detezzjoni, identifikazzjoni, intraċċar, prevenzjoni u interċezzjoni ta' dħul mhux awtorizzat għall-iskop tad-detezzjoni, prevenzjoni u sforzi kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera, jew għall-iskop tal-kontribuzzjoni lejn il-protezzjoni u salvataġġ ta' ħajjiet ta' migranti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jkun innotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma' dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013.
11. Kull meta Stat Membru jiddeċiedi eċċezzjonalment li jimplimenta azzjonijiet ma' pajjiż terz, f'pajjiż terz jew b'rabta ma' pajjiż terz bl-appoġġ tal-Istrument li jkunu relatati ma' monitoraġġ, detezzjoni, identifikazzjoni, intraċċar, prevenzjoni u interċezzjoni ta' dħul mhux awtorizzat għall-iskop tad-detezzjoni, prevenzjoni u sforzi kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera, jew għall-iskop tal-kontribuzzjoni lejn il-protezzjoni u salvataġġ ta' ħajjiet ta' migranti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jkun innotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma' dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rispett sħiħ tal-prinċipju ta' non-refoulement, inkluż fl-azzjonijiet li jitwettqu fl-ibħra miftuħa.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 11a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
11a. Malli Stat Membru jiddeċiedi li jibda proġetti ma' pajjiż terz, f'pajjiż terz jew b'rabta ma' pajjiż terz taħt dan l-istrument, l-Istat Membru għandu jinforma lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sħab fil-livell nazzjonali u lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija fi żmien għaxart ijiem.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 12 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
12. Fir-rigward ta' tagħmir operazzjonali, inkluż mezzi tat-trasport, u sistemi ta' komunikazzjoni meħtieġa għal kontroll fil-fruntieri effettiv u sigur mixtrija bl-appoġġ ta' dan l-Istrument, għandu japplika dan li ġej:
12. Fir-rigward ta' tagħmir operazzjonali, inkluż mezzi tat-trasport, u sistemi ta' komunikazzjoni meħtieġa għal kontroll fil-fruntieri effettiv u sigur, u operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ, mixtrija bl-appoġġ ta' dan l-Istrument, għandu japplika dan li ġej:
Emenda96
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 12 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) Sabiex jiġi appoġġat l-ippjanar tal-iżvilupp tal-kapaċità koerenti għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-użu possibbli ta' akkwist raggruppat, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-ippjanar pluriennali disponibbli għat-tagħmir li huwa mistenni li jinxtara permezz tal-Istrument lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapportar dwar l-implimentazzjoni skont l-Artikolu 27. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti din l-informazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
(d) Sabiex jiġi appoġġat l-ippjanar tal-iżvilupp tal-kapaċità koerenti għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-użu possibbli ta' akkwist raggruppat, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-ippjanar pluriennali disponibbli għat-tagħmir li huwa mistenni li jinxtara permezz tal-Istrument lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapportar dwar l-implimentazzjoni skont l-Artikolu 27. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti din l-informazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
Fejn l-Istati Membri jkunu qed jimplimentaw azzjonijiet relatati mas-sorveljanza tal-fruntieri marittimi fl-ambitu ta' dan l-istrument, huma għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-obbligi internazzjonali tagħhom fil-qasam tat-tiftix u s-salvataġġ fuq il-baħar u għandhom id-dritt, għal dak l-għan, li jużaw it-tagħmir u s-sistemi msemmija fil-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu.
Emenda97
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
13. It-taħriġ fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri mwettaq bl-appoġġ ta' dan l-Istrument għandu jkun ibbażat fuq l-istandards Ewropej armonizzati u ta' kwalità garantita rilevanti tal-edukazzjoni u t-taħriġ komuni għall-gwardja tal-fruntiera u tal-kosta.
13. It-taħriġ fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri mwettaq bl-appoġġ ta' dan l-Istrument għandu jkun ibbażat fuq l-istandards Ewropej armonizzati u ta' kwalità garantita rilevanti tal-edukazzjoni u t-taħriġ komuni għall-gwardja tal-fruntiera u tal-kosta, u fuq id-dritt tal-Unjoni u l-liġi internazzjonali rilevanti, inkluż fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u d-dritt marittimu rilevanti.
Emenda98
Proposta għal regolament
Article 12 – paragraph 15
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
15. Il-programmazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta' intervent stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness VI.
15. Kull programm għandu jistabbilixxi t-tipi ta' intervent għall kull objettiv speċifiku f'konformità mat-Tabella 1 tal-Anness VI u tqassim indikattiv tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta' intervent jew il-qasam ta' appoġġ.
Emenda99
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu -1 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
-1. Il-programmi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 26.
Emenda100
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) tal-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I, u fihom. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data statistika disponibbli għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) u fil-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025.
1. Sal-aħħar tal-2024, u wara li tinforma l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) u fil-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data statistika disponibbli għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) u fil-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025.
Emenda101
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. F'każ li tal-anqas 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta' programm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ma jkunu ġew koperti minn applikazzjonijiet għal dividend interim ippreżentat skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR ], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibli li jirċievi allokazzjoni addizzjonali għall-programm tiegħu msemmi fil-paragrafu 1.
2. F'każ li tal-anqas 30 % tal-allokazzjoni inizjali ta' programm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ma jkunux ġew koperti minn applikazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibli li jirċievi allokazzjoni addizzjonali għall-programm tiegħu msemmi fil-paragrafu 1.
Emenda102
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a.Il-paragrafu 2 japplika biss jekk il-qafas regolatorju rilevanti u l-atti relatati jkunu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.
Emenda103
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha tqis, fejn xieraq, il-progress li sar fil-kisba tal-miri tal-qafas ta' prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR ] u n-nuqqas identifikati tal-implimentazzjoni.
3. L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha tqis il-progress li sar fil-kisba tal-miri tal-qafas ta' prestazzjoni u n-nuqqasijiet identifikati tal-implimentazzjoni.
Emenda104
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. "azzjoni speċifika" tfisser proġett transnazzjonali jew nazzjonali konformi mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament li għalih Stat Membru wieħed, diversi Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom.
1. "azzjoni speċifika" tfisser proġett transnazzjonali jew nazzjonali li jagħti lill-Unjoni valur miżjud konformi mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament li għalih Stat Membru wieħed, diversi Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom.
Emenda105
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Stati Membri li jużaw appoġġ operazzjonali għandhom ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni dwar il-fruntieri u l-viżi.
3. Stati Membri li jużaw appoġġ operazzjonali għandhom ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni.
Emenda106
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3)(c), l-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq kompiti u servizzi speċifiċi kif stipulat fl-AnnessVII.
5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3)(c), l-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq azzjonijiet eliġibbli kif stipulat fl-AnnessVII.
Emenda107
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Sabiex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux imbassra jew ġodda jew biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-kompiti u servizzi speċifiċi fl-Anness VII.
6. Sabiex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux imbassra jew ġodda jew biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-azzjonijiet eliġibbli fl-Anness VII.
Emenda108
Proposta għal regolament
Artikolu 19
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 19
Operazzjonijiet ta' taħlit
L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan l-istrument għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament InvestUE] u t-[Titolu X] tar-Regolament Finanzjarju.
Ġustifikazzjoni
Mhuwiex ċar x'valur miżjud iġibu magħhom l-operazzjonijiet ta' taħlit fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viżi. B'mod partikolari, mhuwiex ċar liema azzjonijiet ikunu soġġetti għal tali operazzjonijiet u b'liema kundizzjonijiet. Il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viżi ma għandhiex tiddependi fuq l-investiment mis-settur privat.
Emenda109
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-istrument jista' jappoġġa miżuri ta' assistenza teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %.
L-istrument jista' jappoġġa miżuri ta' assistenza teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha. Dawn il-miżuri, jiġifieri miżuri preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' superviżjoni, ta' awditjar, ta' evalwazzjoni u l-azzjonjiet amministrattivi u ta' assistenza teknika kollha neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u, fejn ikun xieraq, mal-pajjiżi terzi, jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %.
Emenda110
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u sinifikattiva lil diversi udjenzi rilevanti, inklużi lill-midja u lill-pubbliku fil-lingwi rilevanti. Sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirriferu għall-oriġini tiegħu meta jikkomunikaw dwar l-azzjoni. Għal dan il-għan, ir-riċevituri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kollha lill-midja u lill-pubbliku juru l-emblema tal-Unjoni, u jsemmu espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.
Emenda111
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.
2. Sabiex tintlaħaq l-akbar udjenza possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni ta' dan l-istrument, l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u pluriennali tal-faċilità tematika. Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll il-lista ta' operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ taħt il-faċilità tematika fuq sit web disponibbli għall-pubbliku u għandha taġġorna dik il-lista mill-inqas darba kull tliet xhur. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal dan l-istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tippromwovi l-aħjar prattiki u tiskambja informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrument.
Emenda112
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-pagarafu 2 f'formati miftuħa, li jinqraw mill-magni, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, li tippermetti li d-data tiġi separata, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid. Għandu jkun possibbli li d-data tiġi separata skont il-prijorità, l-għan speċifiku, l-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjonijiet, l-ispiża totali tal-proġetti, l-ispiża totali tal-proċeduri ta' akkwist, l-isem tal-benefiċjarju u l-isem tal-kuntrattur.
__________________
1a Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).
Emenda113
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a.Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jibgħatu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' programmi ta' ġestjoni kondiviża, ħalli l-informazzjoni inkwistjoni tkun imbagħad tista' tiġi ppubblikata fuq is-sit web tagħha.
Emenda114
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. "sitwazzjoni ta' emerġenza" tfisser sitwazzjoni li tirriżulta minn pressjoni urġenti u eċċezzjonali fejn numru kbir jew sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi qasmu, qed jaqsmu jew huma mistennija li jaqsmu l-fruntieri esterni ta' Stat Membru wieħed jew aktar, b'mod partikolari f'sezzjonijiet tal-fruntiera fejn il-livell tal-impatt ġie identifikat b'tali mod li jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen kollha, jew kwalunkwe sitwazzjoni oħra ta' pressjoni urġenti u eċċezzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tirrikjedi azzjoni immedjata.
1. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi, fuq bażi eċċezzjonali, assistenza finanzjarja biex tindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza debitament ġustifikata u bħala l-aħħar possibbiltà. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jirriżultaw minn pressjoni urġenti u eċċezzjonali fejn numru kbir jew sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi qasmu, qed jaqsmu jew huma mistennija li jaqsmu l-fruntieri esterni ta' Stat Membru wieħed jew aktar, b'mod partikolari f'sezzjonijiet tal-fruntiera fejn il-livell tal-impatt ġie identifikat bħala li jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen kollha, jew kwalunkwe sitwazzjoni oħra ta' emerġenza debitament sostanzjata li tirrikjedi azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien.
Emenda115
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4a. Meta jkun neċessarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni, l-assistenza ta' emerġenza tista' tkopri n-nefqa li ġġarrbet qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja jew tat-talba għal assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2021.
Emenda116
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4b. L-assistenza ta' emerġenza għandha tingħata f'konformità stretta mal-acquis tal-Unjoni u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li għalihom huma firmatarji.
Emenda117
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi b'ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni fil-qafas tal-istrument tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi b'ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. Kontribuzzjonijiet minn programmi oħra tal-Unjoni għall-azzjonijiet taħt dan l-istrument għandhom jiġu rikonoxxuti, fejn xieraq, fil-programmi ta' ħidma tal-Kummissjoni jew fil-programmi nazzjonali u fir-rapporti ta' prestazzjoni annwali.
Emenda118
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:
2. L-operazzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:
Emenda119
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] u mal-Artikolu 8 jew mar-Regolament (UE) Nru …/… [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond jew l-istrument li jipprovdi l-appoġġ.
jistgħu jirċievu appoġġ mill-fondi strutturali tal-Unjoni bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond jew l-istrument li jipprovdi l-appoġġ.
Emenda120
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu 43(3)(h)(i)(iii) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness V.
1. F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu 41(3)(h)(i)(iii) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness V, tal-anqas kull sena.
Emenda121
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-istrument lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għal indikaturi ta' output, il-linji bażi għandha tiġi ssettjata għal żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.
3. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-istrument lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għal indikaturi ta' output, il-linji bażi għandha tiġi ssettjata għal żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Għar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża, għandhom jintużaw indikaturi komuni. Fuq talba, id-data li tirċievi l-Kummissjoni dwar l-indikaturi tal-output u tar-riżultati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.
Emenda122
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 5a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5a. Għar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża, il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu bbażati fuq it-tipi ta' intervent stabbiliti fl-Anness VI. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex tindirizza ċirkustanzi mhux previdibbli jew ġodda jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi tal-finanzjament.
Emenda123
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 5b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5b. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ tal-azzjonijiet li jsiru minn pajjiżi terzi, li jsiru fihom jew b'rabta magħhom, skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 12(10) u (11).
Emenda124
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati skont dan l-istrument.
1. Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, is-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà tal-Fond. B'mod aktar speċifiku, din għandha tinkludi valutazzjoni ta':
Emenda125
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) il-progress magħmul sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30 u l-indikaturi tal-output u r-riżultati stabbiliti fl-Anness VIII;
Emenda126
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) il-valur miżjud tal-Unjoni tal-azzjonijiet u l-operazzjonijiet implimentati permezz ta' dan l-istrument;
Emenda127
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) il-kontribut tal-istrument għall-indirizzar tal-isfidi eżistenti u emerġenti fil-fruntieri esterni, għall-iżvilupp tal-politika komuni dwar il-viża, u l-użu tal-istrument għall-indirizzar tan-nuqqasijiet identifikati mill-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen u l-valutazzjoni tal-Vulnerabbiltà;
Emenda128
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) ir-rilevanza kontinwa tal-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness III u l-adegwatezza tagħhom;
Emenda129
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt e (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e) il-kumplementarjetà u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Istrument u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni;
Ir-rieżami ta' nofs it-terminu għandu jqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva dwar l-impatt fit-tul tal-istrument preċedenti għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viżi, parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020.
Emenda131
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a. Sal-31 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva. Sa dik l-istess data, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni retrospettiva għandha tinkludi valutazzjoni tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1. F'dak ir-rigward, l-impatti fit-tul tal-istrument għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid jew il-modifika ta' fond sussegwenti.
Emenda132
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva għandha titwettaq fil-ħin sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-iskeda ta' żmien stipulata fl-Artikolu40 tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR].
2. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva għandha titwettaq fil-ħin sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-Artikolu14 ta' dan ir-Regolament.
Emenda133
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Fir-rieżami ta' nofs it-terminu u l-evalwazzjoni retrospettiva, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-evalwazzjoni ta' azzjonijiet minn pajjiżi terzi, jew dawk li jsiru fihom jew b'rabta magħhom, f'konformità mal-Artikolu 5 u l-Artikolu 12 (10)u (11).
Emenda134
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Sal-15ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sal-2031, inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport ta' prestazzjoni annwali lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm imwettqa sat-30 ta' Ġunju 2022.
1. Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2031, l-Istati Membru għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm imwettqa sat-30 ta' Ġunju 2022. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawn ir-rapporti fuq sit web apposta u jgħadduhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda135
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tal-għanijiet u l-miri, filwaqt li jqis l-aħħar data kif meħtieġ skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru [CPR];
(a) il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tat-tragwardji u l-miri, filwaqt li titqies l-aktar data kumulattiva riċenti trażmessa lill-Kummissjoni;
Emenda136
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(aa) il-kontijiet annwali tal-programm nazzjonali mqassma f'termini ta' rkupri, prefinanzjament lill-benefiċjarji finali u nefqa effettivament imġarrba;
Emenda137
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-azzjonijiet meħudin biex jindirizzawhom;
(b) kwalunkwe kwistjoni li tkunu qed taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-azzjonijiet meħudin biex tiġi indirizzata, inklużi l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE;
Emenda138
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) il-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Istrument u l-appoġġ ipprovdut minn Fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk f'pajjiżi terzi jew f'relazzjonimagħhom;
(c) Il-kumplimentarjetà, il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-istrument u l-appoġġ ipprovdut minn Fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni u oħrajn li qed jipprovdu finanzjament f'pajjiżi terzi jew fir-rigwardtagħhom;
Emenda139
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(da) il-konformità mal-obbligi dwar id-drittijiet fundamentali;
Emenda140
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(fa) l-implimentazzjoni ta' proġetti f'pajjiż terz jew fir-rigward tiegħu.
Emenda141
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapporti ta' prestazzjoni annwali fi żmien xahrejn mid-data li tirċevih. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.
3. Il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapporti ta' prestazzjoni annwali fi żmien xahrejn mid-data li tirċevih. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati. Ladarba jkunu ġew aċċettati, il-Kummissjoni għandha tqiegħed is-sommarji tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tippubblikahom fuq sit web apposta.
Emenda142
Proposta għal regolament
Artikolu 28
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 28
imħassar
Monitoraġġ u rapportar
1. Il-monitoraġġ u r-rapportar, skont it-Titlu IV tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR], għandhom ikunu bbażati fuq it-tipi ta' interventi stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 fl-Anness VI. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previżti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi VI skont l-Artikolu 29.
2. Dawn l-indikaturi komuni għandhom jintużaw skont l-Artikoli 12(1), 17 u 37 tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR].
Emenda143
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12, 15, 25 u 28 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 8,12, 15, 25 u 28 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
Emenda144
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jirrevoka d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12, 15, 25 u 28 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun fis-seħħ.
3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jirrevoka d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 8, 12, 15, 25 u 28 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun fis-seħħ.
Emenda145
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 12, 15, 25 u 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 12, 15, 25 u 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda146
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan ma għandux japplika għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(4).
imħassar
Emenda147
Proposta għal regolament
Anness I – punt 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Għall-fini tad-distribuzzjoni tar-riżorsi skont paragrafu 1(c), “il-fruntieri esterni tal-baħar” għandha tfisser il-limitu estern tal-baħar territorjali tal-Istati Membri kif definit skont l-Artikoli minn 4 sa 16 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Madankollu, f'każijiet fejn huma meħtieġa regolarment operazzjonijiet fuq distanza twila sabiex jipprevjenu l-migrazzjoni illegali jew dħul illegali, din għandha tkun il-limitu estern ta' żoni b'theddid b'livell ta' theddid għoli. Id-definizzjoni ta' “fruntieri esterni tal-baħar” f'dan ir-rigward għandha tiġi determinata billi jittieħed kont tad-data operattiva tul l-aħħar sentejn hekk kif ipprovduta mill-Istati Membri kkonċernati. Din id-definizzjoni għandha tintuża esklussivament għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
6. Għall-fini tad-distribuzzjoni tar-riżorsi skont paragrafu 1(c), “il-fruntieri esterni tal-baħar” għandha tfisser il-limitu estern tal-baħar territorjali tal-Istati Membri kif definit skont l-Artikoli minn 4 sa 16 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Madankollu, f'każijiet fejn huma meħtieġa regolarment operazzjonijiet fuq distanza twila sabiex jipprevjenu l-migrazzjoni jew dħul irregolari, din għandha tkun il-limitu estern ta' żoni b'theddid b'livell ta' theddid għoli. Id-definizzjoni ta' "fruntieri esterni tal-baħar" f'dan ir-rigward għandha tiġi determinata billi jittieħed kont tad-data operattiva tul l-aħħar sentejn hekk kif ipprovduta mill-Istati Membri kkonċernati. Din id-definizzjoni għandha tintuża esklussivament għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda148
Proposta għal regolament
Anness I – punt 7 – punt a – punt 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) 70 % għall-għadd ta' vjaġġi li jaqsmu l-fruntiera esterna f'punti ta' qsim tal-fruntiera awtorizzati;
(1) 60 % għall-għadd ta' vjaġġi li jaqsmu l-fruntiera esterna f'punti ta' qsim tal-fruntiera awtorizzati;
Emenda149
Proposta għal regolament
Anness I – punt 7 – punt a – punt 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2) 30 % għall-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fil-fruntiera esterna.
(2) 20 % għall-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fil-fruntiera esterna.
Emenda150
Proposta għal regolament
Anness I – punt 7 – punt a – punt 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2a) 20 % għall-għadd ta' persuni li jkunu ssottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu ġew ipproċessati skont il-proċedura fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
Emenda151
Proposta għal regolament
Anness I – punt 8 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Meta l-Istati Membri ma jipprovdux l-istatistiki kkonċernati, għandha tintuża l-aħħar data disponibbli għal dawk l-Istati Membri. Meta ma jkun hemm l-ebda data disponibbli għal Stat Membru, iċ-ċifra ta' referenza għandha tkun żero.
Meta l-Istati Membri ma jipprovdux l-istatistiki kkonċernati, għandha tintuża l-aħħar data disponibbli għal dawk l-Istati Membri. Meta ma jkun hemm l-ebda data disponibbli għal Stat Membru, jew Stat Membru jonqos milli jipprovdi tali informazzjoni għal sentejn konsekuttivi. iċ-ċifra ta' referenza għandha tkun żero.
Emenda152
Proposta għal regolament
Anness I – punt 9 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) Meta l-Istati Membri ma jipprovdux l-istatistiki kkonċernati, għandha tintuża l-aħħar data disponibbli għal dawk l-Istati Membri. Meta ma jkun hemm l-ebda data disponibbli għal Stat Membru, iċ-ċifra ta' referenza għandha tkun żero.
(d) Meta l-Istati Membri ma jipprovdux l-istatistiki kkonċernati, għandha tintuża l-aħħar data disponibbli għal dawk l-Istati Membri. Meta ma jkun hemm l-ebda data disponibbli għal Stat Membru, jew Stat Membru jonqos milli jipprovdi tali informazzjoni għal sentejn konsekuttivi. iċ-ċifra ta' referenza għandha tkun żero.
Emenda153
Proposta għal regolament
Anness I – punt 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
10. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'rapport dwar it-tqassim ta' riżorsi fir-rigward ta' fruntieri esterni fuq l-art, fruntieri esterni tal-baħar u l-ajruporti, kif imsemmi fil-paragrafu 1(c).
10. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'rapport dwar it-tqassim ta' riżorsi fir-rigward ta' fruntieri esterni fuq l-art, fruntieri esterni tal-baħar u l-ajruporti, kif imsemmi fil-paragrafu 1(c). Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport disponibbli għall-pubbliku.
Emenda154
Proposta għal regolament
Anness I – punt 11 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
11. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-livell medju tat-theddida għal kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-analiżi ta' nofs it-terminu, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-livell medju ta' theddida għal kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar disponibbli fid-data tal-analiżi ta' nofs it-terminu fl-2024. Għandu jiddetermina l-fatturi speċifiċi għall-ponderazzjoni li ġejjin għal kull sezzjoni bl-applikazzjoni tal-livelli ta' theddid kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1052/2013:
11. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-impatt medju ta' theddida fuq kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-analiżi ta' nofs it-terminu, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-impatt medju ta' theddida fuq kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar disponibbli fid-data tal-analiżi ta' nofs it-terminu fl-2024. Għandu jiddetermina l-fatturi speċifiċi għall-ponderazzjoni li ġejjin għal kull sezzjoni bl-applikazzjoni tal-livelli ta' impatt kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1052/2013:
Emenda155
Proposta għal regolament
Anness I – punt 11 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) fattur 0,5 għal livell baxx ta' theddid;
(a) fattur 0,5 għal livell baxx ta' impatt;
Emenda156
Proposta għal regolament
Anness I – punt 11 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) fattur 3 għal livell medju ta' theddid;
(b) fattur 3 għal livell medju ta' impatt;
Emenda157
Proposta għal regolament
Anness I – punt 11 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) fattur 5 għal livell għoli ta' theddid;
(c) fattur 5 għal livell għoli ta' impatt;
Emenda158
Proposta għal regolament
Anness I – punt 11 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) fattur 8 għal livell kritiku ta' theddid.
imħassar
Emenda159
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt a – punt i
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
i. isaħħaħ il-kapaċitajiet għat-twettiq ta' kontrolli u sorveljanza fil-fruntieri esterni, inklużi miżuri marbuta mal-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, traffikar ta' bnedmin u terroriżmu;
i. isaħħaħ il-kapaċitajiet għat-twettiq ta' kontrolli u sorveljanza fil-fruntieri esterni, inklużi miżuri marbuta mal-iffaċilitar tal-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, traffikar ta' bnedmin u terroriżmu, u miżuri relatati mar-riferiment ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha;
Emenda160
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt a – punt ii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
ii. jappoġġa t-tiftix u s-salvataġġ fil-kuntest tat-twettiq ta' sorveljanza tal-fruntieri fuq il-baħar;
imħassar
Emenda161
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt a – punt iii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
iii. jimplimenta miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll tal-fruntieri;
iii. jimplimenta miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll tal-fruntieri, dment li tali miżuri ma jippreżentawx riskju għall-moviment liberu;
Emenda162
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt a – punt v
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
v. jappoġġa, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, Stati Membri li qed jiffaċċjaw attwalment jew potenzjalment pressjoni migratorja sproporzjonata fil-fruntieri esterni tal-UE, kif ukoll permezz ta' tisħiħ tekniku u operazzjonali, u permezz tal-mobilizzazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot.
v. jappoġġa, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, Stati Membri li qed jiffaċċjaw sitwazzjoni ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 23, kif ukoll permezz ta' tisħiħ tekniku u operazzjonali, u permezz tal-mobilizzazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot.
Emenda163
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) jiżviluppa aktar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, permezz tal-bini ta' kapaċità komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta' standards komuni u kwalunkwe miżura oħra li tissimplifika il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta;
(b) jiżviluppa l-bini ta' kapaċità komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta' standards komuni u kwalunkwe miżura oħra li tissimplifika l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri bil-ħsieb li tiġi żviluppata aktar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;
Emenda164
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll jew minn kompiti mwettqa fil-fruntiera, u f'livell tal-UE bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, fuq naħa, u l-korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi, fuq in-naħa l-oħra;
(c) itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll jew minn kompiti mwettqa fil-fruntiera, u f'livell tal-UE bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, fuq naħa, u l-korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, inklużi l-aġenziji responsabbli għall-azzjonijiet esterni, fuq in-naħa l-oħra;
Emenda165
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e) jistabbilixxi, jopera u jmantni sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-interoperabbiltà ta' dawn is-sistemi tal-IT u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom.
(e) jistabbilixxi, jopera u jmantni dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira li diġà huma soġġetti għad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-interoperabbiltà ta' dawn is-sistemi tal-IT u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom, u azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tad-data u l-għoti tal-informazzjoni.
Emenda166
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt ea (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ea) iżid il-kapaċità biex tingħata assistenza lill-persuni f'diffikultà fuq il-baħar, b'mod partikolari billi jappoġġa l-operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ.
Emenda167
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt eb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(eb) jappoġġa t-tiftix u s-salvataġġ fil-kuntest tat-twettiq ta' sorveljanza tal-fruntieri fuq il-baħar;
Emenda168
Proposta għal regolament
Anness II – punt 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) jipprovdi servizzi effiċjenti u faċli għall-klijenti lill-applikanti għal viża filwaqt li jżomm is-sigurtà u l-integrità tal-proċedura tal-viża;
(a) jipprovdi servizzi effiċjenti u faċli għall-klijenti lill-applikanti għal viża filwaqt li jżomm is-sigurtà u l-integrità tal-proċedura tal-viża, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-persuni u t-tfal vulnerabbli;
Emenda169
Proposta għal regolament
Anness II – punt 2 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(aa) jappoġġa lill-Istati Membri għall-ħruġ ta' viżi, inklużi b'validità territorjali limitata maħruġa għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali kif ukoll għal benefiċjarji ta' programm ta' risistemazzjoni jew rilokazzjoni tal-Unjoni, u għall-konformità għalkollox mal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi.
Emenda170
Proposta għal regolament
Anness II – punt 2 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) jistabbilixxi, jopera u jmantni sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-politika komuni dwar il-viżi, inkluża l-interoperabbiltà bejn dawn is-sistemi tal-IT u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom.
(d) jaġġorna, jopera u jmantni sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-politika komuni dwar il-viżi, inkluża l-interoperabbiltà bejn dawn is-sistemi tal-IT u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom.
Emenda171
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) infrastrutturi, bini, sistemi u s-servizzi meħtieġa fil-punti ta' qsim tal-fruntieri, f'żoni hotspot u għas-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta' qsim tal-fruntieri biex jiġi pprevenut u indirizzat il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni, kif ukoll biex jiġu żgurati flussi bla xkiel ta' vjaġġaturi leġittimi;
(a) infrastrutturi, bini, sistemi u s-servizzi meħtieġa fil-punti ta' qsim tal-fruntieri, f'żoni hotspot u għas-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta' qsim tal-fruntieri biex jiġi pprevenut u indirizzat il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni, kif ukoll biex jiġu żgurati flussi bla xkiel ta' vjaġġaturi leġittimi u l-ġestjoni effettiva tal-flussi tal-migrazzjoni, inklużi miżuri relatati mar-riferiment tal-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha, filwaqt li dejjem jiġi żgurat trattament dinjituż tal-persuni kkonċernati;
Emenda172
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) taħriġ fil-qasam tal-iżvilupp ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jew kontribut lil dan l-iżvilupp, b'kont meħud tal-ħtiġijiet operattivi u l-analiżi tar-riskju u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali;
(c) taħriġ fil-qasam tal-iżvilupp ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jew kontribut lil dan l-iżvilupp, b'kont meħud tal-ħtiġijiet operattivi, l-analiżi tar-riskju u l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lkoll f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali;
Emenda173
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) is-sekondar ta' uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi kif definit fir-Regolament (UE) Nru …/ … [ir-Regolament il-ġdid tal-ILO] u s-sekondar ta' gwardji tal-fruntieri u esperti rilevanti oħra lil Stati Membri jew minn Stat Membru għal pajjiż terz, rinforz tal-kooperazzjoni u l-kapaċità operattiva ta' netwerks ta' uffiċjali ta' kollegament esperti, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u ż-żieda tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġaw u jiżviluppaw politiki tal-Unjoni;
(d) is-sekondar ta' uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi u s-sekondar ta' gwardji tal-fruntieri u esperti rilevanti oħra lil Stati Membri jew minn Stat Membru għal pajjiż terz, rinforz tal-kooperazzjoni u l-kapaċità operattiva ta' netwerks ta' uffiċjali ta' kollegament esperti, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u ż-żieda tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġaw u jiżviluppaw politiki tal-Unjoni;
Emenda174
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e) studji, proġetti pilota u azzjonijiet oħra rilevanti bil-għan li jimplimentaw jew jiżviluppaw il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, inklużi miżuri li jimmiraw lejn l-iżvilupp ta' Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, bħal bini komuni ta' kapaċità, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta' standards komuni u miżuri oħra li jissimplifikaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri;
(e) studji, proġetti pilota u azzjonijiet oħra rilevanti bil-għan li jimplimentaw jew jiżviluppaw il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, inklużi miżuri li jimmiraw lejn l-iżvilupp ta' Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, bħal bini komuni ta' kapaċità, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta' standards komuni u miżuri oħra li jissimplifikaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri, kif ukoll miżuri relatati mar-riferiment tal-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha;
Emenda175
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jimmobilizzaw teknoloġiji ġodda b'potenzjal għal trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra, b'mod partikolari l-użu ta' riżultati ta' proġetti ta' riċerka dwar is-sigurtà fejn tali mobilizzazzjoni tkun ġiet identifikata mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li taġixxi skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/1624, bħala kontribut għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;
(f) azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jimmobilizzaw teknoloġiji ġodda b'potenzjal għal trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra, b'mod partikolari l-użu ta' riżultati ta' proġetti ta' riċerka dwar is-sigurtà fejn tali mobilizzazzjoni tkun ġiet identifikata mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li taġixxi skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/1624, bħala kontribut għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; Dawn il-metodi innovattivi u teknoloġiji ġodda għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali;
Emenda176
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi meħtieġa biex jiġu implimentati l-politiki tal-fruntieri esterni, inkluż biex tissaħħaħ il-governanza taż-żona Schengen billi jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, inkluża n-nefqa tal-missjoni għall-esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fi żjarat fuq il-post kif ukoll miżuri biex jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet maħruġa wara valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/1624;
(g) miżuri preparatorji, ta' monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi meħtieġa biex jiġu implimentati l-politiki tal-fruntieri esterni, inkluż biex tissaħħaħ il-governanza taż-żona Schengen billi jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, inkluża n-nefqa tal-missjoni għall-esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fi żjarat fuq il-post kif ukoll miżuri biex jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet maħruġa wara valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/1624;
Emenda177
Proposta għal regolament
Annex III – point 1 – point h
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(h) identifikazzjoni, teħid tal-marki tas-swaba', reġistrazzjoni, verifiki ta' sigurtà, għoti ta' informazzjoni, skrinjar mediku u ta' vulnerabbiltà u, fejn meħtieġ, kura medika kif ukoll riferiment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-proċedura xierqa fil-fruntieri esterni, b'mod partikolari f'żoni hotspot;
(h) identifikazzjoni, teħid tal-marki tas-swaba', reġistrazzjoni, verifiki ta' sigurtà, għoti ta' informazzjoni, skrinjar mediku u ta' vulnerabbiltà u, fejn meħtieġ, kura medika kif ukoll riferiment, meta applikabbli, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-proċedura tal-asil xierqa fil-fruntieri esterni;
Emenda178
Proposta għal regolament
Annex III – point 1 – point j
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(j) żvilupp ta' għodod, metodi u indikaturi ta' statistika;
(j) żvilupp ta' għodod, metodi u indikaturi ta' statistika, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;
Emenda179
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt ka (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ka) l-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-għarfien espert, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-komponenti differenti tal-kontroll tal-fruntieri, b'mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-assistenza immedjata u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli;
Emenda180
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt kb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(kb) miżuri għall-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' politiki u proċeduri inkluż l-applikazzjoni ta' għodod, metodi u indikaturi ta' statistika komuni għall-kejl tal-progress u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tal-politika.
Emenda181
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) taħriġ ta' persunal konsulari u oħrajn li jikkontribwixxu għall-politika komuni dwar il-viża u l-kooperazzjoni konsulari;
(c) taħriġ ta' persunal konsulari u oħrajn li jikkontribwixxu għall-politika komuni dwar il-viża u l-kooperazzjoni konsulari, inkluż, fejn xieraq, konformità mad-drittijiet fundamentali;
Emenda182
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) l-iskambju tal-aħjar prattiki u esperti, inkluż is-sekondar ta' esperti, kif ukoll iż-żieda tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġaw u jiżviluppaw iktar il-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni;
(d) l-iskambju tal-aħjar prattiki u esperti, inkluż is-sekondar ta' esperti, kif ukoll iż-żieda tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġaw u jiżviluppaw iktar il-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni, anki għall-iskop li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-għoti ta' assistenza immedjata lil persuni vulnerabbli u r-riferiment tagħhom lis-servizzi ta' protezzjoni;
Emenda183
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi, inklużi biex isaħħu l-governanza taż-żona Schengen billi jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, inkluża n-nefqa tal-missjoni għall-esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fi żjarat fuq il-post;
(g) miżuri preparatorji, ta' monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi, inklużi dawk intiżi biex isaħħu l-governanza taż-żona Schengen billi jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, inkluża n-nefqa tal-missjoni għall-esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fi żjarat fuq il-post;
Emenda184
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt i
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(i) żvilupp ta' għodod, metodi u indikaturi ta' statistika;
(i) żvilupp ta' għodod, metodi u indikaturi ta' statistika, f'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali;
Emenda185
Proposta għal regolament
Annex III – point 2 – point j
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(j) appoġġ operattiv għall-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi.
(j) appoġġ operattiv għall-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.
Emenda186
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt ja (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ja) sostenn lill-Istati Membri għall-ħruġ ta' viżi, inklużi b'validità territorjali limitata maħruġa għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali kif ukoll għal benefiċjarji ta' programm ta' risistemazzjoni jew rilokazzjoni tal-Unjoni, u għall-konformità għalkollox mal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi.
Emenda187
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) żvilupp ta' għodod, metodi u indikaturi statistiċi għal sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-viża u tal-fruntieri;
(g) żvilupp ta' għodod, metodi u indikaturi statistiċi għal sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-viża u tal-fruntieri, f'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali;
Emenda188
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt ga (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ga) azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tad-data u l-eżerċitar tad-dritt ta' soġġett tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għad-data personali tiegħu jew tagħha u ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-iproċċessar tal-istess data;
Emenda189
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) Żvilupp ulterjuri tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, permezz tal-bini ta' kapaċità komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta' standards komuni u kwalunkwe miżura oħra li tissimplifika l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta; kif indikat fil-paragrafu 1(b) tal-Anness II.
(3) Żvilupp tal-bini ta' kapaċità komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta' standards komuni u kwalunkwe miżura oħra li tissimplifika l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri bil-ħsieb li tiġi żviluppata aktar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;
Emenda190
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5) Miżuri li jtejbu l-identifikazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u jtejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera għall-identifikazzjoni tat-traffikanti fil-qafas tal-kontroll fuq il-fruntieri.
(5) Miżuri li jtejbu l-identifikazzjoni ul-appoġġ tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u jtejbu l-kooperazzjoni transfruntiera għall-identifikazzjoni tat-traffikanti fil-qafas tal-kontroll fuq il-fruntieri, inkluż billi jiżviluppaw u jappoġġaw mekkaniżmi ta' protezzjoni u ta' riferiment.
Emenda191
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 5a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5a) Żvilupp ta' sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal fil-fruntieri esterni u politiki għat-tfal migranti b'mod ġenerali, inkluż permezz ta' taħriġ suffiċjenti tal-persunal u skambju suffiċjenti ta' prattika tajba fostl-Istati Membri.
Emenda192
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) Miżuri li jvaraw, jittrasferixxu, jippruvaw u jivvalidaw metodoloġija jew teknoloġija ġdida, inklużi proġetti pilota u miżuri ta' segwitu għal proġetti ta' riċerka dwar is-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni, kif imsemmija fl-Anness III.
(6) Miżuri li jvaraw, jittrasferixxu, jippruvaw u jivvalidaw metodoloġija jew teknoloġija ġdida, li jtejbu l-kwalità tad-data u l-eżerċitar tad-dritt ta' soġġett tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għad-data personali tiegħu jew tagħha u ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-iproċċessar tal-istess data;
Emenda193
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 6a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6a) Miżuri dwar l-identifikazzjoni, l-assistenza immedjata u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli.
Emenda194
Proposta għal regolament
Anness V – punt a – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) Għan speċifiku 1: Appoġġ tal-ġestjoni effikaċi integrata Ewropea tal-fruntieri fuq il-fruntieri esterni implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, biex tiġi pprevenuta u identifikata l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġu ġestiti effettivament flussi migratorji:
(a) Għan speċifiku 1: Appoġġ tal-ġestjoni effikaċi integrata Ewropea tal-fruntieri fuq il-fruntieri esterni implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, biex tiġi pprevenuta u identifikata l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġu ġestiti effettivament flussi migratorji:
Emenda195
Proposta għal regolament
Anness V – punt a – punt 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2a) L-għadd ta' persuni li applikaw għall-protezzjoni internazzjonali fil-punti tal-qsim tal-fruntiera
Sors tad-data: L-Istati Membri
Emenda196
Proposta għal regolament
Anness V – punt a – punt 2b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2b) L-għadd ta' persuni li ma tħallewx jidħlu
Sors tad-data: L-Istati Membri
Emenda197
Proposta għal regolament
Anness V – punt b – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) Għan speċifiku 2: Appoġġ tal-politika komuni tal-viża biex tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u tipprevjeni r-riskji migratorji u tas-sigurtà:
(b) Għan speċifiku 2: Appoġġ tal-politika komuni tal-viża biex jiġi żgurat approċċ aktar armonizzat fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta' viżi, biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu u jitnaqqsu r-riskji tas-sigurtà.
Emenda198
Proposta għal regolament
Anness V – punt a – punt 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1a) L-għadd ta' persuni li applikaw għall-protezzjoni internazzjonali fil-konsulati tal-Istati Membri
Sors tad-data: L-Istati Membri
Emenda199
Proposta għal regolament
Anness VI – tabella 1 – Kodici dwar id-Dimensjoni "Qasam ta' Intervent" – Taqsima 1 – ringiela 11a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Miżuri relatati mal-identifikazzjoni u r-riferiment ta' persuni vulnerabbli
Emenda200
Proposta għal regolament
Anness VI – tabella 1 – Kodici dwar id-Dimensjoni "Qasam ta' Intervent" – Taqsima 1 – ringiela 11b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Miżuri relatati mal-identifikazzjoni u r-riferiment ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha
Emenda201
Proposta għal regolament
Anness VI – tabella 1 – Kodici dwar id-Dimensjoni "Qasam ta' Intervent" – Taqsima 2 – ringiela 10a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Il-ħruġ ta' viżi umanitarji
Emenda202
Proposta għal regolament
Anness VI – tabella 1 – Kodici dwar id-Dimensjoni "Qasam ta' Intervent" – Taqsima 3 – ringiela 003a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Il-kwalità tad-data u d-drittijiet tas-soġġetti tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għad-data personali tagħhom u r-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-iproċessar tal-istess data
Emenda203
Proposta għal regolament
Anness VII – punt a – punt 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) kostijiet tas-servizz, inkluż f'żoni hotspot fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(3) kostijiet tas-servizz fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
Emenda204
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt a – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) Għan speċifiku 1: Appoġġ tal-ġestjoni effikaċi integrata Ewropea tal-fruntieri fuq il-fruntieri esterni implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, biex tiġi pprevenuta u identifikata l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġu ġestiti effettivament flussi migratorji;
(a) Għan speċifiku 1: Appoġġ tal-ġestjoni effikaċi integrata Ewropea tal-fruntieri fuq il-fruntieri esterni implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, biex tiġi pprevenuta u identifikata l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġu ġestiti effettivament flussi migratorji;
Emenda205
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt b – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) Għan speċifiku 2: Appoġġ tal-politika komuni tal-viża biex tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u tipprevjeni r-riskji migratorji u tas-sigurtà:
(b) Għan speċifiku 2: Appoġġ tal-politika komuni tal-viża biex jiġi żgurat approċċ aktar armonizzat fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta' viżi, biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu u jitnaqqsu r-riskji tas-sigurtà.
L-istabbiliment ta' żona mingħajr fruntieri interni fejn il-persuni u l-oġġetti jistgħu jiċċirkolaw b'mod liberu huwa waħda mill-akbar stejjer ta' suċċess tal-Unjoni Ewropea u waħda mill-aktar kisbiet tanġibbli kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji Ewropej. Iż-żona Schengen hija wieħed mill-mezzi ewlenin li permezz tiegħu ċ-ċittadini Ewropej jistgħu jeżerċitaw il-libertajiet tagħhom, u li bih is-suq intern ikun jista' jiffjorixxi u jiżviluppa.
Kif stabbilit fit-Trattati, għandu jinkiseb l-iżgurar ta' funzjonament tajjeb u ta' livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, fost l-oħrajn, permezz ta' miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni, dwar il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u dwar il-politika komuni dwar il-viżi.
Ir-Rapporteur tilqa' għalhekk il-proposta għal strument finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri li se jaġixxi bħala s-suċċessur għall-Fond għas-Sigurtà Interna attwali, b'baġit ta' EUR 9.3 biljun, li jirrappreżenta żieda ta' ħames darbiet aktar. Dan l-istrument finanzjarju huwa fundamentali, peress li dan isarraf il-politiki tal-Unjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej kollha f'azzjonijiet konkreti. Dan jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politiki, li għandu jkun ibbażat fuq is-solidarjetà u l-qsim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, kif ukoll fuq il-fiduċja reċiproka bejniethom.
Madankollu, fis-snin reċenti, l-isfidi li qed jevolvu li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea esponew nuqqasijiet serji fil-politiki tal-UE u naqqsu l-fiduċja fost l-Istati Membri. Minkejja t-tisħiħ tal-fruntieri esterni bl-introduzzjoni ta' miżuri u sistemi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni ġodda, il-fiduċja fost l-Istati Membri qed tkompli tonqos u l-prinċipji bażiċi stess tas-solidarjetà u tal-qsim ġust tar-responsabbiltà qed ikomplu jiddgħajfu. It-tkomplija tal-kontrolli fil-fruntieri interni 'l fuq minn tliet snin fiż-żona Schengen hija biss eżempju wieħed ta' dan.
L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li tiġi żviluppata u implimentata ġestjoni Ewropea integrata tal-fruntieri. Madankollu, dan irid isir fil-limiti definiti u soġġett għas-salvagwardji xierqa, flimkien mal-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni - komponent fundamentali ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.
Ir-Rapporteur tqis li l-għanijiet tal-istrument propost jiffokaw b'mod eċċessiv fuq is-sigurtà u ma jqisux il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu. Il-maġġoranza kbira tal-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni llum il-ġurnata huma, fil-fatt, vjaġġaturi bona fide leġittimi li jidħlu fl-Unjoni b'viża jew mingħajrha, filwaqt li ftit li xejn jirrapreżentaw riskju għas-sigurtà tal-Unjoni kollha kemm hi.
Abbażi tal-għanijiet tal-Istrument, ir-Rapporteur tqis li huwa importanti li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u trasparenti tal-finanzjament bejn iż-żewġ għanijiet ewlenin tal-Fond. Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur temmen li għandha ssir aktar enfasi fuq azzjonijiet u miżuri aktar pożittivi fir-rigward tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri, bħal fuq il-politika dwar il-viżi, u mhux sempliċement fuq is-sigurtà. Għalhekk huwa prudenti li jiġi żgurat livell minimu ta' finanzjament għall-politika komuni dwar il-viżi.
Fir-rigward tal-emendi għall-proposta tal-Kummissjoni, ir-Rapporteur temmen li r-Regolament għandu jissaħħaħ u jiġi emendat kif deskritt hawn taħt:
Huwa essenzjali li l-azzjonijiet u l-miżuri ffinanzjati permezz tal-Istrument iqisu kif xieraq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, li r-Rapporteur tipproponi li jissaħħu b'mod sinifikanti. Peress li qed jiġu implimentati teknoloġiji u sistemi tal-informazzjoni fil-fruntieri esterni tagħna, il-ħtieġa għar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fir-rigward tad-data personali tagħhom hija akbar minn qatt qabel u dan ir-rispett għandu jittejjeb.
Ir-Rapporteur tqis ukoll li huwa estremament importanti li l-Istati Membri jiġu mfakkra dwar l-obbligi internazzjonali tagħhom u dawk previsti fid-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tas-sorveljanza tal-fruntieri u l-prinċipju tal-projbizzjoni ta' refoulement.Dan il-prinċipju ma japplikax biss fuq it-territorju ta' Stat, iżda anke b'mod extraterritorjali, inkluż fl-ibħra miftuħa meta nwettqu l-operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ tagħna. Huwa estremament importanti li dan l-aspett jissaħħaħ fir-rapport.
Bl-istess mod, fil-kuntest tal-ġestjoni tal-fruntieri, bħal f'żoni hotspot, ir-Rapporteur tipproponi li d-dispożizzjonijiet fir-rigward tar-rispett għad-dritt ta' protezzjoni internazzjonali kif ukoll għall-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli, bħat-tfal, għandhom jittejbu wkoll.
Barra minn hekk, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għandu jittejjeb b'mod xieraq, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika komuni dwar il-viżi.
L-iffaċilitar tal-ivvjaġġar leġittimu, anke bil-ftuħ ta' perkorsi legali u sikuri lejn l-Ewropa, se jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-pressjoni migratorja fuq l-Unjoni. F'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-viżi umanitarji f'dan il-kuntest ta' politika komuni dwar il-viżi, ir-Rapporteur tqis li dan l-Istrument għandu jappoġġa lill-Istati Membri fil-ħruġ ta' viżi umanitarji kif ukoll lill-Unjoni fl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe skema futura Ewropea dwar il-Viżi Umanitarji. Wasal iż-żmien għall-Istati Membri u l-Unjoni biex imexxu bl-eżempju u jipprevjenu mwiet futuri bla bżonn fil-Mediterran.
Fil-kuntest tal-azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi li qed taffaċċja l-Unjoni, bħall-pressjonijiet migratorji, ir-Rapporteur tqis li għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali tal-finanzjament l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fil-fruntiera għandu jiżdied bħala kriterju li jiddetermina l-ammont ta' xogħol fil-fruntiera esterna.
Fir-rigward tal-finanzjament ta' azzjonijiet li jsiru f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom, ir-Rapporteur tqis li tali azzjonijiet għandhom ikunu limitati u soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-implimentazzjoni tagħhom. L-Unjoni topera diversi strumenti finanzjarji intiżi għal azzjonijiet f'pajjiżi terzi u għalihom; l-UE hija wkoll l-akbar donatur ta' għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja. Ir-Rapporteur tqis li l-ġestjoni Ewropea tal-fruntieri ftit li xejn għandha x'taqsam mal-istabbiliment ta' ċentri ta' detenzjoni fil-pajjiżi terzi jew mal-esternalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE lejn dawk il-pajjiżi.
Bl-istess mod, ir-Rapporteur tipproponi li l-finanzjament jiġi limitat għal ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' emerġenzi, li għandu jkun permess biss b'mod eċċezzjonali u b'salvagwardji suffiċjenti fis-seħħ għall-użu tiegħu.
Għat-tħejjija u l-implimentazzjoni xierqa ta' azzjonijiet u miżuri kemm taħt il-programmi ta' ħidma kif ukoll taħt il-faċilità tematika, il-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali hija essenzjali. Ir-Rapporteur tipproponi li jissaħħaħ dan l-aspett tar-Regolament kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-esperti, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest ta' komponenti differenti tal-kontroll fil-fruntieri.
L-iskrutinju baġitarju huwa kompetenza importanti tal-Parlament Ewropew peress li dan iżomm lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni responsabbli mill-perpsettiva taċ-ċittadini Ewropej. Għalhekk, huwa kruċjali li t-trasparenza tal-infiq tiżdied b'mod sinifikanti fl-Istrument.
Fl-aħħar, ir-Rapporteur tinsisti fuq il-fatt li l-Parlament Ewropew - fir-rwol tiegħu bħala koleġiżlatur - jeħtieġlu jingħata aċċess għal informazzjoni xierqa dwar l-użu tal-Fond għal skrutinju. Bl-istess mod, il-Parlament Ewropew għandu jiġi involut bis-sħiħ fl-implimentazzjoni tal-elementi ewlenin tar-Regolament jew fi kwalunkwe bidla għalihom, b'mod partikolari permezz ta' att delegat fil-kuntest tal-programmi ta' ħidma, l-azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla, kif ukoll l-indikaturi tal-output, l-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu u retrospettivi, u r-rapporti dwar il-prestazzjoni annwali.
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport:
Entità u/jew persuna
Il-Kunsill Ewropew għar-Rifuġjati u l-Eżiljati (ECRE)
Quaker Council for European Affairs
L-Istitut tal-Politika Ewropea tas-Soċjetà Miftuħa
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi
Matul dawn l-aħħar snin, l-UE ħabbtet wiċċha ma' għadd dejjem akbar ta' sfidi migratorji, ta' mobbiltà u ta' sigurtà. Sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, f'Mejju 2018 il-Kummissjoni pproponiet żieda sostanzjali fil-finanzjament allokat għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri għall-perjodu mill-2021 sal-2027.
Ir-Regolament propost li jistabbilixxi l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi huwa parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u jiffoka biss fuq azzjonijiet relatati ma' kontrolli fuq persuni fil-kuntest ta' kontrolli fil-fruntieri.
B'mod ġenerali, ir-rapporteur jappoġġja r-regolament propost, li jipprovdi l-qafas finanzjarju għal ġestjoni tal-fruntieri b'saħħitha u effiċjenti filwaqt li jissalvagwardja l-moviment liberu tal-persuni. Huwa jiffavorixxi, b'mod partikolari, iż-żieda fil-pakkett finanzjarju allokat għal dan il-fond, iż-żieda fil-flessibbiltà li tgħin tindirizza l-isfidi li qed jevolvu b'mod aktar effettiv, l-enfasi fuq il-kwalità tal-infiq kif ukoll il-qafas imtejjeb ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
Għalhekk huwa tal-fehma li l-istrument, b'mod partikolari fid-dimensjoni esterna tiegħu, huwa adegwat u jwieġeb għall-prijoritajiet tal-UE. Madankolllu, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iżgurar tal-koerenza u t-trawwim tas-sinerġiji bejn dan l-istrument u l-finanzjamenti l-oħra kollha fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-ġestjoni tal-fruntieri, sew jekk permezz tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE sew jekk permezz tal-istrumenti u tal-fondi l-oħra tal-UE b'dimensjoni esterna, bħall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2) u 79(2)(d) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2) u 79(2)(d) u 80 tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2) Skont l-Artikolu 80 TFUE, dawn il-politiki u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu regolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri.
(2) Skont l-Artikolu 80 TFUE, dawn il-politiki u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu regolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15) Jenħtieġ li l-Istrument jiġi implimentat f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni rigward id-drittijiet fundamentali.
(15) Jenħtieġ li l-Istrument jiġi implimentat f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni rigward id-drittijiet fundamentali, u mal-prinċipju ta' non-refoulement; barra minn hekk, għandu jiġi implimentat f'konformità sħiħa mal-prinċipji ta' trasparenza u traċċabilità.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 33
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(33) Biex isaħħaħ il-kumplimentarjetà u jirrinforza l-konsistenza ta' attivitajiet marittimi kif ukoll biex jevita d-duplikazzjoni ta' sforzi u jtaffi r-restrizzjonijiet baġitarji f'qasam ta' attivitajiet li jiswew il-flus bħad-dominju marittimu, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa operazzjonijiet marittimi ta' karattru bi skopijiet multipli fejn l-għan ewlieni huwa s-sorveljanza fil-fruntieri iżda jistgħu jiġu segwiti wkoll għanijiet oħra fl-istess ħin.
(33) Biex isaħħaħ il-kumplimentarjetà u jirrinforza l-konsistenza ta' attivitajiet marittimi kif ukoll biex jevita d-duplikazzjoni ta' sforzi u jtaffi r-restrizzjonijiet baġitarji f'qasam ta' attivitajiet li jiswew il-flus bħad-dominju marittimu, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa operazzjonijiet marittimi ta' karattru bi skopijiet multipli fejn l-għan ewlieni huwa s-sorveljanza fil-fruntieri iżda jistgħu jiġu segwiti wkoll għanijiet oħra marbuta magħha fl-istess ħin, bħall-ġlieda kontra t-traffikar ta' bnedmin.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 34
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(34) Jenħtieġ li miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-istrument jiġu implimentati f'sinerġija u f'koerenza sħiħa ma' azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom, appoġġati permezz ta' strumenti ta' finanzjament esterni tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, l-Istrument se jimmira l-appoġġ biex isaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u jirrinforza aspetti ewlenin tal-kapaċitajiet tagħhom ta' sorveljanza fil-fruntieri u ġestjoni f'oqsma ta' interess għall-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni u l-objettivi tas-sigurtà tal-Unjoni.
(34) Jenħtieġ li miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-istrument jiġu implimentati f'sinerġija u f'koerenza sħiħa ma' azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom, appoġġati permezz ta' strumenti ta' finanzjament esterni tal-Unjoni kif ukoll kwalunkwe strument ieħor ta' finanzjament tal-Unjoni li għandu komponent b'dimensjoni esterna, bħal pereżempju l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, l-Istrument se jimmira l-appoġġ biex isaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u jirrinforza aspetti ewlenin tal-kapaċitajiet tagħhom ta' sorveljanza fil-fruntieri u ġestjoni f'oqsma ta' interess għall-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni u l-objettivi tas-sigurtà tal-Unjoni.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 37
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(37) Jenħtieġ li l-Istrument jirrifletti l-bżonn għal iżjed flessibbiltà u simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'dan ir-Regolament.
(37) Jenħtieġ li l-Istrument jirrifletti l-bżonn għal iżjed flessibbiltà u simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti f'termini ta' trasparenza tal-finanzjament, il-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri, jenħtieġ li tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u pluriennali taħt il-faċilità tematika. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jaqsmu l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħhom dwar l-iżvilupp ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun ċentralizzata mill-Kummissjoni u ppubblikata fuq portal wieħed.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 43
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(43) Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Istrument jistgħu jiġu allokati wkoll għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi minbarra l-allokazzjoni inizjali tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jiġu identifikati bħala temi ta' prijorità fil-livell tal-Unjoni u jikkonċernaw azzjonijiet li jirrikjedu sforz jew azzjonijiet kooperattivi li huma neċessarji biex jiġu indirizzati żviluppi fl-Unjoni li jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar, bħax-xiri ta' tagħmir tekniku permezz tal-programmi nazzjonali ta' Stati Membri li huwa meħtieġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex twettaq l-attivitajiet operazzjonali tagħha, il-modernizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża, l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-istabbiliment ta' interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-programmi ta' ħidma tagħha.
(43) Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Istrument jistgħu jiġu allokati wkoll għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi minbarra l-allokazzjoni inizjali tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jiġu identifikati bħala temi ta' prijorità fil-livell tal-Unjoni u jikkonċernaw azzjonijiet li jirrikjedu sforz fost l-Istati Membri jew azzjonijiet kooperattivi li huma neċessarji biex jiġu indirizzati żviluppi fl-Unjoni li jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar, bħax-xiri ta' tagħmir tekniku permezz tal-programmi nazzjonali ta' Stati Membri li huwa meħtieġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex twettaq l-attivitajiet operazzjonali tagħha, il-modernizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża, l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-istabbiliment ta' interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-programmi ta' ħidma tagħha.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, jenħtieġ li l-għan tal-politika tal-istrument ikun li jiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-fruntieri b'saħħitha u effettiva filwaqt li jissalvagwardja l-moviment ħieles tal-persuni fi ħdanha, b'konformità sħiħa mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali u b'hekk jikkontribwixxi biex jassigura livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni.
1. Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, jenħtieġ li l-għan tal-politika tal-istrument ikun li jiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-fruntieri b'saħħitha u effettiva filwaqt li jissalvagwardja l-moviment ħieles tal-persuni fi ħdanha, b'konformità sħiħa mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali u b'hekk jikkontribwixxi biex jassigura livell għoli ta' sigurtà u sikurezza fl-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) jappoġġa ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri effettiva fuq il-fruntieri esterni li implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiffaċilita qsim leġittimu tal-fruntieri, jipprevjeni u jidentifika l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġġestixxi effettivament il-flussi migratorji;
(a) jappoġġa ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri effettiva fuq il-fruntieri esterni li implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiffaċilita qsim leġittimu tal-fruntieri, jipprevjeni u jidentifika l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġġestixxi effettivament il-flussi migratorji filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għad-dritt għall-asil u l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-piżijiet ekwa;
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3a.L-azzjonijiet iffinanzjati skont l-Istrument għandhom jiġu implimentati b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u għad-dinjità tal-bniedem. B'mod partikolari, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-prinċipju tat-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, id-dritt għall-asil u l-protezzjoni nazzjonali, il-prinċipju ta' non-refoulement, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri li rriżultaw mill-adeżjoni tagħhom fl-istrumenti internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, kif issupplimentata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3b.Meta jimplimentaw azzjonijiet iffinanzjati skont l-istrument li huma relatati mas-sorveljanza tal-fruntieri tal-baħar, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-obbligi tagħhom skont id-dritt marittimu internazzjonali sabiex jassistu lill-persuni f'diffikultà. It-tagħmir u s-sistemi sostnuti taħt l-istrument jistgħu jintużaw f'tali sitwazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ li jistgħu jinqalgħu waqt operazzjoni ta' sorveljanza tal-fruntieri tal-baħar, u b'hekk jgħinu biex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ fuq il-baħar.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut b'dan ir-Regolament u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, politiki u prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u kumplimentarji għal strumenti oħra tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut b'dan ir-Regolament u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, politiki u prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u kumplimentarji għal strumenti oħra tal-Unjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali li jkun disponibbli għall-faċilità tematika taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Parlament Ewropew, għandha tistabbilixxi l-ammont globali li jkun disponibbli għall-faċilità tematika taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' finanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika, li jiddefinixxu t-temi li se jiġu appoġġati u jispeċifikaw l-ammonti għall kull wieħed mill-komponenti tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.
6. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Parlament Ewropew, għandha tadotta deċiżjonijiet ta' finanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika, li jiddefinixxu t-temi li se jiġu appoġġati u jispeċifikaw l-ammonti għall kull wieħed mill-komponenti tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7. B'segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' finanzjament kif imsemmi f'paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża skontu.
7. B'segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' finanzjament kif imsemmi f'paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Parlament Ewropew, tista' temenda l-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża skontu.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.
1. Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u fejn xieraq, eu-LISA, huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi tal-Istati Membri fi stadju bikri, sakemm jaqa' taħt il-kompetenzi tal-Aġenziji.
2. Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u fejn xieraq, eu-LISA, huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi tal-Istati Membri fi stadju bikri, sakemm jaqa' taħt il-kompetenzi tal-Aġenziji.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi b'enfasi speċifika fuq l-attivitajiet inklużi taħt appoġġ operazzjonali skont l-Artikolu 3(2)(b) biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-Aġenzija u dawk tal-Istati Membri rigward il-ġestjoni tal-fruntieri kif ukoll biex jiġi evitat finanzjament doppju u tinkiseb il-kosteffiċjenza.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi b'enfasi speċifika fuq l-attivitajiet inklużi taħt appoġġ operazzjonali skont l-Artikolu 3(2)(b) biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjonijiet tal-Aġenzija u dawk tal-Istati Membri rigward il-ġestjoni tal-fruntieri kif ukoll biex jiġi evitat finanzjament doppju u tinkiseb il-kosteffiċjenza.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Il-Kummissjoni tista' tassoċja l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u fejn xieraq, l-eu-LISA, ma' kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-istrument ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.
4. Il-Kummissjoni tista' tassoċja l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u fejn xieraq, l-eu-LISA, ma' kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-istrument ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 12 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
12. Fir-rigward ta' tagħmir operazzjonali, inkluż mezzi tat-trasport, u sistemi ta' komunikazzjoni meħtieġa għal kontroll fil-fruntieri effettiv u sigur mixtrija bl-appoġġ ta' dan l-Istrument, għandu japplika dan li ġej:
12. Fir-rigward ta' tagħmir operazzjonali, inkluż mezzi tat-trasport, u sistemi ta' komunikazzjoni meħtieġa għal kontroll fil-fruntieri effettiv u sigur, u għal operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ, mixtrija bl-appoġġ ta' dan l-Istrument, għandu japplika dan li ġej:
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
13. It-taħriġ fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri mwettaq bl-appoġġ ta' dan l-Istrument għandu jkun ibbażat fuq l-istandards Ewropej armonizzati u ta' kwalità garantita rilevanti tal-edukazzjoni u t-taħriġ komuni għall-gwardja tal-fruntiera u tal-kosta.
13. It-taħriġ fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri mwettaq bl-appoġġ ta' dan l-Istrument għandu jkun ibbażat fuq l-istandards Ewropej armonizzati u ta' kwalità garantita rilevanti tal-edukazzjoni u t-taħriġ komuni għall-gwardja tal-fruntiera u tal-kosta, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-kwistjonijiet tad-drittijiet u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar dawk is-suġġetti.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) tal-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I, u fihom. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data statistika disponibbli għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) u fil-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025.
1. Fl-2024, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Parlament Ewropew, għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) tal-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I, u fihom. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data statistika disponibbli għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) u fil-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 13 - paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha tqis, fejn xieraq, il-progress li sar fil-kisba tal-miri tal-qafas ta' prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR ] u n-nuqqas identifikati tal-implimentazzjoni.
3. L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha tqis, fejn xieraq, il-progress li sar fil-kisba tal-miri tal-qafas ta' prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR ] u n-nuqqas identifikati tal-implimentazzjoni. Il-programmi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami ta' nofs it-termini skont l-Artikoli 14 u 40 tar-Regolament (UE) Nru … / ... [CPR] u l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 15 − paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw l-użu ta' appoġġ operazzjonali biex jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament fil-programm u fir-rapporti annwali ta' prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 27. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta rigward il-kompetenzi tal-Aġenzija skont l-Artikolu 12(3), tivvaluta s-sitwazzjoni bażi fl-Istati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw appoġġ operazzjonali, waqt li tqis l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl ta' evalwazzjonijiet ta' Schengen u valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà, inklużi r-rakkomandazzjonijiet li jsegwu evalwazzjonijiet ta' Schengen u valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà.
4. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw l-użu ta' appoġġ operazzjonali biex jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament fil-programm u fir-rapporti annwali ta' prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 27. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta rigward il-kompetenzi tal-Aġenzija skont l-Artikolu 12(3), tivvaluta s-sitwazzjoni bażi fl-Istati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw appoġġ operazzjonali, waqt li tqis l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl ta' evalwazzjonijiet ta' Schengen u valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà, inklużi r-rakkomandazzjonijiet li jsegwu evalwazzjonijiet ta' Schengen u valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-istrument jista' jappoġġa miżuri ta' assistenza teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %.
L-istrument jista' jappoġġa miżuri ta' assistenza teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà, it-trasparenza u t-traċċabilità tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu 43(3)(h)(i)(iii) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness V.
1. F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu 41(3)(h)(i) u (ii) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/10461a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness V.
____________________
1a Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati skont dan l-istrument.
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati skont dan l-istrument. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew mingħajr dewmien.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a.Wara r-rieżami ta' nofs it-terminu u l-evalwazzjoni retrospettiv, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: ((
a) sa Ġunju 2024, rapport ta' evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament; dak ir-rapport ta' evalwazzjoni interim għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-eżami ta' nofs it-terminu li jsir skont dan ir-Regolament u r-Regolamenti (UE) Nru .../... [CPR];
b) sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2027, rapport ta' evalwazzjoni ex post dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi wara t-tlestija tal-programmi nazzjonali.
Il-Parlament Ewropew għandu jistieden lill-Kummissjoni tieħu sehem fi djalogu strutturat dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu ta' nofs it-terminu u l-evalwazzjoni ex post.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sal-2031, inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport ta' prestazzjoni annwali lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm imwettqa sat-30 ta' Ġunju 2022.
1. Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sal-2031, inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport ta' prestazzjoni annwali lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm imwettqa sat-30 ta' Ġunju 2022.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt ha (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ha)l-iskambju tal-aħjar prattiki biex jiġu evalwati, promossi, appoġġati u żviluppati iktar il-politiki u l-objettivi tal-Unjoni, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-komponenti differenti tal-kontroll fil-fruntieri, b'mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-għoti tal-assistenza immedjata lil u tar-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari n-nisa, it-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 9a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9a) Miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT u tan-netwerks ta' komunikazzjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu
L-istabbiliment, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi
Petras Auštrevičius, Klaus Buchner, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Karol Karski, Tunne Kelam, Wajid Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Tamás Meszerics, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Alyn Smith, Jordi Solé, László Tőkés, Anders Primdahl Vistisen
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Asim Ademov, Tanja Fajon, Soraya Post, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Thomas Waitz, Bogdan Andrzej Zdrojewski
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
33
+
ALDE
Petras Auštrevičius, Iveta Grigule-Pēterse, Ilhan Kyuchyuk, Jozo Radoš
EFDD
Aymeric Chauprade
PPE
Asim Ademov, Lorenzo Cesa, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, David McAllister, Ramona Nicole Mănescu, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Bogdan Andrzej Zdrojewski
S&D
Tanja Fajon, Eugen Freund, Wajid Khan, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Soraya Post, Janusz Zemke
VERTS/ALE
Klaus Buchner, Tamás Meszerics, Alyn Smith, Jordi Solé, Thomas Waitz
4
-
GUE/NGL
Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Marie-Christine Vergiat
NI
Georgios Epitideios
3
0
ECR
Karol Karski, Anders Primdahl Vistisen
PPE
László Tőkés
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (6.11.2018)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9a) L-Unjoni Ewropea bħalissa qed tħabbat wiċċha ma' sfidi maġġuri fl-oqsma tal-ġestjoni u l-protezzjoni tal-fruntieri u l-politika tal-viżi. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018, il-Parlament Ewropew tenna l-prijorità tiegħu li jsaħħaħ il-fruntieri esterni u li jipprovdi b'mod adegwat fondi futuri fil-qasam tal-asil u l-migrazzjoni. Ewropa iktar b'saħħitha u iktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss billi tingħata mezzi finanzjarji msaħħa, u dan jirrikjedi appoġġ kontinwu lill-politiki eżistenti, żieda fir-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni, u l-għoti ta' mezzi finanzjarji addizzjonali biex ikopru r-responsabbiltajiet addizzjonali. Il-kompiti l-ġodda u l-isforzi msaħħa jeħtieġu żieda fil-mezzi finanzjarji, tagħmir tekniku u persunal għall-programmi u l-aġenziji rispettivi u l-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Sabiex jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej kif iddefinita mill-komponenti tagħha skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624: kontroll fil-fruntieri, tiftix u salvataġġ waqt sorveljanza fil-fruntieri, analiżi tar-riskju, kooperazzjoni bejn Stati Membri (appoġġata u kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta), kooperazzjoni bejn l-aġenziji inkluż l-iskambju regolari tal-informazzjoni, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen relatati mal-kontroll fil-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni illegali u jiġġieldu aħjar il-kriminalità transfruntiera, użu ta' teknoloġija tal-ogħla livell, mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità u solidarjetà, u biex jiżguraw li ssir realtà operazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu pprovduti b'appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni.
(10) Sabiex jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej kif iddefinita mill-komponenti tagħha skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624: kontroll fil-fruntieri, tiftix u salvataġġ waqt sorveljanza fil-fruntieri, analiżi tar-riskju, kooperazzjoni bejn Stati Membri (appoġġata u kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta), kooperazzjoni bejn l-aġenziji (inkluż l-iskambju regolari tal-informazzjoni) u kooperazzjoni mal-azzjoni esterna tal-UE bħall-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen relatati mal-kontroll fil-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni irregolari u jiġġieldu aħjar il-kriminalità transfruntiera, użu ta' teknoloġija tal-ogħla livell, mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità u solidarjetà, u biex jiżguraw li ssir realtà operazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu pprovduti b'appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(17) Biex jiżgura kontroll fil-fruntieri esterni uniformi u ta' kwalità għolja u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu lil hinn mill-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-istrument jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej li tinkludi l-miżuri kollha li jinvolvu l-politika, il-liġi, il-kooperazzjoni sistematika, il-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi jinbidlu fir-rigward tal-punti ta' qsim għal migranti irregolari, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija meħuda f'livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri, jaġixxi f'kooperazzjoni ma' atturi oħra bħal pajjiżi terzi u korpi oħra tal-UE, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (eu-LISA), Europol u organizzazzjonijiet internazzjonali.
(17) Biex jiżgura kontroll fil-fruntieri esterni uniformi u ta' kwalità għolja u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu lil hinn mill-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-istrument jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej li tinkludi l-miżuri kollha li jinvolvu l-politika, il-liġi, il-kooperazzjoni sistematika, il-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi jinbidlu fir-rigward tal-punti ta' qsim għal migranti irregolari, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija meħuda f'livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri, jaġixxi f'kooperazzjoni ma' atturi oħra bħal pajjiżi terzi u korpi oħra tal-UE, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (eu-LISA), Europol, il-ġestjoni tal-UE tal-kriżijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(23a) L-isfidi l-ġodda u l-kompiti addizzjonali jirrikjedu li l-aġenziji involuti fil-ġestjoni tal-fruntieri jkunu mgħammra bil-finanzjament u l-persunal meħtieġa. Apparti l-professjonisti żgħażagħ, jenħtieġ ukoll li esperti b'esperjenza mill-Istati Membri jiġu ingaġġati u ggradati skont l-esperjenza tagħhom.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(27a) Minħabba r-rabta qawwija tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi ma' oqsma oħra ta' politika, bħall-Fond Marittimu u tas-Sajd jew il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura approċċ ikkoordinat tajjeb, is-sinerġiji possibbli, u t-trasparenza fl-infiq rispettiv. Jenħtieġ li regoli ċari u trasparenti jipprevjenu l-finanzjament doppju.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 34
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(34) Jenħtieġ li miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-istrument jiġu implimentati f'sinerġija u f'koerenza sħiħa ma' azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom, appoġġati permezz ta' strumenti ta' finanzjament esterni tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, l-Istrument se jimmira l-appoġġ biex isaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u jirrinforza aspetti ewlenin tal-kapaċitajiet tagħhom ta' sorveljanza fil-fruntieri u ġestjoni f'oqsma ta' interess għall-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni u l-objettivi tas-sigurtà tal-Unjoni.
(34) Jenħtieġ li miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-istrument jiġu implimentati f'sinerġija u f'koerenza sħiħa ma' azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkomplementawhom, appoġġati permezz ta' strumenti ta' finanzjament esterni tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, l-Istrument jenħtieġ li jimmira l-appoġġ biex isaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, fosthom permezz tal-parteċipazzjoni fil-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet, u jirrinforza aspetti ewlenin tal-kapaċitajiet tagħhom ta' sorveljanza fil-fruntieri u ġestjoni f'oqsma ta' interess għall-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni u l-objettivi tas-sigurtà tal-Unjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 38
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(38) Jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri kkalkolati fuq il-bażi ta' kriterji stipulati fl-Anness I, li jirriflettu t-tul u l-livelli ta' theddid f'sezzjonijiet ta' fruntieri tal-art u tal-baħar, l-ammont ta' xogħol fl-ajruporti u l-konsulati kif ukoll in-numru ta' konsulati.
(38) Jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri kkalkolati fuq il-bażi ta' kriterji stipulati fl-Anness I, li jirriflettu t-tul u l-livelli ta' theddid fuq il-bażi ta' data reċenti u storika f'sezzjonijiet ta' fruntieri tal-art u tal-baħar, l-ammont ta' xogħol fl-ajruporti u l-konsulati kif ukoll in-numru ta' konsulati.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 39a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(39a) Ir-rieżami ta' nofs it-terminu jenħtieġ li jintuża biex jivvaluta l-effikaċja u l-valur miżjud tal-UE tal-programmi, jirriżolvi l-problemi li dehru matul l-ewwel fażi, u jipprovdi ħarsa ġenerali trasparenti tal-implimentazzjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 40a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(40a) Fil-perspettiva tal-esperjenza drammatika tal-Unjoni Ewropea mal-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi fis-snin preċedenti u n-nuqqas ta' finanzjament flessibbli biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, il-faċilità tematika jenħtieġ li tkun disponibbli għall-isfidi ġodda li ġejjin u biex toħloq valur miżjud tal-UE mingħajr ma tuża l-marġini disponibbli u l-istrumenti ta' flessibbiltà.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 43
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(43) Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Istrument jistgħu jiġu allokati wkoll għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi minbarra l-allokazzjoni inizjali tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jiġu identifikati bħala temi ta' prijorità fil-livell tal-Unjoni u jikkonċernaw azzjonijiet li jirrikjedu sforz jew azzjonijiet kooperattivi li huma neċessarji biex jiġu indirizzati żviluppi fl-Unjoni li jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar, bħax-xiri ta' tagħmir tekniku permezz tal-programmi nazzjonali ta' Stati Membri li huwa meħtieġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex twettaq l-attivitajiet operazzjonali tagħha, il-modernizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża, l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-istabbiliment ta' interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-programmi ta' ħidma tagħha.
(43) Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Istrument jistgħu jiġu allokati wkoll għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi minbarra l-allokazzjoni inizjali tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jiġu identifikati bħala temi ta' prijorità fil-livell tal-Unjoni u jikkonċernaw azzjonijiet li jirrikjedu sforz jew azzjonijiet kooperattivi li huma neċessarji biex jiġu indirizzati żviluppi fl-Unjoni jew il-parteċipazzjoni fl-azzjoni esterna tagħha bħall-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet, li jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar, bħax-xiri ta' tagħmir tekniku permezz tal-programmi nazzjonali ta' Stati Membri li huwa meħtieġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex twettaq l-attivitajiet operazzjonali tagħha, il-modernizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża, l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-istabbiliment ta' interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-programmi ta' ħidma tagħha.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 57
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(57) Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.
(57) B'riflessjoni tal-urġenza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u li jkun fuq quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti fosthom l-ugwaljanza tal-ġeneru, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' mill-inqas 25 % matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027 u 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 tal-infiq mill-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 58a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(58a) Huwa importanti li jiġu żgurati ġestjoni finanzjarja tajba u ċertezza tad-dritt matul il-perjodu ta' tranżizzjoni u matul l-implimentazzjoni tal-Istrument. Jenħtieġ li l-azzjonijiet imwettqa matul il-perjodu 2014-2020 ma jiġux interrotti matul it-tranżizzjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) jappoġġa ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri effettiva fuq il-fruntieri esterni li implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiffaċilita qsim leġittimu tal-fruntieri, jipprevjeni u jidentifika l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġġestixxi effettivament il-flussi migratorji;
(a) jappoġġa ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri effettiva fuq il-fruntieri esterni li implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiffaċilita qsim leġittimu tal-fruntieri, jipprevjeni u jidentifika l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġġestixxi effettivament il-flussi migratorji;
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Fl-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'paragrafu 2, l-istrument għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.
3. Fl-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'paragrafu 2, l-istrument għandu jiġi implimentat fost l-oħrajn permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Fl-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u f'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, l-istrument għandu jappoġġa b'mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.
1. Fl-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u, fejn xieraq, f'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, l-istrument għandu jappoġġa b'mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3a. L-implimentazzjoni tal-istrument m'għandhiex tinvolvi piż amministrattiv kbir li jkollu impatt negattiv fuq l-effikaċja tagħha jew li jimpedixxi lill-Istati Membri milli jirkupraw il-finanzjament.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3b. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-istrument. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi helpdesk u punt ta' kuntatt biex jipprovdu appoġġ lill-Istati Membri u jikkontribwixxu għall-allokazzjoni effettiva tal-finanzjament.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 8 018 000 000 fi prezzijiet attwali.
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-istrument għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 7 087 760 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR8 018 000 000 fi prezzijiet kurrenti).
Ġustifikazzjoni
Qiegħed jiġi propost li l-pakkett finanzjarju jiġi emendat skont ir-riżoluzzjonijiet tal-PE tal-14 ta' Marzu u t-30 ta' Mejju dwar il-QFP li jmiss, abbażi ta' diżaggregazzjoni teknika preliminari għal kull programm li jista' jkun soġġett għal aktar aġġustamenti, filwaqt li tiġi rrispettata l-pożizzjoni ġenerali tal-PE kif stabbilita f'dawk ir-riżoluzzjonijiet u wkoll il-livell ġenerali ta' 1,3 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE-27.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) EUR 4 811 000 000 se jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża, li minnhom EUR157 200 000 se jiġu allokati għall-Iskema ta' Tranżitu Speċjali kif imsemmi fl-Artikolu 16, implimentati b'ġestjoni kondiviża;
(a) EUR 4 252 833 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 811 000 000 fi prezzijiet kurrenti). se jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża, li minnhom EUR138 962 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR157 200 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Iskema ta' Tranżitu Speċjali kif imsemmi fl-Artikolu 16, implimentati b'ġestjoni kondiviża;
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) EUR 3 207 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.
(b) EUR 2 834 927 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 207 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) EUR 4 009 000 000 lill-Istati Membri skont il-kriterji fl-Anness I;
(a) EUR 3 543 880 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 009 000 000 fi prezzijiet kurrenti). lill-Istati Membri skont il-kriterji fl-Anness I;
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) EUR 802000000 lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1).
(b) EUR 708 953 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 802 000 000 fi prezzijiet kurrenti) lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1).
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza ta' emerġenza.
5. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-assistenza ta' emerġenza, inkluża l-parteċipazzjoni permezz ta' ġestjoni ċivili tal-kriżijiet.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
10. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma' pajjiż terz jew fih bl-appoġġ tal-Istrument, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett.
10. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma' pajjiż terz jew fih bl-appoġġ tal-Istrument, inkluża l-parteċipazzjoni fil-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
11. Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta azzjonijiet ma' pajjiż terz jew fih, bl-appoġġ tal-Istrument li jirrelata ma' monitoraġġ, detezzjoni, identifikazzjoni, intraċċar, prevenzjoni u interċezzjoni ta' dħul mhux awtorizzat għall-iskop tad-detezzjoni, prevenzjoni u sforzi kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera, jew għall-iskop tal-kontribuzzjoni lejn il-protezzjoni u salvataġġ ta' ħajjiet ta' migranti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jkun innotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma' dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE)Nru1052/2013.
11. Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta azzjonijiet ma' pajjiż terz jew fih, bl-appoġġ tal-Istrument li jirrelata ma' monitoraġġ, detezzjoni, identifikazzjoni, intraċċar, prevenzjoni u interċettazzjoni ta' dħul mhux awtorizzat għall-iskop tad-detezzjoni, prevenzjoni u sforzi kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera, jew għall-iskop tal-kontributgħall-protezzjoni u s-salvataġġ ta' ħajjiet ta' migranti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jkun innotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma' dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE)Nru1052/2013.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 12 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jixtru oġġetti għal operazzjonijiet marittimi bi skopijiet multipli sakemm, meta operati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, dawn l-oġġetti jkunu involuti f'operazzjonijiet ta' sorveljanza fil-fruntieri tal-anqas 60 % tal-perjodu totali tal-użu għal skopijiet nazzjonali fi żmien sena. Dawn l-oġġetti għandhom jiġu rreġistrati fil-ġabra ta' tagħmir tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bil-għan li dawn l-assi jkunu disponibbli skont l-Artikolu 39(8) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624;
(c) L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jixtru mezzi bi skopijiet multipli jew jiżviluppaw sistemi tal-ICTs, dment li dawn l-oġġetti, meta jkunu operati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, ikunu involuti f'operazzjonijiet ta' sorveljanza fil-fruntieri tal-anqas 60 % tal-perjodu totali tal-użu għal skopijiet nazzjonali fi żmien sena. L-oġġetti għandhom jiġu rreġistrati fil-ġabra ta' tagħmir tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bil-għan li dawn l-assi jkunu disponibbli skont l-Artikolu 39(8) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624;
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jixtru tagħmir jew jiżviluppaw sistemi tal-ICTs bi skopijiet multipli dment li, meta operati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, dawn l-oġġetti u dawn is-sistemi jkunu, fil-parti l-kbira tagħhom, użati għall-azzjonijiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond jew tal-Istrument.Il-kostijiet ta' dawn l-azzjonijiet jistgħu jkunu inklużi totalment fil-Fond jew fl-Istrument.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri.
5. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkomplementa l-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri. Bħala bażi għar-rieżami, il-Kummissjoni għandha tqis l-implimentazzjoni mtejba tal-proġetti, l-infiq kwalitattiv, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv mhux meħtieġ, l-appoġġ tal-effikaċja lill-Istati Membri, u l-prijoritajiet ġenerali tal-Fond għas-Sigurtà Interna fir-rigward tal-fruntieri u l-viżi.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Anness I – punt 7 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali ta' finanzjament, l-evalwazzjoni tal-ammont ta' xogħol għandu jkun ibbażat fuq l-aħħar medja ta' figuri li jkopri s-36 xahar preċedenti disponibbli fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali ta' finanzjament, il-valutazzjoni tal-ammont ta' xogħol għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar medja ta' figuri li tkopri s-36 xahar preċedenti disponibbli fid-data tar-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2024. Il-valutazzjoni tal-ammont ta' xogħol għandha tkun ibbażata fuq il-fatturi li ġejjin:
7. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali ta' finanzjament, l-evalwazzjoni tal-ammont ta' xogħol għandu jkun ibbażat fuq l-aħħar medja ta' figuri li jkopri s-36 xahar preċedenti u d-data storika disponibbli fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali ta' finanzjament, il-valutazzjoni tal-ammont ta' xogħol għandha tkun ibbażata fuq iċ-ċifri medji storiċi disponibbli fid-data tar-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2024. Il-valutazzjoni tal-ammont ta' xogħol għandha tkun ibbażata fuq il-fatturi li ġejjin:
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness I – punt 11 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
11. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-livell medju tat-theddida għal kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-analiżi ta' nofs it-terminu, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-livell medju ta' theddida għal kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar disponibbli fid-data tal-analiżi ta' nofs it-terminu fl-2024. Għandu jiddetermina l-fatturi speċifiċi għall-ponderazzjoni li ġejjin għal kull sezzjoni bl-applikazzjoni tal-livelli ta' theddid kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1052/2013:
11. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-livell medju tat-theddida għal kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar u tad-data storika fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-analiżi ta' nofs it-terminu, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-livell medju ta' theddida għal kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji u taċ-ċifri medji storiċi disponibbli fi żmien tal-analiżi ta' nofs it-terminu fl-2024. Għandu jiddetermina l-fatturi speċifiċi għall-ponderazzjoni li ġejjin għal kull sezzjoni bl-applikazzjoni tal-livelli ta' theddid kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1052/2013:
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness II – punt 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll jew minn kompiti mwettqa fil-fruntiera, u f'livell tal-UE bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, fuq naħa, u l-korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi, fuq in-naħa l-oħra;
(c) itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll jew minn kompiti mwettqa fil-fruntiera, u f'livell tal-UE bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, fuq naħa, u l-korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-azzjoni u l-attivitajiet esterni, jew ta' pajjiżi terzi, fuq in-naħa l-oħra;
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) taħriġ fil-qasam tal-iżvilupp ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jew kontribut lil dan l-iżvilupp, b'kont meħud tal-ħtiġijiet operattivi u l-analiżi tar-riskju u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali;
(c) taħriġ fil-qasam tal-iżvilupp ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jew kontribut lil dan l-iżvilupp, anki għal finijiet ta' ġestjoni ċivili tal-kriżijiet, b'kont meħud tal-ħtiġijiet operattivi u l-analiżi tar-riskju u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 9a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9a)Miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT u tan-netwerks ta' komunikazzjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu
L-istabbiliment, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi
Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Tiemo Wölken, Marco Zanni
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Karine Gloanec Maurin, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Andrey Novakov, Marco Valli
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Michael Detjen
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
23
+
ALDE
Jean Arthuis, Gérard Deprez
ECR
Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk
PPE
Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere
S&D
Michael Detjen, Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Tiemo Wölken
VERTS/ALE
Indrek Tarand
2
-
ENF
André Elissen
NI
Eleftherios Synadinos
2
0
EFDD
Marco Valli
ENF
Marco Zanni
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
L-istabbiliment, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi
Asim Ademov, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Romeo Franz, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kudrycka, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Carlos Coelho, Pál Csáky, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Innocenzo Leontini, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Asim Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Emil Radev, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský
S&D
Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Iris Hoffmann, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Emilian Pavel, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer
VERTS/ALE
Romeo Franz, Ska Keller, Judith Sargentini, Bodil Valero