RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
28.2.2019 - (2018/2166(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Inés Ayala Sender
- 001-001 (PDF - 116 KB)
- 001-001 (DOC - 21 KB)
- 002-003 (PDF - 118 KB)
- 002-003 (DOC - 69 KB)
- 004-008 (PDF - 130 KB)
- 004-008 (DOC - 27 KB)
- 009-009 (PDF - 113 KB)
- 009-009 (DOC - 21 KB)
- 010-011 (PDF - 118 KB)
- 010-011 (DOC - 68 KB)
- 012-013 (PDF - 121 KB)
- 012-013 (DOC - 69 KB)
- 014-020 (PDF - 133 KB)
- 014-020 (DOC - 29 KB)
- 021-026 (PDF - 135 KB)
- 021-026 (DOC - 27 KB)
- 027-027 (PDF - 103 KB)
- 027-027 (DOC - 20 KB)
- 028-028 (PDF - 109 KB)
- 028-028 (DOC - 65 KB)
- 029-029 (PDF - 114 KB)
- 029-029 (DOC - 21 KB)
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[1],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0318/2018)[2],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2017 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2018)0457),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017 (COM(2018)0661) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2018)0429),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3], u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[4] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05824/2019 – C8-0053/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[5], u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[6], u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260 261 u 262 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
A. billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
1. Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017[7];
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[8],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0318/2018)[9],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2017[10],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545) u d-dokument(i) ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja(w)h,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017 (COM(2018)0661) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2018)0429),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[11],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[12] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05826/2019 – C8-0054/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[13], u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[14], u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260 261 u 262 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[16], u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE[17],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
A. billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017[18];
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[19],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0318/2018)[20],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2017[21],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545) u d-dokument(i) ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja(w)h,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017 (COM(2018)0661) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2018)0429),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[22],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[23] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05826/2019 – C8-0054/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[24], u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[25], u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260 261 u 262 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[26], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[27], u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/771/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE[28],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
A. billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017[29];
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
4. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[30],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0318/2018)[31],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2017[32],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545) u d-dokument(i) ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja(w)h,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017 (COM(2018)0661) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2018)0429),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[33],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[34] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05826/2019 – C8-0054/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[35], u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[36], u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260 261 u 262 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[37], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[38], u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE[39],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex "L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel" tiġi ttrasformata f'"L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel"[40],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
A. billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017[41];
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
5. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[42],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0318/2018)[43],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2017[44],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545) u d-dokument(i) ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja(w)h,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017 (COM(2018)0661) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2018)0429),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[45],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[46] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05826/2019 – C8-0054/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[47], u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[48], u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260 261 u 262 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[49], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[50], u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/779/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE[51],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
A. billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017[52];
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
6. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[53],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0318/2018)[54],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2017[55],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545) u d-dokument(i) ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja(w)h,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017 (COM(2018)0661) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2018)0429),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[56],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[57] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05826/2019 – C8-0054/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[58], u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[59], u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260 261 u 262 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[60], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[61], u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/778/UE tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE[62],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
A. billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017[63];
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
7. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[64],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0318/2018)[65],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2017[66],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545) u d-dokument(i) ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja(w)h,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017 (COM(2018)0661) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2018)0429),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[67],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[68] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05826/2019 – C8-0054/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[69], u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[70], u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260 261 u 262 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[71], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[72], u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE[73],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
A. billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017[74];
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
8. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[75],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0318/2018)[76],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545) u d-dokument(i) ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja(w)h,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2017 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2018)0457),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017 (COM(2018)0661) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2018)0429),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[77], u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[78] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05824/2019 – C8-0053/2019),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05826/2019 – C8-0054/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[79], u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[80], u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260 261 u 262 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[81], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017[82];
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
9. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2017,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0110/2019),
A. billi l-baġit tal-Unjoni għandu rwol sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politiki tal-Unjoni, għalkemm jirrappreżenta biss 1 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni;
B billi, meta jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, il-Parlament jivverifika jekk il-fondi jkunux intużaw b'mod korrett jew le, u jekk l-objettivi tal-politiki jkunux intlaħqu jew le;
Implimentazzjoni tal-baġit tal-2017 u r-riżultati miksuba
1. Jinnota li fl-2017 il-baġit tal-Unjoni kien fir-raba' sena ta' implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali, u ammonta għal EUR 159,8 biljun, inklużi is-sitt baġits emendatorji, u li l-allokazzjonijiet fid-diversi oqsma kienu:
(a) EUR 75,4 biljun għat-tkabbir intelliġenti u inklużiv;
(b) EUR 58,6 biljun għall-appoġġ għas-settur agrikolu Ewropew;
(c) EUR 4,3 biljun għat-tisħiħ tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u għall-indirizzar tal-kriżi tar-rifuġjati u l-migrazzjoni irregolari;
(d) EUR 10,7 biljun għall-attivitajiet barra mill-Unjoni;
(e) EUR 9,4 biljun għall-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
2. Jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni jappoġġja l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u l-ksib tal-prijoritajiet u tal-objettivi tagħhom billi jikkomplementa r-riżorsi tal-Istati Membri ddedikati għall-istess skopijiet; jinnota f'dan ir-rigward il-ksib tar-riżultati li ġejjin:
(a) fl-2017, Orizzont 2020 ipprovda EUR 8,5 biljun ta' finanzjament, li kompla jimmobilizza investimenti diretti addizzjonali, li wasslu għal total ta' EUR 10,6 biljun u finanzjament ta' 5 000 proġett;
(b) sa tmiem l-2017, COSME pprovda finanzjament lil aktar minn 275 000 kumpanija ta' daqs żgħir u medju (li 50 % minnhom kienu negozji ġodda) f'25 pajjiż li kieku kienu jbatu biex jiksbu finanzjament privat minħabba l-livell għoli tagħhom tal-profil tar-riskju;
(c) fir-rigward tal-kisbiet tal-programmi rrapportati mill-Istati Membri sa tmiem l-2016, il-proġetti implimentati fl-ambitu tal-Fond ta' Koeżjoni (FK) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) kienu diġà pprovdew:
– appoġġ lil 84 579 intrapriża, li minnhom aktar minn 36 000 huma appoġġjati minn strumenti finanzjarji;
– 10 300 impjieg maħluqa flimkien ma' 636 riċerkatur ġdid impjegat;
– 41 800 unità domestika b'titjib fil-klassifikazzjoni tal-konsum tal-enerġija u tnaqqis ta' 14,9 miljun kWh/sena fil-konsum annwali tal-enerġija primarja ta' bini pubbliku;
– 2,7 miljun persuna li jibbenefikaw minn titjib fis-servizzi tas-saħħa; 156 000 persuna addizzjonali moqdija bi provvista tal-ilma mtejba u 73 000 moqdija bi trattament imtejjeb tal-ilma mormi;
– aċċess għall-broadband għal miljun unità domestika addizzjonali;
(d) sa tmiem l-2016, il-Programmi tal-Iżvilupp Rurali kkontribwew għar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni ta' kważi 45 000 azjenda agrikola;
e) fl-2017, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) appoġġja l-ħolqien ta' aktar minn 7 000 post addizzjonali fiċ-ċentri ta' akkoljenza; l-għadd ta' postijiet adattati għall-minorenni mhux akkumpanjati, grupp ta' migranti partikolarment vulnerabbli, żdied ukoll minn 183 post biss fl-2014 għal 17 070 post fl-2017; sa tmiem l-2017, 1 432 612-il ċittadin ta' pajjiżi terzi rċevew assistenza għall-integrazzjoni;
(f) l-UE pprovdiet aktar minn EUR 2,2 biljun f'għajnuna umanitarja fi 80 pajjiż differenti; il-finanzjament umanitarju tal-UE appoġġja l-edukazzjoni ta' aktar minn 4,7 miljun tifel u tifla maqbuda f'emerġenzi f'aktar minn 50 pajjiż;
Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri
3. Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") tat opinjoni pożittiva dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Unjoni Ewropea għall-2017, kif għamlet sa mill-2007, u li l-Qorti kkonkludiet li d-dħul għall-2017 li fuqu huma bbażati dawn il-kontijiet kien legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
4. Jinnota li għall-2017, il-Qorti għat-tieni sena konsekuttiva ħarġet opinjoni kkwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, li skont il-Qorti, tindika li parti sinifikanti min-nefqa tal-2017 awditjata minnha ma kinitx materjalment affettwata minn żball u li l-livell ta' irregolaritajiet fl-infiq tal-UE kompla jonqos;
5. Jilqa' l-andament pożittiv tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-pagamenti ddeterminata mill-Qorti f'dawn l-aħħar snin, li rreġistat tnaqqis kostanti li laħaq il-minimu storiku ta' 2,4 % fl-2017, perċentwal li għadu ogħla mil-livell limitu ta' 2 % iżda jirrappreżenta tnaqqis ta' kważi żewġ terzi fir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti għas-sena finanzjarja 2007, li kienet ta' 6,9 % għall-pagamenti; jinnota, madankollu, li l-pagamenti għadhom affettwati minn żbalji għax is-sistema ta' kontroll u ta' superviżjoni hija biss parzjalment effikaċi;
6. Jinnota li meta l-pagamenti saru abbażi ta' rimborżi tal-ispejjeż (meta l-UE tirrimborża spejjeż eliġibbli għal attivitajiet eliġibbli), il-Qorti tistma l-livell ta' żball għal 3,7 % (4,8 % fl-2016), filwaqt li r-rata ta' żball għall-pagamenti tad-drittijiet (li huma bbażati fuq l-issodisfar ta' ċerti kundizzjonijiet) kienet taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %;
7. Jinnota li l-Qorti awditjat tranżazzjonijiet li ta' valur totali ta' EUR 100,2 biljun, li jirrappreżenta anqas minn żewġ terzi tal-baġit totali għall-2017, u li l-qasam "Riżorsi naturali" jikkostitwixxi l-akbar sehem tal-popolazzjoni globali sottoposta għal awditjar (57 %), filwaqt li l-qasam "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" jirrappreżenta perċentwal relattivament żgħir (madwar 8 %) meta mqabbla mas-snin preċedenti;
8. Jiddispjaċih lil-Qorti ma eżaminatx il-livell ta' żball marbut mal-infiq fl-ambitu tal-intestatura 3 "Sigurtà u Ċittadinanza" u tal-intestatura 4 "Ewropa Globali"; iqis li, avolja ċ-ċifri f'dawn l-intestaturi huma relattivament baxxi, huma ta' importanza politika partikolari; jisħaq fuq il-fatt li l-awditjar ta' kampjun rappreżentattiv ta' dawn iż-żewġ intestaturi huwa essenzjali għall-finijiet ta' evalwazzjoni rigoruża u indipendenti tat-tranżazzjonijiet finanzjarji kif ukoll għall-finijiet ta' sorveljanza aħjar tal-użu tal-fondi tal-UE min-naħa tal-Parlament Ewropew, u jistieden lill-Qorti tforni data dwar ir-rata ta' żball relatat mal-pagamenti fl-ambitu ta' dawn l-intestaturi fir-rapporti annwali tagħha li jmiss;
9. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni nnifisha kkonstatat li t-titjib li kien hemm fl-2017 f'termini tar-rata ta' żball kien fil-biċċa l-kbira dovut għar-riżultati miksuba fis-settur tar-"Riżorsi Naturali"[83];
10. Iħeġġeġ lill-Qorti tippreżenta, fir-rapporti futuri tagħha, ir-rata ta' żball għas-sajd separatament mill-ambjent, l-iżvilupp rurali u s-saħħa, u mhux fuq bażi aggregata; jinnota li jekk dawn is-setturi jiġu magħquda ma' xulxin, ma jkun possibbli li tiġi kkalkolata r-rata ta' żball fi ħdan il-politika tas-sajd; jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti ma jkoprix l-affarijiet marittimi u s-sajd f'biżżejjed dettall, u għalhekk jagħmilha diffiċli li ssir evalwazzjoni xierqa tal-ġestjoni finanzjarja f'dawk l-oqsma; jikkunsidra li fil-futur ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu jinkludi separatament iċ-ċifri relatati mad-DĠ MARE sabiex tiżdied it-trasparenza;
11. Jiddispjaċih li għall-qasam "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", li minnu s-settur tat-trasport jagħmel parti, il-Qorti ma tagħti ebda informazzjoni komprensiva dwar l-awditjar li sar mis-settur tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE);
Dħul
12. Jinnota li fl-2017, l-Unjoni kellha riżorsi proprji li kienu jammontaw għal EUR 115,4-il biljun u dħul ieħor pari għal EUR 17,2-il biljun, u li l-bilanċ pożittiv riportat mill-2016 kien ta' EUR 6,4 biljun;
13. Jinnota b'sodisfazzjon il-konklużjoni tal-Qorti li fl-2017 id-dħul kien ħieles minn żbalji materjali u li s-sistemi li għandhom x'jaqsmu mad-dħul eżaminati mill-Qorti kienu, b'mod ġenerali, effikaċi, iżda li xi kontrolli għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) kienu biss parzjalment effikaċi;
14. Jinnota bi tħassib l-opinjoni tal-Qorti, skont liema hemm il-ħtieġa għal titjib fl-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex jiġi ssalvagwardjat id-dħul tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati d-dgħufijiet fil-ġestjoni tagħha tar-riskju ta' importazzjonijiet ta' valur baxx fir-rigward tal-RPT u fil-verifiki tagħha fuq ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT;
15. Jesprimi tħassib serju li dawn id-dgħufijiet jistgħu jaffettwaw il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni:
(a) ittejjeb il-monitoraġġ tagħha tal-flussi tal-importazzjonijiet, billi, fost l-oħrajn, tagħmel użu usa' mit-tekniki raġonevoli u legali tal-estrazzjoni ta' data (data mining) biex tanalizza andamenti mhux tas-soltu u r-raġunijiet sottostanti għalihom, u taġixxi fil-pront biex tiżgura li l-ammonti dovuti tal-RPT isiru disponibbli;
(b) tirrevedi l-qafas ta' kontroll eżistenti u tiddokumenta aħjar l-applikazzjoni tiegħu fil-verifika tal-kalkoli tal-Istati Membri tar-rata medja ponderata (WARs) ippreżentata mill-Istati Membri fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT tagħhom, li l-Kummissjoni tuża biex tikseb il-bażijiet armonizzati tal-VAT;
16. Jinnota bi tħassib li għat-tieni sena konsekuttiva, id-DĠ Baġit stabbilixxa riżerva fuq il-valur tal-RPT miġbura mir-Renju Unit, minħabba li l-pajjiż naqas milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE d-dazji doganali li ġew evażi fuq importazzjonijiet ta' tessuti u żraben;
17. Jilqa' l-proċedura ta' ksur li nediet il-Kummissjoni fit-8 ta' Marzu 2018 biex tagħti segwitu għall-każ ta' frodi doganali tar-Renju Unit iżda, speċjalment fid-dawl tal-Brexit u tad-diffikultajiet dejjem akbar li dan se joħloq għall-proċedura tal-ġbir, jiddispjaċih li l-Kummissjoni damet aktar minn seba' snin biex tniedi din il-proċedura wara t-talba tagħha lir-Renju Unit fl-2011 biex jistabbilixxi profili tar-riskju għal importazzjonijiet sottovalutati ta' tessuti u żraben miċ-Ċina; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fi Stati Membri oħra joperanow netwerks frawdolenti simili li wasslu għal evażjoni tad-dazji doganali ta' mill-anqas EUR 2,5 biljun mill-2015; jistieden lill-Kummissjoni taffronta mingħajr eżitazzjoni u mingħajr dewmien bla bżonn fil-futur każijiet analogi; itenni l-bżonn ċar ta' aktar kooperazzjoni bejn is-servizzi tad-dwana tal-Istati Membri biex jiġu evitati danni lill-baġits nazzjonali u lill-baġit tal-UE kif ukoll ksur tal-istandards tal-UE dwar il-prodotti; jitlob informazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prodotti li jilħqu s-suq intern mingħajr ma jirrispettaw l-istandards tal-UE dwar il-prodotti;
18. Jiddispjaċih bid-diskrepanzi fil-livell ta' kontrolli doganali bejn id-diversi Stati Membri; jenfasizza l-importanza tal-armonizzazzjoni tal-kontrolli fil-punti kollha ta' dħul fl-Unjoni Doganali u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ssir implimentazzjoni kkoordinata, uniformi u effiċjenti tas-sistema tal-fruntieri, li tiskoraġġixxi prattiki diverġenti bejn l-Istati Membri biex jitnaqqas in-numru ta' lakuni eżistenti fis-sistemi ta' kontroll doganali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, teżamina d-diversi prattiki ta' kontroll doganali fl-UE u l-impatt tagħhom fuq id-devjazzjoni tal-kummerċ, filwaqt tiffoka b'mod partikolari fuq il-prattiki doganali fil-fruntieri esterni tal-UE, u tiżviluppa analiżijiet ta' referenza u informazzjoni dwar l-operazzjonijiet doganali u l-proċeduri użati fl-Istati Membri;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
19. Jirrimarka li fl-2017, 99,3 % tal-ammont disponibbli għall-impenji ġie implimentat (EUR 158,7 biljun), iżda jisħaq fuq il-fatt li l-pagamenti eżegwiti kienu ta' EUR 124,7 biljun, ammont konsiderevolment anqas minn dak mdaħħal fil-baġit u minn dak tas-sena korrispondenti tal-perjodu ta' programmazzjoni pluriennali 2007-2013, prinċipalment minħabba li l-Istati Membri ppreżentaw anqas talbiet għall-ħlas milli kien mistenni għall-programmi pluriennali tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) għall-perjodu 2014-2020, kif ukoll minħabba l-adozzjoni tardiva tal-QFP u tal-leġiżlazzjoni settorjali; jinnota li dan jaf joħloq riskji futuri għall-implimentazzjoni tal-baġit jekk ikun hemm ammont kbir ta' pagamenti li misshom diġà saru fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħti s-sostenn massimu lill-Istati Membri biex ittejjeb ir-rati ta' assorbiment tagħhom;
20. Jinsab imħasseb ħafna li fl-2017, il-kombinazzjoni ta' impenji għoljin u pagamenti baxxi żiedet l-impenji baġitarji pendenti għal rekord ġdid ta' EUR 267,3 biljun (2016: EUR 238,8 biljun) u li l-projezzjonijiet tal-Qorti jindikaw li dan l-ammont se jiżdied aktar sa tmiem il-QFP attwali, li jista' jwassal għal żieda sinifikanti fir-riskju ta' approprjazzjonijiet ta' pagament insuffiċjenti, iżda wkoll għal riskju ta' żbalji taħt il-pressjoni għal assorbiment rapidu minħabba telf potenzjali ta' finanzjament tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-UE ma jistax jirreġistra defiċit u li l-għadd dejjem ogħla ta' arretrati fil-pagamenti jirrappreżenta fil-fatt dejn finanzjarju;
21. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta analiżi bir-reqqa dwar x'inhi r-raġuni għala ċerti reġjuni għadhom jeżibixxu rati baxxi ta' assorbiment tal-fondi u tivvaluta modi speċifiċi biex jinstab rimedju għall-problemi strutturali sottostanti għal dawn l-iżbilanċi; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-assistenza teknika fil-post biex ittejjeb il-kapaċità ta' assorbiment min-naħa tal-Istati Membri li jgħaddu minn diffikultajiet f'dan ir-rigward;
22. Ifakkar li l-Qorti rrapportat li għadu ma ġiex stabbilit jekk l-istrumenti speċjali għandhomx jiġu kontabilizzati jew le fil-limiti massimi applikabbli għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; iqis li dan jista' jirrappreżenta riskju ulterjuri li joħloq arretrati fil-pagamenti;
23. Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-preċiżjoni tal-previżjoni tal-pagamenti u tuża t-tagħlimiet meħuda mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti sabiex tindirizza l-arretrati fil-pagamenti u tevita l-effett negattiv tagħha fuq il-QFP li jmiss, kif ukoll tippreżenta l-Pjan ta' Azzjoni dwar it-tnaqqis tal-arretrati fil-pagamenti matul il-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027;
24. Jenfasizza t-tħassib kbir tiegħu li l-esponiment finanzjarju kumplessiv tal-baġit tal-Unjoni kiber, b'obbligazzjonijiet, garanziji u obbligi ġuridiċi sinifikanti u fuq terminu twil, u dan jimplika li jeħtieġ li l-ġestjoni ssir b'attenzjoni fil-futur; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni li meta tippreżenta proposti leġiżlattivi li jkunu jinkludu l-ħolqien jew iż-żieda ta' obbligazzjonijiet kontinġenti mdaqqsin, tinkludi wkoll stampa ġenerali tal-valur totali tal-obbligazzjonijiet kontinġenti appoġġjati mill-baġit, kif ukoll analiżi tax-xenarji tas-simulazzjoni ta' kriżi u l-impatt possibbli tagħhom fuq il-baġit;
25. Itenni t-talba tiegħu biex tiżdied linja baġitarja fil-baġits futuri tal-Unjoni li tkun dedikata għat-turiżmu sabiex tiġi żgurata trasparenza fir-rigward tal-fondi tal-Unjoni użati biex jappoġġjaw azzjonijiet għat-turiżmu;
ĠESTJONI KONDIVIŻA
26. Jindika li, skont il-Qorti, sar progress fit-tnaqqis tar-rata ta' żball fl-oqsma ta' nfiq li jirrigwardaw ir-"Riżorsi naturali" (2,4 %) u l-"Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" (3 %), li jaqgħu taħt il-ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri;
27. Jinnota li fl-2017, il-Qorti għamlet awditjar ta' numru anqas ta' nefqiet mis-sena l-oħra fil-qasam "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" li jinkludi pagamenti li jiswew EUR 8 biljun;
28. Jirrimarka li bħalma kien il-każ fl-2016, l-iżbalji ta' eliġibbiltà (jiġifieri spejjeż ineliġibbli li kienu inklużi fit-talbiet għall-ħlas għall-ispejjeż, nuqqas ta' rispett tal-impenji agroambjentali klimatiċi u proġetti, attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli) jikkontribwixxu l-aktar għal-livell ta' żball stmat għall-2017;
29. Iqis li fis-settur agrikolu l-ammonti riċevuti mill-benefiċjarji huma relattivament żgħar meta mqabbla ma' proġetti oħra tal-Unjoni u għaldaqstant il-piż amministrattiv biex jiġi ppruvat l-użu korrett tal-flus hu proporzjonalment ikbar;
30. Jindika studju reċenti tal-Kummissjoni li wera li, bejn l-2014 u l-2017, il-maġġoranza l-kbira tal-awtoritajiet maniġerjali tal-FSIE użaw SCOs (Għażliet tal-Ispejjeż Issemplifikati) (64 % tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), 73 % tal-Programmi Operattivi (PO) tal-FEŻR-FK u 95 % tal-PO tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE); f'termini ta' proġetti, l-għadd ta' proġetti li jużaw SCOs huwa ta' 19 % għall-FAEŻR, 65 % għall-FSE, 50 % għall-FEŻR u 25 % għall-FK; iqis li l-użu ta' SCOs jista' jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-iżbalji ta' eliġibbiltà;
31. Jenfasizza li s-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv minn fuq il-bdiewa u benefiċjarji oħra jeħtieġ li jkomplu fil-futur;
32. Jinnota li l-aċċess għad-data u għall-monitoraġġ tajjeb, speċjalment tal-aspetti ambjentali, huwa essenzjali għall-futur, meta wieħed iqis li ċerti riżorsi naturali bħall-ġestjoni tal-ħamrija u l-bijodiversità jirfdu l-produttività agrikola fit-tul;
33. Josserva li l-Qorti ftit li xejn sabet żbalji ta' akkwist pubbliku fl-2017: anqas minn 1 % (meta mqabbel mat-18 % fl-2016), iżda jinnota li r-raġuni għal dan tista' tkun il-livell relattivament baxx ta' nfiq aċċettat taħt il-FEŻR u l-FK, li kellu tendenza li jkun aktar suxxettibbli għal żbalji fl-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ma jdgħajfux, iżda jkomplu jsaħħu l-viġilanza tagħhom fuq l-implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku;
34. Jagħraf il-bżonn li jiġu ċċarati ulterjorment il-proċeduri ta' akkwist u r-relazzjoni mal-offerenti fl-Istati Membri, inkwantu l-proċeduri tat-tfigħ tal-offerti jistgħu jinbidlu fi proċeduri semilegali li jimpedixxu l-kompetizzjoni ġusta u li jistgħu jippermettu l-frodi; jilqa' pożittivament l-istudju tal-Kummissjoni dwar l-"offerent uniku" u qiegħed jistenna r-riżultati; jinnota bi tħassib in-nuqqasijiet fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku fl-Ungerija u fis-Slovakkja;
35. Jiġbed, madankollu, l-attenzjoni fuq ir-riżervi espressi mis-servizzi tal-Kummissjoni matul il-proċeduri annwali normali tal-kwittanza u fuq il-fatt li kull Stat Membru jikseb riżultati differenti huwa u juża l-bosta fondi tal-UE u li dejjem hemm oqsma li fihom jeħtieġ li jkun hemm titjib; jinnota, f'dan ir-rigward, li għall-2017 ġew formulati dawn ir-riżervi:
- DĠ AGRI fir-rigward ta': Awstrija, Belġju, Bulgarija, Kroazja, Ċekja, Danimarka, Finlandja, Franza, Ġermanja, Ungerija, Italja, Portugall, Rumanija, Slovakkja, Slovenja, Spanja, Żvezja u Renju Unit;
- DĠ MARE fir-rigward ta': Bulgarija, Ċekja, Italja, Netherlands, Rumanija;
- DĠ REGIO fir-rigward ta': Bulgarija, Kroazja, Ċekja, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Ungerija, Italja, Latvja, Polonja, Rumanija, Slovakja, Slovenja, Żvezja u Renju Unit;
- DĠ EMPL fir-rigward ta': Awstrija, Ċekja, Franza, Ġermanja, Ungerija, Italja, Polonja, Rumanija, slovakkja, Renju Unit
- DĠ HOME fir-rigward ta': Finlandja, Ġermanja, Greċja, Renju Unit;
36. Jinnota f'dan ir-rigward li, avolja fl-2017 is-servizzi tal-Kummissjoni ma esprimewx riżervi għall-Irlanda, għal-Lussemburgu, għal Malta, għal Ċipru u għal-Litwanja, fl-2016 esprimew riżervi, fil-każ tad-DĠ AGRI: fir-rigwarda tal-Irlanda, tal-Litwanja, ta' Malta u ta' Ċipru, fil-każ tad-DĠ EMPL: fir-rigward ta' Ċipru, u fil-każ tad-DĠ REGIO: fir-rigward tal-Irlanda;
37. Jilqa' l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-181 proġett prijoritarju tal-Greċja:
(a) 119-il proġett b'nefqa ta' EUR 7,1 biljun huma indikati bħala kompletati;
(b) 17-il proġett b'nefqa ta' EUR 0,5 biljun għandhom ikunu kompletati sa Marzu 2019 b'fondi nazzjonali (skont stimi jinħtieġu EUR 0,53 biljun oħra);
(c) 24 proġett (EUR 0,8 biljun) li, skont l-istimi, se jeħtieġu finanzjament addizzjonali ta' EUR 1,1 biljun, se jitqassmu b'mod gradwali matul il-perjodu 2014-2020;
(d) 21 partita b'baġit stmat ta' EUR 1,1 biljun tħassru;
Iqis li l-mod li bih il-Kummissjoni sostniet lill-Greċja fl-implimentazzjoni u fil-konklużjoni tal-proġetti tal-Unione għandu jitiqes bħala esperjenza pożittiva;
38. Jinnota b'dispjaċir kbir li, minkejja l-bosta twissijiet li bagħat il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni rreaġixxiet għall-każ tal-kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Ċek biss wara li Transparency International Repubblika Ċeka ressqet ilment fil-konfront tiegħu f'Ġunju 2018; jinsab inkwetat ħafna għall-fatt li dokument ġuridiku tal-UE, iddatat id-19 ta' Novembru 2018, indika l is-sitwazzjoni tal-Prim Ministru Ċek tikkwalifika bħala kunflitt ta' interess, peress li huwa jista' influwenza d-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni li minnhom ibbenefikaw il-kumpaniji marbuta miegħu[84];
39. Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tinvestiga b'mod sħiħ dwar il-kunflitt ta' interessi tal-Prim Ministru Ċek, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Diċembru 2018, kif ukoll tinvestiga dwar is-sitwazzjoni tal-Prim Ministru Ċek bħala proprjetarju ta' midja u tislet konklużjonijiet minn dan il-każ;
40. Ifakkar li s-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-awtorità nazzjonali responsabbli mill-koordinament tal-fondi tal-UE (il-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali) tforni, għal dawk li huma l-finanzjamenti lill-impriżi li jagħmlu parti mill-holding tiegħu, l-informazzjoni[85] neċessarja li ġejja:
41. Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Ministeru Ċek tal-Iżvilupp Reġjonali ġabar l-informazzjoni mitluba mingħand id-diversi awtoritajiet ta' ġestjoni kkonċernati u li għaddiehom lill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni liema azzjonijiet biħsiebha tieħu fid-dawl tal-valutazzjoni ġuridika reċenti tas-sitwazzjoni;
42. Ifakkar li l-Parlament Ewropew is-sena li għaddiet talab lill-Kummissjoni tħaffef il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità li nfetħet fit-8 ta' Jannar 2016 sabiex tikseb informazzjoni dettaljata u preċiża dwar ir-riskju ta' kunflitti ta' interess li jikkonċernaw il-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu fir-Repubblika Ċeka;
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
Esperjenzi pożittivi
43. Jinnota l-progress fl-għażla tal-proġetti u li sa Jannar 2018, intgħażlu 673 800 proġett għall-appoġġ mill-FEŻR, il-FK, il-FSE, u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li jammontaw għal EUR 260 biljun jew 54 % tal-finanzjament totali disponibbli għall-perjodu 2014-2020; jinnota li fi tmiem l-2018 ir-rata ta' għażla tal-proġetti laħqet is-70 % tal-finanzjamenti totali disponibbli u kienet simili għar-rata ta' għażla fl-istess fażi tal-aħħar perjodu ta' programmazzjoni;
44. Jilqa' l-fatt li mill-450 000 proġett magħżula sa tmiem l-2016 biex jappoġġjaw l-SMEs, 84 500 diġà tlestew, u b'hekk ikkontribwew għall-produttività u l-kompetittività tal-impriżi;
45. Jilqa' wkoll il-fatt li sa tmiem l-2017, intgħażlu madwar 5 500 proġett biex jappoġġjaw il-ksib ta' Suq Uniku Diġitali konness, li jikkorrispondu għal investiment totali ta' EUR 9,1 biljun;
46. Jinnota b'sodisfazzjon li, fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija u tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, aktar minn 2,000 MW ta' kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tnaqqsu b'madwar 3 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 sal-aħħar tal-2016; jenfasizza, madankollu, li għandu jsir aktar biex jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim dwar il-Klima li sar Pariġi fl-2015;
47. Jinnota li sa tmiem l-2017, tlestew 99 % tal-pjanijiet ta' azzjoni għall-kundizzjonalitajiet ex ante li jaffettwaw il-FSE, il-FK u l-FEŻR;
48. Jilqa', b'mod partikolari, fir-rigward tal-fondi strutturali, ix-xogħol ta' awditjar tal-Qorti dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji, il-kundizzjonalitajiet ex ante, ir-riżerva ta' prestazzjoni u l-assorbiment;
49. Jinnota b'sodisfazzjoni li l-outputs u r-riżultati deskritti għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) huma fit-triq it-tajba li jinkisbu u li l-istrument jikkomplementa l-isforzi nazzjonali biex jinqered il-faqar u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali;
50. Jinnota li matul ir-rieżami tal-Qorti tal-Awdituri tal-113-il proġett kompletat fl-ambitu tal-qasam tal-infiq ta' "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", 65 % kellhom sistema ta' kejl tal-prestazzjoni b'indikaturi tal-output u tar-riżultati marbuta mal-objettivi tal-programm operattiv – li jirrappreżenta titjib meta mqabbel mas-snin preċedenti; jinnota bi tħassib li 30 % tal-proġetti ma kellhom l-ebda indikatur jew mira, u dan jagħmilha impossibbli li jiġi vvalutat il-kontribut speċifiku ta' dawk il-proġetti għall-objettivi ġenerali tal-programm;
Kwistjonijiet kritiċi li jeħtieġu titjib
51. Jiddispjaċih li l-Qorti identifikat u kkwantifikat 36 żball fil-kampjun tagħha ta' 217-il tranżazzjoni għall-2017, li l-awtoritajiet ta' awditjar fl-Istati Membri ma kinux sabu, u li n-numru u l-impatt ta' dawn l-iżbalji jindikaw dgħufijiet persistenti fir-regolarità tan-nefqa ddikjarata mill-awtoritajiet ta' ġestjoni; jiddispjaċih ukoll bil-fatt li l-Qorti sabet lakuni fil-metodoloġiji ta' kampjunar ta' ċerti awtoritajiet ta' awditjar; jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora b'mod saħansitra aktar strett mal-awtoritajiet ta' ġestjoni u ta' awditjar tal-Istati Membri individwali biex jinstabu dawn l-iżbalji u jiġu ttrattari b'mod speċifiku dawk l-aktar frekwenti;
52. Jiddeplora l-fatt li, kif osservat il-Qorti, għall-2017 il-Kummissjoni ppreżentat mill-anqas 13-il rata ta' żball differenti fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-perjodi ta' programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020, u dan ifixkel ir-rapportar u jagħmlu mhux ċar ħafna kif ukoll jagħmel l-evalwazzjoni tad-data diffiċli;
53. Jinnota li l-awtoritajiet ta' awditjar tal-Istati Membri jikkomunikaw lid-DĠ REGIO r-rati ta' żball għall-fondi strutturali wara li jitnaqqsu l-korrezzjonijiet biss, u dan ma jagħtix stampa reali tas-sitwazzjoni tal-proġetti tal-UE fil-post u tar-rata ta' żvall effettiv għall-pagamenti fl-2017;
54. Huwa mħasseb li minkejja ż-żieda sinifikanti fir-rata medja ta' assorbiment f'termini ta' pagamenti mill-Kummissjoni minn 3,7 % fl-2016 għal 16,4 % fl-2017, l-assorbiment jibqa' saħansitra aktar baxx milli fis-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti, li kien ta' 22,1 % fl-2010;
55. Josserva bi tħassib li, minn Settembru 2018, għad hemm 7 pjanijiet ta' azzjoni mhux kompletati relatati mal-kundizzjonalitajiet ex ante u li ġiet adottata sospensjoni waħda ta' pagamenti interim u tnejn oħra huma taħt konsultazzjoni bejn is-servizzi biex jiġu adottati; jiddispjaċih li t-twettiq tal-kundizzjonalitajiet ex ante wera li huwa ta' piż amministrattiv għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u jikkostitwixxi waħda mir-raġunijiet għal dewmien fl-assorbiment; japprezza b'mod partikolari s-sostenn immirat mogħti lill-awtoritajiet responsabbli mill-programmi u ż-żieda fil-livell ta' implimentazzjoni li ntlaħaq bis-saħħa tal-inizjattivi adottati mill-Kummissjoni, "Reġjuni f'fażi ta' Rkupru" u "Task Force dwar Implimentazzjoni Aħjar"; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, id-dgħufijiet identifikati u l-problemi relatati mal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni, li se jissostitwixxu l-kundizzjonalitajiet ex ante, jiġu indirizzati b'mod xieraq;
56. jinsab inkwetat bin-nuqqas ta' trasparenza tal-infiq għall-istrumenti finanzjarji, billi l-fondi disponibbli għal dawn l-istrumenti fl-ambitu tal-QFP attwali huma erba' darbiet akbar; jinnota li sa tmiem l-2017, 24 Stat Membru kienu qed jagħmlu użu mill-istrumenti finanzjarji u l-kontribuzzjonijiet totali tal-programm impenjati għall-istrumenti finanzjarji kienu jammontaw kważi EUR 18,8-il biljun (EUR 13,3-il biljun fi tmiem l-2016), li minnhom EUR 14,2-il biljun kienu mill-FSIE; jinnota wkoll li total ta' EUR 5,5 biljun (madwar 29 %) ta' dawn l-ammonti impenjati tħallsu lill-istrumenti finanzjarji (EUR 3,6 biljun fi tmiem l-2016), inklużi EUR 4,4 biljun mill-FSIE; jinsab imħasseb, madankollu, li, wara tliet snin minn mindu beda dan il-QFP, tħallsu EUR 1,9 biljun (10,1%) lid-destinaturi finali (EUR 1,2 biljun fi tmiem l-2016), li minnhom EUR 1,5 biljun (10,5 %) kienu mill-FSIE;
57. Jaqbel mal-Qorti fuq il-bżonn ta' rapporti aktar dettaljati dwar l-istrumenti finanzjarji u jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb b'mod sinifikanti r-rapportar tar-riżultati ta' dawn l-istrumenti għall-perjodi 2007-2013 u 2014-2020;
58. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni preċiża u kompluta dwar l-istrumenti finanzjarji f'reġim ta' ġestjoni kondiviża wara li jagħlaq il-perjodu tal-QFP 2007-2013, u tindika l-ammonti jintraddu lura lill-baġit tal-Unjoni u dawk li baqgħu fl-Istati Membri;
59. Jiddispjaċih bil-kbir li, fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji, l-awdituri ma setgħux jivverifikaw l-għażla u l-implimentazzjoni tal-investimenti fil-livell intermedjarju finanzjarju, fejn seħħew għadd ta' irregolaritajiet, li jirrappreżentaw 1 % tal-livell ta' żball stmat għall-qasam "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali";
60. Jissottolinja li, bil-maqlub ta' dak li ġara fl-2016, il-livell ta' żball stmat għall-koeżjoni jinkludi l-kwantifikazzjoni tal-iżborżi li saru fl-2017 favur l-istrumenti finanzjarji; ifakkar li, billi l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-fondi strutturali għall-perjodu 2007-2013 ġiet posposta għal Marzu 2017, l-iżborżi favur l-istrumenti finanzjarji fl-ewwel tliet xhur tal-2017 għandhom ikunu inklużi fil-kalkolu tar-rata ta' żball; jiddispjaċih madankollu li l-Qorti ma semmet ir-rata ta' żball ċar għal dak l-iżborżi fl-ebda parti mir-rapport annwali tagħha, ħlief f'kaxxa; jistieden lill-Qorti tqis l-irregolaritajiet kollha b'impatt finanzjarju hija u tiddetermina r-rata ta' żball l-aktar probabbli, u ssemmi b'mod ċar il-perċentwal tal-fondi kkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta legiżlattiva neċessarja biex iġġib fi tmiemhom deċiżjonijiet unilaterali futuri dwar il-proroga tal-eliġibbiltà tan-nefqa għall-fondi strutturali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni;
61. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni preċiża u kompluta dwar l-għeluq tal-istrumenti finanzjarji għall-QFP 2007-2013, inklużi l-ammonti finali li jintraddu lura lill-baġit tal-UE u l-ammonti li jappartjenu għall-Istati Membri;
62. Jistieden lill-BEI jqis, fil-każ ta' proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, ir-riskji rilevanti kollha tal-impatt ambjentali u jiffinanzja biss dawk li wrew valur miżjud veru għall-popolazzjoni lokali u mil-lat ambjentali, soċjali u ekonomiku; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ strett tar-riskji possibbli ta' korruzzjoni u frodi f'dan il-kuntest u l-bżonn li li jitwettqu valutazzjonijiet ex ante u ex post bir-reqqa u indipendenti fir-rigward tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati;
63. Jinnota li, skont il-Kummissjoni, ftit li xejn twettqu evalwazzjonijiet mill-Istati Membri relatati mal-Fond Soċjali Ewropew lil hinn mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI); jistieden lill-Istati Membri jevalwaw b'mod sistematiku l-Fond Soċjali Ewropew sabiex jippermettu tfassil ta' politiki bbażat fuq l-evidenza, u jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi dan;
64. Ifakkar li fir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tagħha "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ", il-Qorti sabet li, filwaqt li sar xi progress fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (YG), u filwaqt li nkisbu xi riżultati, is-sitwazzjoni naqset milli tilħaq l-aspettattivi inizjali li tqajmu waqt it-tnedija tal-YG; jenfasizza madankollu li l-YEI u l-YG għadhom jirrappreżentaw waħda mill-aktar reazzjonijiet politiċi innovattivi u ambizzjużi għall-qgħad fost iż-żgħażagħ wara l-kriżi ekonomika, u għalhekk għandu jkollhom l-appoġġ finanzjarju u politiku kontinwu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali fit-twettiq tagħhom;
65. Jenfasizza li l-istabbiliment ta' jekk il-baġit tal-YEI huwiex qed jintefaq tajjeb, u jekk jinkisibx l-objettiv aħħari tal-YEI li ż-żgħażagħ qiegħda jiġu megħjuna jsibu impjieg sostenibbli, jista' jintlaħaq biss jekk l-operazzjonijiet jiġu mmonitorjati mill-qrib u b'mod trasparenti fuq il-bażi ta' data affidabbli u komparabbli, u jekk l-Istati Membri li ma għamlu l-ebda progress jiġu indirizzati b'mod aktar ambizzjuż; jinsisti għalhekk li l-Istati Membri jtejbu l-monitoraġġ, ir-rapportar u l-kwalità tad-data b'urġenza u jiggarantixxu li data u ċifri affidabbli u komparabbli dwar l-implimentazzjoni attwali tal-YEI jinġabru u jsiru disponibbli fil-ħin u b'mod aktar frekwenti milli huwa meħtieġ skont l-obbligu ta' rapportar annwali tagħhom, kif definit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament FSE; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-linji gwida tagħha dwar il-ġbir ta' data f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-QEA sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' sovrastima tar-riżultati;
66. Jinsisti li kull programm ta' internship jew ta' apprendistat irid joffri kollokament bi ħlas li qatt ma jwassal għal sostituzzjoni tal-impjiegi u jissejjes fuq ftehim ta' internship jew apprendistat bil-miktub bi qbil mal-qafas regolatorju applikabbli jew mal-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew mat-tnejn li huma, tal-pajjiż fejn isir u li dan jixraq li jsegwi l-prinċipji ddefiniti fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships[86];
Riżorsi naturali
Xi esperjenzi pożittivi
67. Jilqa' l-evoluzzjoni pożittiva tar-rata ta' żball fil-qasam "Riżorsi naturali" fl-2017, li hija 2,4 % (meta mqabbla ma' 2,5 % fl-2016, 2,9 % fl-2015 u 3,6 % fl-2014), kif ukoll li għal tliet kwarti tal-baġit agrikolu li jikkorrispondi għal "Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) - pagamenti diretti" il-Qorti stmat li l-livell ta' żball huwa taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %;
68. Jilqa' l-fatt li l-livell ġenerali ta' żball stabbilit mill-Qorti jikkorrispondi għar-rata ta' żball kumplessiv għall-PAK mogħtija fir-rapport ta' attività annwali 2017 tad-DĠ AGRI, u dan juri l-effikaċja tal-pjanijiet ta' azzjoni ta' rimedju li l-Istati Membri implimentaw fis-snin preċedenti;
69. Jenfasizza li l-kisbiet pożittivi fil-qasam tal-pagamenti diretti tal-FAEG kienu prinċipalment dovuti għall-kwalità tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) u tas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS), u għall-introduzzjoni progressiva tal-Applikazzjoni għall-Għajnuna Ġeospazjali u għal kontroverifiki preliminari ġodda fuq l-applikazzjonijiet tal-bdiewa, li wasslu għal tnaqqis fil-ħin għat-tlestija ta' talbiet għall-għajnuna mill-benefiċjarji u li huwa mistenni li jipprevjenu xi żbalji u jiffrankaw il-ħin fl-ipproċessar tat-talbiet;
70. Jinnota li l-pagamenti diretti mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija jammontaw għal madwar tliet kwarti tan-nefqa u ma fihomx żbalji materjali; jindika li l-pagamenti diretti lill-bdiewa huma bbażati fuq drittijiet u jibbenefikaw minn regoli semplifikati relatati mal-eliġibbiltà tal-art u minn sistema ta' kontroll (SIAK) ex ante effikaċi li tippermetti li jsiru kontroverifiki awtomatizzati bejn bażijiet ta' data differenti; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-livell ta' żball għadu persistentement għoli fl-oqsma l-oħra ta' nfiq fuq l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd; jinnota, barra minn hekk, li l-proġetti ta' żvilupp rurali huma intrinsikament aktar kumplessi minħabba li għandhom għanijiet usa', u n-nefqa fit-tliet oqsma l-oħra hu kofinanzjat jew żburżat permezz ta' rimborż tal-ispejjeż u l-benefiċjarji, l-attivitajiet, il-proġetti jew in-nefqa ineliġibbli jikkontribwixxu għal madwar żewġ terzi tal-livell ta' żbalji għal dik l-intestatura tal-QFP;
71. Jilqa' s-sejbiet li fihom il-Qorti, wara li eżaminat total ta' 29 proġett ta' investiment għall-iżvilupp rurali, stabbiliet li 26 kienu konformi mal-prijoritajiet u l-oqsma ta' ffukar stabbiliti fil-programmi ta' żvilupp rurali u li l-Istati Membri kienu applikaw proċeduri ta' selezzjoni xierqa; jilqa' wkoll il-fatt li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-benefiċjarji tal-proġetti eżaminati wettquhom kif ippjanat u l-Istati Membri wettqu kontrolli biex jivverifikaw jekk l-kostijiet kinux raġonevoli; jemmen għalhekk li l-approċċ ta' żvilupp rurali jeħtieġ jibqa' element appoġġjat għalkollox, sinifikanti u ewlieni fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK fil-futur;
72. Jilqa' l-fatt li fir-rapport ta' attività annwali (RAA) 2017 tiegħu, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI għamel referenza għal żieda ċkejkna fl-introjtu tal-bdiewa, filwaqt li fakkar li kien hemm tnaqqis ċkejken f'dawn l-aħħar 4 snin;
73. Jirrimarka li l-kapaċità korrettiva tal-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri żdiedet għal 2,10 %, filwaqt li fl-2016 kienet 2,04 %, u b'hekk tbaxxi b'mod ulterjuri l-ammont f'riskju għall-PAK fl-2017;
Kwistjonijiet kritiċi li jeħtieġu titjib
74. Jinnota l-fatt li l-pagamenti diretti għal kull ettaru naqsu permezz taż-żieda fid-daqs tal-azjendi agrikoli, filwaqt li l-introjtu għal kull ħaddiem żdied, u li skont il-Kummissjoni, l-azjendi agrikoli żgħar ħafna, ta' anqas minn 5 ettari, jirrappreżentaw aktar minn nofs il-benefiċjarji; jinnota bi tħassib li, skont ir-RAA tad-DĠ AGRI, l-azjendi agrikoli l-kbar b'aktar minn 250 ettaru jirrappreżentaw 1,1 % tal-azjendi agrikoli, jaħdmu 27,8 % tal-art agrikola u jirċievu 22,1 % tal-għajnuna diretta totali, u li l-maġġoranza ta' dawn l-azjendi l-kbar għandha bejn 250 u 500 ettaru f'artijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibdel din id-disparità ta' trattament inġustifikabbli;
75. Jinnota ż-żieda mgħaġġla fl-inugwaljanzi fil-livell tal-pagamenti diretti f'ċerti Stati Membri, speċjalment fis-Slovakkja u fiċ-Ċekja, fejn 7 % tal-benefiċjarji jirċievu attwalment 'il fuq minn 70 % tal-pagamenti diretti kollha, kif ukoll fl-Estonja, fil-Latvja, fl-Ungerija, fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fid-Danimarka, fejn f'dawn l-aħħar għaxar snin sehem dejjem akbar tal-benefiċjarji rċevew 'il fuq minn EUR 100 000; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali jadottaw miżur xierqa biex jirmedjaw dawn l-inugwaljanzi dejjem akbar u jirrapportaw dwar dawn il-miżuri;
76. Jinnota bi tħassib kbir li l-Qorti sabet livell ta' żball li huwa persistentement għoli f'oqsma li jikkorrispondu għal kwart tal-baġit għal "Riżorsi Naturali", li jinkludi n-nefqa għall-miżuri fis-suq fl-ambitu tal-FAEG, l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd; jinnota, barra minn hekk, li s-sorsi ewlenin ta' żball kienu n-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà, l-għoti ta' informazzjoni mhux preċiża dwar l-oqsma u n-nuqqas ta' konformità mal-impenji agroambjentali; jisħaq fuq il-fatt li tali żbalji għandhom jiġu identifikati aħjar mill-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Istati Membri individwali jew, fil-każijiet li fihom l-awditjar ex post jindika dawn l-iżbalji, il-kampjuni għall-awditjar u l-kontrolli fil-post futuri għandhom jiġu aġġornati biex jiġu żgurati kontrolli aqwa;
77. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli xogħolha ħalli tivvaluta l-effikaċja tal-azzjonijiet tal-Istati Membri biex tindirizza l-kawżi sottostanti ta' dawn l-iżbalji u biex toħroġ gwida jew għajnuna diretta addizzjonali meta meħtieġ;
78. Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi semplifikazzjoni ġenwina tal-proċeduri, inkluż fid-dokumentazzjoni rikjesta sabiex jinkiseb aċċess għall-finanzjament, mingħajr ma jiġu injorati l-prinċipji ta' awditjar u monitoraġġ; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-appoġġ amministrattiv lill-produtturi ż-żgħar;
79. Jinnota bi tħassib kbir li r-riżultati tal-kontrolli fuq il-post għall-kundizzjonalità magħmula mid-DĠ AGRI huma inkwetanti, u b'mod partikolari, li 47 % tal-għadd totali ta' kontrolli fuq il-post wasslu għal sanzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivverifika l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva meħuda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, fejn il-Kummissjoni tkun sabet li ma setgħetx toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, jew setgħet toqgħod fuqu b'mod limitat biss;
80. Jirrakkomanda li:
(a) il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") tippubblika separatament ir-rati ta' żball rigward, rispettivament, il-pagamenti diretti, l-operazzjonijiet tas-suq u l-infiq għall-iżvilupp rurali tal-PAK, kif jagħmel id-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-rapport ta' attività annwali tiegħu;
(b) il-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja tal-azzjonijiet tal-Istati Membri biex ikunu indirizzati l-kawżi sottostanti tal-iżbalji u biex toħroġ gwida addizzjonali meta meħtieġ;
(c) l-Istati Membri jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet offruti mis-sistema ta' għażliet tal-ispejjeż issemplifikati għall-iżvilupp rurali;
(d) il-Kummissjoni tqis, fil-proposti tagħha rigward il-PAk futura, il-fatt li l-introjti tal-azjendi agrikoli ta' daqs akbar mhux neċessarjament għandhom bżonn l-istess livell ta' sostenn tal-azjendi agrikoli ż-żgħar biex ikunu stabbilizzati fi żminijiet ta' kriżi minħabba l-volatilità tal-introjtu, billi jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala potenzjali, li x'aktarx jagħmluhom aktar reżiljenti;
(e) id-DĠ AGRI jiddefinixxi objettiv ewlieni ta' prestazzjoni ġdid, akkumpanjat minn indikaturi, biex itaffi l-inugwaljanza fl-introjtu bejn il-bdiewa;
(f) il-Kummissjoni tagħmel eżami aktar attent tal-kwalità tal-ittestjar tal-operazzjonijiet imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni;
(g) il-finanzjamenti tal-PAK jinżammu tal-anqas fil-livelli attwali u jistgħu jaqdu l-iskop li għalih ġew imfassla, jiġifieri jagħtu appoġġ lill-produtturi biex jiżgurawlhom kundizzjonijiet ta' ħajja sostenibbli, filwaqt li jiżguraw provvista tal-ikel ta' kwalità għolja u bi prezzijiet aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni;
(h) il-Kummissjoni tadotta miżuri biex tiżgura li l-fondi tal-PAK jitqassmu b'mod ponderat, ħalli l-pagamenti għal kull ettaru jkunu inversament proporzjonali għad-daqs tal-azjenda agrikola;
81. Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha titlob li l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri jinkludu azzjoni ta' rimedju biex jiġu indirizzati l-aktar kawżi frekwenti ta' żball;
82. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura, peress li l-objettivi ambjentali tal-ekoloġizzazzjoni ("tħaddir") ma ssodisfaw l-ebda aspettativa mqajma u li pproduċew żieda notevoli fil-piż amministrattiv kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, li l-arkitettura ekoloġika tal-proposta l-ġdida rigward il-PAK flimkien mal-hekk imsejħa "ekoskema" tikseb riżultati ambjentali aqwa bbażati fuq il-premju għall-isforzi li jegħlbu l-kundizzjonalità msaħħa tal-proposta l-ġdida;
83. Ifakkar, partikolarment, li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI jirreferi għal analiżi li saret minn kuntrattur estern, li kkonstatat dan li ġej: "kumplessivament, il-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni wasslu biss għal bidliet żgħar fil-prattiki ta' ġestjoni tal-bdiewa, għajr għal ftit oqsma speċifiċi. Kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-bdiewa, it-tħassib ewlieni, minflok il-prijoritajiet ambjentali, kellu tendenza li jikkonsisti mill-minimizzazzjoni tal-piż amministrattiv tal-implimentazzjoni, u mill-evitar ta' kwalunkwe żball inkwantu l-kontrolli u l-infurzar jistgħu jwasslu għat-tnaqqis tal-pagamenti tal-PAK";
84. Jisteden lill-Kummissjoni tforni data strutturali għall-20 l-akbar benefiċjarju ta' pagamenti diretti fl-Istati Membri;
85. Jinsab imħasseb bil-fatt li r-Rapporti Speċjali tal-Qorti Nru 10/2017 dwar il-bdiewa żgħażagħ u Nru 21/2017 dwar l-ekoloġizzazzjoni, li esprimew kummenti kritiċi u wrew li kważi l-ebda wieħed mir-riżultati mixtieqa ma ntlaħaq, ma kellhomx konsegwenzi finanzjarji; jinsab imħasseb bil-fatt li l-finanzjament ta' dawn l-oqsma politiċi qiegħed ikompli bħallikieku qatt ma ġara xejn;
86. Jenfasizza li l-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS 2014-2020, erba' snin wara l-adozzjoni tiegħu fil-15 ta' Mejju 2014, għadu mhuwiex sodisfaċenti, peress li sa Ottubru 2018 intużaw 6,8 % biss mill-fond ta' EUR 5,7 biljun imqiegħda għad-dispożizzjoni f'reġim ta' ġestjoni kondiviża;
Sigurtà u ċittadinanza
Xi esperjenzi pożittivi
87. Jinnota li r-riżorsi allokati għall-perjodu 2014-2020 għall-AMIF (Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni) żdiedu minn EUR 2 752 miljun għal EUR 5 391,5 miljun sal-aħħar tal-2017 u li bejn l-2014 u l-2017, l-għadd ta' persuni mill-grupp fil-mira li ngħataw assistenza (fis-sistemi ta' akkoljenza u asil) żdied minn 148 045 għal 297 083, u li minn dawn, is-sehem ta' persuni li bbenefikaw minn assistenza legali żdied minn 18 395 (12,4 %) għal 56 933 (19,1 %);
88. Jenfasizza li l-benefiċċju ewlieni fil-livell tal-Unjoni huwa meqjus li ġej mid-dimensjoni transnazzjonali ta' azzjonijiet bħan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, iżda wkoll minn qsim tal-piżijiet, appoġġjat b'mod partikolari minn assistenza ta' emerġenza u mill-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni;
89. Jinnota li l-għadd ta' persuni rimpatrijati kofinanzjati mill-AMIF kien ta' 48 250 fl-2017 meta mqabbel ma' 5 904 fl-2014, u li minn dawk li rritornaw, is-sehem ta' ritorni mhux volontarji żdied minn kwart (25 %) fl-2014 għal nofs (50 %) fl-2017, filwaqt li l-għadd irrappurtat ta' persuni li rritornaw b'mod volontarju kien ta' 17 736 fl-2017; jinnota li ma jeżisti l-ebda indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) biex jitkejjel dak li qiegħed isir biex ikunu protetti l-migranti – regolari u irregolari – li għandhom aktar bżonn ta' protezzjoni, in-nisa u t-tfal;
Kwistjonijiet kritiċi li jeħtieġu titjib
90. Jirrimarka li lill-Qorti ddispjaċiha li l-kontijiet tal-programmi nazzjonali tal-AMIF u tal-ISF (Fond għas-Sigurtà Interna) li ġew approvati mill-Kummissjoni fl-2017 ma kinux jiddistingwu bejn il-pagamenti ta' prefinanzjament (pagamenti bil-quddiem) mill-Istati Membri lill-benefiċjarji finali, u l-pagamenti magħmula biex tiġi rimborżata n-nefqa effettivament imġarrba, u li dan ma jippermettix lill-Kummissjoni tikseb informazzjoni dwar kemm fil-fatt nefqet;
91. Jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tirrikjedi lill-Istati Membri, fil-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom fl-ambitu tal-AMIF u tal-ISF, jisseparaw l-ammonti li jirrappurtaw skont jekk dawn ikunux irkupri, prefinanzjamenti jew nefqa li verament tkun iġġarrbet u biex, fir-RAA tagħha mill-2018 'il quddiem, tirrapporta l-infiq reali għal kull fond;
92. Jirrimarka li l-għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna d-DĠ HOME jirrapporta biss rata ta' żball li minnha diġà tnaqqsu l-korrezzjonijiet finanzjarji, u dan ma tantx jiċċara liema korrezzjonjiet kienu saru u liema hi r-rata ta' żball effettiva għall-pagamenti fl-2017;
93. Jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti li l-burokrazija kkomplikata wisq tista' tkun waħda mir-raġunijiet għaż-żieda fl-akkumulu ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u jirrakkomanda lill-Kummissjoni tissemplifika r-rekwiżiti regolatorji introdotti għall-awtoritajiet nazzjonali involuti fil-ġestjoni tal-AMIF u tal-ISF sabiex tiffaċilita l-użu aktar mgħaġġel tal-fondi disponibbli u ttejjeb it-trasparenza u r-responsabbiltà aħjar tan-nefqa tal-AMIF u l-ISF;
94. Jirrimarka li l-Qorti sabet inkonsistenzi fil-mod kif l-Istati Membri ttrattaw l-eliġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud iddikjarata mill-korpi pubbliċi u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-AMIF/ISF li tispeċifika li, meta korpi pubbliċi jimplimentaw azzjonijiet tal-UE, il-kofinanzjament tal-UE ma jistax jaqbeż in-nefqa eliġibbli totali eskluża l-VAT;
95. Jirrakkomanda li:
(a) il-Kummissjoni tiddefinixxi u tattwa politika migratorja bbilanċjata u komprensiva bbażata fuq il-prinċipji ta' solidarjetà u sħubija minflok ma tikkunsidra l-politika migratorja bħala problema tal-ġestjoni tal-kriżijiet;
(b) id-DĠ HOME jintroduċi indikatur ewlieni tal-prestazzjoni rigward is-sitwazzjoni tal-migranti l-aktar vulnerabbli, u b'mod partikolari tat-tfal migranti u tan-nisa u tal-bniet rifuġjati, bil-għan li jkunu prevenuti u evitati l-abbużi u t-traffikar;
(c) id-DĠ HOME tforni sistematikament ir-rati ta' żball għall-pagamenti u r-rata tal-iżball residwu;
(d) il-Kummissjoni teħtieġ lill-Istati Membri, fil-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom fl-ambitu tal-AMIF u tal-ISF, jisseparaw l-ammonti li jirrappurtaw skont jekk dawn ikunux irkupri, prefinanzjamenti jew nefqa li verament tkun iġġarrbet; u, fir-RAA tagħha mill-2018 'il quddiem, tirrapporta l-infiq reali għal kull fond.
96. Jinsab imħasseb bis-serjetà bid-dgħufijiet fil-ġestjoni u fl-awditjar tal-EASO; iqis inaċċettabbli li l-Kummissjoni ma kinitx għassa tagħhom b'mod effikaċi u ma intervenietx malajr biex issolvi s-sitwazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ kostanti tal-aġenziji li joperaw fl-ambitu tal-Intestura 3;
97. Jinsab imħasseb bir-riskju li l-fondi tal-UE previsti għall-iżvilupp intużaw għal skopijiet oħrajn, bħall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari jew l-azzjoni militari;
ĠESTJONI DIRETTA
98. Jirrimarka li għall-2017, il-Qorti sabet l-ogħla livell ta' żball stmat fl-infiq fl-ambitu tal-"Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", li kien jammonta għal 4,2 %; jinnota li dawn huma nefqiet ġestiti direttament mill-Kummissjoni, u li għalihom hi tassumi esklużivament u direttament ir-responsabbiltà; jistenna li l-Kummissjoni tadotta Pjan ta' Azzjoni urġenti biex ittejjeb is-sitwazzjoni u timplimenta l-miżuri kollha għad-dispożizzjoni tagħha ħalli tnaqqas il-livell ta' żball fl-infiq;
99. Jiddispjaċih li minn 130 tranżazzjoni eżaminata mill-Qorti, 66 (51 %) kien fihom żbalji u li fi 17-il każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru minn benefiċjarji, il-Kummissjoni jew l-awditur indipendenti kellhom informazzjoni suffiċjenti ppreżentata fit-talba għar-rimborż (eż. rata tal-kambju żbaljata jew spiża mġarrba barra mill-perjodu ta' rappurtar) biex jipprevjenu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jaċċettaw in-nefqa; jenfasizza li, li kieku l-Kummissjoni użat b'mod adegwat l-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun ta' 1,5 punt perċentwali anqas;
100. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ittejjeb l-użu tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha biex tipprevjeni u tikkoreġi l-iżbalji qabel ma teżerċita l-pagamenti sabiex terġa' lura għax-xejra pożittiva ta' tnaqqis tar-rata ta' żball osservata fis-snin preċedenti (minn 5,6 % fl-2014 għal 4,4 % fl-2015 u minn 4,1 % fl-2016);
101. Jinnota li l-Qorti ma pprovdietx rata ta' żball separata għas-sigurtà u ċ-ċittadinanza, peress li parti żgħira (2 %) tal-pagamenti baġitarji tal-2017 huma relatati ma' dan il-qasam, iżda li d-DĠ HOME ppreżenta r-rati ta' żball li ġejjin fir-RAA tiegħu, li, madankollu, ma kinux ivverifikati mill-Qorti:
(a) Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni (SOLID): Rata ta' Żball Maqbud (DER) ta' 2,26 % u Rata tal-Iżball Residwu (RER) ta' 0,75 %;
(b) Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u Fond għas-Sigurtà Interna (ISF): DER ta' 0 % u RER ta' 1,54 %;
(c) Aġenziji deċentralizzati f'reġim ta' ġestjoni indiretta: RER ta' anqas minn 2 %;
102. Jinnota li għall-2017, il-Qorti ma kkalkolatx rata ta' żball għall-fondi tal-Unjoni minfuqa fl-ambitu tal-intestatura 4 tal-QFP "Ewropa Globali" u li din id-deċiżjoni ttieħdet b'segwitu għall-istrateġija ġenerali tal-Qorti li tnaqqas l-ittestjar sostantiv tagħha u tiddependi parzjalment mill-hekk imsejħa "xogħol ħaddieħor";
103. Jieħu nota tal-evoluzzjoni pożittiva tar-rata tal-iżball residwu kif stabbilita permezz tal-istudji dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) mitluba mid-DĠ DEVCO u mid-DĠ NEAR, u jinnota li l-istima l-aktar probabbli tar-RER rappreżentattiv għat-tranżazzjonijiet tad-DĠ DEVCO kienet ta' 1,18 % meta mqabbla ma' 1,67 % fl-2016, u ta' 2,2 % fl-2015, filwaqt li għat-tranżazzjonijiet tad-DĠ NEAR, ir-rata tal-iżball residwu kienet ta' 0,67;
104. Jinnota, madankollu, li r-rata tal-iżball residwu tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR ma tirreferix għal kampjun tal-pagamenti kollha għall-proġetti li għaddejjin, iżda hija kkalkolata biss fuq it-tranżazzjonijiet għal-kuntratti konklużi, li għalihom ġew applikati l-kontrolli u l-verifiki kollha, bil-konsegwenza li ġew analizzati biss il-pagamenti qabel l-2017 iżda mhux ir-rata ta' żball effettiva għall-pagamenti fl-2017;
105. Jinnota l-fatt li l-Qorti qieset li l-istudji dwar ir-RER kienu ġeneralment adattati għall-iskop tagħhom għad li l-Qorti għadha mħassba bil-kwalità ta' dawn l-istudji;
106. Jinnota bi tħassib li minkejja punteġġi tajbin f'termini ta' rata ta' żball, l-uniku qasam ta' nfiq b'rata ta' żball indikattiva ogħla minn 2 % huwa "Ġestjoni Diretta - Għotjiet", b'rati ta' żball ta' 2,80 % għad-DĠ NEAR u 2,12 % għad-DĠ DEVCO;
107. Jistieden lid-DĠ RTD jippubblika r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tiegħu għall-pajjiż fir-RAA tiegħu;
108. Jirrileva l-konstatazzjonijiet negattivi ħafna mill-Qorti dwar is-Sħubijiet Pubbliċi-Privati[87] (PPPs) u r-rakkomandazzjoni tal-Qorti "li ma jiġix promoss użu aktar intensiv u mifrux tal-PPPs" fi ħdan l-Unjoni; jitlob li l-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bis-sħiħ meta tittratta l-PPPs f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn il-kuntest għal implimentazzjoni b'suċċess tal-PPPs huwa saħansitra aktar diffiċli milli fl-Unjoni;
109. Jilqa' r-riżultati miksuba fl-2017 għat-tliet assi tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-appoġġ tal-EaSI, u, b'mod partikolari għall-assi tan-netwerk tiegħu "Progress" u "Servizzi Ewropej tax-Xogħol" (EURES), għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota bi tħassib madankollu li t-taqsima tematika tal-Intraprenditorija Soċjali fi ħdan l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali tal-EaSI għadha mhijiex tagħti prestazzjoni tajba; japprezza l-fatt li l-Kummissjoni qiegħda tikkollabora mill-qrib mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) biex jiġi żgurat li l-Fond jimpenja ruħu li juża bis-sħiħ ir-riżorsi fl-ambitu tat-taqsima tematika tal-Intraprenditorija Soċjali;
Riċerka u innovazzjoni
Esperjenzi pożittivi
110. Jinnota b'sodisfazzjon li, bis-saħħa tal-kofinanzjament tal-UE fl-ambitu ta' Orizzont 2020, Gérard Mourou rebaħ, flimkien ma' riċerkaturi oħra, il-Premju Nobel għall-fiżika għar-riċerka tagħhom fir-raġġi tal-laser ultra qosra u ultra fini li jiffaċilitaw il-kirurġija okulari refrattiva, kif ukoll li l-Konsorzju Internazzjonali tar-Riċerka dwar il-Mard Rari (IRDIRC) laħaq l-objettiv tiegħu li jipprovdi 200 terapija ġdida għal mard rari tliet snin qabel id-data prevista;
111. Jinnota, barra minn hekk, li permezz tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, Orizzont 2020 ffinanzja 36 000 riċerkatur fl-istadji kollha tal-karriera tagħhom, irrispettivament mill-età u min-nazzjonalità tagħhom, u li tnejn mit-tliet riċerkaturi tal-2017 li ngħataw il-Premju Nobel tal-2017 għall-kimika talli ottimizzaw il-mikroskopji elettroniċi, ipparteċipaw fl-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u fi proġetti oħra ta' riċerka ffinanzjati mill-UE;
112. Jilqa' t-tnedija tal-ewwel fażi tal-proġett pilota tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, f'Ottubru 2017, bħala parti mill-Programm ta' Ħidma ta' Orizzont 2020 għall-2018-2020, li għandu finanzjament ta' EUR 2,7 biljun u li hu mmirat biex jappoġġja lil innovaturi, negozji ġodda, kumpaniji żgħar u riċerkaturi tal-ogħla livell b'ideat brillanti radikalment differenti minn prodotti, servizzi jew mudelli tan-negozju eżistenti, li jkunu estremament riskjużi u li jkollhom il-potenzjal li jespandu fil-livell internazzjonali;
113. Jinnota li l-Kummissjoni qed tikkunsidra l-possibbiltà li testendi ulterjorment l-użu tal-Għażla tal-Ispejjeż Issemplifikati (SCO), b'mod partikolari bl-użu tal-finanzjament ta' somma f'daqqa;
Kwistjonijiet kritiċi li jeħtieġu titjib
114. Jinnota li, skont it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea (EIS), il-prestazzjoni tal-innovazzjoni tal-UE żdiedet b'5,8 % mill-2010; jinnota, madankollu, li ma kien hemm l-ebda konverġenza bejn il-pajjiżi tal-UE; jinnota li l-pajjiżi li ġejjin huma dawk li jibbenefikaw l-aktar mill-fondi tal-programm Orizzont 2020 (Kontribuzzjoni netta tal-UE f'euro rikjesta mill-parteċipanti): il-Ġermanja 5 710 188 927,80 / ir-Renju Unit 5 152 013 650,95 / Franza 3 787 670 675,13; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni akbar lid-distribuzzjoni ġeografika tal-fondi għar-riċerka bil-għan li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi għat-tkabbir u l-impjiegi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka;
115. Jinnota li l-Kummissjoni tammetti li hemm xi dgħufijiet fil-qafas tal-prestazzjoni għal Orizzont 2020 li jagħmluha diffiċli biex jiġi vvalutat il-progress tal-programm lejn l-objettivi kollha tiegħu f'mument partikolari; jistenna li l-proposti għall-programm Orizzont Ewropa fl-ambitu tal-QFP li jmiss se jindirizzaw dawn id-dgħufijiet u jiddispjaċih li mhumiex qed jitqiesu miżuri biex itejbu l-qafas ta' prestazzjoni fil-perjodu kurrenti;
116. Jinnota li r-RAA tad-DĠ RTD isemmi sitt rati ta' żball differenti, tlieta għas-Seba' Programm Kwadru u tlieta għal Orizzont 2020; jenfasizza li approċċ bħal dan ma jiffaċilitax it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u għandu jitjieb immedjatament; jaċċetta madankollu li żewġ programmi differenti f'żewġ perjodi finanzjarji differenti huma kkonċernati;
Sigurtà u ċittadinanza
Xi esperjenzi pożittivi
117. Jirrimarka li d-DĠ HOME amministra baġit ta' EUR 1,831 miljun għall-migrazzjoni u EUR 313,75 miljun għas-sigurtà u li l-baġit kumplessiv inizjali ta' EUR 6,9 biljun għall-Qafas ta' Finanzjament Pluriennali 2014-2020 sisaħħaħ b'mod sostanzjali mill-2015 sal-2017, bi EUR 3,9 biljun;
118. Jinnota li l-baġit ġestit mid-DĠ HOME u n-numru tal-persunal tiegħu żdiedu sabiex ilaħħqu maż-żieda fl-attivitajiet fil-kuntest tal-kriżi migratorja u t-theddid għas-sigurtà interna; f'termini ta' riżorsi umani, fi tmiem l-2017, id-DĠ HOME kellu 556 membru tal-persunal, meta mqabbel ma' 480 fl-2016;
Kwistjonijiet kritiċi li jeħtieġu titjib
119. Jinnota bi tħassib li r-ritmu ta' implimentazzjoni tar-riżorsi ġestiti mid-DĠ HOME wassal għal żieda ta' 24 % tar-RAL totali fi tmiem l-2017 u li r-rata tajba ta' implimentazzjoni fl-2017 tirrifletti l-fatt li parti mill-approprjazzjonijiet ta' impenn ġew riportati għall-2018;
120. Jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet sinifikanti identifikati fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-EASO, li ġġustifikaw l-adozzjoni ta' riżerva abbażi ta' raġunijiet ta' reputazzjoni; jenfasizza madankollu li d-DĠ HOME fil-pront irreaġixxa billi introduċa proċess ta' kodeċiżjoni min-naħa tal-Kumitat Eżekuttiv u ħoloq ġestjoni ġdida tal-EASO biex is-sitwazzjoni terġa' tinġieb taħt kontroll;
121. Jirrepeti t-talba tiegħu li l-linji baġitarji fl-ambitu tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (REC) 2014-2020 għandhom jispeċifikaw ir-riżorsi allokati għal kull wieħed mill-objettivi tal-programm iddedikat għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li jiżguraw responsabbiltà adegwata tal-fondi ddedikati għal din il-mira;
122. Itenni t-talba tiegħu li jkun hemm linja baġitarja separata għall-objettiv speċifiku tal-programm Daphne sabiex jintwera l-impenn tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet; jappella għal aktar riżorsi fi ħdan din il-linja baġitarja u li jiġi invertit it-tnaqqis tal-fondi ddedikati lill-programm Daphne matul il-perjodu 2014-2020; jappella għal sforz kostanti biex jiżdied l-għarfien dwar l-għotjiet inklużi fl-objettiv speċifiku tal-programm Daphne flimkien mal-miżuri li jagħmlu l-proċeduri amministrattivi relatati aktar faċli għall-utent;
Ewropa Globali
Xi esperjenzi pożittivi
123. Jirrimarka li l-ħidma tal-Qorti dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet uriet li l-Kummissjoni saħħet is-sistemi ta' kontroll tagħha, u dan naqqas b'mod proporzjonali n-numru ta' żbalji meta mqabbel mal-eżerċizzji DAS tal-imgħoddi;
124. Jinnota li l-Qorti vverifikat ukoll il-prestazzjoni ta' seba' proġetti; jilqa' l-fatt li s-seba' proġetti kollha kellhom indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti u li l-qafas kien strutturat tajjeb u kellu riżultati li setgħu jinkisbu;
125. Jieħu nota tar-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar l-Assistenza mill-UE għall-Myanmar/Burma u r-risposta tal-Kummissjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li l-UE kellha rwol ewlieni fl-appoġġ favur il-prijoritajiet ta' żvilupp f'kuntest diffiċli u b'riżorsi tal-persunal limitati; jinnota, madankollu, li l-assistenza tal-UE rriżultat biss parzjalment effikaċi; jappoġġja lill-Qorti li tisħaq fuq il-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-mobilizzazzjoni tad-dħul nazzjonali, b'mod partikolari fl-ekonomiji emerġenti; fid-dawl tal-atroċitajiet iddokumentati mwettqa mill-armata tal-Myanmar, jesprimi tħassib kbir dwar l-appoġġ baġitarju settorjali kontinwu mogħti mill-baġit tal-UE lill-Myanmar;
126. Jitlob li jiġi adottat approċċ għall-iżvilupp abbażi ta' inċentivi permezz tal-introduzzjoni tal-prinċipju "aktar għal aktar", fuq l-eżempju tal-Politika Ewropea tal-Viċinat; jemmen li aktar ma pajjiż jagħmel progress fir-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u aktar ma jħaffef ir-ritmu ta' tali progress, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni;
127. Jissottolinja l-importanza ta' żieda fl-allokazzjoni ta' fondi maħsuba biex jappoġġjaw il-governanza tajba, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li jinġiebu 'l quddiem istituzzjonijiet responsabbli u trasparenti, jiġi appoġġjat it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u jitrawmu proċessi deċiżjonali parteċipattivi u aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni;
128. Jiġbed l-attenzjoni għall-iskala u l-implikazzjoni tal-faqar enerġetiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għall-involviment qawwi tal-Unjoni fl-isforzi biex dan il-faqar jitnaqqas; jissottolinja l-ħtieġa ta' sforzi qawwija u kkoordinati mill-gvernijiet u mill-partijiet interessati fil-pajjiżi milquta biex inaqqsu l-faqar enerġetiku;
Kwistjonijiet kritiċi li jeħtieġu titjib
129. Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet żbalji rikorrenti ta' likwidazzjoni eċċessiva tal-ispejjeż f'pagamenti interim;
130. Jiddispjaċih, għal darb'oħra, li r-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna (RĠAE) maħruġa mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni mhumiex mehmuża mar-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR, kif previst mill-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li dawn sistematikament jiġu kkunsidrati bħala kunfidenzjali filwaqt li, skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, "għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom";
131. Jinnota bi tħassib in-numru għoli ta' kuntratti mogħtija lil numru ferm limitat ta' aġenziji nazzjonali tal-iżvilupp, bir-riskju konsegwenti ta' rinazzjonalizzazzjoni tal-politika tal-iżvilupp tal-UE, li tmur kontra l-interessi ta' integrazzjoni akbar tal-politika barranija tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, barra milli tagħti lill-awtorità ta' kwittanza l-aċċess għad-dokumentazzjoni dwar il-valutazzjoni għal kull pilastru, tagħmel mod li din id-dokumentazzjoni tkun aċċessibbli għall-pubbliku; jinnota bi tħassib, f'dan r-rigward, il-profil kummerċjali ta' dawn l-aġenziji nazzjonali invokat mill-Kummissjoni Ewropea biex ikun limitat l-aċċess għal din l-informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tikkonsolida mill-aktar fis il-monitoraġġ tal-proċeduri għat-tfigħ tal-offerti u għall-għoti ta' kuntratti biex ikun evitat kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fost dan in-numru limitat ta' aġenziji nazzjonali sussidjati bil-kbir u entitajiet pubbliċi u privati oħrajn b'vokazzjoni Ewropea ċara;
132. Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-istudji dwar ir-RER għandhom ċerti limiti, peress li huma studji u mhux awditi u għalhekk ma jsegwux l-Istandards tal-Awditjar Internazzjonali u jinkludu verifiki limitati ħafna dwar l-akkwist pubbliku;
133. Jistieden lid-DĠ NEAR u lid-DĠ DEVCO, mill-istudju dwar ir-RER tal-2019 'il quddiem, jipprovdu lill-kuntrattur RER b'linji gwida aktar preċiżi dwar il-verifika tal-akkwist tat-tieni livell u jistratifikaw il-popolazzjoni tar-RER abbażi tar-riskju inerenti tal-proġetti, b'aktar enfasi titqiegħed fuq għotjiet f'reġim ta' ġestjoni diretta u inqas fuq tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju;
134. Jitlob lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkoreġi n-nuqqasijiet identifikati mis-Servizz tal-Awditjar Intern tagħha stess u tittrasforma l-RĠAE f'dokument affidabbli u kompletament pubbliku li jissostanzja d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-kapijiet tad-delegazzjonijet u tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ DEVCO;
135. Jemmen li, hija u tagħti għajnuna esterna, il-Kummissjoni għandha tagħti aktar attenzjoni lir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi benefiċjarji, konformement mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-istat tad-dritt;
136. Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' viżibbiltà tal-finanzjamenti tal-UE akkomunati għall-proġetti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-viżibbiltà u ttejjeb il-komplementarjetà msaħħa tal-azzjonijiet tad-diversi strumenti;
137. Jinsab preokkupat ħafna bit-tendenza attwali fil-proposti tal-Kummissjoni li jiġu injorati d-dispożizzjonijiet ġuridikament vinkolanti tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[88] f'dak li għandu x'jaqsam man-nefqa eliġibbli tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u l-pajjiżi eliġibbli għall-infiq fil-qafas tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); ifakkar li l-legalità tal-infiq tal-UE hija prinċipju kruċjali tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-kunsiderazzjonijiet politiċi ma jmisshomx jieħdu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ġuridiċi spjegati b'mod ċar; ifakkar li d-DCI huwa l-ewwel u qabel kollox strument imfassal biex jiġġieled il-faqar;
138. Jiddispjaċih li, f'kull rapport ta' attività annwali mill-2012 'il hawn, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp kellu jifformula riżerva dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, fatt li jindika nuqqasijiet serji fil-ġestjoni interna;
Ambjent, saħħa pubblika u sikurezza tal-ikel
139. Jinnota li fl-2017 il-Programm LIFE ċċelebra l-25 anniversarju tiegħu; jenfasizza li dan il-programm ipprovda EUR 222 miljun għall-kofinanzjament ta' 139 proġett ġdid; jenfasizza li hemm bżonn ta' aktar sforzi biex jitnaqqas id-dewmien fil-pagamenti skont il-Programm LIFE, peress li fl-2017, 5,8 % tal-pagamenti qabżu l-iskadenzi legali (3,9 % fl-2016, 12 % fl-2015);
140. Jindika li l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm LIFE, li tkopri s-snin 2014-2015, inħarġet fl-2017; jinnota li, peress li ħafna proġetti kienu għadhom ma bdewx u ftit proġetti kienu spiċċaw, l-evalwazzjoni ffokat prinċipalment fuq il-proċessi attwati biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm LIFE, u kkonstata li l-Programm LIFE jipprovdi lill-Unjoni b'valur miżjud, filwaqt li ġie indikat xi titjib possibbli; jenfasizza li l-proċeduri għall-ġestjoni tal-għotjiet, b'mod partikolari l-proċeduri ta' implimentazzjoni u rappurtar, mhux biss għandhom jiġu semplifikati iżda aċċelerati b'mod sinifikanti wkoll;
141. Jinnota li t-termini tad-deċiżjoni ta' esternalizzazzjoni għall-kooperazzjoni mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) b'rabta mal-persunal jimplikaw li s-sitwazzjoni tal-persunal fid-DĠ ENV hija partikolarment diffiċli fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-Programm LIFE, li tista' twassal għal rieżami ulterjuri tal-metodi u tal-arranġamenti ta' xogħol fi ħdan id-DĠ;
142. Jenfasizza li s-sistemi ta' kontroll interni tad-DĠ ENV u tad-DĠ CLIMA li ġew awditjati jirriżultaw effikaċi parzjalment biss, billi xi rakkomandazzjonijiet ta' importanza kbira għadhom iridu jiġu indirizzati konformement mal-pjanijiet ta' azzjoni miftiehma;
143. Jenfasizza li d-DĠ CLIMA u d-DĠ BUDG jimmonitorjaw l-objettiv tal-20 % marbuta mal-integrazzjoni tal-aspetti klimatiċi fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali, u li d-DĠ CLIMA jappoġġja lid-DĠ l-oħrajn fl-integrazzjoni tad-dimensjoni klimatika fl-attivitajiet tagħhom; jiddispjaċih li fl-2017, instab li 19,3 % biss tal-baġit tal-Unjoni ntefaq fuq attivitajiet relatati mal-klima u li, skont l-istimi, il-medja għall-perjodu 2014-2020 se tkun ta' 18,8 % biss;
144. Jinsab imħasseb bil-fatt li r-riżerva abbażi ta' raġunijiet ta' reputazzjoni li tikkonċerna d-dgħufijiet sinifikanti li fadal fil-qasam tas-sigurtà, identifikati fir-reġistru tal-Unjoni tas-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS) ġiet ripetuta fir-Rapport ta' Attività Annwali tal-Attività tad-DĠ CLIMA għall-2017;
145. Jiddispjaċih bil-fatt li fl-2017 il-medja ta' rata tal-iżball residwu tad-DĠ SANTE laħqet it-2,5 % għall-attivitajiet kumplessivi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, li taqbeż il-limitu ta' materjalità ta' 2 %; jinnota li dan seħħ minħabba dikjarazzjonijiet eċċessivi tan-nefqa tal-Istati Membri, fil-kuntest tal-bidliet strutturali magħmula fil-ġestjoni u fil-kontrolli tad-dikjarazzjonijiet fi Stat Membru wieħed; jitlob li d-DĠ SANTE jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li dan ma jerġax iseħħ fil-futur, billi pereżempju jżid l-użu tal-miżuri ta' semplifikazzjoni offruti mir-Regolament Finanzjarju;
146. Jenfasizza li fl-2017 id-DĠ SANTE ħareġ l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Komuni għall-katina alimentari 2014-2020, li kkonkludiet li l-qafas attwali jaħdem tajjeb u jikkontribwixxi biex jinkiseb valur miżjud tal-UE; jinnota li l-Kummissjoni, fuq rakkomandazzjoni tal-Qorti, qiegħda taħdem biex tiżviluppa metodoloġija ta' analiżi dwar l-effikaċja f'termini ta' kostijiet fil-qasam tal-katina alimentari, bil-għan li tikkonsolida aktar l-evalwazzjonijiet ekonomiċi futuri tal-interventi ffinanzjati mill-Unjoni;
Trasport u turiżmu
147. Jinnota li fl-2017 il-Kummissjoni għażlet 152 proġett għal finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) - Trasport b'total ta' EUR 2,7 biljun, b'investiment totali ta' EUR 4,7 biljun, inkluż finanzjamenti pubbliċi u privati oħrajn; itenni l-importanza tal-istrument ta' finanzjament tal-FNE għat-tlestija tan-Netwerk TEN-T, għall-kisba taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport, għall-iżvilupp ta' kollegamenti transfruntiera u għat-tlestija tal-kollegamenti neqsin;
148. Jistieden lill-koordinaturi Ewropej tat-TEN-T iwettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-proġetti li tlestew u tat-titjib miksub tul il-kurituri tat-TEN-T fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali, u jippreżentawha lill-Kummissjoni u lill-Parlament;
149. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod ċar għas-settur tat-trasport valutazzjoni tal-impatt tal-FEIS fuq strumenti finanzjarji oħra, b'mod partikolari fir-rigward tal-FNE, kif ukoll dwar il-koerenza tal-Istrument tad-Dejn tal-FNE ma' inizjattivi oħra tal-Unjoni, f'ħin utli qabel il-proposta għall-QFP li jmiss; jitlob li din il-valutazzjoni tippreżenta analiżi ċara tal-bilanċ ġeografiku tal-investimenti fis-settur tat-trasport; ifakkar, madankollu, li l-fondi li jintefqu fl-ambitu ta' strument finanzjarju ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala l-uniku kriterju rilevanti biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tiegħu; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tar-riżultati li nkisbu fl-ambitu tal-proġetti tat-trasport iffinanzjati mill-Unjoni u tkejjel il-valur miżjud tagħhom;
150. Jilqa' r-riżultati tas-sejħa għal finanzjament imħallat tal-FNE tal-2017 u d-deċiżjoni li l-baġit tiegħu jiżdied għal EUR 1,35 biljun, fatt li jikkonferma r-rilevanza u l-valur miżjud tal-użu tal-għotjiet tal-Unjoni għat-taħlit ma' finanzjamenti mill-Bank Ewropew tal-Investiment, minn banek promozzjonali nazzjonali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u ta' żvilupp oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji u investituri tas-settur privat, inkluż permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati; huwa tal-fehma li l-FNE għandu għaldaqstant ikompli jappoġġja azzjonijiet li jippermettu li l-għotjiet tal-UE u sorsi oħra ta' finanzjament jintużaw flimkien, filwaqt li l-għotjiet jinżammu bħala l-istrument ewlieni ta' finanzjament;
151. Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, bħala parti mill-awditjar tiegħu tas-superviżjoni mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji tal-FNE, sab li kien hemm rata baxxa ħafna ta' implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fi ħdan il-FNE u li l-maġġor parti tal-baġit, oriġinarjament allokata għal strumenti finanzjarji tal-FNE (EUR 2,43 biljun), ġiet riallokata għal-linji baġitarji tal-għotjiet tal-FNE u li b'hekk EUR 296 miljun biss huma għad-dispożizzjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-FNE sal-2020; jinnota wkoll li waħda mir-raġunijiet mogħtija kienet li l-kriterji ta' eliġibilità tal-istrumenti finanzjarji tal-FNE u tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kienu prinċipalment sovrapposti u li proġetti tal-FNE li kienu potenzjalment eliġibbli, fir-realtà, ġew iffinanzjati mill-FEIS, billi dan għandu prijorità politika u ambitu ta' kompetenza akbar; jistieden lill-Kummissjoni, fir-rigward tas-CEF, iżżid il-livell ta' għarfien fost il-benefiċjarji tar-regoli ta' eliġibilità, b'mod partikolari billi tagħmel distinzjoni ċara bejn kuntratt ta' implimentazzjoni u sottokuntratt, hekk kif dan kien is-sors prinċipali ta' konfużjoni fost il-benefiċjarji; jappella lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrumenti finanzjarji jikkomplementaw lil xulxin aktar milli jissostitwixxu lil xulxin;
152. Jinnota li l-2017 kienet l-ewwel sena tal-kampanja ta' awditjar għall-Programm FNE u li ser ikun hemm bżonn minn sentejn għal tliet snin oħra ta' awditjar tal-FNE biex jinħareġ kalkolu sinifikanti tar-rata ta' żball għas-setturi kollha tal-FNE; jilqa' madankollu l-fatt li kienu tassew ftit l-iżbalji li nstabu fil-FNE u fl-awditi ta' TEN-T konklużi fl-2017;
153. Jinsab mħasseb li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni sab dgħufijiet sinifikanti fis-sistema attwali li DĠ MOVE juża għall-monitoraġġ kemm tal-politika ta' sigurtà tal-avjazzjoni kif ukoll dik marittima u fformula tliet rakkomandazzjonijiet importanti ħafna; jappella ld-DĠ MOVE jimplimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni li ħejja biex jindirizza r-riskji identifikati;
Kultura u edukazzjoni
154. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati li nkisbu fi 30 sena tal-programm Erasmus, li involvew 9 miljun ruħ, fosthom żgħażagħ, studenti u, dan l-aħħar, membri tal-persunal f'attività ta' mobilità mill-1987; jisħaq fuq il-valur miżjud Ewropew qawwi tal-programm u r-rwol tiegħu fir-realizzazzjoni ta' investiment strateġiku fiż-żgħażagħ tal-Ewropa;
155. Jinnota li l-programm Erasmus jeħtieġlu jagħmel aktar sabiex ikun aktar aċċessibbli għall-gruppi emarġinati, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità u b'rekwiżiti ta' edukazzjoni speċjali, persuni li huma ġeografikament żvantaġġati, persuni li jitilqu kmieni mill-iskola, persuni li jappartjenu għal minoranza, dawk fi żvantaġġ soċjoekonomiku eċċ.;
156. Jinsab allarmat bl-użu baxx u bil-kopertura ġeografika insuffiċjenti tal-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti tal-Erasmus+, limitata għal banek fi tliet pajjiżi u għal universitajiet fi tnejn oħra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Fond Ewropew tal-Investiment joħolqu strateġija ta' implimentazzjoni biex jimmassimizzaw l-effikaċja tal-Faċilità sal-2020; jew, bħala alternattiva, jiffaċilitaw ir-ridistribuzzjoni tal-fondi mhux użati fil-programm innifsu u jippermettu kopertura ta' finanzjament aħjar tal-azzjonijiet fi ħdan komponenti differenti;
157. Jinsab inkwetat bir-rati ta' suċċess li għadhom baxxi tal-proġett fl-ambitu tal-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u s-sottoprogramm kulturali "Ewropa Kreattiva" (21 % u 22 % rispettivament fl-2017); jisħaq fuq il-fatt li livell aktar adegwat ta' finanzjament huwa deċiżiv biex jiġu indirizzati dawn ir-riżultati insodisfaċenti li huma kontroproduċenti għall-objettivi tal-programm innifsu billi jaqtgħu qalb iċ-ċittadini milli jipparteċipaw;
158. Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) fl-implimentazzjoni tat-tliet programmi kulturali u edukattivi; jesprimi madankollu t-tħassib tiegħu dwar id-dgħufija relatata mal-kontroll intern tal-EACEA identifikata minn awditu tal-ġestjoni tal-għotjiet fl-ambitu ta' Erasmus+ u ta' Ewropa Kreattiva; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni nnifsu sab dgħufijiet fil-proċess ta' ġestjoni tal-għoti ta' Erasmus+ mill-EACEA; hu tal-fehma, għalhekk, li l-Kummissjoni u l-EACEA ma għandux ikollhom diffikultà biex iwettqu l-azzjonijiet korrettivi neċessarji biex tiġi żgurata trasparenza totali u tiġi ggarantita l-ogħla kwalità tal-implimentazzjoni min-naħa tagħhom tal-programmi kulturali u edukattivi;
ĠESTJONI INDIRETTA U STRUMENTI FINANZJARJI
159. Jinnota li fl-2017, il-Kummissjoni ffirmat kuntratti ma' aġenziji tan-NU b'valur ta' kważi EUR 253,5 miljun f'kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE, li tagħhom l-akbar benefiċjarji huma l-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (EUR 119,21-il miljun), l-UNICEF (EUR 29,34 miljun) u l-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti (EUR 20,05 miljun), u l-kuntratti mal-Bank Dinji b'valur ta' EUR 174,11 miljun;
160. Fid-dawl tal-bidla fil-modalitajiet tal-għajnuna minn għotjiet diretti għal fondi fiduċjarji u finanzjament imħallat, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment jadottaw ftehim interistituzzjonali mal-Parlament Ewropew dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-iskrutinju parlamentari, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' politika stabbiliti fil-Kunsens Ewropew il-Ġdid dwar l-Iżvilupp;
161. Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet għal titjib fit-trasparenza tal-fondi tal-UE implimentati mill-NGOs ippubblikati fir-rapport speċjali 35/2018 tal-Qorti, li, fost affarijiet oħra, tirrakkomanda li l-Kummissjoni ttejjeb l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar l-NGOs fis-sistema kontabilistika tagħha, u li l-Kummissjoni ttejjeb l-informazzjoni li tinġabar dwar il-fondi implimentati mill-NGOs; jitlob, għalhekk, li l-Kummissjoni timplimenta dawn il-proposti qabel tmiem il-mandat attwali;
162. Jirrikonoxxi bis-sħiħ in-natura kumplessa ta' bosta sfidi u l-ħtieġa għal azzjonijiet ta' rispons multidimensjonali u komplementari, iżda jisħaq fuq il-ħtieġa għal ċarezza f'arranġamenti ta' finanzjament u r-rispett tal-impenji internazzjonali;
163. Jinnota li l-għadd ta' strumenti finanzjarji żdied b'mod sostanzjali, u dan jippermetti opportunitajiet ġodda ta' finanzjament diversifikat fis-settur tat-trasport, filwaqt li joħloq firxa kumplessa ta' arranġamenti madwar il-baġit tal-Unjoni; huwa mħasseb li dawn l-istrumenti paralleli mal-baġit tal-Unjoni jistgħu jirriskjaw li jimminaw l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza, peress li r-rappurtar, l-awditjar u l-iskrutinju pubbliku mhumiex allinjati; jappella lill-Kummissjoni ssib kif is-sistema baġitarja tal-Unjoni tista' tiġi riformata, b'mod partikolari kif l-aħjar jiġi żgurat li l-arranġamenti ġenerali ta' finanzjament ma jkunux aktar kumplessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni u jiġi garantit li jkun hemm responsabbiltà, trasparenza u possibbiltà ta' awditjar;
164. Jirrimarka li l-awtorità baġitarja żdiedet il-garanzija tal-FEIS minn EUR 16-il biljun għal EUR 26 biljun u l-objettiv f'termini ta' volum tal-investimenti minn EUR 315-il biljun għal EUR 500 biljun, u li fi tmiem l-2017 il-Grupp BEI ffirma kuntratti b'valur ta' EUR 36,7 biljun (2016: EUR 21,3 biljun);
165. Jinnota li, skont il-Qorti, 64 % tal-valur totali tal-kuntratti tal-FEIS li l-Grupp tal-BEI kien iffirma sa tmiem l-2017 kienu kkonċentrati f'sitt Stati Membri: Franza, l-Italja, Spanja, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, il-Polonja;
166. Jiddispjaċih bil-fatt li 20 % biss tal-finanzjamenti tal-FEIS appoġġaw proġetti li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, filwaqt li l-portafoll standard tal-BEI laħaq il-limitu minimu ta' 25 %; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi għażliet finanzjarji jew ta' finanzjament sostenibbli u ambjent favorevoli għall-investimenti li jirriflettu l-impenji u l-objettivi ġenerali tal-Unjoni, bil-ħsieb li jrawmu l-innovazzjoni u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll li jsaħħu d-dimensjoni soċjali tal-investimenti billi jnaqqsu d-diskrepanza fl-investiment fis-settur soċjali u fir-rigward tas-sikurezza infrastrutturali;
167. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-korpi ta' ġestjoni tal-FEIS, meta jiffirmaw kuntratti, iqisu l-ħtieġa ta' bilanċ ġeografiku xieraq, u jirrapportaw lura lill-Parlament dwar il-progress miksub;
Qasam tar-riċerka
168. Jinnota li f'termini ta' pagamenti, fl-2017 il-Kummissjoni investiet EUR 11,2-il biljun fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), 58 % ġew ġestiti direttament u 42 % ġew allokati permezz ta' korpi inkarigati, u li minn dawn tal-aħħar, 18,2 % (EUR 583 miljun) ġew eżegwiti permezz tal-Impriżi Konġunti u 16,8 % (EUR 540 miljun) ġew distribwiti permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI);
169. Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament matul it-tieni semestru tal-2019 dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-istrumenti finanzjarji fil-qasam tar-riċerka;
Fondi fiduċjarji
170. Jirrimarka li l-għajnuna lill-pajjiżi mhux tal-Unjoni għamlet dejjem akbat użu minn mudelli ta' finanzjament alternattivi – bħall-fondi fiduċjarji u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija – u dan iżid il-kumplessità tal-istrutturi finanzjarji eżistenti; jirrikonoxxi madankollu li dawn l-istrumenti ppermettew reazzjoni fil-pront f'ċirkostanzi problematiċi u joffru flessibbiltà;
171. Jirrimarka li l-akkomunament ta' riżorsi mill-FEŻ, mill-baġit tal-Unjoni u minn donaturi oħrajn f'fondi fiduċjarji ma għandhomx ikollhom bħala konsegwenza l-fatt li l-ammonti ddestinati għall-politika ta' żvilupp u kooperazzjoni ma jilħqux il-benefiċjarji normali tagħhom jew ma jsegwux l-objettivi oriġinarji tagħhom, bħall-qerda tal-faqar u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali;
172. Jirrimarka li l-użu dejjem akbar tal-fondi fiduċjarji jirriżulta wkoll min-nuqqas ta' flessibbiltà attwalment possibbli fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni;
173. Jissottolinja l-fatt li l-użu dejjem akbar ta' mekkaniżmi finanzjarji oħra biex il-politiki tal-UE jiġu attwati id f'id mal-baġit tal-UE għandu r-riskju li jimmina dan il-livell ta' obbligu ta' rendikont u trasparenza, billi l-arranġamenti ta' rappurtar, tal-awditjar u ta' skrutinju pubbliku mhumiex allinjati. jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li ttemm il-fondi fiduċjarji, speċjalment meta n-natura "urġenti" tagħha mhijiex ġustifikata sewwa, meta mhumiex kapaċi jattiraw kontribuzzjonijiet sinifikanti minn donaturi oħra u meta jirriskja li jkun hemm ksur tad-drittijiet fundamentali u jkun hemm involuti awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali;
Faċilità għat-Turkija
174. Jinnota li, fir-Rapport Speċjali Nru 27/2018 tagħha dwar il-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, il-Qorti sabet li, f'kuntest diffiċli, il-Faċilità mmobilizzat malajr EUR 3 biljun biex tirreaġixxi malajr għall-kriżi tar-rifuġjati, iżda ma laħqitx għalkollox l-objettiv tagħha li tikkoordina b'mod effikaċi din ir-reazzjoni, u lanqas ma kisbet biżżejjed valur għall-flus; jitlob lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet ifformulati kollha mill-Qorti fir-rigward tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, b'mod partikolari billi ttejjeb il-monitoraġġ u r-rapportar tal-proġetti li jipprevedu l-għoti ta' assistenza fi flus, kif ukoll ittejjeb l-ambjent operattiv tal-organizzazzjonijiet (internazzjonali) mhux governattivi ((I)NGOs) mal-awtoritajiet Torok, biex tiżgura li l-fondi jkunu preċiżament orjentati lejn proġetti favur ir-rifuġjati u ma jintużawx għal skopijiet oħra; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar il-kompatibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mal-bażi ġuridika sottostanti;
175. Jinnota, barra minn hekk, li skont il-Qorti, il-proġetti awditjati pprovdew appoġġ utli lir-rifuġjati; u li l-biċċa l-kbira tagħhom kisbu r-riżultati mixtieqa, iżda nofshom għadhom ma kisbux l-effetti mistennija minnhom.
176. Jinnota li l-Ombudsman Ewropew ikkonkludiet li l-Kummissjoni għandha tagħmel aktar biex tagħmel mod li d-Dikjarazzjoni UE-Turkija tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni u jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tinkludi sistematikament il-kunsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali fid-deċiżjonijiet li tadotta fl-ambitu ta' din il-Faċilità, anki permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolament f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew;
177. Jiddispjaċih li investigazzjoni tal-EIC (European Investigative Collaborations) qajmet dubji dwar l-użu tal-fondi tal-istrument; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga fil-fond il-kwistjoni u tirrapporta lill-Parlament fir-rigward tar-riżultati;
178. Jistieden lid-DĠ DEVCO jirrevedi, sal-2020, il-gwida eżistenti lill-benefiċjarji ta' proġetti implimentati f'reġim ta' ġestjoni indiretta bl-għan li jiżgura li l-attivitajiet ippjanati jitwettqu fil-ħin u jikkontribwixxu għall-użu prattiku tar-realizzazzjonijiet tal-proġetti, sabiex jinkiseb l-aħjar valur għall-flus;
179. Jinnota li, skont dak li indikat il-Qorti, il-livell ta' żball l-infiq għall-intestatura "Amministrazzjoni" ma kienx materjali; jinnota madankollu bi tħassib li r-rata ta' żball żdiedet meta mqabbla mas-sena preċedenti (minn 0,2 % fl-2016 għal 0,55 % fl-2017);
180. Jinnota li, minkejja li l-Qorti ma sabet dgħufijiet sinifikanti, sabet ċerti oqsma rikorrenti li fihom hemm lok għal titjib;
Amministrazzjoni
Proċedura ta' nomina għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni
181. Mhuwiex sodisfatt bil-mod li bih il-Kummissjoni rreaġixxiet għat-tħassib validu tal-mezzi tal-komunikazzjoni u tal-opinjoni pubblika immedjatament wara n-nomina tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, u lanqas bl-ispjegazzjonijiet li tat il-Kummissjoni waqt id-dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew u fit-tweġiba bil-miktub għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta' April 2018, li kienu evażivi, difensivi u legalistiċi, u wriet nuqqas ta' sensittività għall-importanza li ċ-ċittadini Ewropej jagħtu lil proċeduri ta' reklutaġġ trasparenti, ġusti u miftuħa;
182. Ifakkar, f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Ombudsman Ewropew dwar erba' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fir-rakkomandazzjoni tagħha relatat mal-każijiet magħquda 488/2018/KR u 514/2018/KR; jinnota li l-konklużjonijiet tal-Ombudsman huma simili ħafna għal dak tal-Parlament Ewropew li l-Ombudsman taqbel mal-valutazzjoni tal-Parlament Ewropew skont liema l-ħatra doppja waslet sal-limiti tal-legalità u forsi saħansitra qabżithom; jisħaq fuq il-fatt li l-Ombudsman ippreżentat rakkomandazzjoni finali lill-Kummissjoni li fiha tistidinha tiżviluppa, għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali, proċedura speċifika separata u indipendenti mill-ħatriet l-oħra ta' uffiċjali għolja; jiddispjaċih, għaldaqstant, bit-tweġiba provokatorja li tat il-Kummissjoni lill-Ombudsman Ewropew fit-3 ta' Diċembru 2018, li ftit li xejn turi dixxerniment fir-rigward tal-punti mqajma mill-Ombudsman wara li eżaminat 11 000 paġna dokumentazzjoni;
183. Jieħu kont tal-fatt li l-Kummissarju Oettinger, fil-25 ta' Settembru 2018, organizza diskussjoni interistituzzjonali madwar mejda dwar is-selezzjoni u l-ħatra ta' uffiċjali għolja, għalkemm il-laqgħa tidher li kienet inkonkludenti; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tpoġġi fil-prattika l-paragrafu 29 tar-riżoluzzjoni tagħha dwar il-politika tal-integrità fil-Kummissjoni;
184. Jistieden lill-Kummissjoni kif ukoll lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha jirrevedu, meta meħtieġ, il-proċeduri ta' nomina, b'mod partikolari għall-uffiċjali għolja u meta jkun il-każ għall-membri tal-kabinetti, u jieħdu provvedimenti addizzjonali biex itejbu t-trasparenza, l-ekwità u l-parità tal-opportunitajiet fil-proċeduri ta' ħatra, abbażi tal-konklużjonijiet tal-Ombudsman Ewropew u tal-istudju tal-Parlament Ewropew dwar il-proċeduri ta' ħatra fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, li dalwaqt jiġi ppubblikat; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew sal-31 ta' Awwissu 2019 dwar il-progress li jkun sar;
Skejjel Ewropej
185. Jinnota li fl-2017 l-Iskejjel Ewropej irċevew EU 189,9 miljun mill-baġit Ewropew;
186. Jirrikonoxxi li r-rieżami tal-Qorti ma identifikax żbalji materjali fir-rapporti finanzjarji konsolidati finali tal-Iskejjel Ewropej għall-2017 u li l-Iskejjel Ewropej u l-Uffiċċju Ċentrali ħejjew il-kontijiet annwali tagħhom qabel l-iskadenza legali; jinnota madankollu li s-sistema ta' kontroll interna tal-Iskejjel Ewropej jeħtieġ aktar titjib biex tissodisfa r-rakkomandazzjoni li saret mill-Qorti u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropa (IAS);
187. Iqis eżasperanti l-fatt li, wara aktar minn 15-il sena, għadha ma ġiet implimentata l-ebda sistema ta' ġestjoni finanzjarja tajba għall-iskejjel Ewropej;
188. Għadu mħasseb bin-nuqqasijiet notevoli fis-sistemi ta' kontroll intern tal-Uffiċċju Ċentrali u tal-Iskejjel magħżula, partikolarment fis-sistemi ta' pagament, fl-ambjent tal-kontroll u fil-proċess ta' reklutaġġ;
189. Josserva li l-Qorti ma setgħetx tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja tal-Iskejjel fl-2017 kienet konformi mar-Regolament Finanzjarju u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu: jesiġi, għaldaqstant, li jsiru aktar sforzi biex jingħalqu r-rakkomandazzjonijiet li fadal relatati mal-ġestjoni tal-kontijiet barra mill-baġit, mat-titjib tal-kontabbiltà u tas-sistemi ta' kontroll intern, kif ukoll mal-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' pagament u mal-iżvilupp tal-linji gwida maħsuba biex itejbu l-ġestjoni tal-baġit;
190. Itenni l-pożizzjoni tal-Parlament li "rieżami komprensiv" tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej huwa meħtieġ b'mod urġenti biex jikkunsidra "riforma li tkopri kwistjonijiet maniġerjali, finanzjarji, organizzattivi u pedagoġiċi" u jfakkar fit-talba tiegħu li "l-Kummissjoni tippreżenta kull sena rapport li fih tagħti l-valutazzjoni tagħha rigward l-istat tal-progress" lill-Parlament;
191. Iqis li huwa inaċċettabbli li, skont il-Kummissjoni, tmien punti kritiċi jew rakkomandazzjonijiet importanti ħafna mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni matul il-perjodu 2014-2017 għadhom pendenti; jitlob li jikseb rapport ta' progress ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet sat-30 ta' Ġunju 2019;
Segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2016
192. Jinnota li, fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza tas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)0545), il-Kummissjoni kkunsidrat biss uħud mit-394 kwistjoni mqajma mill-Parlament fir-rigward tas-sena finanzjarja 2016 u ma tatx kummenti dwar 108 paragrafi; jesiġi lil-Kummissjoni twieġeb fid-dettall dwar il-kwisjonijiet kollha mqajma mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza;
193. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni wieġbet għall-kummenti tal-Parlament dwar ir-Rapporti dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) u l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016[89], u għamlet bidliet sabiex ittejjeb dawn; jinnota li l-Kummissjoni bagħtet ir-RĠAE tal-2017 lill-Parlament mingħajr restrizzjonijiet relatati mal-kunfidenzjalità, iżda jiddispjaċih li l-aċċess għal dawn ir-rapporti sar de facto aktar ikkumplikat; jistenna li l-Parlament ikun jista' fil-futur jaċċedi b'aktar faċilità għal dawn ir-rapporti;
Kwistjonijiet varji
194. Huwa mħasseb bid-dewmien min-naħa tal-Kummissjoni biex tindirizza l-problema dejjem aktar gravi tad-disparità tal-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikat għall-uffiċjali Ewropej fis-servizz fil-Lussemburgu, peress li, fl-2018, din id-disparità kienet aktar minn tliet darbiet akbar (16,8 %) mil-livell minimu ta' 5 % ffissat mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, bit-tnaqqis konsegwenti tal-attrattiva tal-Lussemburgu u d-diskriminazzjoni inġusta fil-konfront ta' aktar minn 11 000 uffiċjal tal-UE, u dan jġiegħel lil aktar minn terz minnhom jirrisjedu fil-pajjiżi ġirien, b'hekk jaggrava s-sitwazzjoni tat-traffiku transfruntier; jinnota li istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn b'sede fil-Lussemburgu diġà sabu soluzzjoni pożittiva għal din il-problema; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-problema tal-koeffiċjent tal-korrezzjoni attwali u tadotta l-miżuri meħtieġa;
195. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttemm mill-aktar fis possibbli, kif għamlet fl-2018 fil-każ tal-konvenzjoni mat-tobba u mad-dentisti, il-konvenzjoni mal-isptarijiet Lussemburgiżi dwar it-tariffi ogħla milli suppost għall-kuri mogħtija lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, li tiswa aktar minn EUR 2 miljun fis-sena u tikkostitwixxi ksur tad-Direttiva 2011/24/UE fir-rigward tat-trattament ugwali tal-pazjenti Ewropej, konformement mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-2000 (Kawża Ferlini);
196. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel analiżi mill-aktar rigoruża u aġġornata possibbli dwar l-impatt tal-ispazji tax-xogħol miftuħin, bħal dawk fil-bini l-ġdid JMO II, għal dak li għandu x'jaqsam mal-effetti fuq il-produttività u l-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol u ta' kundizzjonijiet ta' xogħol dinjitużi għall-persunal ikkonċernat; jitlob lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament informat dwar l-eżitu ta' din l-analiżi;
2014 - 2017: Kif il-Parlament Ewropew ikkontribwixxa u jkompli jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' strutturi ta' ġestjoni finanzjarja tajba fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri
Baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u awditjar
197. Insista fuq il-fatt li l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-rapportar dwar ir-riżultati miksuba minnu għandhom ikunu mmexxija mill-politiki;
198. Insista fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għandha tiffoka fuq ir-riżultati u fuq il-ksib ta' effetti pożittivi usa' u li l-istruttura tal-baġit tal-UE għandha tiġi modifikata biex tipprevedi l-kejl tal-progress u l-prestazzjoni;
199. Inkoraġġixxa, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Qorti jagħtu aktar attenzjoni lis-semplifikazzjoni, lir-riżultati u lill-effetti usa' miksuba, lill-awditu tal-prestazzjoni u lill-impatt finali tal-politiki;
200. Saħaq fuq il-fatt li l-awditi kollha li għandhom ikunu ffukati fuq is-setturi li huma l-aktar probabbli suġġetti għal żbalji, speċjalment dawk b'livelli ta' finanzjament ogħla;
201. Innota l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni biex ikun żviluppat ir-rapport ta' evalwazzjoni tal-Artikolu 318 f'rapport ta' sinteżi komprensiv li jirreġistra l-progress li jkun sar fid-diversi setturi strateġiċi, u dan imbagħad sar l-ewwel parti tar-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni;
Qafas ta' kontroll intern integrat
202. Appoġġa l-inklużjoni tal-Artikolu 63 fir-Regolament Finanzjarju rivedut, li jintroduċi l-"iskema ta' awditjar uniku" fil-ġestjoni kondiviża, filwaqt li enfasizza li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll li jiffunzjonaw tajjeb fil-livell nazzjonali u Ewropew huma element kruċjali fil-katina tal-awditjar uniku; qabel mal-fatt li l-approċċ ta' awditjar uniku jippermetti użu aħjar tar-riżorsi u għandu jevita d-duplikazzjoni tal-awditi fil-livell tal-benefiċjarji; innota li l-istrateġija ta' awditjar uniku tal-Kummissjoni tikkonsisti fl-aċċertament tal-affidabbiltà tar-riżultati tal-awditjar u tar-rati ta' żball irrapportati fuq bażi annwali mill-awtoritajiet ta' awditjar u fil-monitoraġġ ta' xogħolhom permezz ta' qafas ta' kontroll u awditjar sod u koordinat; inkoraġġixxa lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u tirrieżamina x-xogħol tal-awtoritajiet ta' awditjar biex tiggarantixxi qafas ta' awditjar komuni u riżultati affidabbli;
Riċerka
203. Kien favur regoli aktar ċari u użu akbar tal-għażla tal-ispejjeż issemplifikata (SCO), jiġifieri pagamenti ta' somma f'daqqa fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020;
Fondi strutturali
204. Insista fuq it-tisħiħ tar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta' ġestjoni u ta' awditjar għall-implimentazzjoni tal-baġit;
205. Appoġġa l-bidla minn skemi ta' "rimborż" (rimborż tal-ispejjeż imġarrba) għal skemi ta' "dritt" li jnaqqsu konsiderevolment ir-riskju ta' żbalji;
Agrikoltura
206. Kien favur li r-rekwiżiti ambjentali għandhom jissaħħu, li l-appoġġ għall-introjtu għandu jitqassam b'mod aktar ġust permezz ta' skema ta' pagamenti progressivi favorevoli għall-azjendi agrikoli ż-żgħar u għall-biedja sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent u li l-PAK issir aktar attraenti għall-bdiewa żgħażagħ b'mod urġent u definittiv;
207. Talab li l-PAK tirrispetta aktar l-ambjent filwaqt li tkun favorevoli għall-bdiewa;
Migrazzjoni
208. Ikkontribwixxa b'tali mod li l-finanzjament tal-UE jirrispondi għall-isfidi migratorji dejjem akbar fil-perjodu 2015-2018 billi rdoppja l-finanzjament għal EUR 22 biljun;
209. Stieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni f'koordinament mal-politika ta' żvilupp kif ukoll mal-politika esterna;
Affarijiet barranin tal-UE
210. Talab li l-affarijiet barranin tal-UE jkunu konsistenti u koordinati tajjeb u li l-FEŻ, il-fondi fiduċjarji u l-istrumenti finanzjarji jiġu ġestiti f'armonija mal-politiki interni;
Amministrazzjoni
211. Insista fuq ir-reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji, li finalment daħal fis-seħħ fil-31 ta' Jannar 2018;
212. Insista biex il-proċeduri ta' reklutaġġ għal pożizzjonijiet f'livell għoli fl-istituzzjonijiet u fil-korpi Ewropej jiġu riveduti u biex il-postijiet vakanti kollha jkunu ppubblikati fl-interess tat-trasparenza, tal-integrità u tal-opportunitajiet indaqs;
213. Kompla jsostni politika ta' tolleranza żero fil-każijiet ta' frodi;
Rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni
Rapportar
214. Ifakkar li. għas-snin li ġejjin, l-Artikolu 247(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi l-obbligu li l-Kummissjoni ta' kull sena tikkomunika sett ta' rapporti finanzjarji u kontabilistiċi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża previżjoni fit-tul tal-flussi tal-flus deħlin u ħerġin li jkopru l-ħames snin sussegwenti.
215. Jinsisti biex dan ir-rapport janalizza l-impatt tal-impenji fir-rigward tal-volum tal-arretrati tal-pagamenti ta' Qafas Finanzjarju Pluriennali partikolari;
216. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, għal skopijiet ta' ġestjoni u rapportar, mod kif tiġi rreġistrata n-nefqa baġitarja tal-UE li jagħmilha possibbli li jsir rapport dwar il-finanzjamenti kollha relatati mal-kriżi migratorja tar-rifuġjati, kif ukoll għall-politika futura tal-UE dwar il-ġestjoni tal-flussi migratorji u l-integrazzjoni;
217. Jistaqsi għalfejn il-Kummissjoni tuża żewġ settijiet ta' objettivi u indikaturi biex tkejjel il-prestazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja: minn naħa, id-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni jevalwaw il-ksib tal-objettivi definiti fil-pjanijiet ta' ġestjoni tagħhom fir-RAA tagħhom, u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tkejjel il-prestazzjoni tal-programmi ta' nfiq permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-programm tan-nefqa operazzjonali annessa mal-abbozz ta' baġit; jistieden lill-Kummissjoni tibbaża r-rapportar tagħha fuq sett uniku ta' objettivi u ta' indikaturi;
218. Jirrimarka li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża prinċipalment fil-livell tad-DĠ għall-ġestjoni ta' programmi u ta' politiki; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, billi l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ġestjoni ta' kuljum ma tikkorrispondix għar-responsabbiltajiet tar-rapportar estern tal-Kummissjoni, id-DĠ, ġeneralment, ma jużawx ir-rapporti fundamentali dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġġestixxu l-prestazzjoni tagħhom tal-baġit tal-UE;
219. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-DĠ u l-Kummissjoni ma għandhom l-ebda obbligu li jispjegaw, fir-rapporti tagħhom dwar il-prestazzjoni, kif użaw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-ambitu tal-proċess deċiżjonali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi din l-informazzjoni fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tal-futur;
220. Jiddispjaċih għal darb'oħra li r-RAA ma jinkludux dikjarazzjoni dwar il-kwalità tad-data relatat mal-prestazzjoni rrappurtata u, li, konsegwentement, huwa u jadotta r-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR), il-Kulleġġ tal-Kummissarji jieħu responsabbiltà politika sħiħa għall-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni, iżda mhux għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-riżultati;
221. Jirrimarka li fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 dwar il-Governanza fil-Kummissjoni Ewropea ma tiġix modifikata d-distinzjoni bejn "responsabbiltà politika tal-Kummissarji" u "responsabbiltà operattiva tad-Diretturi Ġenerali", introdotta bir-riforma amministrattiva tal-2000; josserva li mhux dejjem ġie stabbilit b'mod ċar jekk ir-"responsabbiltà politika" tinkludix ir-responsabbiltà tad-Direttorati Ġenerali jew le;
222. Itenni l-konklużjonijiet tal-awditu tal-Qorti għall- 2017, skont liema l-Kummissjoni "jenħtieġ li hija tagħmel użu aħjar mill-informazzjoni proprja tagħha dwar il-prestazzjoni u li tiżviluppa kultura interna aktar iffukata fuq il-prestazzjoni"; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tintegra l-baġitjar abbażi tal-prestazzjoni fiċ-ċiklu ta' politika kollu tagħhom;
223. Jiddeplora l-pubblikazzjoni dejjem aktar tard tar-"Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea għall-finanzjament tal-azzjonijiet esterni", li prattikament ixekkel is-sorveljanza tal-Parlament u l-obbligu ta' rendikont lill-pubbliku, peress li r-rapport tal-2016 ġie ppubblikat biss f'Marzu 2018 u r-rapport tal-2017 għadu pendenti; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport tal-2018 sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Settembru 2019 u żżomm dan il-kalendarju għas-snin sussegwenti;
224. Jinnota li nstabu għadd ta' dgħufijiet fis-sistemi ta' kejl tal-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, li fil-biċċa l-kbira kienu relatati ma' proġetti li tlestew fil-perjodu 2007-2013; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistema ġenerali ta' kejl tal-prestazzjoni, inkluża l-preżenza ta' indikaturi tar-riżultati fuq livell ta' proġett biex tippermetti l-valutazzjoni tal-kontribut ta' proġett partikolari għal objettivi speċifiċi tal-programmi operattivi; jinnota li l-leġiżlazzjoni li tkopri l-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 saħħet il-loġika tal-intervent u l-attenzjoni lejn ir-riżultati;
225. Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni, fid-dawl tad-diversi sorsi ta' finanzjament, tipprovdi aċċess faċli għall-proġetti, f'forma ta' punt uniku ta' servizz, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu b'mod ċar l-iżviluppi u l-finanzjament tal-infrastrutturi kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u mill-FEIS; jinkoraġġixxi għaldaqstant lill-Kummissjoni tippubblika, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, stampa ġenerali annwali tal-proġetti fil-qasam tat-trasport u tat-turiżmu li ġew kofinanzjati permezz tal-FEŻR u tal-fondi ta' koeżjoni kif hija l-prattika għall-FNE;
226. Jappella lill-Kummissjoni
(a) tissemplifika r-rapportar dwar il-prestazzjoni billi:
– tkompli tnaqqas l-għadd ta' objettivi u indikaturi li hija tuża għad-diversi rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni, u tiffoka fuq dawk li jkejlu bl-aħjar mod il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
– ittejjeb l-allinjament bejn l-objettivi ġenerali ta' livell għoli u l-objettivi speċifiċi fil-livell tal-programmi u tal-politiki;
(b) tibbilanċja aħjar ir-rapportar dwar il-prestazzjoni billi tippreżenta b'mod ċar l-informazzjoni dwar l-isfidi ewlenin tal-UE li għad iridu jingħelbu;
(c) tipprovdi dikjarazzjoni dwar il-kwalità tad-data tal-prestazzjoni rrapportata;
(d) tieħu responsabbiltà politika ġenerali fl-AMPR għall-informazzjoni dwar "il-prestazzjoni u r-riżultati";
(e) tinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-prestazzjoni fir-rapportar dwar il-prestazzjoni, inkluż fl-AMPR, rigward il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-objettivi, u dejjem tieħu, jew tipproponi, azzjoni xierqa dawn l-objettivi ma jintlaħqux;
(f) tindika l-mod kif l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li tikkonċerna l-baġit tal-Unjoni tkun intużat fil-proċess deċiżjonali tagħha;
(g) tintroduċi jew ittejjeb il-miżuri u l-inċentivi bli jrawmu aktar attenzjoni lill-prestazzjoni fil-kultura interna tal-Kummissjoni, b'kont meħud partikolarment tal-opportunitajiet offruti mir-Regolament Finanzjarju rivedut, mill-inizjattiva "Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati", mir-rapportar dwar il-prestazzjoni għall-proġetti li għaddejjin u minn sorsi oħrajn;
(h) tiżviluppa metodi ta' pproċessar tad-data għall-kwantitajiet kbar ta' data maħluqa bir-rapportar dwar il-prestazzjoni, bl-iskop li tagħti stampat fil-pront, ġusta u veritiera tar-riżultati miksuba; jinsisti fuq il-fatt li r-rapportar dwar il-prestazzjoni għandu jintużaw biex jiġu adottati miżuri korrettivi meta l-objettivi tal-programmi ma jintlaħqux;
227. Jirrakkomanda li l-Qorti tkompli tipprevedi kapitolu separat għas-sigurtà u ċ-ċittadinanza fir-rapport annwali tagħha u tapprofondixxi l-analiżi tagħha f'dan ir-rigward, peress li l-interess pubbliku u politiku fil-parti tal-baġit tal-Unjoni relatata mas-sigurtà u l-migrazzjoni huwa ħafna ogħla mis-sehem finanzjarju tagħha;
228. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tforni ħarsa ġenerali tal-kumpens żejjed tal-VAT fil-proġetti ta' koeżjoni u ta' żvilupp rurali ffinanzjati mill-UE, li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-UE u tal-kontribwenti Ewropej;
229. Jilqa' l-proposta mressqa mill-Qorti fid-dokument ta' konsultazzjoni tagħha dwar is-suġġett "Rapportar rikorrenti dwar il-prestazzjoni tal-azzjoni tal-UE" biex tiġi ppubblikta kul sena, f'Novembru tas-sena N + 1, evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-azzjoni tal-UE, li tinkludi rieżami dettaljat tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni rrapportata mill-Kummissjoni fir-rapport ta' valutazzjoni skont l-Artikolu 318 tat-TFUE; jinsisti għal darb'oħra fuq il-fatt li dan ir-rapport għandu jkun fih fit-tieni parti rieżami dettaljat tas-sinteżi tal-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni, kif indikat fit-tieni parti tar-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni;
230. Ifakkar li l-objettiv aħħari ta' analiżi ta' awditjar aktar iċċentrat fuq il-prestazzjoni għandu jkun il-ħolqien ta' mudell għall-kostijiet meta mqabbal mal-benefiċċji globali u koerenti biex jivvaluta l-implimentazzjoni tal-baġit Ewropew;
231. Jinsisti fuq il-fatt li l-Qorti għandha ttejjeb il-koordinament bejn il-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni fil-livell ta' proġett imwettqa fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u l-bqija tal-ħidma li ssir fuq il-prestazzjoni, permezz ta' rapportar, partikolarment, tal-konklużjonijiet prinċipali tar-rapporti speċjali tagħha fil-kapitoli settorjali tar-rapport annwali tagħha;
232. Jitlob lill-Qorti tagħti lill-awtoritajiet ta' kwittanza valutazzjoni ta' kull politika Ewropea f'termini kemm ta' konformità kif ukoll ta' prestazzjoni, billi ssegwi kapitolu wara kapitolu l-intestaturi tal-baġit fir-rapport annwali tal-Qorti;
233. Jinsisti fuq il-fatt li l-Qorti toħloq segwitu estiż tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati minnha li ġejjin mill-awditjar tal-prestazzjoni;
234. Jisħaq fuq li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom jiġu integrati u żgurati fl-oqsma politiċi kollha; itenni, għalhekk, l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju, inkluż fl-implimentazzjoni tal-baġit u fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu;
235. Itenni t-talba tiegħu biex fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jiġu inklużi wkoll indikaturi speċifiċi skont il-ġeneru, b'kont meħud tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, b'mod partikolari skont il-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effikaċja;
Kalkolu u rapportar tar-rata ta' żball
236. Huwa tal-opinjoni li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-istima tagħha tal-ammont f'riskju jew tal-iżbalji tjiebet tul is-snin, iżda li l-istimi tad-DĠ individwali tal-livell ta' nfiq irregolari mhumiex ibbażati fuq metodoloġija konsistenti u li r-RAA tad-DĠ u l-AMPR jużaw terminoloġija kumplessa li tista' twassal għal konfużjoni.
237. Jinnota b'mod partikolari li s-servizzi tal-Kummissjoni mill-inqas jużaw dawn il-kunċetti kollha li ġejjin: rata tal-iżball residwu, rata tal-iżball irrapportata, rata tal-iżball waqt il-pagament, rata ta' żball maqbud matul is-sena, rata netta tal-iżball residwu, rata medja ta' żball ipponderata, rata ta' żball fl-għeluq jew rata ta' żball rappreżentattiva komuni;
238. Jirrimarka, barra minn hekk, li għal aktar minn tliet kwarti tan-nefqa fl-2017, id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jibbażaw l-istimi tagħhom tal-ammont f'riskju fuq id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li fir-RAA tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni kkonċernati (b'mod partikolari DĠ AGRI u REGIO) jidher li l-affidabbiltà tar-rapporti ta' kontroll tal-Istati Membri għadha problematika;
239. Jinnota li l-ammont globali f'riskju rrapportat fil-pagament stmat mill-Kummissjoni fl-AMPR tagħha tal-2017, huwa bbażat fuq iċ-ċifri tas-servizzi individwali responsabbli għall-programmi ta' nfiq, li jużaw metodi differenti ta' kalkolu tal-livell ta' żball differenti skont l-oqfsa ġuridiċi u organizzattivi differenti; jissottolinja li l-armonizzazzjoni ulterjuri tal-metodi ta' kalkolu tkun issaħħaħ il-kredibbiltà, l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tal-ammont globali f'riskju rrapportat u tkun tippermetti li jkun hemm stampa ċara tas-sitwazzjoni fir-rigward tar-rata tal-iżball residwu u tar-rata ta' riskju fil-pagament fil-futur;
240. Jinsab barra minn hekk inkwetat minħabba l-fatt li l-AMPR iqabbel ċifri ferm differenti u għalhekk jista' għalhekk ikun qarrieqi, filwaqt li l-livell ta' żball stmat mill-Qorti huwa rata ta' żball fil-pagament mingħajr ma jitnaqqsu l-korrezzjonijiet, l-ammont globali f'riskju tal-Kummissjoni indikat fl-AMPR huwa kkalkolat wara li jitnaqqsu l-korrezzjonijiet; jikkunsidra għalhekk impossibbli li jsir tqabbil adegwat jew li jinsiltu konklużjonijiet affidabbli; isostni l-approċċ tal-Qorti, jiġifieri li tikkalkola r-rata ta' żball mingħajr ma tqis il-korrezzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tindika r-rati ta' żball mingħajr u bil-korrezzjonijiet fir-RAA kollha kif ukoll fl-AMPR; ikun japprezza li, biex tinstab soluzzjoni għal dan it-tqabbil impossibbli, il-Qorti tesprimi opinjoni dwar ir-rata ta' żball tal-Kummissjoni wara l-korrezzjoni;
241. Jitlob, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tarmonizza ulterjorment il-metodi ta' kalkolu tagħha tar-rati ta' żball mal-Qorti, b'kont meħud tad-diversi modi ta' ġestjoni u bażijiet ġuridiċi u fl-istess ħin tagħmel it-tqabbil bejn ir-rati ta' żball possibbli, u tagħmel distinzjoni ċara tal-ammont f'riskju mingħajr u bil-korrezzjonijiet finanzjarji integrati; jitlob ukoll li l-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni dwar il-kapaċità korrettiva għall-irkupru ta' pagamenti indebiti mill-baġit tal-UE;
242. Itenni t-tħassib tiegħu dwar id-differenza bejn il-metodi tal-Kummissjoni u tal-Qorti għall-kalkolu tal-iżbalji, li timpedixxi tqabbil adegwat tar-rati ta' żball irrapportati minnhom; jenfasizza, bil-għan li jkun ippreżentat paragun affidabbli bejn ir-rati ta' żball irrapportati mill-Kummissjoni fl-AMPR tagħha u fir-RAA tad-Direttorati Ġenerali u dawk stmati mill-Qorti, il-Kummissjoni għandha tuża metodoloġija ekwivalenti għal dik tal-Qorti għall-valutazzjoni tar-rata ta' żball u li ż-żewġ istituzzjonijiet għandhom jikkonkludu b'urġenza qbil f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta d-data b'mod konsistenti mal-metodoloġija adottata mill-Qortu u tinkludi l-istimi tal-korrezzjonijiet mistennija;
243. Jappella għal darb'oħra lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jattwaw proċeduri sodi biex jikkonfermaw l-għażla taż-żmien, l-oriġini u l-ammont tal-miżuri korrettivi u jipprovdu informazzjoni li tirrikonċilja sa fejn ikun possibbli, is-sena meta jsiru l-pagamenti, is-sena meta jinstab l-iżball relatat u s-sena meta l-irkurpi jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu indikati fin-noti għall-kontijiet; jitlob lill-Qorti ssemmi l-livell ta' korrezzjoni applikat għall-kalkolu tar-rata ta' żball fir-rapport annwali tagħha, kif ukoll ir-rata ta' żball oriġinarju qabel il-korrezzjonijiet;
244. Jiddeplora l-fatt li l-AMPR ma ġiex awditjat mill-Qorti filwaqt li xi RAA, u b'mod partikolari, dawk tad-DĠ EMPL u d-DĠ REGIO ġew eżaminati mill-Qorti; jistieden lill-Qorti teżamina bir-reqqa u tirrevedi l-AMPR fir-rapport annwali tagħha;
Assorbiment f'waqtu u prestazzjoni
245. Jinnota li r-rata baxxa ta' assorbiment kienet prinċipalment dovuta għall-għeluq aktar tard tal-QFP preċedenti, għall-adozzjoni tardiva ta' atti ġuridiċi, għad-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda għall-QFP attwali, għall-bidla fir-regoli ta' diżimpenn minn N+2 għal N+3, u għall-piż amministrattiv marbut mat-trikkib bejn il-perjodi tal-QFP;
246. Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni għadha ma pproduċietx projezzjoni komprensiva u fit-tul biex tgħin fit-teħid ta' deċiżjonijiet għall-QFP li jmiss li tikkonforma bis-sħiħ mal-Ftehim Interistituzzjonali;
247. Jinnota li f'xi pajjiżi l-assorbiment bil-mod tal-fondi għadu problema; huwa għalhekk tal-opinjoni li jkun xieraq li jinżamm it-"Task Force dwar Implimentazzjoni Aħjar"; jinnota wkoll li l-Kummissjoni ħolqot inizjattiva ta' "Reġjuni f'fażi ta' Rkupru"; jevidenzja, f'dan il-kuntest, ir-riskju ta' akkumulu enormi ta' approprjazzjonijiet ta' impenn sa tmiem it-terminu finanzjarju;
Kunflitti ta' interess, stat tad-dritt u ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni
248. Jiddeplora kwalunkwe riskju ta' ksur tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u n-nuqqas ta' rispett tal-Artikolu 61(1) tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-kunflitti ta' interess li jistgħu jikkompromettu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u jdgħajfu l-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fil-ġestjoni korretta ta' flus il-kontribwenti Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni ta' politika ta' tolleranza żero mingħajr disparità fit-trattament għal kwalunkwe ksur tad-dritt tal-UE kif ukoll il-kunflitti ta' interess;
249. Jistieden lill-Kummissjoni tattwa r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar s-sitwazzjoni fl-Ungerija, ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja komplementari għar-Rakkomandazzjonijiet (UE) 2016/1374, (UE) 2017/146 u (UE) 2017/1520 u l-Proposta Motivata skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja, tal-20 ta' Diċembru 2017;
250. Ifakkar fl-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) dwar il-proġetti ELIOS u "Heart of Budapest", li fihom instabu irregolaritajiet gravi; ifakkar li fl-ewwel każ ġiet irkuprata parti żgħira tal-fondi, filwaqt li fit-tieni każ l-awtoritajiet Ungeriżi aċċettaw il-korrezzjoni finanzjarja, iżda għadhom ma implimentawhiex; jinnota li l-fatti relatati mal-linja 4 tal-metrò għadhom "sub judice"; jinnota barra minn hekk li fis-Slovakkja għaddejja l-investigazzjoni tal-OLAF dwar allegati frodi u bħalissa hemm 6 inkjesti ta' konformità imwettqa mill-Kummissjoni rigward pagamenti diretti;
251. Ifakkar bi tħassib fir-riżultati tal-missjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew (CONT) fis-Slovakkja, li żvelaw sensiela ta' nuqqasijiet u riskji għall-ġestjoni u u l-kontroll tal-fondi tal-UE u riskju ta' infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata, b'mod partikolari fil-kuntest tal-assassinju tal-ġurnalist investigattiv Ján Kuciak; jistieden f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni u lill-OLAF iqisu l-konklużjonijiet tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat CONT spjegati fir-rapport dwar il-missjoni tiegħu, u jistieden ukoll lill-Kummissjoni tissorvelja b'mod attiv is-sitwazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji u żżomm informat lill-Parlament dwar is-segwitu li jingħata;
252. Jistieden lill-Kummissjoni toħloq strateġija unifikata għall-Unjoni kollha biex tevita b'mod attiv il-kunflitti ta' interess u biex dan isir waħda mill-prijoritajiet tagħha, bi strateġija adattata ta' kontroll ex ante u ex post; jistieden lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-UPPE futur jinkludu f'din l-istrateġija l-protezzjoni kemm tal-informaturi ta' irregolaritajiet kif ukoll tal-ġurnalisti investigattivi;
253. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li f'kull Stat Membru jitħejjew u jiġu implimentati l-pjanijiet ta' azzjoni dwar il-kunflitti ta' interess, u tirrapporta lura lill-Parlament dwar il-progress;
254. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tippubblika l-laqgħat bejn il-Kummissarji u r-rappreżentanti ta' interessi; jiddispjaċih, madankollu, li l-kwistjonijiet diskussi matul il-laqgħat mhumiex inklużi fir-Reġistru; jistieden lill-Kummissjoni tikkompleta r-Reġistru billi tinkludi l-kontenut tal-laqgħat;
255. Jinnota li, skont l-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni 2018, f'ħafna Stati Membri s-sitwazzjoni ma marritx għall-aħjar jew saħansitra marret għall-agħar; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta finalment lill-Parlament is-segwitu mogħti lir-rapport tiegħu dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tal-2015, billi tiddeskrivi, preferibbilment fuq bażi annwali, is-sitwazzjoni tal-politiki tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri u fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej;
256. Jissottolinja li, għal perjodu ta' sentejn wara li jtemmu l-funzjonijiet tagħhom, l-ex Kummissarji għandhom l-obbligu li ma jeżerċitawx pressjonijiet, f'isem il-kumpanija tagħhom jew f'isem dak tal-klijent li jaħdmu għalih, fil-konfront tal-Kummissarji fil-kariga jew tal-persunal tagħhom jew dwar kwistjonijiet li kienu responsabbli għalihom fi ħdan il-portafoll tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tallinja t-tul ta' żmien ta' dan il-perjodu ta' preklużjoni ma' dak previst għall-President, jiġifieri tliet snin;
257. Jenfasizza li l-opinjonijiet tal-Kumitat Etiku dwar il-kunflitti ta' interess iridu jkunu elaborati b'mod proattiv mill-Kumitat, partikolarment għall-Kummissarji li jitilqu mis-servizz; jenfasizza barra minn hekk li l-kompożizzjoni tal-Kumitat Etiku għandha titqawwa bl-inklużjoni ta' membri ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-OECD u ta' NGOs b'għarfien espert fil-qasam tal-politiki ta' integrità;
258. Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew esprima tħassib fir-rigward ta-proċeduri ta' ħatra tal-uffiċjali għolja tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli d-diskussjoni mal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tad-diversi rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riżoluzzjoni.
23.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Neena Gill
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li għall-2017 il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ma kkalkulat ebda stima tal-livell tar-rata ta' żball għall-infiq fl-ambitu tal-Intestatura 4; jisħaq li kampjun rappreżentattiv imdaqqas għall-awditu ta' "Ewropa Globali" huwa essenzjali għal evalwazzjoni rigoruża u indipendenti tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u jappella biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata malajr sabiex ikun hemm sorveljanza aħjar tal-użu tal-fondi tal-UE mill-Parlament Ewropew;
2. Jilqa' l-valutazzjoni tal-QEA dwar l-aspetti tal-prestazzjoni flimkien mal-verifika tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet fir-rapport tagħha tal-2017; jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha fformulati mill-QEA abbażi ta' 56 tranżazzjoni meħuda bħala kampjun; jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jappella għall-implimentazzjoni rapida tagħhom;
3. Jilqa' r-Rapport Speċjali 22/2017 tal-QEA dwar il-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE (MOE) u l-isforzi li saru biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida u sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tagħha mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); jisħaq fuq l-importanza li jitkompla t-titjib tar-razzjonalizzazzjoni, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba, flimkien ma' bbaġitjar aħjar tan-nefqa għal MOE individwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-akkwist rikorrenti minn fornituri ta' servizzi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni trawwem aktar kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi bħala mod biex jitnaqqsu l-ispejjeż; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinvolvu ruħhom f'riflessjoni dwar kif għandhom ikomplu jsaħħu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-approċċ meħud; skont is-sejbiet tar-rapport speċjali, jindika l-importanza li jkun hemm ir-riżorsi meħtieġa biex tiġi żgurata ħarsa ġenerali ċentrali tar-rakkomandazzjonijiet tal-EOM tal-UE, inkluż depożitarju, u li jiġi vvalutat b'mod sistematiku l-istatus tal-implimentazzjoni tagħhom;
4. Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' viżibilità tal-finanzjament tal-UE miġbur għall-proġetti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-viżibilità u ttejjeb il-komplementarjetà msaħħa tal-azzjonijiet ta' strumenti differenti;
5. Jemmen li jenħtieġ li jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tal-pajjiżi ta' adeżjoni; jappella biex jitkomplew l-isforzi biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet fil-ġestjoni indiretta tal-fondi tal-UE f'xi pajjiżi benefiċjarji tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) kif ukoll ikun hemm aktar rigorożità fuq l-appoġġ baġitarju lill-pajjiżi sħab tal-UE; jinnota bi tħassib li l-fondi tal-IPA għat-Turkija ftit li xejn indirizzaw il-valuri fundamentali inkluż il-libertà tal-istampa u l-imparzjalità tal-ġudikatura u li l-Kummissjoni ftit li xejn għamlet użu mill-kundizzjonalità biex tappoġġja r-riformi fis-setturi ta' prijorità fit-Turkija fejn il-progress fid-demokrazija u fl-istat tad-dritt ma kinux sodisfaċenti; jisħaq fuq l-importanza li l-fondi jintużaw għas-soċjetà ċivili u li jsir aktar użu mill-modalità ta' ġestjoni diretta; jitlob lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-QEA dwar il-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, b'mod partikolari billi ttejjeb il-monitoraġġ u r-rapportar dwar proġetti ta' assistenza permezz ta' flus kontanti u ttejjeb, flimkien mal-awtoritajiet tat-Turkija, l-ambjent operattiv għall-NGOs(I) u tiżgura li l-fondi qegħdin jindirizzaw b'mod dirett il-proġetti għar-rifuġjati u ma jintużawx għal finijiet oħra; jappella lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-awtorità baġitarja dwar il-kompatibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mal-bażi ġuridika sottostanti;
6. Jilqa' r-Rapport Speċjali tal-QEA Nru 3/2017 "Assistenza mill-UE lit-Tuneżija" u s-sejba tiegħu li l-assistenza mill-UE kkontribwiet b'mod sinifikanti għat-tranżizzjoni demokratika u l-istabbiltà ekonomika tal-pajjiż; jappella lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb l-enfasi tal-appoġġ mill-UE skont ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fih;
7. Jieħu nota tal-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali tal-QEA Nru 20/2018: "L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà: jeħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid"; jappella għal azzjoni rapida sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fih – inkluż il-ħtieġa li l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid lil hinn mill-appoġġ għall-ispejjeż operattivi u lejn miżuri ta' bini tal-kapaċità – isiru b'mod konsistenti l-interventi jkunu bbażati fuq ir-riżultati, jitnaqqas id-dewmien fl-għoti ta' kuntratti u l-finanzjament retroattiv, jitjieb il-monitoraġġ u jsir użu koerenti mill-istrumenti ta' finanzjament.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
22.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 3 8 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Klaus Buchner, James Carver, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Wajid Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, David McAllister, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Alyn Smith, Jordi Solé, Dobromir Sośnierz, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Geoffrey Van Orden |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Asim Ademov, Doru-Claudian Frunzulică, Elisabetta Gardini, Rebecca Harms, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Norbert Erdős, Martina Werner |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
41 |
+ |
|
ALDE |
Petras Auštrevičius, Ilhan Kyuchyuk, Jozo Radoš, Ivo Vajgl |
|
EFDD |
Aymeric Chauprade |
|
PPE |
Asim Ademov, Michèle Alliot-Marie, Arnaud Danjean, Norbert Erdős, Michael Gahler, Elisabetta Gardini, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Cristian Dan Preda, Dubravka Šuica, László Tőkés, Željana Zovko |
|
S&D |
Francisco Assis, Goffredo Maria Bettini, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Wajid Khan, Juan Fernando López Aguilar, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Martina Werner, Janusz Zemke |
|
VERTS/ALE |
Klaus Buchner, Rebecca Harms, Barbara Lochbihler, Alyn Smith, Jordi Solé, Bodil Valero |
|
3 |
- |
|
EFDD |
James Carver |
|
NI |
Georgios Epitideios, Dobromir Sośnierz |
|
8 |
0 |
|
ECR |
Amjad Bashir, Bas Belder, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden |
|
GUE/NGL |
Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Marie-Christine Vergiat |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
7.2.2019
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Nirj Deva
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jieħu nota tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ("il-Qorti") dwar l-Assistenza mill-UE għall-Myanmar/Burma u r-rispons tal-Kummissjoni; jilqa' f'dan ir-rigward li l-UE kellha rwol ewlieni fl-appoġġ ta' prijoritajiet ta' żvilupp f'kuntest diffiċli u b'riżorsi tal-persunal limitati filwaqt li nnota li l-assistenza tal-UE nstabet li kienet biss parzjalment effettiva; jappoġġja lill-Qorti li tisħaq fuq il-ħtieġa biex tingħata aktar attenzjoni lill-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku, b'mod partikolari fl-ekonomiji emerġenti; fid-dawl tal-atroċitajiet iddokumentati mwettqa mill-armata tal-Myanmar, jesprimi tħassib kbir dwar l-appoġġ baġitarju settorjali kontinwu pprovdut mill-baġit tal-UE lill-Myanmar;
2. Jinsab preokkupat ħafna bit-tendenza attwali fil-proposti reċenti tal-Kummissjoni li jiġu injorati d-dispożizzjonijiet ġuridikament vinkolanti tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[90] f'dak li għandu x'jaqsam man-nefqa eliġibbli tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u l-pajjiżi eliġibbli għall-infiq fil-qafas tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); ifakkar li l-legalità tal-infiq tal-UE hija prinċipju kruċjali tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-kunsiderazzjonijiet politiċi ma jmisshomx jieħdu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ġuridiċi spjegati b'mod ċar; ifakkar li d-DCI huwa l-ewwel u qabel kollox strument imfassal biex jiġġieled il-faqar;
3. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni wieġbet għall-kummenti tal-Parlament dwar ir-Rapporti dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) u l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016[91], u għamlet bidliet sabiex ittejjeb dawn; Jinnota li l-Kummissjoni bagħtet ir-RĠAE tal-2017 lill-Parlament mingħajr restrizzjonijiet ta' kunfidenzjalità, iżda jiddispjaċih li l-aċċess għal dawn ir-rapporti de facto sar aktar ikkumplikat; jistenna bil-ħerqa aċċess iffaċilitat għall-Parlament għal dawn ir-rapporti fil-ġejjieni;
4. Jiddeplora l-pubblikazzjoni dejjem aktar tard tar-"Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea għall-finanzjament tal-azzjonijiet esterni", li prattikament ixekkel is-sorveljanza tal-Parlament u l-akkontabilità pubblika, peress li r-rapport tal-2016 ġie ppubblikat biss f'Marzu 2018 u r-rapport tal-2017 għadu pendenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika r-rapport tal-2018 sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Settembru 2019 u biex iżżomm dan il-kalendarju għas-snin sussegwenti;
5. Jiddispjaċih li, f'kull rapport ta' attività annwali mill-2012 'il hawn, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp kellu joħroġ riżerva dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, fatt li jindika nuqqasijiet serji fil-ġestjoni interna;
6. Jirrileva l-konstatazzjonijiet negattivi ħafna mill-Qorti dwar is-Sħubijiet Pubbliċi-Privati[92] (PPPs) u r-rakkomandazzjoni tal-Qorti "li ma jiġix promoss użu aktar intensiv u mifrux tal-PPPs" fi ħdan l-Unjoni; jitlob li l-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bis-sħiħ meta tittratta l-PPPs f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn l-ambjent għal implimentazzjoni b'suċċess tal-PPPs huwa saħansitra aktar diffiċli milli fl-Unjoni;
7. Jinnota li fl-2017, il-Kummissjoni ffirmat kuntratti ma' aġenziji tan-NU b'valur ta' kważi EUR 253,5 miljun ta' kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE, fejn il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (EUR 119,21 miljun), il-UNICEF (EUR 29,34 miljun) u l-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti (EUR 20,05 miljun) huma l-akbar benefiċjarji, u l-kuntratti mal-Bank Dinji b'valur ta' EUR 174,11 miljun;
8. Jemmen li l-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp hija ta' importanza enormi għall-Unjoni biex il-kawżi tal-migrazzjoni jiġu indirizzati mill-għeruq; jirrikonoxxi li n-nefqa relatata mas-sigurtà hija partikolarment rilevanti fl-isforzi attwali biex tiġi indirizzata, b'mod komprensiv, ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp u biex jinkisbu riżultati fir-rigward tal-Għan 16 tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli;
9. Ifakkar li l-UE hija impenjata b'mod kollettiv li tipprovdi 0,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross bħala ODA; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħejju u jippreżentaw skedi ta' żmien plawsibbli biex żieda gradwali bħal din tilħaq dan il-livell; jiddispjaċih li l-UE u l-Istati Membri tagħha, fl-2017, ma għamlux progress biex jintlaħaq dan l-għan, filwaqt li l-ODA ġenerali tal-UE naqset minn 0,51 % għal 0,50 % u diversi pajjiżi naqsu l-ODA tagħhom; isostni li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni għandha tintefaq b'mod aktar effikaċi u li l-ODA għandha tkun immirata lejn setturi fejn l-aktar hemm bżonnha, jiġifieri l-bini tal-kapaċità, il-governanza tajba, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-agrikoltura, il-provvista tal-ilma u s-sanità, kif ukoll l-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ ta' manutenzjoni bl-involviment ta' esperti tekniċi mħarrġa lokalment; ifakkar fl-impenn tiegħu li jintlaħaq l-għan ta' 0,15-0,20 % ta' ODA/ING lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati f'terminu qasir u 0,20 % sal-2030;
10. Fid-dawl tal-bidla fil-modalitajiet tal-għajnuna minn għotjiet diretti għal fondi fiduċjarji u finanzjament imħallat, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex jadottaw ftehim interistituzzjonali mal-Parlament Ewropew dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-iskrutinju parlamentari, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' politika stabbiliti fil-Kunsens Ewropew il-Ġdid dwar l-Iżvilupp;
11. Jitlob li l-programm "Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ" jiġi estiż lil hinn mill-Ewropa, b'mod partikolari għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, filwaqt li jiġu pprovduti l-mezzi finanzjarji neċessarji;
12. Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet għal titjib fit-trasparenza tal-fondi tal-UE implimentati mill-NGOs ippubblikati fir-rapport speċjali 2018/35 tal-Qorti, li, fost affarijiet oħra, tirrakkomanda li l-Kummissjoni ttejjeb l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar l-NGOs fis-sistema kontabilistika tagħha, u li l-Kummissjoni ttejjeb l-informazzjoni li tinġabar dwar il-fondi implimentati mill-NGOs; jitlob, għalhekk, li l-Kummissjoni timplimenta dawn il-proposti qabel tmiem il-mandat kurrenti;
13. Jirrikonoxxi bis-sħiħ in-natura kumplessa ta' bosta sfidi u l-ħtieġa għal azzjonijiet ta' rispons multidimensjonali u komplementari, iżda jisħaq fuq il-ħtieġa għal ċarezza f'arranġamenti ta' finanzjament u r-rispett tal-impenji internazzjonali;
14. Jitlob approċċ għall-iżvilupp abbażi ta' inċentivi permezz tal-introduzzjoni tal-prinċipju "aktar għal aktar", fuq l-eżempju tal-Politika Ewropea tal-Viċinat; jemmen li aktar ma pajjiż jagħmel progress fir-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u aktar ma jħaffef il-pass ta' tali progress, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni;
15. Jirrikonoxxi li ebda pajjiż ma żviluppa bla ma daħal f'aktar relazzjonijiet kummerċjali mal-ġirien tiegħu u mal-bqija tad-dinja; iħeġġeġ ulterjorment il-finanzjament ta' għajnuna għall-attivitajiet kummerċjali, sabiex il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ikunu jistgħu jieħdu sehem ħafna iktar f'katini ta' valur globali fil-futur; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li qed isir aktar importanti li l-konnettività diġitali tikber, sabiex il-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jitqassmu b'mod aktar bilanċjat favur il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;
16. Jissottolinja li huwa importanti ħafna li l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jiġu appoġġjati, u jitlob b'mod partikolari li jiġu stabbiliti soluzzjonijiet lokali li jagħtu aktar aċċess għall-finanzi b'aktar tisħiħ tas-sistema ta' self u ta' garanziji mikrofinanzjarji;
17. Jissottolinja l-importanza ta' żieda fl-allokazzjoni ta' fondi maħsuba biex jappoġġjaw il-governanza tajba, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinġiebu 'l quddiem istituzzjonijiet responsabbli u trasparenti, jiġi appoġġjat il-bini tal-kapaċità u jitrawmu proċessi deċiżjonali parteċipattivi u aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni;
18. Jenfasizza li huwa importanti li jkun hemm provvisti tal-ilma nadif u li jinbnew faċilitajiet addizzjonali għall-ilma ta' skart;
19. Jiġbed l-attenzjoni għall-iskala u l-implikazzjoni tal-faqar enerġetiku fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u għall-involviment qawwi tal-Unjoni fl-isforzi biex dan il-faqar jitnaqqas; jissottolinja l-ħtieġa ta' sforzi qawwija u kkoordinati mill-gvernijiet u l-partijiet interessati fil-pajjiżi affettwati biex inaqqsu l-faqar fl-enerġija.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
22.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
16 1 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mireille D’Ornano, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Eleni Theocharous, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Marina Albiol Guzmán, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Stefan Gehrold, Maria Noichl, Judith Sargentini |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
16 |
+ |
|
ECR |
Eleni Theocharous |
|
PPE |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Stefan Gehrold, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Bogusław Sonik, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko |
|
S&D |
Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maria Noichl, Vincent Peillon, Elly Schlein |
|
1 |
- |
|
EFDD |
Mireille D'Ornano |
|
4 |
0 |
|
GUE/NGL |
Marina Albiol Guzmán, Lola Sánchez Caldentey |
|
VERTS/ALE |
Maria Heubuch, Judith Sargentini |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
25.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Ifakkar li l-2017 kienet ir-raba' sena tal-implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u li l-programmi finanzjarji kollha issa huma kompletament operattivi;
2. Jinnota l-fatt li kien hemm titjib kostanti fil-livell ta' żball stmat globali fil-pagamenti li saru mill-baġit tal-UE f'dawn l-aħħar snin (4,4 % fl-2014; 3,8 % fl-2015; 3,1 % fl-2016, 2,4 % fl-2017); jilqa' l-fatt li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-2017;
3 Jinnota b'sodisfazzjoni li l-outputs u r-riżultati deskritti għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) huma fit-triq it-tajba li jinkisbu u li l-istrument jikkomplementa l-isforzi nazzjonali biex jinqered il-faqar u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali;
4. Jinnota bi tħassib il-livell għoli ta' żball stmat fil-qasam tal-politika ta' "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" ta' 3,0 %, li jibqa' 'l fuq mil-livell limitu ta' materjalità ta' 2 % u l-livell ta' żball għall-baġit tal-Unjoni kollu kemm hu (2,4 %) u li l-għadd u l-impatt ta' żbalji identifikati jindikaw dgħufijiet persistenti bir-regolarità tal-infiq iddikjarata mill-awtoritajiet ta' ġestjoni; jinnota, madankollu, li dan jirrappreżenta tnaqqis mis-sena preċedenti (4,8 %); jirrikonoxxi li dan il-livell relattivament għoli ta' żball stmat f'dan il-qasam tal-politika huwa prinċipalment dovut għall-ispejjeż ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji, l-għażla ta' attivitajiet, proġetti jew benefiċjarji ineliġibbli, u l-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri effikaċi sabiex jitnaqqsu dawk is-sorsi ta' żball filwaqt li tinkiseb prestazzjoni għolja;
5. Jinnota bi tħassib li l-livell ta' żball stmat fil-qasam ta' "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" huwa ta' 4,2 % – li jirrappreżenta żieda żgħira meta mqabbel mal-2016 (4,1%) u li l-biċċa l-kbira tal-iżbalji kienu relatati mar-rimborż ta' persunal ineliġibbli u spejjeż diretti oħra ddikjarati mill-benefiċjarji tal-proġetti ta' riċerka, kif ukoll proġetti/benefiċjarji ineliġibbli; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri effikaċi sabiex jitnaqqsu dawk is-sorsi ta' żball filwaqt li tinkiseb prestazzjoni għolja; jiddeplora l-fatt li, kif diġà kien il-każ fis-snin preċedenti, l-Istati Membri kellhom biżżejjed informazzjoni disponibbli biex jipprevjenu, jew jidentifikaw u jikkoreġu, għadd sinifikanti ta' żbalji; li kieku l-Kummissjoni u l-Istati Membri għamlu użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun ta' 1,5 % inqas;
6 Jinnota li matul ir-rieżami tal-Qorti tal-Awdituri ta' 113-il proġett komplut taħt il-qasam tal-infiq ta' "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", 65 % kellhom sistema ta' kejl tal-prestazzjoni b'indikaturi tal-output u tar-riżultati marbuta mal-objettivi tal-programm operattiv – li jirrappreżenta titjib meta mqabbel mas-snin preċedenti; jinnota bi tħassib li 30 % tal-proġetti ma kellhom l-ebda indikatur jew mira, u dan jagħmilha impossibbli li jiġi vvalutat il-kontribut speċifiku ta' dawk il-proġetti għall-objettivi ġenerali tal-programm;
7. Jinnota li skont il-Kummissjoni, ftit li xejn twettqu evalwazzjonijiet mill-Istati Membri relatati mal-Fond Soċjali Ewropew lil hinn mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI); jistieden lill-Istati Membri jevalwaw b'mod sistematiku l-Fond Soċjali Ewropew sabiex jippermettu tfassil ta' politika bbażat fuq l-evidenza, u lill-Kummissjoni biex tippromwovi dan;
8. Ifakkar li fir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tagħha "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ", il-Qorti tal-Awdituri sabet li, filwaqt li sar xi progress fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (YG), u filwaqt li nkisbu xi riżultati, is-sitwazzjoni naqset milli tilħaq l-aspettattivi inizjali li tqajmu waqt it-tnedija tal-YG; jenfasizza madankollu li l-YEI u l-YG għadhom jirrappreżentaw waħda mill-aktar reazzjonijiet politiċi innovattivi u ambizzjużi għall-qgħad fost iż-żgħażagħ wara l-kriżi ekonomika, u għalhekk għandu jkollhom l-appoġġ finanzjarju u politiku kontinwu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali fit-twettiq tagħhom;
9. Jenfasizza li l-istabbiliment ta' jekk il-baġit tal-YEI huwiex qed jintefaq tajjeb, u jekk jinkisibx l-objettiv aħħari tal-YEI li ż-żgħażagħ qiegħda jiġu megħjuna jsibu impjieg sostenibbli, jista' jintlaħaq biss jekk l-operazzjonijiet jiġu mmonitorjati mill-qrib u b'mod trasparenti fuq il-bażi ta' data affidabbli u komparabbli, u jekk l-Istati Membri li ma għamlu l-ebda progress jiġu indirizzati b'mod aktar ambizzjuż; jinsisti għalhekk li l-Istati Membri jtejbu l-monitoraġġ, ir-rapportar u l-kwalità tad-data bħala kwistjoni ta' urġenza u jiggarantixxu li data u ċifri affidabbli u komparabbli dwar l-implimentazzjoni attwali tal-YEI jinġabru u jsiru disponibbli fil-ħin u b'mod aktar frekwenti milli huwa meħtieġ skont l-obbligu ta' rappurtar annwali tagħhom, kif definit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament FSE; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-linji gwida tagħha dwar il-ġbir ta' data f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-QEA sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' dikjarazzjoni eċċessiva tar-riżultati;
10. Ifakkar li fir-rapport speċjali tiegħu 22/2018 "Mobbiltà taħt Erasmus+" il-Qorti tal-Awdituri sabet li, filwaqt li l-inklużjoni tal-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) fl-Erasmus+ iġġib il-Programm eqreb lejn varjetà akbar ta' ċittadini, il-fergħa tal-ETV fil-programm tista' tittejjeb aktar, pereżempju permezz ta' kontinwità aħjar fil-Programmi ta' Ħidma annwali tagħha, tnaqqis fil-proċeduri amministrattivi u aktar appoġġ mill-Kummissjoni lill-istituzzjonijiet tal-ETV fis-sejbien tas-sħab;
11. Ifakkar li fir-rapport speċjali tagħha 06/2018 "Moviment Liberu tal-Ħaddiema", il-Qorti tal-Awdituri sabet li identifikazzjoni u monitoraġġ aħjar tal-fondi tal-UE għall-mobbiltà tax-xogħol jgħinu fl-iżgurar tal-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-fondi;
12. Jilqa' r-riżultati miksuba fl-2017 taħt it-tliet assi tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-appoġġ tal-EaSI, u, b'mod partikolari għall-assi tan-netwerk tiegħu "Progress" u "Servizzi Ewropej tax-Xogħol" (EURES), għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota bi tħassib madankollu li t-taqsima tematika tal-Intraprenditorija Soċjali fi ħdan l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali tal-EaSI għadha mhijiex tagħti prestazzjoni tajba; japprezza l-fatt li l-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) biex jiġi żgurat li l-Fond jimpenja ruħu li juża bis-sħiħ ir-riżorsi taħt it-taqsima tematika tal-Intraprenditorija Soċjali.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
23.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laura Agea, Guillaume Balas, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Miroslavs Mitrofanovs, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Jana Žitňanská |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Amjad Bashir, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Mircea Diaconu, Eduard Kukan, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Alex Mayer, Csaba Sógor, Flavio Zanonato |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Angélique Delahaye, Monika Smolková |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
40 |
+ |
|
ALDE |
Mircea Diaconu, Martina Dlabajová, Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Robert Rochefort, Yana Toom |
|
ECR |
Amjad Bashir, Czesław Hoc, Jana Žitňanská |
|
GUE/NGL |
Lynn Boylan, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes |
|
PPE |
Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Angélique Delahaye, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Eduard Kukan, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Csaba Sógor, Romana Tomc |
|
S&D |
Guillaume Balas, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Javi López, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Monika Smolková, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato |
|
VERTS/ALE |
Jean Lambert, Miroslavs Mitrofanovs, Terry Reintke |
|
2 |
- |
|
ENF |
Christelle Lechevalier |
|
NI |
Lampros Fountoulis |
|
1 |
0 |
|
EFDD |
Laura Agea |
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
23.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Huwa sodisfatt bl-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel fl-2017;
2. Huwa sodisfatt bil-ħidma mwettqa mill-ħames aġenziji deċentralizzati li jaqgħu fl-oqsma ta' responsabbiltà tiegħu u li jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jfasslu u jimplimentaw politiki fil-qasam tal-ambjent, il-klima, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll bil-mod kif ġew implimentati l-baġits ta' dawk l-aġenziji;
3. Jinnota li din is-sena, il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddeċidiet li ma tipprovdix valutazzjoni, jew livell ta' żball stmat, għall-qasam ta' "żvilupp rurali, miżuri tas-suq, l-ambjent, azzjoni klimatika u sajd", iżda pprovdiet għarfien dwar it-tipi ta' żball li jistgħu jseħħu f'dan il-qasam (b'mod partikolari l-benefiċjarji, l-attivitajiet, il-proġetti jew in-nefqa ineleġibbli); jinnota li minn 230 tranżazzjoni fil-kampjun li ntuża għall-istima tal-livell ta' żball għal "Riżorsi naturali", 6 tranżazzjonijiet biss (2,4 %) jirrigwardaw l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd; jinnota li ma kien hemm l-ebda rata ta' żball għall-intestatura 3, li tinkludi n-nefqa dwar is-saħħa, u s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf;
Ambjent u Azzjoni Klimatika
4. Jinnota li fl-2017, il-Programm LIFE ċċelebra l-25 anniversarju tiegħu; jenfasizza li dan il-programm ipprovda EUR 222 miljun għall-kofinanzjament ta' 139 proġett ġdid;
5. Jenfasizza li hemm bżonn ta' aktar sforzi biex jitnaqqas id-dewmien fil-pagamenti skont il-Programm LIFE, peress li fl-2017, 5,8 % tal-pagamenti qabżu l-iskadenzi legali (3,9 % fl-2016, 12 % fl-2015);
6. Jindika li l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm LIFE, li tkopri s-snin 2014-2015, inħarġet fl-2017; jinnota li peress li ħafna proġetti kienu għadhom ma bdewx u ftit proġetti kienu spiċċaw, l-evalwazzjoni ffokat prinċipalment fuq il-proċessi li ddaħħlu fis-seħħ biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm LIFE, u ġie konkluż li l-Programm LIFE jipprovdi lill-Unjoni b'valur miżjud, filwaqt li ġie indikat xi titjib possibbli; jenfasizza li l-proċeduri għall-ġestjoni tal-għotjiet, b'mod partikolari l-proċeduri ta' implimentazzjoni u rappurtar, mhux biss għandhom jiġu ssimplifikati iżda aċċellerati b'mod sinifikanti wkoll ;
7. Jinnota li t-termini tad-deċiżjoni ta' esternalizzazzjoni għal kooperazzjoni mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) b'rabta mal-persunal jimplikaw li s-sitwazzjoni tal-persunal fid-DĠ ENV hija partikolarment diffiċli fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-programm LIFE, li tista' twassal għal rieżami ulterjuri tal-metodi u tal-arranġamenti ta' xogħol fi ħdan id-DĠ;
8. Jenfasizza li dawk l-effikaċja parzjali tas-sistemi ta' kontroll intern tad-DĠ ENV u tad-DĠ CLIMA li ġew awditjati, dan billi għad iridu jiġu indirizzati xi rakkomandazzjonijiet importanti fid-dawl tal-pjanijiet ta' azzjoni miftiehma;
9. Jinnota li sa mill-1 ta' Ottubru 2017 id-DĠ CLIMA ġie riorganizzat biex jitneħħa kompletament id-Direttorat Riżorsi Komuni (SRD) ENV/CLIMA, inkluż il-baġit u l-unità finanzjarja tiegħu, u li issa d-DĠ jintegra bis-sħiħ l-attivitajiet finanzjarji, dawk ta' appoġġ amministrattiv, ta' komunikazzjoni interna u l-attivitajiet tat-teknoloġija informatika tal-SRD;
10. Jenfasizza li d-DĠ CLIMA u d-DĠ BUDG jimmonitorjaw il-mira ta' 20 % ta' integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali, u li d-DĠ CLIMA jappoġġja DĠs oħrajn fl-integrazzjoni tal-klima fl-attivitajiet tagħhom; jiddispjaċih li fl-2017, instab li 19,3 % biss tal-baġit tal-Unjoni ntefaq fuq attivitajiet relatati mal-klima, u li huwa stmat li l-medja għall-perjodu 2014-2020 se tkun ta' 18,8 % biss;
11. Jinsab imħasseb għall-fatt li r-riżerva abbażi ta' raġunijiet ta' reputazzjoni li tikkonċerna l-bqija ta' dgħufijiet sinifikanti ta' sigurtà li ġew identifikati fir-reġistru tal-Unjoni tas-Sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS) ġiet ripetuta fir-Rapport ta' Attività Annwali tal-Attività tad-DĠ CLIMA għall-2017;
Saħħa Pubblika
12 Jilqa' l-fatt li kemm l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tat-Tielet Programm tas-Saħħa ("il-Programm tas-Saħħa") ġew implimentati bis-sħiħ; jinnota li l-parti l-kbira tal-azzjonijiet tal-Programm tas-Saħħa qed jiġu implimentati permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel ("CHAFEA");
13. Jenfasizza li fl-2017, id-DĠ SANTE temm l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm tas-Saħħa, li jkopri s-snin 2014-2016, li waslet għall-konklużjoni li l-Programm tas-Saħħa kien forna riżultati tanġibbli u kellu rilevanza għolja għall-bżonnijiet tal-Istati Membri, u li irrakkomandat li jseħħu sforzi ta' tisħiħ biex jinkiseb il-valur miżjud tal-Unjoni, jiżdiedu s-sinerġiji u tiġi garantita l-espansjoni tar-riżultati permezz ta' kooperazzjoni ma' strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni;
14 Jilqa' l-varar tal-24 netwerk Ewropew ta' referenza li jaqdu lil pazjenti b'mard rari u kumpless, li jinkludi 900 unità ta' kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna minn 'il fuq minn 300 sptar f'26 pajjiż, jiġifieri fil-25 Stati Membri u n-Norveġja;
Is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti
15. Jilqa' b'sodisfazzjoni il-fatt li kemm l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagamenti disponibbli għas-sikurezza tal-ikel, saħħa u benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti, ġew implimentati bis-sħiħ;
16. Jiddispjaċih għall-fatt li l-medja ta' rata ta' żball residwu tad-DĠ SANTE laħqet it-2,5 % tal-attività globali fil-qasam tal-ikel u tas-sikurezza tal-għalf fl-2017, li taqbeż il-limitu ta' materjalità ta' 2 %; jinnota li dan seħħ minħabba dikjarazzjonijiet eċċessivi tan-nefqa tal-Istati Membri, fil-kuntest tal-bidliet strutturali magħmula fl-immaniġġjar u l-kontrolli tad-dikjarazzjonijiet fi Stat Membru wieħed; jitlob li d-DĠ SANTE jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura li dan ma jerġax iseħħ fil-futur, billi pereżempju jżid l-użu tal-miżuri ta' simplifikazzjoni offruti mir-Regolament Finanzjarju;
17. Jenfasizza li fl-2017, id-DĠ SANTE ħareġ l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Komuni għall-katina alimentari 2014-2020, li kkonkludiet li l-qafas attwali jaħdem tajjeb u jikkontribwixxi biex jinkiseb valur miżjud tal-UE; jinnota li l-Kummissjoni, fuq rakkomandazzjoni tal-Qorti, qed taħdem biex tiżviluppa metodoloġija ta' analiżi kosteffikaċi għall-qasam tal-katina tal-ikel, bil-għan li tissoda aktar l-evalwazzjonijiet ekonomiċi futuri tal-interventi ffinanzjati mill-Unjoni;
18. Huwa tal-opinjoni, abbażi tad-data disponibbli u tar-rapport ta' implimentazzjoni, li l-kwittanza tista' tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tan-nefqa fl-oqsma tal-politika ambjentali u klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel għas-sena finanzjarja 2017.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
22.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
50 7 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Nikos Androulakis, Cristian-Silviu Buşoi, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Tilly Metz, Bart Staes, Tiemo Wölken |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Olle Ludvigsson |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
50 |
+ |
|
ALDE |
Catherine Bearder, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds |
|
ENF |
Jean-François Jalkh |
|
GUE/NGL |
Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná |
|
PPE |
Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian Silviu Buşoi, Birgit Collin Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Christophe Hansen, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer Pierik, Ivica Tolić, Adina Ioana Vălean |
|
S&D |
Nikos Androulakis, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Daciana Octavia Sârbu, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli |
|
VERTS/ALE |
Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Tilly Metz, Bart Staes |
|
7 |
- |
|
ECR |
Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska |
|
EFDD |
Sylvie Goddyn |
|
0 |
0 |
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
22.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Franck Proust
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li l-kontijiet konsolidati tal-Unjoni għas-sena 2017 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017 huma, in ġenerali, legali u regolari fl-aspetti materjali kollha, ħlief għal pagamenti tar-rimborż tal-ispejjeż li huma milquta bi żbalji; jinnota li l-livell kumplessiv stmat ta' żball ta' 2,4 % għadu ogħla mil-livell limitu ta' materjalità tal-Qorti (2 %), valur inferjuri għal 3,1 % fl-2016 u 3,8 % fl-2015;
2. Jilqa' l-fatt li, għat-tieni sena konsekuttiva, il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-pagamenti li saru mill-baġit tal-Unjoni, u jistenna li jkompli t-titjib tal-ġestjoni tal-finanzi tal-Unjoni;
3. Jiddispjaċih li għall-qasam "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", li s-settur tat-trasport jappartjeni fih, il-Qorti ma tagħti ebda informazzjoni komprensiva dwar l-awditjar li sar mis-settur tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE);
4. Jinnota li fl-2017
– EUR 3 964 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 2 176 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għall-politiki dwar it-trasport, inkluż il-FNE, is-sigurtà tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri, l-aġenziji ta' trasport, u r-riċerka u l-innovazzjoni relatati mat-trasport (Orizzont 2020),
– EUR 3 452,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 1 643,7 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati għat-trasport tal-FNE (Kapitolu 06 02) u għal Orizzont 2020 (riċerka u innovazzjoni relatati mat-trasport – Kapitolu 06 03) ġew amministrati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA),
– EUR 72,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu disponibbli għan-nefqa amministrattiva tal-qasam ta' politika tal-mobilità u tat-trasport;
5. Jinnota li fl-2017 il-Kummissjoni għażlet 152 proġett għal finanzjament tat-Trasport tal-FNE b'total ta' EUR 2,7 biljun, bl-investiment totali jkun EUR 4,7 biljun inkluż finanzjament pubbliku u privat ieħor; itenni l-importanza tal-istrument ta' finanzjament tal-FNE għat-tlestija tan-Netwerk TEN-T, għall-kisba taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport, għall-iżvilupp ta' konnessjonijiet transfruntiera u biex jitlestew il-konnessjonijiet neqsin; jiddispjaċih li l-opportunità offruta mill-FNE għadha ma ġietx kompletament apprezzata mill-partijiet ikkonċernati nazzjonali kollha; ifakkar li l-ammont ta' flus li jintefqu fl-ambitu ta' strument finanzjarju mhuwiex l-uniku kriterju tal-prestazzjoni tiegħu u jistieden lill-Kummissjoni biex tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tal-kisbiet li ntlaħqu fil-proġetti tat-trasport iffinanzjati mill-UE u tanalizza l-aspett tal-valur miżjud tagħhom u l-infiq maħsub biex jinkisbu riżultati;
6. Jistieden lill-Koordinaturi Ewropej tat-TEN-T biex iwettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-proġetti li tlestew u tat-titjib miksub tul il-kurituri tat-TEN-T fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali, u biex jippreżentawha lill-Kummissjoni u lill-Parlament; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu, inkluża assistenza teknika, biex jiżdied il-valur miżjud tal-Fondi Ewropej għat-tlestija tal-kurituri TEN-T u jiġi massimizzat il-progress;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod ċar għas-settur tat-trasport, valutazzjoni tal-impatt tal-FEIS fuq strumenti finanzjarji oħra, b'mod partikolari fir-rigward tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif ukoll dwar il-koerenza tal-Istrument tad-Dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ma' inizjattivi oħra tal-Unjoni, f'ħin debitu qabel il-proposta għall-QFP li jmiss; jitlob li din il-valutazzjoni tippreżenta analiżi ċara dwar il-bilanċ ġeografiku tal-investimenti fis-settur tat-trasport; ifakkar, madankollu, li l-ammont ta' flus li jintefqu taħt strument finanzjarju ma għandux jiġi kkunsidrat bħala l-uniku kriterju rilevanti biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tiegħu; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tal-kisbiet li saru taħt proġetti tat-trasport iffinanzjati mill-Unjoni u tikkalkula l-valur miżjud tagħhom;
8. Jilqa' r-riżultati tas-sejħa għal finanzjament imħallat tal-2017 għall-finanzjament tal-FNE u d-deċiżjoni li l-baġit tiegħu jiżdied għal EUR 1,35 biljun, li tikkonferma r-rilevanza u l-valur miżjud tal-użu tal-għotjiet tal-Unjoni għat-taħlit ma' finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn Banek Promozzjonali Nazzjonali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u ta' żvilupp oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta' finanzjament tas-settur privat u minn investituri tas-settur privat, inkluż permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati; huwa tal-fehma li l-FNE għandu għaldaqstant ikompli jappoġġja azzjonijiet li jippermettu li l-għotjiet tal-UE u sorsi oħra ta' finanzjament jintużaw flimkien, filwaqt li l-għotjiet jinżammu bħala l-istrument ewlieni ta' finanzjament;
9. Jilqa' l-konklużjoni tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm FNE u tal-Evalwazzjoni Interim H2020 u jappella lill-Kummissjoni tieħu miżuri ta' segwitu xierqa biex tiżgura t-tlestija b'suċċess taż-żewġ programmi;
10. Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, bħala parti mill-awditjar tiegħu tas-superviżjoni mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji tal-FNE, sab li kien hemm rata baxxa ħafna ta' implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji fi ħdan il-FNE u li l-maġġoranza tal-baġit, oriġinarjament allokat għal strumenti finanzjarji tal-FNE (EUR 2,43 biljun), ġie riallokat għal-linji baġitarji tal-għotjiet tal-FNE u li b'hekk EUR 296 miljun biss huma għal strumenti finanzjarji tal-FNE sal-2020; jinnota wkoll li waħda mir-raġunijiet mogħtija kienet li l-kriterji ta' eliġibilità ta' strumenti finanzjarji tal-FNE u tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kienu prinċipalment sovraposti u li proġetti tal-FNE li kienu potenzjalment eliġibbli fir-realtà ġew iffinanzjati mill-FEIS billi dan għandu prijorità politika u remissjoni akbar; jappella lill-Kummissjoni biex, fir-rigward tas-CEF, iżżid il-livell ta' sensibilizzazzjoni fost il-benefiċjarji fir-rigward tar-regoli ta' eliġibilità, b'mod partikolari billi tagħmel distinzjoni ċara bejn kuntratt ta' implimentazzjoni u sottokuntratt hekk kif din kienet is-sors prinċipali ta' konfużjoni fost il-benefiċjarji; jappella lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrumenti finanzjarji jikkomplementaw lil xulxin aktar milli jissostitwixxu lil xulxin;
11. Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni, fid-dawl tad-diversi sorsi ta' finanzjament, tipprovdi aċċess faċli għall-proġetti, f'forma ta' punt uniku ta' servizz, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu b'mod ċar l-iżviluppi u l-finanzjament ta' infrastrutturi kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u mill-FEIS; jinkoraġġixxi għaldaqstant lill-Kummissjoni tippubblika, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, ħarsa ġenerali annwali dwar il-proġetti tat-trasport u t-turiżmu li ġew kofinanzjati permezz tal-FEŻR u l-fondi ta' koeżjoni kif hija l-prattika għall-FNE;
12. Jinnota li l-għadd ta' strumenti finanzjarji żdied b'mod sostanzjali, u dan jippermetti opportunitajiet ġodda ta' finanzjament diversifikat fis-settur tat-trasport, filwaqt li joħloq firxa kumplessa ta' arranġamenti madwar il-baġit tal-Unjoni; huwa mħasseb li dawn l-istrumenti paralleli mal-baġit tal-Unjoni jistgħu jirriskjaw li jimminaw il-livell ta' rendikont u trasparenza, peress li r-rappurtar, l-awditjar u l-iskrutinju pubbliku mhumiex allinjati; jappella lill-Kummissjoni ssib kif is-sistema baġitarja tal-Unjoni tista' tiġi riformata, b'mod partikolari kif l-aħjar jiġi żgurat li l-arranġamenti ġenerali ta' finanzjament ma jkunux aktar kumplessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni u jiġi garantit li jkun hemm responsabbiltà, trasparenza u possibbiltà ta' awditjar;
13. Jinnota li l-2017 kienet l-ewwel sena tal-kampanja ta' awditjar għall-Programm FNE u li ser ikun hemm bżonn ta' 2-3 snin oħra ta' awditjar tal-FNE biex jinħareġ kalkolu sinifikanti tar-rata ta' żball għas-setturi kollha tal-FNE; madankollu jilqa' l-fatt li kienu tassew ftit l-iżbalji li nstabu fil-FNE u fl-awditi ta' TEN-T konklużi fl-2017;
14. Jinnota li l-2017 kienet sena ta' tranżizzjoni għall-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid tal-kontroll intern, hekk kif mill-2018 il-Kummissjoni ser tibda tuża sistema bbażata fuq il-prinċipji minflok sistema fuq il-konformità, b'terz tad-dipartimenti tal-Kummissjoni diġà jirrapportaw skont il-qafas il-ġdid għas-sena ta' rapportar 2017;
15. Jinsab mħasseb li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni sab dgħufijiet sinifikanti fis-sistema attwali li DĠ MOVE juża għall-monitoraġġ kemm tal-politika ta' sigurtà tal-avjazzjoni kif ukoll dik marittima u għamel tliet rakkomandazzjonijiet importanti ħafna; jappella lil DĠ MOVE biex jimplimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni li ħejja biex jindirizza r-riskji identifikati;
16. Jinnota bi tħassib li DĠ MOVE, bħala s-servizz ewlieni tal-Kummissjoni li jittratta l-politika tat-trasport, qiegħed jiffaċċja diffikultajiet fir-reklutaġġ ta' profili speċjalizzati ħafna li huma meħtieġa biex jiġi żgurat għarfien espert tekniku u biex jitwettqu l-proposti leġiżlattivi ewlenin fl-oqsma ta' prijorità u fid-diversi setturi u swieq bħad-dekarbonizzazzjoni, il-finanzjament tal-infrastruttura jew it-trasport diġitali; jappella lill-Kummissjoni tiżgura li, wara r-ristrutturar ta' DĠ MOVE, dan is-servizz prinċipali jkun jista' jirrekluta l-ispeċjalisti meħtieġa biex iwettaq ir-rwol eżiġenti tiegħu; f'dan il-kuntest jissottolinja wkoll li INEA qiegħda tiffaċċja wkoll sfida kontinwa sabiex tissodisfa l-pjan ta' stabbiliment tagħha; fi tmiem l-2017 kellha 249 minn 272 persunal previst u kellha tmexxi 23 post vakanti għas-sena ta' wara;
17. Itenni t-talba tiegħu biex tiżdied linja baġitarja fil-baġits futuri tal-Unjoni li tkun dedikata għat-turiżmu sabiex tiġi żgurata trasparenza fir-rigward tal-fondi tal-Unjoni użati biex jappoġġjaw azzjonijiet għat-turiżmu;
18. Jipproponi li, fir-rigward tas-setturi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
22.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 6 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Francisco Assis, Jakop Dalunde, Markus Ferber, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, João Pimenta Lopes |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jude Kirton-Darling, Christelle Lechevalier, Francisco José Millán Mon, Julie Ward |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
35 |
+ |
|
ALDE |
Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička |
|
ECR |
Innocenzo Leontini, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
|
GUE/NGL |
Marie-Pierre Vieu |
|
PPE |
Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Francisco José Millán Mon, Massimiliano Salini, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
|
S&D |
Lucy Anderson, Francisco Assis, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Peter Kouroumbashev, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Marita Ulvskog, Julie Ward, Janusz Zemke, Claudia Țapardel |
|
VERTS/ALE |
Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor |
|
6 |
- |
|
ECR |
Jacqueline Foster, Peter Lundgren |
|
EFDD |
Daniela Aiuto |
|
ENF |
Christelle Lechevalier, Georg Mayer |
|
GUE/NGL |
João Pimenta Lopes |
|
0 |
0 |
|
0 |
0 |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
23.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Iskra Mihaylova
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. jinnota li, kif indikat fir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri, il-livell ta' żball stmat fl-infiq relatat mal-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" naqas minn 4,8 % fl-2016 għal 3 % fl-2017; jinnota b'sodisfazzjon it-titjib sostnut matul dawn l-aħħar erba' snin;
2. jinnota li din hija l-ewwel sena taħt il-qafas rivedut ta' kontroll u assigurazzjoni għall-perjodu 2014-2020, u li għadd żgħir biss ta' pakketti ta' assigurazzjoni ġew sottomessi; jenfasizza li r-Rapport Annwali tal-2017 jkopri kemm l-infiq approvat għall-perjodu 2014-2020 kif ukoll l-għeluq relatat mal-perjodu 2007-2013;
3. jinnota li l-iżbalji fl-istrumenti finanzjarji, l-ispejjeż ineliġibbli u t-talbiet ta' VAT ineliġibbli kkontribwew l-aktar għal-livell ta' żball stmat fil-politika ta' koeżjoni; jinnota li xi wħud mill-iżbalji identifikati mill-Qorti kienu marbuta ma' każijiet speċifiċi li għalihom diġà ttieħdu azzjonijiet ta' mitigazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tieħu aktar azzjonijiet preventivi u korrettivi, fejn meħtieġ;
4. jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri sabet għadd ta' dgħufijiet li jvarjaw fl-importanza fil-ħidma ta' diversi awtoritajiet tal-awditjar fir-rigward tar-regolarità tal-infiq, li jistgħu jillimitaw l-affidabbiltà tar-rati ta' żball residwu rrappurtati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-awditjar ikomplu jaħdmu mill-qrib biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet;
5. iqis li, wara bidu kajman ħafna, l-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 issa laħqet ritmu normali, bil-pagamenti eżegwiti fl-2017 li jammontaw għal EUR 41 biljun, 1,5 darba aktar mill-ammont tal-2016, jinnota, madankollu, li l-livell ta' pagamenti, jammonta għal EUR 124,7 biljun u huwa inqas b'mod konsiderevoli minn dak ibbaġitjat;
6. jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-preċiżjoni tat-tbassir tal-pagamenti tagħhom, li huwa kruċjali biex jiġi evitat xogħol b'lura anormali; jinnota li r-rata medja ta' implimentazzjoni tal-previżjonijiet tal-pagamenti tjiebet minn 52 % fl-2016 għal livell ta' 80 % fl-2017; jinnota li b'mod parallel sar progress sinifikanti fir-rata tal-għażla tal-proġetti fuq il-post (55 % fi tmiem l-2017, meta mqabbel ma' 20 % fl-2016);
7. jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rata medja kumplessiva ta' assorbiment għall-QFP attwali kienet saħansitra aktar baxxa milli kienet fis-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti (16 % għal 22 %), li kien prinċipalment dovut għall-għeluq tard tal-QFP preċedenti, l-adozzjoni mdewma ta' atti legali, diffikultajiet fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda għall-QFP attwali u l-bidla fir-regoli ta' diżimpenn minn n+2 sa n+3, u l-piż amministrattiv marbut mat-trikkib bejn il-perjodi tal-QFP;
8. itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi b'tali mod li jippermettu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni f'waqtha u rapida tal-programmi operattivi l-ġodda għas-snin 2021-2027, ħalli jiġu evitati problemi b'assorbiment tal-fondi fil-futur;
9. jilqa' ż-żieda fil-flessibbiltà tal-baġit introdotta mir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP, jinnota, madankollu, li aktar miżuri ta' flessibbiltà u simplifikazzjoni jistgħu jkunu neċessarji biex jakkomodaw b'mod adegwat il-ħtiġijiet futuri;
10. jinnota li nstabu għadd ta' dgħufijiet fis-sistemi ta' kejl tal-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, li fil-biċċa l-kbira kienu relatati ma' proġetti li tlestew fil-perjodu 2007-2013; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistema ġenerali ta' kejl tal-prestazzjoni, inkluża l-preżenza ta' indikaturi tar-riżultati fuq livell ta' proġett biex tippermetti l-valutazzjoni tal-kontribut ta' proġett partikolari għal objettivi speċifiċi tal-programmi operattivi; jinnota li l-leġiżlazzjoni li tkopri l-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 saħħet il-loġika tal-intervent u ffokat fuq ir-riżultati.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
22.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Franc Bogovič, Mercedes Bresso, Rosa D’Amato, John Flack, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Martina Anderson, Daniel Buda, John Howarth, Elsi Katainen, Jan Olbrycht, Bronis Ropė |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marian-Jean Marinescu, Dario Tamburrano, Vladimir Urutchev |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
36 |
+ |
|
ALDE |
Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg |
|
ECR |
John Flack, Sławomir Kłosowski, Ruža Tomašić |
|
EFDD |
Rosa D'Amato, Dario Tamburrano |
|
GUE/NGL |
Martina Anderson, Martina Michels, Younous Omarjee |
|
PPE |
Franc Bogovič, Daniel Buda, Marc Joulaud, Marian-Jean Marinescu, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Vladimir Urutchev, Ramón Luis Valcárcel Siso |
|
S&D |
Mercedes Bresso, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, John Howarth, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal |
|
VERTS/ALE |
Bronis Ropė, Monika Vana |
|
0 |
- |
|
|
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
24.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Marijana Petir
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri li jikkonfermaw li l-livell ta' żball kompla jonqos, peress li r-rata ta' żball naqset minn 2,5 % fl-2016 għal 2,4 % fl-2017 fil-qasam "Riżorsi naturali" u l-impatt finanzjarju tagħha jonqos aktar bil-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri, peress li l-ammonti mħallsa bi żball jerġgħu jiġu lura fil-baġit; jinnota li l-politiki tal-iżvilupp agrikolu u rurali jirrappreżentaw 98 % tal-infiq f'dak il-qasam u li fir-rapport tagħha, il-Qorti tal-Awdituri użat kampjun li jammonta għal 230 tranżazzjoni f'21 Stat Membru; jistenna li r-rata ta' żball tkompli tonqos hekk kif il-benefiċjarji jlestu l-aġġustament tagħhom għar-regoli l-ġodda tal-perjodu attwali tal-politika agrikola komuni (PAK);
2. Jinnota r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-miżuri intiżi biex titnaqqas l-età tal-komunità tal-bdiewa u l-ħtieġa għal aktar programmi mmirati għal dan l-iskop;
3. Ifakkar lill-Kummissjoni li r-riskju ta' żbalji mhux intenzjonati minħabba r-regolamentazzjoni kumplessa hu, fl-aħħar mill-aħħar, ta' detriment għall-benefiċjarju; ifakkar li hemm differenza importanti fit-tip u l-iskala tal-iżbalji, jiġifieri bejn ommissjonijiet mhux intenzjonati li huma ta' natura amministrattiva u każijiet ta' frodi, u li bħala regola ġenerali l-ommissjonijiet ma jikkawżawx danni finanzjarji għall-kontribwenti, u dan għandu jitqies ukoll meta ssir l-istima tar-rata ta' żball vera; jenfasizza li jkun tajjeb li l-metodu tal-ikkalkolar tal-iżbalji jiġi rrazzjonalizzat aktar; jitlob ukoll li ssir distinzjoni aktar ċara bejn tipi differenti ta' żbalji, għax xi żbalji misjuba m'għandhom ebda implikazzjoni finanzjarja negattiva; jissuġġerixxi l-ikklassifikar ta' dawk l-iżbalji taħt erba' kategoriji: 1. żbalji mingħajr ebda implikazzjoni finanzjarja negattiva, 2. negliġenza, 3. negliġenza gravi, 4. frodi;
4. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem lejn skema ta' awditu uniku li tippermetti tnaqqis fil-piż amministrattiv fil-livelli kollha li joħolqu l-kontrolli, filwaqt li jinżamm kontroll effiċjenti fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti;
5. Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha titlob li l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri jinkludu azzjoni ta' rimedju biex jiġu indirizzati l-aktar kawżi frekwenti ta' żball;
6. Jirrimarka li l-kapaċità korrettiva tal-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri żdiedet għal 2,10 %, meta fl-2016 kienet 2,04 %, u b'hekk tbaxxi b'mod ulterjuri l-ammont f'riskju għall-PAK fl-2017;
7. Jilqa' l-fatt li l-livell ġenerali ta' żball stabbilit mill-Qorti tal-Awdituri jaqbel ħafna mar-rata ta' żball ġenerali għall-PAK mogħtija fir-rapport ta' attività annwali 2017 tad-DĠ AGRI, u dan juri l-effikaċja tal-pjanijiet ta' azzjoni ta' rimedju li l-Istati Membri implimentaw fis-snin preċedenti;
8. Jinnota li l-pagamenti diretti mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija jammontaw għal madwar tliet kwarti tan-nefqa u ma fihomx żbalji materjali; jindika li l-pagamenti diretti lill-bdiewa huma bbażati fuq drittijiet u jibbenefikaw minn regoli simplifikati relatati mal-eliġibbiltà tal-art u minn sistema ta' kontroll (SIAK) ex ante effettiva li tippermetti li jsiru kontroverifiki awtomatizzati bejn bażijiet ta' data differenti; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-livell ta' żball għadu persistentement għoli fl-oqsma l-oħra ta' nfiq fuq l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd; jinnota, barra minn hekk, li l-proġetti ta' żvilupp rurali huma intrinsikament aktar kumplessi minħabba li għandhom għanijiet usa', u l-infiq fit-tliet oqsma l-oħra hu kofinanzjat jew żburżat permezz ta' rimborż tal-ispejjeż u l-benefiċjarji, l-attivitajiet, il-proġetti jew l-infiq ineliġibbli jikkontribwixxu għal madwar żewġ terzi tal-livell ta' żbalji għal dik l-intestatura tal-QFP;
9. Jilqa' s-sejbiet li fihom il-Qorti tal-Awdituri, wara li eżaminat total ta' 29 proġett ta' investiment għall-iżvilupp rurali, stabbiliet li 26 kienu konformi mal-prijoritajiet u l-oqsma ta' ffukar stabbiliti fil-programmi ta' żvilupp rurali u li l-Istati Membri kienu applikaw proċeduri ta' selezzjoni xierqa; jilqa' wkoll il-fatt li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-benefiċjarji tal-proġetti eżaminati wettquhom kif ippjanat u l-Istati Membri wettqu kontrolli biex jivverifikaw jekk l-ispejjeż kinux raġonevoli; jemmen għalhekk li l-approċċ ta' żvilupp rurali jeħtieġ jibqa' element appoġġjat għalkollox, sinifikanti u ewlieni fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK fil-futur;
10. Iqis li fis-settur agrikolu l-ammonti riċevuti mill-benefiċjarji huma relattivament żgħar meta mqabbla ma' proġetti oħra tal-Unjoni u għaldaqstant il-piż amministrattiv biex jiġi ppruvat l-użu korrett tal-flus hu proporzjonalment ikbar;
11. Jistieden lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tkompli bl-implimentazzjoni b'suċċess tal-applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali u biex timmonitorja l-progress magħmul mill-aġenziji tal-pagament biex jgħinu lill-bdiewa li għadhom mhumiex qed jużaw l-applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali;
12. Jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni ta' strumenti u proċessi ġodda għall-użu ta' data dwar il-prestazzjoni, bħall-applikazzjonijiet tal-IT bħal data tal-LPIS dwar l-artijiet, iffaċilitat il-kontroll u l-aġġornament tal-erja agrikola ddikjarata kemm għall-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri kif ukoll għall-bdiewa; dan se jgħin biex jitwettqu l-kontroverifiki fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna diretta, u kif ukoll inaqqas il-livelli ta' żbalji;
13. Jenfasizza li s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv minn fuq il-bdiewa u benefiċjarji oħra jeħtieġ li jkomplu fil-futur;
14. Jinnota li l-aċċess għad-data u għall-monitoraġġ tajjeb, speċjalment tal-aspetti ambjentali, huwa essenzjali għall-futur, meta wieħed iqis li ċerti riżorsi naturali bħall-ġestjoni tal-ħamrija u l-bijodiversità jirfdu l-produttività agrikola fit-tul;
15. Jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall-appoġġ jistgħu jimtlew u jiġu sottomessi b'mod elettroniku u li l-Istati Membri jiġu megħjuna jilħqu dan l-objettiv;
16. Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-raport ta' attività annwali 2016 tad-DĠ AGRI, li juri biċ-ċar il-kontribut tal-PAK għaż-żieda fir-rati ta' impjieg fiż-żoni rurali; f'dan il-kuntest jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-proposti għall-PAK għal wara l-2020 u n-negozjati li għaddejjin dwar il-QFP għandhom ħsieb li jnaqqsu l-baġit tal-PAK b'mod partikolari għall-Pilastru II tal-FAEŻR, kofinanzjat mill-Istati Membri, li jkopri miżuri ta' żvilupp rurali u hu marbut sew ma' impenji ambjentali u klimatiċi, investimenti fl-azjendi agrikoli u ċerti proġetti rurali oħra;
17. Hu tal-fehma li l-kontrolli tal-bdiewa fil-post għandhom jitnaqqsu kemm jista', u li għandhom jiġu imposti kontrolli satellitari u amministrattivi;
18. Jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni jiżguraw li l-awtoritajiet jiksbu kemm jista' jkun data u dokumenti mis-sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni u li għandhom jobbligaw lill-bdiewa partikolari biex jipprovdu informazzjoni unikament bħala l-aħħar alternattiva; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri jiksbu dak l-objettiv.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
23.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 3 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Jacques Colombier, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Giulia Moi, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Jens Rohde, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Paul Brannen, Elsi Katainen, Momchil Nekov, Annie Schreijer-Pierik, Thomas Waitz |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Stanisław Ożóg, Michaela Šojdrová |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
34 |
+ |
|
ALDE |
Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Jens Rohde |
|
ECR |
Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson, Stanisław Ożóg |
|
EFDD |
Marco Zullo |
|
NI |
Diane Dodds |
|
PPE |
Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Annie Schreijer-Pierik, Czesław Adam Siekierski, Michaela Šojdrová |
|
S&D |
Clara Eugenia Aguilera García, Paul Brannen, Nicola Caputo, Karine Gloanec Maurin, Momchil Nekov, Maria Noichl, Tibor Szanyi, Marc Tarabella |
|
Verts/ALE |
Martin Häusling, Bronis Ropė, Thomas Waitz |
|
3 |
- |
|
ENF |
John Stuart Agnew, Jacques Colombier, Philippe Loiseau |
|
5 |
0 |
|
EFDD |
Giulia Moi |
|
GUE/NGL |
Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Anja Hazekamp, Maria Lidia Senra Rodríguez |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
10.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Alain Cadec
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jieħu nota tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017; jieħu nota wkoll tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2017;
2. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-implimentazzjoni tat-Titolu II tal-baġit kien sodisfaċenti, b'rata ta' implimentazzjoni ta' 99,7 % għal approprjazzjonijiet ta' impenn u 99,9 % għal approprjazzjonijiet ta' pagament. Jinnota r-rata ta' eżekuzzjoni li għandha tittejjeb fir-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ MARE;
3. Iħeġġeġ lill-Qorti sabiex, fir-rapporti futuri tagħha, tippreżenta r-rata ta' żball għas-sajd separatament mill-ambjent, l-iżvilupp rurali u s-saħħa, u mhux fuq bażi aggregata. Din il-konċentrazzjoni ta' setturi ma tippermettix l-għarfien tar-rata ta' żball fi ħdan il-politika tas-sajd. Jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti ma jkoprix l-affarijiet marittimi u s-sajd f'biżżejjed dettall, u għalhekk jagħmilha diffiċli li ssir evalwazzjoni xierqa tal-ġestjoni finanzjarja f'dawk l-oqsma; Jikkunsidra li fil-futur ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu jkollu analiżi proprja għall-figuri relatati mad-DĠ MARE sabiex tiżdied it-trasparenza;
4. Jinnota li r-Rapport Speċjali Nru 8/2017 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontroll, identifika n-nuqqasijiet fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti u fl-istabbiliment tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll;
5. Jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar id-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd miġbura fi ħdan ir-Regolament dwar il-Kontroll, liema data mhijiex komprensiva u affidabbli biżżejjed, b'mod partikolari għall-bastimenti ta' inqas minn 12-il metru. Id-data dwar il-qabdiet ma kinitx kompleta u ta' spiss ma ġietx irreġistrata b'mod tajjeb fil-bażijiet ta' data tal-Istati Membri. Kien hemm diskrepanzi sinifikanti bejn il-ħatt l-art iddikjarat u r-reġistri sussegwenti tal-ewwel bejgħ;
6. Jinnota li d-DĠ MARE qiegħed jeżerċita r-rwol superviżorju tiegħu fi ħdan il-ġestjoni kondiviża. Jissottolinja li huwa f'idejn il-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-PKS u biex tikkontrolla l-implimentazzjoni tar-regoli mill-Istati Membri. Is-suċċess ta' din il-politika ta' kontroll jiddependi fuq il-kollaborazzjoni u l-ġestjoni tal-Istati Membri;
7. Jenfasizza li l-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS 2014-2020, erba' snin wara l-adozzjoni tiegħu fil-15 ta' Mejju 2014, għadu mhuwiex sodisfaċenti, peress li sa Ottubru 2018 intużaw 6,8 % biss mill-fond ta' EUR 5,7 biljun;
8. Jipproponi li jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tan-nefqa tagħha fl-oqsma tal-affarijiet marittimi u tas-sajd għas-sena finanzjarja 2017.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
10.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, David Coburn, Diane Dodds, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Annie Schreijer-Pierik, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
José Blanco López, Ole Christensen, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Tilly Metz |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
20 |
+ |
|
ALDE ECR NI PPE
S&D ĦODOR/AĦE |
António Marinho e Pinto, Norica Nicolai Peter van Dalen, Czesław Hoc Diane Dodds Norbert Erdős, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer‑Pierik, Jarosław Wałęsa Clara Eugenia Aguilera García, José Blanco López, Renata Briano, Ole Christensen, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas Marco Affronte, Tilly Metz |
|
3 |
- |
|
EFDD PPE |
David Coburn, Sylvie Goddyn Jens Gieseke |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
23.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Bogdan Andrzej Zdrojewski
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati li nkisbu fi 30 sena tal-programm Erasmus, li involvew 9 miljun ruħ, fosthom żgħażagħ, studenti u, dan l-aħħar, membri tal-persuna f'attività ta' mobilità mill-1987; jisħaq fuq il-valur miżjud Ewropew qawwi tal-programm u r-rwol tiegħu fir-realizzazzjoni ta' investiment strateġiku fiż-żgħażagħ tal-Ewropa;
2. Jinnota li l-programm Erasmus jeħtieġlu jagħmel aktar sabiex ikun aktar aċċessibbli għall-gruppi emarġinati, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità u b'rekwiżiti ta' edukazzjoni speċjali, persuni li huma ġeografikament żvantaġġati, persuni li jitilqu kmieni mill-iskola, persuni li jappartjenu għal minoranza, dawk fi żvantaġġ soċjoekonomiku eċċ.;
3. Jinnota l-bidu tal-fażi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES) għalkemm mingħajr bażi ġuridika; jiddispjaċih li d-deċiżjoni inizjali biex il-baġit tal-EVS minn Erasmus+ jiġi allokat lill-KES ittieħdet permezz ta' att ta' implimentazzjoni;
4. Jinsisti li kull programm ta' internship jew ta' apprendistat għandu joffri kollokament bi ħlas li qatt ma jwassal għal sostituzzjoni tal-impjiegi u jissejjes fuq ftehim ta' internship jew apprendistat bil-miktub bi qbil mal-qafas regolatorju applikabbli jew mal-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew mat-tnejn li huma, tal-pajjiż fejn isir u li dan jixraq li jsegwi l-prinċipji ddefiniti fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships[93];
5. Jinsab allarmat bl-użu baxx u bil-kopertura ġeografika insuffiċjenti tal-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti tal-Erasmus+, limitata għal banek fi tliet pajjiżi u għal universitajiet fi tnejn oħra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Fond Ewropew tal-Investiment joħolqu strateġija ta' implimentazzjoni biex jimmassimizzaw l-effikaċja tal-Faċilità sal-2020; jew, bħala alternattiva, jiffaċilitaw ir-ridistribuzzjoni tal-fondi mhux użati fil-programm innifsu u jippermettu kopertura ta' finanzjament aħjar tal-azzjonijiet fi ħdan komponenti differenti;
6. Jinnota b'diżappunt li l-istudenti jistgħu jkollhom bżonn jieħdu self bankarju sabiex jieħdu sehem fi programmi ta' mobilità Erasmus+;
7. Jenfasizza li l-pożizzjoni ta' dejn għandha impatt negattiv fuq l-iżvilupp personali u fuq integrazzjoni tajba fis-suq tax-xogħol u jenfasizza li jridu jkunu provduti għotjiet inklużivi u disponibbli b'mod wiesa' sabiex l-ebda student ma jkun eskluż minħabba introjtu insuffiċjenti;
8. Jinsab inkwetat bir-rati ta' suċċess li għadhom baxxi tal-proġett fl-ambitu tal-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u s-sottoprogramm kulturali "Ewropa Kreattiva" (21 % u 22 % rispettivament fl-2017); jisħaq fuq il-fatt li livell aktar adegwat ta' finanzjament huwa deċiżiv biex jiġu indirizzati dawn ir-riżultati insodisfaċenti li huma kontroproduċenti għall-objettivi tal-programm innifsu billi jaqtgħu qalb iċ-ċittadini milli jipparteċipaw;
9. Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) fl-implimentazzjoni tat-tliet programmi kulturali u edukattivi; jesprimi madankollu t-tħassib tiegħu dwar id-dgħufija relatata mal-kontroll intern tal-EACEA identifikata minn awditu tal-ġestjoni tal-għotjiet fl-ambitu ta' Erasmus+ u ta' Ewropa Kreattiva; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni nnifsu sab dgħufijiet fil-proċess ta' ġestjoni tal-għoti ta' Erasmus+ mill-EACEA; hu tal-fehma, għalhekk, li l-Kummissjoni u l-EACEA ma għandux ikollhom diffikultà biex iwettqu l-azzjonijiet korrettivi neċessarji biex tiġi żgurata trasparenza totali u tiġi ggarantita l-ogħla kwalità tal-implimentazzjoni min-naħa tagħhom tal-programmi kulturali u edukattivi;
10. Jinnota l-ewwel riżultati tal-fażi ta' implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi, bis-saħħa tal-iffirmar inizjali ta' 280 kuntratt mal-intermedjarji finanzjarji; jistenna b'interess li jsir progress kostanti fil-fażi operattiva tal-Faċilità, b'hekk jinħolqu strumenti solidi biex jiġu inklużi fl-implimentazzjoni tas-segwitu tal-Faċilità fi ħdan il-programm InvestEU;
11. Jirrikonoxxi li r-rieżami tal-Qorti tal-Awdituri ma identifikax żbalji materjali fir-rapporti finanzjarji konsolidati finali tal-Iskejjel Ewropej għall-2017 u li l-Iskejjel Ewropej u l-Uffiċċju Ċentrali ħejjew il-kontijiet annwali tagħhom qabel ma għalaq it-terminu skont il-leġiżlazzjoni; jinnota madankollu li s-sistema ta' kontroll interna tal-Iskejjel Ewropej jeħtieġ aktar titjib biex tissodisfa r-rakkomandazzjoni li saret mill-Qorti tal-Awdituri u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropa (IAS);
12. Għadu mħasseb bin-nuqqasijiet notevoli fis-sistemi ta' kontroll intern tal-Uffiċċju Ċentrali u tal-Iskejjel magħżula, partikolarment fis-sistemi ta' pagament, fl-ambjent tal-kontroll u fil-proċess ta' reklutaġġ;
13. Josserva li l-Qorti tal-Awdituri ma setgħetx tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja tal-Iskejjel fl-2017 kienet konformi mar-Regolament Finanzjarju u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu: jesiġi, għaldaqstant, li jsiru aktar sforzi biex jingħalqu r-rakkomandazzjonijiet li fadal relatati mal-ġestjoni tal-kontijiet barra mill-baġit, mat-titjib tal-kontabbiltà u tas-sistemi ta' kontroll intern, kif ukoll mal-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' pagament u mal-iżvilupp tal-linji gwida maħsuba biex itejbu l-ġestjoni tal-baġit;
14. Jinnota li d-dħul fis-seħħ gradwali tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid tal-Iskejjel Ewropej se jimplika sfidi ewlenin għall-governanza tal-Iskejjel Ewropej minħabba li l-funzjonijiet tal-Uffiċjal Awtorizzanti u tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà se jkunu ċentralizzati u l-kontroll finanzjarju se jsir unità ta' kontroll interna fi ħdan is-servizz tal-Uffiċjal Awtorizzanti; iqis, f'dan ir-rigward, li r-ristrutturar tal-funzjonijiet differenti tal-kontabbiltà u tal-kontroll iridu jkunu appoġġati minn sistema amministrattiva adegwata;
15. Jiġbed l-attenzjoni għad-diversi sfidi li se jkollhom quddiemhom l-Iskejjel Ewropej, bħat-tranżizzjoni relatata mal-Brexit u l-aggravar tas-sitwazzjoni ta' affollament eċċessiv fi Brussell; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Iskejjel Ewropej jirrapportaw lill-Kumitat għall-ħruġ tar-Renju Unit u dwar il-mod kif biħsiebha tkompli toffri tagħlim fil-lingwa Ingliża tal-iprem kwalità fl-Iskejjel Ewropej wara l-ħruġ tar-Renju Unit;
16. Josserva bi tħassib il-konklużjonijiet ta' Human Rights Watch u tal-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà ta' Diċembru 2018, fir-rapport tagħhom li janalizza l-"Ostakli għat-Tfal b'Diżabbiltà fis-Sistema tal-Iskejjel Ewropej", inklużi l-allegati każijiet ta' fastidju fil-konfront tat-tfal b'diżabbiltà u tal-familji tagħhom; jistieden lis-sistema tal-Iskejjel Ewropej tkun konformi mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UN CRPD); iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tagħti bidu għal inkjesta formali dwar il-konklużjonijiet tal-imsemmi rapport, flimkien mal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u mal-Iskejjel Ewropej; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jqisu, almenu:
(i) jimmodifikaw il-Politika dwar l-Għoti ta' Appoġġ Edukattiv fl-Iskejjel Ewropej biex jiżguraw konformità sħiħa mal-UN CRPD;
(ii) jilqgħu l-bżonnijiet tat-tfal b'diżabbiltà, anki permezz tal-usu ta' teknoloġiji ta' assistenza;
(iii) jiżviluppaw korsijiet ta' taħriġ lill-għalliema fil-livell tas-sistema kollha kemm hi dwar id-diżabbiltà u l-edukazzjoni inklużiva, inkluż korsijiet ta' taħriġ lill-għalliema u lill-assistenti ta' appoġġ fit-tagħlim għal dak li għandu x'jaqsam mal-bżonnijiet personalizzati tat-tfal b'diżabbiltà;
17. Jirrikonoxxi li l-Qorti tal-Awdituri għandha volum ta' xogħol konsiderevoli; jitlob, madankollu, lill-Qorti tippubblika r-rapporti tagħha fil-ħin u b'mod partikolari r-rapport tagħha dwar l-Iskejjel Ewropej, sabiex il-Parlament jkollu biżżejjed ħin biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu ta' kontroll baġitarju u politiku;
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
22.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Damian Drăghici, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Svetoslav Hristov Malinov, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Bogusław Sonik, Helga Trüpel, Julie Ward, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Liadh Ní Riada |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
18 |
+ |
|
ALDE |
Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat |
|
GUE/NGL |
Liadh Ní Riada |
|
PPE |
Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Michaela Šojdrová, Bogusław Sonik, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver |
|
S&D |
Silvia Costa, Damian Drăghici, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Julie Ward |
|
VERTS/ALE |
Jill Evans, Helga Trüpel |
|
1 |
- |
|
ENF |
Dominique Bilde |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
It-tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
17.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' b'sodisfazzjon l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ("il-Qorti") dwar il-kontijiet tal-2017 tal-Unjoni; jenfasizza b'mod speċjali t-tnaqqis ulterjuri tal-iżbalji tal-pagamenti aggregati fl-2017, fil-livell tal-UE, li laħaq livell rekord ta' 2,4 %; Jisħaq fuq l-importanza li ntlaħqet il-mira ta' anqas minn 2 % ta' żbalji tal-pagamenti;
2. Jiddispjaċih, madankollu, li għall-2017, bħall-2016, il-Qorti għażlet li tinjora t-talba tal-Kumitat LIBE biex tiġi kkalkulata r-rata ta' żball speċifika tal-pagamenti tal-Intestatura III (Sigurtà u Ċittadinanza); jinnota l-ġustifikazzjoni tal-Qorti talli ma għamlitx dan, b'mod partikolari l-fatt li l-Intestatura III tirrappreżenta biss 2 % tal-pagamenti fil-baġit tal-2017; jinnota li DĠ HOME vvaluta huwa stess ir-rata ta' żball tal-pagamenti tiegħu taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %; jiddispjaċih li l-kampjun limitat ta' 15-il tranżazzjoni awditjata għall-2017 ma kienx biżżejjed biex il-Qorti tikkonferma dan ir-riżultat pożittiv; jappella għal kampjun akbar ta' tranżazzjonijiet li jiġu awditjati biex il-Qorti tiġi fornuta bl-informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta b'mod xieraq ir-riżultati miksuba f'dan il-qasam ta' politika;
3. Madankollu, jisħaq fuq l-importanza għall-UE li l-Qorti tivvaluta b'mod sistematiku u indipendenti r-rati ta' żball tal-pagamenti tal-oqsma kollha tal-baġit tal-UE;
4. Jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda difett kbir fil-proċeduri tal-approvazzjoni tal-AMIF u l-ISF tal-Kummissjoni, u li jaqbel mad-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal-Kummissjoni; jiddispjaċih madankollu li mill-15-il tranżazzjoni li eżaminat il-Qorti, tlieta (20 %) kien fihom żbalji, li minnhom tnejn kienu ogħla mil-livell limitu ta' materjalità fil-mira ta' 2 %; b'mod speċifiku, tranżazzjoni waħda relatata mar-rilokazzjoni taħt il-Fond AMIF (rata ta' żball ta' 10 %) u waħda relatata ma' sovvenzjoni operattiva għall-EASO (rata ta' żball ta' 2,9 %);
5. Jenfasizza l-eżitu ewlieni tal-Qorti li l-kontijiet tal-AMIF u l-FSI li ġew approvati mill-Kummissjoni fl-2017 ma ddistingwewx bejn il-pagamenti ta' prefinanzjament (pagamenti bil-quddiem) li saru mill-Istati Membri lill-benefiċjarji finali, u l-pagamenti li saru għar-rimborż tal-infiq li fil-fatt kien iġġarrab. jaqbel mal-Qorti li anke jekk din il-prattika hija konformi mal-obbligu ta' rapportar attwali għall-AMIF u l-ISF, kif maqbul miż-żewġ koleġiżlaturi, madankollu din għandha taffettwa r-rwol superviżorju tal-Kummissjoni; jistieden lill-koleġiżlaturi jbiddlu l-obbligu ta' rapportar tal-fondi tal-ĠAI fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li tirrikjedi li l-Istati Membri, fil-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom taħt l-AMIF u l-FSI, jisseparaw l-ammonti li jirrapportaw skont jekk dawn ikunux irkupri, prefinanzjamenti jew infiq li verament ikun iġġarrab, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tirrapporta din l-informazzjoni b'mod adegwat fir-rapport annwali tal-attività tagħha mill-2018 'il quddiem. Barra minn hekk, bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza ġenerali tal-Fond AMIF, ifakkar fl-importanza li l-linji baġitarji jinqasmu skont l-erba' objettivi ġenerali tal-fond (l-Asil, il-Migrazzjoni Legali u l-Integrazzjoni, ir-Ritorn u s-Solidarjetà).
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
10.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
44 |
+ |
|
ALDE |
Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström |
|
ECR |
Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens |
|
EFDD |
Laura Ferrara |
|
GUE/NGL |
Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat |
|
PPE |
Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský |
|
S&D |
Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer |
|
VERTS/ALE |
Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero |
|
3 |
- |
|
ECR |
Kristina Winberg |
|
ENF |
Auke Zijlstra |
|
NI |
Udo Voigt |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
24.1.2019
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
Rapporteur għal opinjoni: Malin Björk
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
A. billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tikkostitwixxi wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni timpenja ruħha li tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-azzjonijiet kollha tagħha hekk kif minqux fl-Artikolu 8 tat-TFUE;
B. billi l-Parlament Ewropew ripetutament talab lill-Kummissjoni tippromwovi u timplimenta l-użu tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-ibbaġitjar skont il-ġeneri u l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri fl-oqsma tal-politika rilevanti tal-Unjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri biex tinkorpora perspettiva tal-ġeneri, inkluża data disaggregata dwar il-ġeneri, fir-rapporti tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
1. Jisħaq fuq li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom jiġu integrati u żgurati fl-oqsma ta' politika kollha; itenni, għalhekk is-sejħa tiegħu għall-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar skont is-sessi fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju, inkluż fl-implimentazzjoni tal-baġit u fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu;
2. Itenni t-talba tiegħu biex fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jiġu inklużi wkoll indikaturi speċifiċi skont il-ġeneru, b'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, b'mod partikolari skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja;
3. Jirrepeti t-talba tiegħu li l-linji baġitarji fl-ambitu tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (REC) 2014-2020 għandhom jispeċifikaw ir-riżorsi allokati għal kull wieħed mill-objettivi tal-programm iddedikat għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li jiżguraw responsabbiltà adegwata tal-fondi ddedikati għal din il-mira;
4. Itenni t-talba tiegħu li jkun hemm linja baġitarja separata għall-objettiv speċifiku ta' Daphne sabiex jintwera l-impenn tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet; jappella għal aktar riżorsi fi ħdan din il-linja baġitarja u li jitneħħa t-tnaqqis tal-fondi ddedikati lil Daphne matul il-perjodu 2014-2020; jappella għal sforz kostanti biex jiżdied l-għarfien dwar l-għotjiet inklużi fl-objettiv speċifiku ta' Daphne flimkien mal-miżuri li jagħmlu l-proċeduri amministrattivi relatati aktar faċli għall-utent;
5. Jappella biex l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tissemma b'mod espliċitu fl-intestatura 3, "Sigurtà u ċittadinanza" bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini;
6. Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tuża l-ibbaġitjar abbażi tal-ġeneri f'kull stadju tal-proċess baġitarju, inkluż, fost affarijiet oħra, fl-implimentazzjoni tal-baġit u fil-valutazzjoni tal-eżekuzzjoni tiegħu, inklużi l-FEIS, il-FSE, il-FEŻR, u Orizzont 2020, b'mod li tiġġieled id-diskriminazzjoni li qed isseħħ fl-Istati Membri; jisħaq li jkun tajjeb li sett komuni ta' indikaturi kwantifikabbli tar-riżultati u tal-impatti, li jkun jippermetti valutazzjoni aħjar tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-perspettiva tal-ġeneri, jiġi inkorporat fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-baġit, bi qbil mal-inizjattiva "Baġit iffukat fuq ir-Riżultati" u l-konċentrazzjoni fuq il-prestazzjoni;
7. Jappella għal aktar trasparenza, azzjonijiet immirati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE, inklużi s-Saħħa Sesswali u Riproduttiva u d-Drittijiet Relatati;
8. Jaċċentwa li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija wkoll fost il-prinċipji fundamentali tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u jappella għall-inklużjoni ta' azzjonijiet immirati dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz ta' linji baġitarji speċifiċi sabiex titqies id-dimensjoni tal-ġeneru fi ħdan il-politiki tal-migrazzjoni u tal-asil;
9. Jiddeplora l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) ma jinkludix perspettiva tal-ġeneri; jenfasizza li perspettiva tal-ġeneri għandha tiġi inkluża fil-FEIS billi l-Unjoni Ewropea qatt mhu ser tirkupra b'mod sħiħ u b'mod sodisfaċenti mill-kriżijiet ekonomiċi riċenti għajr jekk ma jiġix indirizzat l-impatt tagħhom fuq nisa li, fil-maġġoranza tal-każijiet, kienu l-aktar affettwati;
10. Jappella li ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri bħala parti mill-kundizzjonalità ġenerali ex-ante għall-fondi tal-UE, u li tinġabar data diżaggregata skont il-ġeneru dwar il-benefiċjarji u l-parteċipanti;
11. Jaċċentwa l-ħtieġa li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi integrata fis-sistemi ġudizzjarji Ewropej u jiddispjaċih li l-appoġġ ta’ proċeduri li jgħinu lill-vittmi u jkunu sensittivi għall-ġeneru fis-sistemi ġudizzjarji mhumiex meqjusa bħala għan speċifiku fil-Programm Ġustizzja;
12. Jiddispjaċih dwar ir-rata baxxa ta’ nisa li ħadu sehem fl-azzjonijiet intraprenditorjali tan-nisa, u jappella għal sforzi kbar fl-implimentazzjoni tal-baġit f’termini ta’ appoġġ għall-intraprenditorija u l-impjiegi tan-nisa;
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
23.1.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 7 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Arne Gericke, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Niebler, Maria Noichl, Marijana Petir, Pina Picierno, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Eleonora Forenza, Julie Girling, Lívia Járóka, Dubravka Šuica, Mylène Troszczynski, Julie Ward |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean Lambert |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
21 |
+ |
|
ALDE |
Beatriz Becerra Basterrechea |
|
GUE/NGL |
Malin Björk, Eleonora Forenza, João Pimenta Lopes |
|
PPE |
Heinz K. Becker, Anna Maria Corazza Bildt, Julie Girling, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Lívia Járóka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Dubravka Šuica |
|
S&D |
Vilija Blinkevičiūtė, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Maria Noichl, Pina Picierno, Liliana Rodrigues, Julie Ward |
|
Verts/ALE |
Jean Lambert, Terry Reintke, Ernest Urtasun |
|
7 |
- |
|
ECR |
Arne Gericke, Jadwiga Wiśniewska |
|
ENF |
Mylène Troszczynski |
|
PPE |
Angelika Niebler, Marijana Petir, Michaela Šojdrová, Anna Záborská |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
20.2.2019 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
José Blanco López, Julia Pitera |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Clara Eugenia Aguilera García, John Flack, Eider Gardiazabal Rubial |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
20 |
+ |
|
ALDE |
Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz |
|
GUE/NGL |
Dennis de Jong |
|
PPE |
Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller |
|
S&D |
Clara Eugenia Aguilera García, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Eider Gardiazabal Rubial, Georgi Pirinski, Derek Vaughan |
|
VERTS/ALE |
Bart Staes |
|
2 |
- |
|
ECR |
John Flack |
|
ENF |
Jean-François Jalkh |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
- [2] ĠU C 348, 28.9.2018, p. 1.
- [3] ĠU C 357, 4.10.2018, p. 1.
- [4] ĠU C 357, 4.10.2018, p. 9.
- [5] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [6] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [7] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA...
- [8] ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
- [9] ĠU C 348, 28.9.2018, p. 1.
- [10] ĠU C 413, 14.11.2018, p. 2.
- [11] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 16.
- [12] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 209.
- [13] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [14] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [15] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [16] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [17] ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
- [18] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA...
- [19] ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
- [20] ĠU C 348, 28.9.2018, p. 1.
- [21] ĠU C 413, 14.11.2018, p. 11.
- [22] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 16.
- [23] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 213.
- [24] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [25] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [26] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [27] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [28] ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
- [29] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA...
- [30] ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
- [31] ĠU C 348, 28.9.2018, p. 1.
- [32] ĠU C 431, 14.11.2018, p. 2.
- [33] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 16.
- [34] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 229.
- [35] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [36] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [37] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [38] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [39] ĠU L 341,18.12.2013, p. 69.
- [40] ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
- [41] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA...
- [42] ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
- [43] ĠU C 348, 28.9.2018, p. 1.
- [44] ĠU C 413, 14.11.2018, p. 9.
- [45] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 16.
- [46] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 217.
- [47] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [48] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [49] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [50] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [51] ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
- [52] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA...
- [53] ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
- [54] ĠU C 348, 28.9.2018, p. 1.
- [55] ĠU C 413, 14.11.2018, p. 12.
- [56] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 16.
- [57] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 225.
- [58] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [59] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [60] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [61] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [62] ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
- [63] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA...
- [64] ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
- [65] ĠU C 348, 28.9.2018, p. 1.
- [66] ĠU C 413, 14.11.2018, p. 11.
- [67] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 16.
- [68] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 221.
- [69] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [70] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [71] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [72] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [73] ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
- [74] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA...
- [75] ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
- [76] ĠU C 348, 28.9.2018, p. 1.
- [77] ĠU C 357, 4.10.2018, p. 1.
- [78] ĠU C 357, 4.10.2018, p. 9.
- [79] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [80] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [81] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [82] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA...
- [83] 1. Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR), p. 81 - "Imqabbla mal-2016, il-bidla ewlenija hija t-tnaqqis sinifikanti fil-Koeżjoni, il-Migrazzjoni u s-Sajd. F'dan il-qasam ta' politika, il-programmi attwali tal-perjodu 2014-2020 qegħdin jitħaffew, li għandhom riskju aktar baxx inerenti minħabba l-ikklerjar annwali tal-kontijiet li għadha kif ġiet introdotta u l-mekkaniżmu ta' żamma ta' 10 % fuq dividendi interim sakemm jiġu implimentati l-kontrolli u l-miżuri korrettivi kollha (ara taħt 'il-progress li sar' fit-Taqsima 2.2).".
- [84] Agrofert Holding huwa l-akbar grupp tas-settur agrikolu u alimentari Ċek u t-tieni l-akbar wieħed fis-settur kimiku u jiżvolġi rwol sinifikanti fis-settur forestali wkoll, hija wkoll proprjetarja tal-Kumpanija tal-Pubblikazzjonijiet MAFRA li tippubblika wħud mill-midja l-aktar popolari tal-karta stampata u online, bħal MF DNES, Lidové noviny u iDnes.
- [85] (a) lista tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-FEŻR, FK, FSE, FAEŻR li jirreferu għall-grupp AGROFERT mill-2012, meta il-Prim Ministru attwali daħal fil-gvern bħala Ministru tal-Finanzi, u jekk il-proġetti għadhom għaddejjin jew ġew kompletati; (b) l-ammonti mogħtija, diġà mħallsa u li jridu jitħallsu (kif ukoll il-Fond ikkonċernat) lil dawn il-kumpaniji jew lil kumpaniji oħrajn tal-grupp AGROFERT; (c) il-perjodi meta tali ammonti ngħataw u tħallsu; (d) jekk lill-proġetti sarulhomx verifiki (amministrattivi u/jew fil-post) fir-rigward ta' dawn il-finanzjamenti u l-eżitu ta' dawn il-verifiki;
- [86] ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.
- [87] Rapport Speċjali Nru 9/2018: Sħubija Pubblika-Privata fl-UE. Nuqqasijiet mifruxa u benefiċċji limitati
- [88] Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument finanzjarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
- [89] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
- [90] Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument finanzjarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
- [91] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
- [92] Rapport Speċjali Nru 9/2018: Sħubija Pubblika-Privata fl-UE. Nuqqasijiet mifruxa u benefiċċji limitati
- [93] ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.