RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013

4.3.2019 - (COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Milan Zver


Proċedura : 2018/0191(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0111/2019
Testi mressqa :
A8-0111/2019
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013

(COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0367),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0233/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Frar 2019[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013

li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  F'kuntest ta' bidliet rapidi u profondi kkawżati mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni, l-investiment fil-mobbilità għat-tagħlim, l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità Ewropea u għal Unjoni aktar demokratika.

(1)  L-investiment fil-mobbiltà għat-tagħlim għal kulħadd, irrispettivament mill-isfond soċjali jew kulturali u irrispettivament mill-mezzi, kif ukoll l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, demokratiċi koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità, il-prinċipji u l-valuri Ewropeju għal Unjoni aktar demokratika

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat solennement fis-17 ta' Novembru 2017 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jistabbilixxi, bħala l-ewwel prinċipju ewlieni tiegħu, li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu b'suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.

(4)  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat solennement fis-17 ta' Novembru 2017 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jistabbilixxi, bħala l-ewwel prinċipju ewlieni tiegħu, li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu b'suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jafferma b'mod ċar l-importanza ta' edukazzjoni bikrija tat-tfal ta' kwalità tajba u li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal kulħadd.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar l-Unjoni; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali.

(5)  Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar il-kontinent; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali; Unjoni li tiġġieled il-qgħad, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-faqar.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 ikkonferma li l-ħolqien ta' programm uniku dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-sport irriżulta f'simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-Programm filwaqt li huwa meħtieġ titjib ulterjuri sabiex issir konsolidazzjoni ulterjuri tal-kisbiet fl-effiċjenza tal-Programm 2014-2020. Fil-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u dwar il-Programm futur, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għamlu talba qawwija għall-kontinwità fil-kamp ta' applikazzjoni, l-arkitettura u l-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Programm, filwaqt li talbu għadd ta' titjib, bħal li l-Programm isir aktar inklużiv. Esprimew ukoll l-appoġġ sħiħ tagħhom biex il-Programm jinżamm integrat u msejjes fuq il-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, laqa' l-istruttura integrata tal-programm u stieden lill-Kummissjoni tisfrutta b'mod sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transsettorjali fil-programm futur. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tinżamm dimensjoni internazzjonali qawwija fil-Programm u li tiġi estiża għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

(6)  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 ikkonferma li l-ħolqien ta' programm uniku dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-sport irriżulta f'simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-Programm filwaqt li huwa meħtieġ titjib ulterjuri sabiex issir konsolidazzjoni ulterjuri tal-kisbiet fl-effiċjenza tal-Programm 2014-2020. Fil-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u dwar il-Programm futur, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għamlu talba għall-kontinwità fil-kamp ta' applikazzjoni, l-arkitettura u l-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Programm, filwaqt li talbu għadd ta' titjib, bħal li l-Programm isir aktar inklużiv, aktar sempliċi u aktar ġestibbli għall-benefiċjarji ż-żgħar u proġetti ta' daqs iżgħar. Esprimew ukoll l-appoġġ sħiħ tagħhom biex il-Programm jinżamm integrat u msejjes fuq il-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, laqa' l-istruttura integrata tal-programm u stieden lill-Kummissjoni tisfrutta b'mod sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transsettorjali fil-programm futur. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali fil-Programm u li tiġi estiża għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll għaż-żgħażagħ u l-isport.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 22/2018 tat-3 ta' Lulju 2018 dwar Erasmus+1a, enfasizzat li l-Programm ta prova ta' valur miżjud Ewropew, iżda li mhux id-dimensjonijiet kollha ta' dak il-valur miżjud, bħal sens akbar ta' identità Ewropea jew multilingwiżmu msaħħaħ, qed jiġu kkunsidrati jew imkejla b'mod adegwat. Il-Qorti qieset li l-Programm li jmiss jenħtieġ li jiżgura li l-indikaturi jkunu allinjati aħjar mal-objettivi tal-Programm biex tiġi żgurata valutazzjoni tal-prestazzjoni xierqa. Ir-rapport tal-Qorti nnota wkoll li, minkejja l-isforzi ta' simplifikazzjoni fil-Programm 2014-2020, il-piżijiet amministrattivi għadhom għoljin wisq u għaldaqstant irrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli tissimplifika l-proċeduri tal-Programm, b'mod partikolari l-proċeduri ta' applikazzjoni u r-rekwiżiti ta' rappurtar, u li ttejjeb l-għodod tal-IT.

 

__________________

 

1a Rapport Speċjali Nru 22/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta' Lulju 2018 bit-titolu "Il-Mobbiltà taħt Erasmus+: Miljuni ta' parteċipanti u Valur Miżjud Ewropew multidimensjonali, iżda jeħtieġ li jittejjeb ulterjorment il-kejl tal-prestazzjoni".

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi - il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027"26 adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li ssir enfasi aktar qawwija fuq "iż-żgħażagħ" fil-qafas finanzjarju li jmiss, b'mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ minn kuntesti żvantaġġati. Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f'pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu.

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi - il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027"26 adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li jsir investiment akbar fin-nies u ssir enfasi aktar qawwija fuq "iż-żgħażagħ" fil-qafas finanzjarju li jmiss u rrikonoxxiet li l-Programm Erasmus+ kien waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Minkejja dan is-suċċess ġenerali, il-Programm 2014-2020 baqa' ma jistax jissodisfa d-domanda għolja għal finanzjament u sofra minn rati ta' suċċess baxxi tal-proġett. Sabiex jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet, huwa meħtieġ li jiżdied il-baġit pluriennali għall-Programm suċċessur għall-Programm 2014-2020. Barra minn hekk, il-Programm suċċessur għandu l-għan li jkun aktar inklużiv billi jilħaq lil aktar persuni minn kuntesti żvantaġġati, u jinkorpora għadd ta' inizjattivi ġodda u ambizzjużi. Għaldaqstant, kif issottolinjat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, huwa meħtieġ li l-baġit jittriplika, bi prezzijiet kostanti, għall-Programm suċċessur meta mqabbel mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020.

__________________

__________________

26 COM(2018)0321.

26 COM(2018)0321.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm suċċessur għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-"Programm") tal-programm Erasmus+ 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. In-natura integrata tal-programm 2014-2020 li tkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha - formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja - jenħtieġ li tinżamm sabiex tagħti spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jaffaċċaw l-isfidi tas-seklu wieħed u għoxrin.

(9)  F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm suċċessur għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-"Programm") tal-programm Erasmus+ 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. In-natura integrata tal-programm 2014-2020 li tkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha - formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja - jenħtieġ li tiġi msaħħa bil-għan li jiġi żgurat approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja u tingħata spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli li jippermettu lin-nies jiksbu u jtejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jiżviluppaw bħala individwi ujaffaċċaw l-isfidi u jieħdu dak kollu li jistgħu mill-opportunitajiet tas-seklu wieħed u għoxrin. Tali approċċ għandu jirrikonoxxi wkoll il-valur tal-attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali u informali u r-rabtiet ta' bejniethom.

__________________

__________________

27 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

27 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-Programm jenħtieġ li jkun mgħammar sabiex isir kontributur terġa' ikbar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Approċċ koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja huwa ċentrali għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet differenti li l-persuni se jaffaċċaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Fit-teħid ta' dan l-approċċ 'il quddiem, il-Programm li jmiss jenħtieġ li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-qafas strateġiku ġenerali għall-politika ta' kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż l-aġendi ta' politika għall-iskejjel, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, filwaqt li jsaħħaħ u jiżviluppa sinerġiji ġodda ma' programmi u oqsma ta' politika relatati oħra tal-Unjoni.

(10)  Il-Programm jenħtieġ li jkun mgħammar sabiex isir kontributur terġa' ikbar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Approċċ koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja huwa ċentrali għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet differenti li l-persuni se jaffaċċaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b'mod partikolari persuni akbar fl-età li jeħtieġ jitgħallmu ħiliet għall-ħajja ġodda jew ħiliet għal suq tax-xogħol li dejjem jevolvi. Jenħtieġ li tali approċċ jiġi mħeġġeġ permezz ta' kooperazzjoni transsettorjali effikaċi u permezz ta' interazzjoni akbar bejn il-forom ta' edukazzjoni differenti. Fit-teħid ta' dan l-approċċ 'il quddiem, il-Programm li jmiss jenħtieġ li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-qafas strateġiku ġenerali għall-politika ta' kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż l-aġendi ta' politika għall-iskejjel, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, filwaqt li jsaħħaħ u jiżviluppa sinerġiji ġodda ma' programmi u oqsma ta' politika relatati oħra tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  L-organizzazzjonijiet li joperaw f'kuntest transfruntier jipprovdu kontribut importanti għad-dimensjoni transnazzjonali u internazzjonali tal-Programm. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ lin-netwerks rilevanti fil-livell tal-Unjoni u lil organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej u internazzjonali li l-attivitajiet tagħhom huma relatati mal-objettivi tal-Programm u jikkontribwixxu għalihom.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Programm huwa komponent ewlieni tal-bini ta' Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni. Jenħtieġ li jkun mgħammar biex jikkontribwixxi għas-suċċessur tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa28 b'impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet u l-kompetenzi għaż-żamma tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività. Jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni29.

(11)  Il-Programm huwa komponent ewlieni tal-bini ta' Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni u tal-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja27a, sal-2025. Jenħtieġ li jkun mgħammar biex jikkontribwixxi għas-suċċessur tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa28 b'impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien għaż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali. Jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni29.

__________________

__________________

 

27a ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

28 COM(2016)0381.

28 COM(2016)0381.

29 [Referenza].

29 [Referenza].

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-Programm jenħtieġ li jkun koerenti mal-istrateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ30, il-qafas għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għall-2019-2027, ibbażat fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2018 dwar "L-impenn, il-konnessjoni u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ". Strateġija ġdida tal-UE dwar iż-Żgħażagħ31.

(12)  Il-Programm jenħtieġ li jkun koerenti mal-istrateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ30, il-qafas għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għall-2019-2027, ibbażat fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2018 dwar "L-impenn, il-konnessjoni u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija ġdida tal-UE dwar iż-Żgħażagħ31, inkluż l-għan tal-Istrateġija li tappoġġa impjiegi u tagħlim mhux formali ta' kwalità għolja għaż-żgħażagħ.

__________________

__________________

30 [Referenza - irid jiġi adottat mill-Kunsill sal-aħħar tal-2018].

30 [Referenza - irid jiġi adottat mill-Kunsill sal-aħħar tal-2018].

31 COM(2018)0269.

31 COM(2018)0269.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Programm jenħtieġ li jqis il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni għall-isport li huwa l-qafas ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport għas-snin […]32. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni u l-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm fil-qasam tal-isport. Hemm bżonn li wieħed jiffoka b'mod partikolari fuq l-isport tal-organizzazzjonijiet ta' bażi, b'kunsiderazzjoni tar-rwol importanti li għandu l-isports fil-promozzjoni tal-attività fiżika u l-istil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej permezz tal-isport, il-governanza tajba u l-integrità fl-isport, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fl-isport u permezz tal-isport.

(13)  Il-Programm jenħtieġ li jqis il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni għall-isport li huwa l-qafas ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport għas-snin […]32. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni u l-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm fil-qasam tal-isport. Hemm bżonn li wieħed jiffoka b'mod partikolari fuq l-isport grassroots, b'kunsiderazzjoni tar-rwol importanti li għandu l-isports fil-promozzjoni tal-attività fiżika u stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, ir-relazzjonijiet interpersonali, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet ta' mobbiltà biss fil-kuntest tal-isport grassroots, kemm għaż-żgħażagħ li jipprattikaw sport organizzat fuq bażi regolari kif ukoll għall-persunal sportiv. Huwa importanti wkoll li jiġi rrikonoxxut li l-membri tal-persunal sportiv jistgħu jkunu professjonisti, fis-sens li jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-isport, u xorta waħda jkunu involuti fl-isport grassroots. Jenħtieġ, għaldaqstant, li l-azzjonijiet ta' mobbiltà jkunu miftuħin ukoll għal dan il-grupp. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej permezz tal-isport, il-governanza tajba u l-integrità fl-isport, is-sostenibbiltà u prattiki ambjentali tajbin fl-isport, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fl-isport u permezz tal-isport. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-persuni kkonċernati, inklużi l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ, jipparteċipaw fi sħubijiet, kooperazzjoni u djalogu ta' politika fil-qasam tal-isport.

__________________

__________________

32 [Referenza].

32 [Referenza].

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Unjoni b'mod partikolari billi jappoġġa attivitajiet ta' mobbiltà u kooperazzjoni li jrawmu l-iżvilupp ta' kompetenzi f'oqsma ta' studju jew dixxiplini li jħarsu 'l quddiem bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, it-tibdil fil-klima, l-ambjent, l-ambjent, l-enerġija nadifa, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-analiżi tad-data u l-arti/id-disinn, sabiex jgħinu lil-persuni jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-futur.

(14)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Unjoni b'mod partikolari billi jappoġġa attivitajiet ta' mobbiltà u kooperazzjoni li jrawmu l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi f'oqsma ta' studju jew dixxiplini li jħarsu 'l quddiem, bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-arti, l-inġinerija u l-matematika (STEAM), it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija nadifa, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-analiżi tad-data, id-disinn u l-arkitettura, u litteriżmu diġitali u medjatiku sabiex jgħinu lil-persuni jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-futur.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  F'konformità mal-missjoni tiegħu li jixpruna l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp ta' strateġiji edukattivi u ta' tagħlim immirati lejn tfal b'don u talent, irrispettivament min-nazzjonalità, l-istatus soċjoekonomiku jew is-sess tagħhom.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għas-segwitu tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali permezz ta' attivitajiet ta' appoġġ maħsuba biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa ħalli jipproteġu u jippreservaw il-wirt kulturali Ewropew u biex jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet edukattivi li joffri s-settur kulturali u kreattiv.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li jintużaw riżorsi kombinati mill-Programm u l-Programm Orizzont Ewropa33 biex jappoġġaw attivitajiet dedikati għat-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej. Orizzont Ewropa, fejn xieraq, se jikkumplimenta l-appoġġ tal-Programm għall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b'mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tiegħu bħala parti mill-iżvilupp ta' strateġiji ġodda konġunti u integrati fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa se jgħinu jrawmu l-integrazzjoni tal-edukazzjoni u r-riċerka fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja.

(15)  Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li jintużaw riżorsi kombinati mill-Programm u l-Programm Orizzont Ewropa33 biex jappoġġaw attivitajiet dedikati għat-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej. Orizzont Ewropa se jikkumplimenta l-appoġġ tal-Programm għal azzjonijiet u inizjattivi li juru dimensjoni tar-riċerka, bħall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, bħala parti mill-iżvilupp ta' strateġiji ġodda konġunti u integrati fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa se jgħinu jrawmu l-integrazzjoni tal-edukazzjoni u r-riċerka, b'mod partikolari fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja.

__________________

__________________

33 COM(2018) [ ].

33 COM(2018) [ ].

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-Programm jenħtieġ li jkun iktar inklużiv billi jtejjeb is-sensibilizzazzjoni tiegħu għal dawk li għandhom inqas opportunitajiet, inkluż permezz ta' formats tal-mobbiltà għat-tagħlim iktar flessibbli, u billi jrawwem il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar, b'mod partikolari parteċipanti ġodda u organizzazzjonijiet ta' bażi bbażati fil-komunità li jaħdmu direttament ma' studenti żvantaġġati ta' kull età. Il-formats virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, il-mobbiltà mħallta u dik virtwali, jenħtieġ li jiġu promossi biex jilħqu iktar parteċipanti, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li għalihom iċ-ċaqliqa fiżika minn pajjiż ieħor li huwa differenti mill-pajjiż ta' residenza tagħhom tkun ostaklu.

(16)  Il-Programm jenħtieġ li jkun iktar inklużiv billi jtejjeb ir-rati ta' parteċipazzjoni fost persuni li għandhom inqas opportunitajiet. Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li livelli baxxi ta' parteċipazzjoni fost nies li għandhom inqas opportunitajiet jistgħu jirriżultaw minn kawżi differenti u jiddependu minn kuntesti nazzjonali differenti. Għaldaqstant, fi ħdan qafas għall-Unjoni kollha, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżviluppaw strateġiji ta' inklużjoni b'miżuri biex itejbu l-komunikazzjoni, jissimplifikaw il-proċeduri, joffru taħriġ u jappoġġaw u jimmonitorjaw l-effikaċja. Jenħtieġ li jintużaw ukoll mekkaniżmi oħra biex tissaħħaħ l-inklużjoni, inkluż billi jiġu pprovduti formats tal-mobbiltà għat-tagħlim li jaqblu mal-ħtiġijiet tal-persuni li għandhom inqas opportunitajiet, u titrawwem il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar u lokali, b'mod partikolari parteċipanti ġodda u organizzazzjonijiet grassroots bbażati fil-komunità li jaħdmu direttament ma' studenti żvantaġġati ta' kull età.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Meta persuni li għandhom inqas opportunitajiet ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fil-Programm għal raġunijiet finanzjarji, kemm minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom kif ukoll minħabba l-ispejjeż ogħla għall-parteċipazzjoni fil-Programm iġġenerati mis-sitwazzjoni speċifika tagħhom, kif spiss ikun il-każ għal persuni b'diżabbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri ta' appoġġ finanzjarju adegwati. Tali miżuri jistgħu jinkludu strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-iskemi nazzjonali jew l-aġġustamenti ta' għotjiet jew top-ups permezz tal-Programm. Meta jiġi vvalutat jekk il-persuni b'inqas opportunitajiet jistgħux jipparteċipaw fil-Programm għal raġunijiet finanzjarji u l-livell ta' appoġġ li għandhom bżonn, jenħtieġ li jintużaw kriterji oġġettivi. Jenħtieġ li l-ispejjeż addizzjonali tal-miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni qatt ma jiġġustifikaw ir-rifjut ta' applikazzjoni għal proġett.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  Jenħtieġ li l-Programm ikompli jiffoka l-appoġġ tiegħu fuq il-mobbiltà għat-tagħlim fiżiku u għandu jiftaħ opportunitajiet akbar għal persuni li għandhom inqas opportunitajiet biex jibbenefikaw minn azzjonijiet ta'mobbiltà fiżika għat-tagħlim. Fl-istess ħin, għandu jiġi rikonoxxut li l-formati virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, it-tagħlim imħallat u t-tagħlim virtwali, jistgħu jikkomplementaw b'mod effikaċi il-mobbiltà fiżika għall-finijiet ta' tagħlim u jimmassimizzaw l-effikaċja tagħha. F'każijiet eċċezzjonali, meta n-nies ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'azzjonijiet u attivitajiet ta' mobbiltà, il-formati virtwali jaf jippermettulhom igawdu ħafna mill-benefiċċji tal-Programm b'mod kosteffikaċi u innovattiv. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi wkoll sostenn għal tali formati u għodod virtwali. Tali formati u għodod, b'mod partikolari dawk użati għat-tagħlim tal-lingwi, jenħtieġ li jkunu disponibbli b'mod kemm jista' jkun mifrux għall-pubbliku.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)  F'konformità mal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha dwar l-aċċessibbiltà u l-Artikolu 24 tagħha dwar l-edukazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabbiltà jgawdu minn aċċess nondiskriminatorju u mingħajr ostakli għall-Programm. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ addizzjonali, inkluż sostenn finanzjarju, fejn meħtieġ.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 16d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d)  L-ostakli legali u amministrattivi, bħalma huma d-diffikultajiet biex jinkisbu l-viżi u l-permessi ta' residenza, u fl-aċċess għas-servizzi ta' appoġġ, b'mod partikolari s-servizzi tas-saħħa, jistgħu jimpedixxu l-aċċess għall-Programm. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jitneħħew dawn l-ostakli, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, u biex jiġu ffaċilitati l-iskambji transfruntiera, pereżempju billi tinħareġ il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva u valuri komuni fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u t-trawwim tal-parteċipazzjoni attiva tal-individwi fil-proċessi demokratiċi huwa kruċjali għall-futur tal-Ewropa u s-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Jekk persuna ssiefer sabiex tistudja, titgħallem, titħarreġ u taħdem jew sabiex tipparteċipa f'attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-isports, dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' din l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha u s-sens li tkun parti minn komunità kulturali kif ukoll sabiex titrawwem din iċ-ċittadinanza attiva, fost persuni ta' kull età. Dawk li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tal-pajjiż ospitanti tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali jenħtieġ li jiġu appoġġati.

(17)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva, valuri komuni u sens ta' solidarjetà fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u t-trawwim tal-parteċipazzjoni attiva tal-individwi u tas-soċjetà ċivili fil-proċessi demokratiċi huwa kruċjali għall-futur tal-Ewropa u s-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Jekk persuna ssiefer sabiex tistudja, titgħallem, titħarreġ u taħdem jew sabiex tipparteċipa f'attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-isports, dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' din l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha u s-sens li tkun parti minn komunità kulturali kif ukoll sabiex titrawwem din iċ-ċittadinanza attiva, il-koeżjoni soċjali u l-ħsieb kritiku fost persuni ta' kull età. Dawk li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tal-pajjiż ospitanti tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali jenħtieġ li jiġu appoġġati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Huwa importanti li l-Programm iwassal valur miżjud Ewropew. Għaldaqstant, l-azzjonijiet u l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss għal finanzjament taħt il-Programm jekk huma jkunu jistgħu juru valur miżjud potenzjali Ewropew. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-valur miżjud Ewropew jintwera f'diversi modi, pereżempju permezz tal-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet, il-komplementarjetà u s-sinerġiji tagħhom ma' programmi u politiki oħra tal-Unjoni, il-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards ta' assigurazzjoni ta' kwalità madwar l-Unjoni kollha, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards komuni madwar l-Unjoni kollha fil-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ, u l-promozzjoni tagħhom tal-multilingwiżmu u tad-djalogu interkulturali u interkonfessjonali, it-trawwim ta' sens ta' appartenenza Ewropew u t-tisħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm jenħtieġ li tingħata spinta li timmira li toffri għadd akbar ta' opportunitajiet għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu ta' politika ma' pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm. Billi nibnu fuq l-implimentazzjoni b'suċċess ta' attivitajiet internazzjonali ta' edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ skont il-programmi predeċessuri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, l-attivitajiet internazzjonali ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu estiżi għal setturi oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(18)  Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm jenħtieġ li tingħata spinta billi toffri għadd akbar ta' opportunitajiet, kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet, għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu ta' politika ma' pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm, b'mod partikolari pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Id-dimensjoni internazzjonali jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iskambji interpersonali u, b'mod partikolari għaċ-ċittadini tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, jenħtieġ li tappoġġa t-trasferiment tal-għarfien lura lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom fi tmiem il-perjodi ta' studju tagħhom. Jenħtieġ ukoll li ssaħħaħ il-bini ta' kapaċità tas-sistemi edukattivi fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Billi nibnu fuq l-implimentazzjoni b'suċċess ta' attivitajiet internazzjonali ta' edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ skont il-programmi predeċessuri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, l-attivitajiet internazzjonali ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu estiżi għal setturi oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-isport.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-attivitajiet fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, huwa importanti li jissaħħu s-sinerġiji bejn Erasmus+ u l-istrumenti għal azzjoni esterna tal-Unjoni, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-Programm jenħtieġ li jirrinforza l-opportunitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim eżistenti, b'mod partikolari f'dawk is-setturi fejn il-Programm jista' jkollu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza, sabiex iwessa' l-ilħuq tiegħu u jissodisfa d-domanda għolja mhux milħuqa. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari billi jiżdiedu u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta' mobbiltà għal studenti ta' edukazzjoni għolja, studenti tal-iskola u studenti fis-settur tal-edukazzjoni t-taħriġ vokazzjonali. Il-mobbiltà ta' studenti adulti b'livell baxx ta' ħiliet jenħtieġ li tkun inkorporata fi sħubiji għall-kooperazzjoni. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' tagħlim mhux formali jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ. Il-mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jenħtieġ li tiġi rinforzata wkoll, b'konsiderazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ li għandha. B'mod konformi mal-viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni reali, il-Programm jenħtieġ li jagħti spinta wkoll lill-mobbiltà u l-iskambji u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f'attivitajiet edukattivi u kulturali billi jappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din l-inizjattiva tista' tkun pass importanti biex il-mobbiltà ssir realtà għal kulħadd billi tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jibgħatu u jirċievu iktar studenti ta' skambju filwaqt li ttejjeb il-kwalità fil-mobbiltà tal-istudenti u wkoll billi tiffaċilita l-aċċess tal-istudenti għal diversi servizzi (librerija, trasport, akkomodazzjoni) qabel ma jaslu fl-istituzzjoni barra minn pajjiżhom.

(20)  Il-Programm jenħtieġ li jirrinforza l-opportunitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim eżistenti, b'mod partikolari f'dawk is-setturi fejn il-Programm jista' jkollu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza, sabiex iwessa' l-ilħuq tiegħu u jissodisfa d-domanda għolja mhux milħuqa. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari billi jiżdiedu u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għolja, l-istudenti u l-persunal tal-iskola, inklużi l-għalliema tal-iskola preprimarja u l-edukazzjoni bikrija u l-persunal ta' indukrar, u studenti u persunal fis-settur tal-edukazzjoni vokazzjonali permezz ta' miżuri mmirati li jieħdu kont tal-ħtiġijiet edukattivi speċifiċi tal-benefiċjarji intenzjonati. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fir-reġjuni tal-fruntiera jenħtieġ li jiġu promossi aktar sabiex jitħejjew għall-kuntest tas-suq tax-xogħol transfruntier speċifiku. Il-programm jenħtieġ li joffri wkoll opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti. L-objettivi ewlenin tal-edukazzjoni għall-adulti huma t-trasferiment tal-għarfien, il-kompetenzi u l-ħiliet u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp personali u l-benesseri; L-opportunitajiet ta' mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' tagħlim mhux formali jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ, speċjalment parteċipanti ġodda, dawk b'inqas opportunitajiet u sezzjonijiet tal-popolazzjoni li diffiċli jintlaħqu. Il-mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jenħtieġ li tiġi rinforzata wkoll, b'konsiderazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ li għandha, b'enfasi partikolari fuq it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet għas-suq tax-xogħol. B'mod konformi mal-viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni reali, il-Programm jenħtieġ li jagħti spinta wkoll lill-mobbiltà u l-iskambji u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f'attivitajiet edukattivi, kulturali u sportivi billi jiġu diġitalizzati l-proċessi sabiex jiffaċilitaw il-proċeduri ta' applikazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-Programm, billi jiġu żviluppati sistemi online faċli għall-utent ibbażati fuq l-aħjar prattika u billi jinħolqu għodod ġodda, bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din l-inizjattiva tista' tkun pass importanti biex il-mobbiltà ssir realtà għal kulħadd billi tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jibgħatu u jirċievu iktar studenti ta' skambju filwaqt li ttejjeb il-kwalità fil-mobbiltà tal-istudenti u wkoll billi tiffaċilita l-aċċess tal-istudenti għal diversi servizzi (librerija, trasport, akkomodazzjoni) qabel ma jaslu fl-istituzzjoni barra minn pajjiżhom.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Jenħtieġ li l-Programm jiżgura esperjenzi ta' mobbiltà ta' kwalità abbażi tal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: il-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà1a, li tagħmilha ċara li l-kwalità tal-informazzjoni, it-tħejjija, l-appoġġ u r-rikonoxximent tal-esperjenza u tal-kwalifiki, kif ukoll pjanijiet ta' tagħlim u eżiti tat-tagħlim ċari mfassla minn qabel, għandhom impatt fuq il-benefiċċji tal-mobbiltà. L-attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu mħejjija b'mod xieraq minn qabel. Tali tħejjija spiss tista' ssir b'mod effiċjenti bl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Fejn xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Programm jipprovdi appoġġ għal żjarat preparatorji għal attivitajiet ta' mobbiltà.

 

__________________

 

1a ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa u jħeġġeġ il-mobbiltà tal-għalliema u tal-persunal edukattiv fil-livelli kollha bil-għan li jtejjeb il-prattiki tax-xogħol u jikkontribwixxi għall-iżvilupp professjonali. Minħabba r-rwol vitali li għandha l-edukazzjoni preprimarja u bikrija fil-prevenzjoni tal-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi, huwa importanti li l-għalliema u l-persunal f'dan il-livell ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-mobbiltà għat-tagħlim taħt il-Programm. Fir-rigward tat-tagħlim, il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll il-pilotaġġ ta' innovazzjonijiet ta' politika sabiex jiġu indirizzati wħud mill-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-sistemi edukattivi fl-Unjoni, bħall-attirar ta' talent ġdid fit-tagħlim għall-aktar tfal marġinalizzati u l-iżvilupp tat-taħriġ tal-għalliema biex dawn jiġu megħjuna jgħallmu lil studenti żvantaġġati. Bil-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fil-Programm għall-għalliema u l-persunal edukattiv, jenħtieġ li jsir kull sforz biex jiġi żgurat li dawn igawdu minn ambjent ta' appoġġ għall-mobbiltà, li fil-kuntest tiegħu jibbenefikaw minn programm ta' ħidma u ammont ta' xogħol regolari, li dawn għandhom aċċess għal opportunitajiet xierqa ta' taħriġ u jirċievu appoġġ finanzjarju xieraq abbażi tal-pajjiż u, fejn rilevanti, ir-reġjun fejn għandha sseħħ il-mobbiltà għat-tagħlim.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c)  B'rikonoxximent tar-rwol vitali li għandhom l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fit-titjib tal-prospetti tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-Programm jenħtieġ li jgħin biex tissaħħaħ l-inklużività, il-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività1a. Il-Programm għandu jippromwovi rabtiet aktar b'saħħithom bejn dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u min iħaddem, kemm dawk privati kif ukoll dawk pubbliċi. Jenħtieġ ukoll li jgħin biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi għas-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, bħat-taħriġ lingwistiku, it-trawwim ta' sħubijiet ta' mobbiltà ta' kwalità għolja u r-rikonoxximent u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi, u jħeġġeġ lill-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex japplikaw għall-Karta tal-Mobbiltà tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali bħala marka ta' kwalità.

 

__________________

 

1a COM(2016)0381.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, jiġbor flimkien żgħażagħ u dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea.

(21)  Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, l-istorja, il-kultura u ċ-ċittadinanza Ewropej, biex b'hekk jiġbor flimkien liż-żgħażagħu lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Programm iqajjem kuxjenza dwar l-għodod ta' demokrazija elettronika, inkluża l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-iskambji interġenerazzjonali bejn iż-żgħażagħ u l-persuni akbar fl-età. Fid-dawl tar-rwol ewlieni li għandhom l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-ksib ta' dawk l-objettivi, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp tas-settur taż-żgħażagħ fl-Unjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-Programm jenħtieġ li joffri l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jiskopru l-Ewropa, permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim barra minn pajjiżhom. Iż-żgħażagħ ta' tmintax-il sena, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jkollhom esperjenza ta' vjaġġ fl-Ewropa tal-ewwel darba, għal terminu qasir fil-livell individwali jew fi grupp fil-qafas ta' attività edukattiva informali mmirata lejn it-trawwim tas-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea u l-iskoperta tad-diversità kulturali tagħha. Il-Programm jenħtieġ li jidentifika l-korpi responsabbli biex jilħqu u jagħżlu l-parteċipanti u jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu d-dimensjoni tat-tagħlim tal-esperjenza.

(22)  Il-Programm jenħtieġ li joffri l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jiskopru l-Ewropa, permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim barra minn pajjiżhom taħt l-inizjattiva l-ġdida intitolata DiscoverEU. Iż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-20 sena, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jkollhom esperjenza ta' vjaġġ fl-Ewropa għall-ewwel darba, għal terminu qasir fil-livell individwali jew fi grupp bħala parti minn attività edukattiva mhux formali jew informali mmirata lejn it-trawwim tas-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea u l-iskoperta tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha. Jenħtieġ li l-inizjattiva jkollha komponent ta' tagħlim robust u verifikabbli, u li tiżgura li l-esperjenzi jiġu disseminati kif xieraq u li t-tagħlimiet jiġu kondiviżi sabiex l-inizjattiva tiġi vvalutata u mtejba fuq bażi kontinwa. Il-Programm jenħtieġ li jidentifika l-korpi responsabbli biex jilħqu u jagħżlu l-parteċipanti b'attenzjoni xierqa għall-bilanċ ġeografikuu jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu d-dimensjoni tat-tagħlim tal-esperjenza. Dawk il-korpi jenħtieġ li jkunu involuti wkoll, fejn xieraq, fl-għoti ta' taħriġ u appoġġ għal qabel u wara l-mobbiltà, inkluż fir-rigward tal-ħiliet lingwistiċi u interkulturali. L-inizjattiva DiscoverEU jenħtieġ li tibni rabtiet ukoll mal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, il-Kapitali Ewropej taż-Żgħażagħ, il-Kapitali Ewropej tal-Volontarjat u l-Kapitali Ekoloġiċi Ewropej.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi, b'mod partikolari permezz ta' użu iktar mifrux ta' għodod online, għaliex t-tagħlim elettroniku joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' aċċess u flessibbiltà.

(23)  It-tagħlim tal-lingwi jikkontribwixxi għal fehim reċiproku u mobbiltà fl-Unjoni u 'l barra minnha. Fl-istess ħin, il-kompetenzi lingwistiċi jikkostitwixxu ħiliet essenzjali għall-ħajja u x-xogħol. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi permezz ta' korsijiet tal-lingwa fuq il-post, u użu iktar mifrux ta' għodod online aċċessibbli, għaliex it-tagħlim elettroniku jista' joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' aċċess u flessibbiltà. L-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi pprovdut permezz tal-Programm għandu jagħti attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-utenti, b'enfasi fuq il-lingwi użati fil-pajjiż riċeventi u, fir-reġjuni mal-fruntiera, fuq il-lingwi tal-pajjiżi ġirien. L-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi jenħtieġ li jkopri wkoll il-lingwi nazzjonali tas-sinjali. L-Appoġġ Lingwistiku Online ta' Erasmus jenħtieġ li jkun imfassal skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-parteċipanti tal-Programm u jkun miftuħ għal kulħadd.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Il-Programm jenħtieġ li jagħmel użu mit-teknoloġiji tal-lingwa bħal teknoloġiji tat-traduzzjoni awtomatika, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-iskambji bejn l-awtoritajiet u jittejjeb id-djalogu interkulturali.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b'mod adegwat il-potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali.

(24)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b'mod adegwat il-potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni effikaċi bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livelli kollha tal-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproċedu b'għadd ta' inizjattivi sabiex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal livell ġdid, inkluż billi jinkoraġġixxu l- emerġenza ta' "Universitajiet Ewropej" sal-2024, li jikkonsistu f'netwerks minn isfel għal fuq ta' universitajiet madwar l-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dawn l-Universitajiet Ewropej.

(25)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproċedu b'għadd ta' inizjattivi sabiex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal livell ġdid, inkluż billi jinkoraġġixxu l- emerġenza ta' "Universitajiet Ewropej" sal-2024, li jikkonsistu f'netwerks minn isfel għal fuq ta' universitajiet madwar l-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dawn l-Universitajiet Ewropej, li jenħtieġ li li jkunu xprunati mill-eċċellenza u intiżi li jżidu l-attraenza tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja fl-Unjoni u li jtejbu l-kooperazzjoni bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. Il-kunċett ta' "eċċellenza" għandu jinftiehem b'mod wiesa', pereżempju anki b'rabta mal-kapaċità li tissaħħaħ l-inklużjoni. L-appoġġ tal-Programm għandu jimmira għal kopertura ġeografika wiesgħa tal-"Universitajiet Ewropej".

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-Communiqué ta' Bruges tal-2010 talbet appoġġ għall-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa tal-2017 tindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jingħaqdu mas-sistemi tal-innovazzjoni, bħala parti minn strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi sabiex tingħata risposta lil dawn it-talbiet u jappoġġa l-iżvilupp ta' pjattaformi transnazzjonali ta' Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali integrati mill-qrib fi strateġiji lokali u reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività. Dawn iċ-ċentri ta' eċċellenza jenħtieġ li jaġixxu ta' xprunaturi ta' ħiliet vokazzjonali ta' kwalità f'kuntest ta' sfidi settorjali, filwaqt li jappoġġaw bidliet strutturali ġenerali u politiki soċjoekonomiċi fl-Unjoni.

(26)  Il-Communiqué ta' Bruges tal-2010 talbet appoġġ għall-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa tal-2017 tindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jingħaqdu mas-sistemi tal-innovazzjoni, bħala parti minn strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi sabiex tingħata risposta lil dawn it-talbiet u jappoġġa l-iżvilupp ta' pjattaformi transnazzjonali ta' Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali integrati mill-qrib fi strateġiji lokali u reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni, il-kompetittività, l-iżvilupp sostenibbli u l-inklużjoni soċjali. Dawn iċ-ċentri ta' eċċellenza jenħtieġ li jaġixxu ta' xprunaturi ta' ħiliet vokazzjonali ta' kwalità f'kuntest ta' sfidi settorjali, filwaqt li jappoġġaw bidliet strutturali ġenerali u politiki soċjoekonomiċi fl-Unjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Sabiex iżid l-użu ta' attivitajiet virtwali ta' kooperazzjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa użu iktar sistematiku tal-pjattaformi online bħal eTwinning, School Education Gateway, il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaforma online għall-edukazzjoni għolja.

(27)  Sabiex iżid l-użu ta' attivitajiet virtwali ta' kooperazzjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa użu iktar sistematiku tal-pjattaformi online eżistenti, bħal eTwinning, School Education Gateway, il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaforma online għall-edukazzjoni għolja. Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta' pjattaformi online ġodda biex jissaħħaħ u jiġi mmodernizzat it-twassil tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, u tal-politika dwar l-isport u ż-żgħażagħ fil-livell Ewropew. Tali pjattaformi jenħtieġ li jkunu faċli għall-utent u aċċessibbli fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent ta' ħiliet u kwalifiki, kif ukoll it-trasferiment ta' krediti jew unitajiet ta' eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta' kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta' mogħdiji ta' tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta' edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f'kuntesti formali u mhux formali.

(28)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' ħiliet, kompetenzi, kwalifiki u diplomi, kif ukoll it-trasferiment ta' krediti jew prova oħra ta' eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta' kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jipprovdi informazzjoni u assistenza lil parteċipanti prospettivi, u b'hekk jiffaċilita skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta' mogħdiji ta' tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta' edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f'kuntesti formali u mhux formali.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Il-programm jenħtieġ li jpoġġi enfasi speċjali fuq il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-perjodi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ barra mill-pajjiż, inkluż fl-edukazzjoni sekondarja. F'dan ir-rigward, l-għotjiet jenħtieġ li jkunu marbuta mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-kwalità u ma' deskrizzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u mal-applikazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi1a, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-Validazzjoni tat-Tagħlim Informali u Mhux Formali1b u għodod Ewropej li jikkontribwixxu għar-rikonoxximent tat-tagħlim barra mill-pajjiż u jiżguraw tagħlim ta' kwalità, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR), is-Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET).

 

__________________

 

1a ĠU C 153, 2.5.2018, p. 1.

 

1b ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Bħala mod ta' kif tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet ta' mobbiltà lil persuni f'diversi setturi ta' attività, bħas-settur pubbliku, tal-agrikoltura u tal-intrapriża, sabiex ikunu jistgħu jkollhom esperjenza ta' tagħlim barra minn pajjiżhom li tippermettilhom, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja tagħhom, jikbru u jiżviluppaw professjonalment kif ukoll personalment, b'mod partikolari billi jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward l-identità Ewropea tagħhom u fehim tad-diversità kulturali Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li joffri punt tad-dħul għall-iskemi ta' mobbiltà transnazzjonali tal-Unjoni b'dimensjoni ta' tagħlim b'saħħitha, li jissimplifika l-offerta ta' tali skemi għall-benefiċjarji u dawk li jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet. L-espansjoni tal-proġetti Erasmus jenħtieġ li tiġi ffaċilitata; jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-promoturi tal-proġetti Erasmus japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi relatati mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura.

(30)  Bħala mod ta' kif tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet ta' mobbiltà lil persuni f'diversi setturi ta' attività, bħas-settur pubbliku u privat, tal-agrikoltura u tal-intrapriża, sabiex ikunu jistgħu jkollhom taħriġ, internship jew esperjenza ta' tagħlim barra minn pajjiżhom li tippermettilhom, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja tagħhom, jikbru u jiżviluppaw personalment, b'mod partikolari billi jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward l-identità Ewropea tagħhom u fehim tad-diversità kulturali Ewropea, u professjonalment, b'mod partikolari billi jakkwistaw ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol. Il-Programm jenħtieġ li joffri punt tad-dħul għall-iskemi ta' mobbiltà transnazzjonali tal-Unjoni b'dimensjoni ta' tagħlim b'saħħitha, li jissimplifika l-offerta ta' tali skemi għall-benefiċjarji u dawk li jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet. L-espansjoni tal-proġetti Erasmus jenħtieġ li tiġi ffaċilitata; jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-promoturi tal-proġetti Erasmus japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi relatati mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa, il-mezzi tax-xandir u l-kultura, kif ukoll il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Huwa importanti li jiġu stimulati t-tagħlim, l-apprendiment u r-riċerka fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea, kif ukoll li jiġu promossi d-dibattiti dwar dawn il-kwistjonijiet permezz ta' appoġġ għall-azzjonijiet Jean Monnet fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja iżda wkoll f'oqsma oħrajn tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-trawwim ta' sens ta' identità Ewropea u l-impenn huma partikolarment importanti fi żminijiet meta l-valuri komuni li l-Unjoni hija msejsa fuqhom, u li jiffurmaw parti mill-identità Ewropea tagħna, qed jiġu ttestjati, u meta ċ-ċittadini juru livelli baxxi ta' involviment. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-eċċellenza fl-istudji ta' integrazzjoni Ewropea.

(31)  Huwa importanti li jiġu stimulati t-tagħlim (kemm għall-għalliema kif ukoll l-istudenti) u r-riċerka fi kwistjonijiet tal-integrazzjoni Ewropea u l-isfidi u l-opportunitajiet futuri tal-Unjoni, kif ukoll li jiġi promoss id-dibattitu dwar dawn il-kwistjonijiet permezz ta' appoġġ tal-azzjonijiet Jean Monnet fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-trawwim ta' sens ta' appartenenza fl-Ewropa u l-impenn huma partikolarment importanti minħabba l-isfidi għall-valuri komuni li l-Unjoni hija msejsa fuqhom, u li jiffurmaw parti minn identità Ewropea komuni, u minħabba li ċ-ċittadini qed juru livelli baxxi ta' involviment. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-eċċellenza fl-istudji tal-integrazzjoni Ewropea u fl-istess ħin, għat-titjib tal-impenn tal-komunità usa' tat-tagħlim u tal-pubbliku ġenerali mal-integrazzjoni Ewropea.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25% tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni.

(32)  Il-Programm jenħtieġ li jkun konformi mal-għan ċentrali tal-Ftehim ta' Pariġi biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima. B'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u sabiex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni sistematika tal-azzjoni klimatika u l-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25% tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni b'appoġġ għall-għanijiet tal-klima tul il-perjodu kopert mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % li għandha tiġi introdotta mill-aktar fis, u mhux aktar tard mill-2027. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Minħabba r-rwol tal-Unjoni bħala attur globali u f'konformità mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u mal-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-Konferenza Rio + 20, il-Programm jenħtieġ li jintegra sistematikament l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja inklużivi, ekwi u ta' kwalità, inkluż b'rikonoxximent tar-rwol vitali li l-edukazzjoni għandha fil-ġlieda kontra l-faqar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli billi jappoġġa l-isforzi biex jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli u biex in-nies jiġu mgħallma dwar is-sostenibbiltà, il-protezzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima permezz tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba34], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(33)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu kollu tal-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba34], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li mill-2021 'il quddiem ikun hemm żieda sinifikanti fil-baġit annwali għall-Programm, meta mqabbel mas-sena finali tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, segwit minn tkabbir lineari u gradwali fl-allokazzjonijiet annwali. Profil baġitarju bħal dan jgħin biex jiġi żgurat aċċess akbar mill-bidu nett tal-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u jiġu evitati żidiet sproporzjonati fis-snin finali li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu assorbiti.

__________________

__________________

34 ĠU L […], […], p. […].

34 ĠU L […], […], p. […].

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Fi ħdan pakkett bażiku għal azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li jiġi definit tqassim tal-allokazzjoni minima għal kull settur (edukazzjoni għolja, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għall-adulti) sabiex tkun garantita massa kritika ta' approprjazzjonijiet biex jintlaħqu l-output u r-riżultati maħsuba f'kull wieħed minn dawn is-setturi.

(34)  Fi ħdan pakkett bażiku għal azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li jiġi definit tqassim tal-allokazzjoni minima għal kull settur (edukazzjoni għolja, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għall-adulti) sabiex tkun garantita massa kritika ta' approprjazzjonijiet biex jintlaħqu l-output u r-riżultati maħsuba f'kull wieħed minn dawn is-setturi. L-allokazzjoni baġitarja preċiża skont l-azzjoni u l-inizjattiva jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-programm ta' ħidma.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jrendu r-riżultati, filwaqt li jqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta' unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

(36)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jrendu r-riżultati, filwaqt li jqisu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta' unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' trasparenza, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-Programm fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta' strumenti legali oħrajn. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħti d-drittijiet neċessarji u aċċess għall-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw l-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Il-parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi terzi fil-Programm jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi li jkopru l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz konċernat mal-Programm. Parteċipazzjoni sħiħa tinvolvi, barra minn hekk, l-obbligu li titwaqqaf aġenzija nazzjonali u li jiġu ġestiti wħud mill-azzjonijiet tal-Programm f'livell deċentralizzat. Individwi u entitajiet minn pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f'xi wħud mill-azzjonijiet tal-Programm, kif definit fil-programm ta' ħidma u s-sejħiet għall-proposti ppubblikati mill-Kummissjoni. Meta jiġi implimentat il-Programm, jistgħu jiġu kkunsidrati arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet mill-Istati mikro Ewropej.

(37)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-Programm fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta' strumenti legali oħrajn. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħti d-drittijiet neċessarji u aċċess għall-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw l-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Il-parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi terzi fil-Programm jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi li jkopru l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz konċernat mal-Programm. Parteċipazzjoni sħiħa tinvolvi, barra minn hekk, l-obbligu li titwaqqaf aġenzija nazzjonali u li jiġu ġestiti wħud mill-azzjonijiet tal-Programm f'livell deċentralizzat. Individwi u entitajiet minn pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Programm, kif definit fil-programm ta' ħidma u s-sejħiet għall-proposti ppubblikati mill-Kummissjoni. Meta jiġi implimentat il-Programm, jistgħu jiġu kkunsidrati arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet mill-Istati mikro Ewropej.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  B'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultarperiferiċi tal-Unjoni'36, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta' dawn ir-reġjuni. Il-miżuri se jikkunsidraw iż-żieda tal-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-ġirien tagħhom. Tali miżuri se jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment.

(38)  B'konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni'36 ("il-komunikazzjoni dwar sħubija strateġika"), il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta' dawn ir-reġjuni. Se jittieħdu miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-ġirien tagħhom. Tali miżuri se jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment.

__________________

__________________

36 COM(2017)0623.

36 COM(2017)0623.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Fil-komunikazzjoni tagħha dwar sħubija strateġika, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ż-żieda fil-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari taħt il-programm Erasmus+, tkun ta' benefiċċju kbir għar-reġjuni ultraperiferiċi u impenjat ruħha li taġġusta aktar l-appoġġ finanzjarju għall-parteċipanti li jivvjaġġaw minn u lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi billi żżomm regoli ta' finanzjament speċifiċi għal dawk ir-reġjuni taħt l-Erasmus+, li tesplora l-possibbiltajiet li testendi l-kooperazzjoni reġjonali tal-Erasmus+ biex tistimula aktar il-mobbiltà bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi terzi ġirien, u li tuża l-Fond Soċjali Ewropew+ bħala komplement għal Erasmus+.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta programmi ta' ħidma u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom b'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, kif ukoll l-elementi l-oħrajn kollha meħtieġa. Il-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda fihom jenħtieġ li jiġu adottati minn atti ta' implimentazzjoni b'konformità mal-proċedura ta' eżami.

(40)  Il-Programm jenħtieġ li jżomm il-kontinwità f'termini tal-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu. Madankollu, minħabba li għandu jiġi implimentat fuq perjodu ta' seba' snin, jeħtieġ li jiġi previst ċertu grad ta' flessibbiltà sabiex tippermettilu jadatta għar-realtajiet li jinbidlu u l-prijoritajiet politiċi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jiddefinixxix fid-dettall kif għandhom jitfasslu l-inizjattivi speċifiċi, u ma jippreġudikax il-prijoritajiet politiċi kollha u l-prijoritajiet baġitarji rispettivi għas-seba' snin li ġejjin. Minflok, l-għażliet u l-prijoritajiet tal-politiki sekondarji, inklużi d-dettalji ta' inizjattivi speċifiċi ġodda, jenħtieġ li jiġu determinati permezz ta' programmi ta' ħidma f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. It-tfassil tal-inizjattivi ġodda jenħtieġ li jislet tagħlimiet mill-inizjattivi pilota kurrenti u mgħoddija f''dan il-qasam, u jenħtieġ li jqis il-valur miżjud Ewropew kemm fis-sustanza kif ukoll fl-istruttura tal-inizjattiva. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ ukoll li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom b'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, kif ukoll l-elementi l-oħrajn kollha meħtieġa. Il-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda fihom jenħtieġ li jiġu adottati permezz ta' att delegat. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert u b'konsultazzjoni mal-aġenziji u l-partijiet interessati nazzjonali, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)  Il-Kummissjoni, flimkien mal-aġenziji nazzjonali, jenħtieġ li timmonitorja u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, kemm waqt it-tul tal-ħajja tal-Programm kif ukoll wara li jitlesta. L-evalwazzjoni finali tal-Programm jenħtieġ li ssir fil-ħin b'tali mod li tkun tista' tikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-programm suċċessur jekk ikun rilevanti. B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201638, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà.

(41)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201638, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq il-benefiċjarji. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà.

__________________

__________________

38 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

38 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, reklamar u ta' disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta jkun rilevanti, bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.

(42)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, reklamar u ta' disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta jkun applikabbli, bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    56

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-mekkaniżmi eżekuttivi diġà fis-seħħ. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li għalhekk tiġi fdata lill-Kummissjoni, u lill-aġenziji nazzjonali. Fejn ikun fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li ikunu l-istess bħal dik deżinjata għall-ġestjoni tal-programm predeċessur. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante jenħtieġ li jkun limitat għar-rekwiżiti li huma ġodda u speċifiċi għall-Programm, sakemm dan ma jkunx ġustifikat, bħal f'każ ta' nuqqasijiet serji jew sottoprestazzjoni min-naħa tal-aġenzija nazzjonali konċernata.

(44)  Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-mekkaniżmi eżekuttivi diġà fis-seħħ. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li għalhekk tiġi fdata lill-Kummissjoni, u lill-aġenziji nazzjonali, li jenħtieġ li jiżguraw applikazzjoni konsistenti u koerenti tar-regoli tal-Programm fil-pajjiżi kollha tal-UE u matul iż-żmien. Għal dak il-għan u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jaħdmu flimkien, u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, biex jiżviluppaw proċeduri konsistenti, sempliċi u b'livell għoli ta' kwalità u biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' prattiki tajbin li jistgħu jtejbu l-kwalità tal-proġetti taħt il-Programm. Fejn ikun fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li ikunu l-istess bħal dik deżinjata għall-ġestjoni tal-programm predeċessur. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante jenħtieġ li jkun limitat għar-rekwiżiti li huma ġodda u speċifiċi għall-Programm, sakemm dan ma jkunx ġustifikat, bħal f'każ ta' nuqqasijiet serji jew sottoprestazzjoni min-naħa tal-aġenzija nazzjonali konċernata.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)  Sabiex l-organizzaturi tal-proġetti mingħajr esperjenza ta' programmi ta' finanzjament tal-Unjoni jiġu inkoraġġiti japplikaw għal finanzjament, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu pariri u appoġġ u jenħtieġ li jiżguraw li l-proċeduri ta' applikazzjoni jkunu ċari u sempliċi kemm jista' jkun. Il-gwida tal-Programm jenħtieġ li tittejjeb aktar biex issir ċara u faċli għall-utent, waqt li l-formoli ta' applikazzjoni jenħtieġ li jkunu sempliċi u disponibbli fil-ħin. Sabiex il-proċess ta' applikazzjoni jiġi modernizzat u armonizzat aktar, jenħtieġ li tiġi żviluppata għodda komuni, multilingwi u one-stop-shop għall-benefiċjarji tal-Programm u għal dawk involuti fil-ġestjoni tal-Programm.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Premessa 44b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44b)  Bħala regola ġenerali, it-talbiet għal għotjiet u l-applikazzjonijiet għal proġetti jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn ikun ibbażat l-applikant, u ġestiti minnha. Madankollu, bħala deroga, it-talbiet għal għotjiet u l-applikazzjonijiet għal proġetti għal attivitajiet organizzati minn netwerks tal-Unjoni kollha u minn organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u ġestiti b'mod dirett minnha.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza. B'mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39, l-Istati Membri huma nkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni.

(46)  L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għall-Programm jew jimpedixxu l-funzjonament xieraq tiegħu. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, kwistjonijiet li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza. B'mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39, l-Istati Membri huma inkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni.

__________________

__________________

39 Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

39 Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.

imħassar

__________________

 

40 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011. Li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Emenda    61

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, spejjeż ta' unità u finanzjament b'rata fissa. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati.

(49)  Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa. Skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex tiġi simplifikata l-amministrazzjoni tal-Programm, ħlasijiet b'rata fissa bbażati fuq il-proġett rilevanti jenħtieġ li jintużaw għall-attivitajiet ta' mobbiltà fis-setturi kollha. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġu riveduti u aġġustati b'mod regolari għall-kostijiet tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż u r-reġjun ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Filwaqt li l-qafas regolatorju diġà ppermetta lill-Istati Membri u lir-reġjuni jistabbilixxu sinerġiji fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti bejn Erasmus+ u strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, li jappoġġaw ukoll l-iżvilupp kwalitattiv ta' sistemi edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ fl-Unjoni, dan il-potenzjal s'issa għadu ma ġiex sfruttat, u għalhekk ġew limitati l-effetti sistemiċi tal-proġetti u l-impatt fuq il-politika. Jenħtieġ li ssir komunikazzjoni u kooperazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali bejn il-korpi nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni ta' dawn l-istrumenti varji sabiex jiġi massimizzat l-impatt rispettiv tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-kooperazzjoni attiva ma' dawn l-istrumenti.

(52)  Filwaqt li l-qafas regolatorju diġà ppermetta lill-Istati Membri u lir-reġjuni jistabbilixxu sinerġiji fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti bejn Erasmus+ u strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, li jappoġġaw ukoll l-iżvilupp kwalitattiv ta' sistemi edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ fl-Unjoni, dan il-potenzjal s'issa għadu ma ġiex sfruttat, u għalhekk ġew limitati l-effetti sistemiċi tal-proġetti u l-impatt fuq il-politika. Jenħtieġ li ssir komunikazzjoni u kooperazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali bejn il-korpi nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni ta' dawn l-istrumenti varji sabiex jiġi massimizzat l-impatt rispettiv tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-kooperazzjoni attiva ma' dawn l-istrumenti, b'mod partikolari billi jiżgura li applikazzjoni b'livell għoli ta' kwalità li ma tistax tiġi ffinanzjata fl-ambitu tal-Programm, minħabba fondi insuffiċjenti, tkun tista' titqies għal finanzjament, permezz ta' proċedura simplifikata, taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Sabiex tiġi simplifikata l-proċedura għal azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħataw "Siġill ta' Eċċellenza" b'rikonoxximent tal-livell ta' kwalità għoli tagħhom. Tali komplementarjetà bejn il-programmi jenħtieġ li tagħti lok ta' żieda fir-rati ta' suċċess tal-proġetti.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Premessa 52a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(52a)  Sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tal-appoġġ tal-politika u tal-finanzjament Ewropej, huwa importanti li jitrawmu sinerġiji u komplementarjetà fil-programmi rilevanti kollha b'mod koerenti. Tali sinerġiji u komplementarjetà jenħtieġ li ma jwasslux biex fondi allokati għall-Programm Erasmus + jiġu ġestiti barra mill-istruttura tal-Programm, u jenħtieġ ukoll li ma jwasslux biex il-fondi jintużaw biex jiġu segwiti għanijiet differenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe sinerġija u komplementarjetà jenħtieġ li tirriżulta fi proċeduri ta' applikazzjoni simplifikati fil-livell tal-implimentazzjoni.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ lejn id-dritt għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt għal non-diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(55)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ lejn id-dritt għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt għal non-diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Programm għandu jappoġġa b'mod attiv l-inizjattivi li jfittxu li jqajmu kuxjenza u jippromwovu perċezzjonijiet pożittivi ta' kwalunkwe wieħed mill-gruppi li jaf ikunu soġġetti għal diskriminazzjoni, u li jrawmu l-ugwaljanza bejn is-sessi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-isforzi biex jiġi indirizzat id-distakk edukattiv u d-diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-Rom, billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni sħiħa u attiva tagħhom fil-Programm. Ir-rispett għad-drittijiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li jiġi integrat fil-proċess tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "tagħlim tul il-ħajja" tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, minn edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja, u tagħlim għall-adulti, li jirriżulta f'titjib fl-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet jew il-parteċipazzjoni fis-soċjetà f'perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali u/jew relatata mal-impjieg, inkluż il-forniment ta' servizzi ta' konsulenza u gwida;

(1)  "tagħlim tul il-ħajja" tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, minn edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja, u tagħlim għall-adulti, li jirriżulta f'titjib jew aġġornament fl-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenzi u l-attitudnijiet jew il-parteċipazzjoni fis-soċjetà f'perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali u/jew relatata mal-impjieg, inkluż il-forniment ta' servizzi ta' konsulenza u gwida;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "mobbiltà għat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali; Dan tista' tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku u/jew tkun ikkumplimentata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F'xi każijiet speċifiċi, tista' tkun fil-forma ta' tagħlim permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(2)  "mobbiltà għat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ, inkluż taħriġ mill-ġdid jew titjib tal-ħiliet, jew tagħlim mhux formali jew informali; tista' tieħu l-forma ta' traineeships, apprendistati, skambji bejn iż-żgħażagħ, tagħlim jew parteċipazzjoni f'attività ta' żvilupp professjonali; din tista' tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku, fosthom għal-lingwi nazzjonali tas-sinjali,u/jew tkun ikkomplementata minn tagħlim online aċċessibbli u kooperazzjoni virtwali;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  "tagħlim virtwali" tfisser il-kisba tal-ħiliet u l-għarfien bl-użu ta' għodod aċċessibbli tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  "tagħlim imħallat" tfisser il-ksib tal-ħiliet u l-għarfien permezz ta' taħlita ta' għodod tal-edukazzjoni u tat-taħriġ virtwali u metodi tradizzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "l-isport tal-organizzazzjonijiet ta' bażi" tfisser l-isport organizzat fil-livell lokali mill-persuni sportivi mhux professjonisti, u l-isport għal kulħadd;

(6)  "l-isport grassroots" tfisser l-isport organizzat ipprattikat b'mod regolari minn sportivi mhux professjonisti ta' kull età, għal finijiet ta' saħħa, edukattivi jew soċjali;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "studenti ta' edukazzjoni għolja" tfisser kwalunkwe persuna rreġistrata f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja, inkluż għal ċiklu qasir, f'livell ta' baċellerat, master jew dottorat jew ekwivalenti. Tkopri wkoll gradwati riċenti;

(7)  "studenti ta' edukazzjoni għolja" tfisser kwalunkwe persuna rreġistrata f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja, inkluż għal ċiklu qasir, f'livell ta' baċellerat, master jew dottorat jew ekwivalenti, jew kwalunkwe persuna li tkun iggradwat minn istituzzjoni ta' dan it-tip fl-24 xahar preċedenti;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "persunal" tfisser kwalunkwe persuna li, fuq bażi professjonali jew volontarja, hija involuta fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali, u tista' tinkludi professuri, għalliema, persuni li jħarrġu, mexxejja tal-iskola, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, kowċis tal-isports, persunal mhux edukattiv u prattikanti oħra involuti fil-promozzjoni tat-tagħlim;

(8)  "persunal" tfisser kwalunkwe persuna li, fuq bażi professjonali jew volontarja, hija involuta fl-edukazzjoni fil-livelli kollha, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali, u tista' tinkludi professuri, għalliema, persuni li jħarrġu, riċerkaturi, mexxejja tal-iskola, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, persunal mhux edukattiv u prattikanti oħra involuti fil-promozzjoni tat-tagħlim;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  "persunal tal-isport" tfisser persuni involuti fil-ġestjoni, fl-istruzzjoni jew fit-taħriġ ta' tim sportiv jew ta' bosta persuni sportivi individwali, bi ħlas jew fuq bażi volontarja;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "student ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali" tfisser kwalunkwe persuna reġistrata fi programm ta' edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu fi kwalunkwe livell sa livell ta' wara l-iskola sekondarja. Jinkludi l-parteċipazzjoni ta' individwi li reċentament iggradwaw minn tali programmi;

(9)  "student ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali" tfisser kwalunkwe persuna reġistrata fi programm ta' edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu fi kwalunkwe livell sa livell ta' wara l-iskola sekondarja, jew kwalunkwe persuna li tkun iggradwat minn programm ta' dan it-tip fl-24 xahar preċedenti;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "student tal-iskola" tfisser kwalunkwe persuna reġistrata f'kapaċità ta' tagħlim f'istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni ġenerali fi kwalunkwe livell mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni sekondarja superjuri, meqjusa mill-Awtoritajiet Nazzjonali bħala eliġibbli sabiex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom;

(10)  "student tal-iskola" tfisser kwalunkwe persuna reġistrata f'kapaċità ta' tagħlim f'istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni ġenerali fi kwalunkwe livell mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni sekondarja superjuri, jew kwalunkwe persuna li tkun ħadet edukazzjoni barra minn kuntest istituzzjonali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala eliġibbli sabiex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "pajjiż terz mhux assoċjat mal-Programm" tfisser pajjiż terz li mhux qed jipparteċipa bis-sħiħ fil-Programm iżda li l-entitajiet legali tiegħu jistgħu eċċezzjonalment jibbenefikaw mill-Programm f'każijiet debitament ġustifikati fl-interess tal-Unjoni;

imħassar

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "lawrja konġunta tal-master" tfisser programm ta' studju integrat offrut tal-inqas minn żewġ istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja li jirriżulta f'ċertifikat wieħed ta' lawrja maħruġ u ffirmat b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet parteċipanti kollha u rikonoxxut uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet parteċipanti;

(15)  "lawrja konġunta ta' master jew ta' dottorat" tfisser programm ta' studju integrat offrut tal-inqas minn żewġ istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja li jirriżulta f'ċertifikat wieħed ta' lawrja maħruġ u ffirmat b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet parteċipanti kollha u rikonoxxut uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet parteċipanti;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  "istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja" tfisser kwalunkwe tip ta' istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja li, b'konformità mad-dritt jew prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki tal-livell terzjarju oħrajn rikonoxxuti, irrispettivament minn x'jissejjaħ dan l-istabbiliment kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta' istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja li hija kkunsidrata mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eliġibbli biex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom;

(18)  "istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja" tfisser kwalunkwe entità li, b'konformità mad-dritt jew prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki tal-livell terzjarju oħrajn rikonoxxuti, irrispettivament minn x'jissejjaħ dan l-istabbiliment, kif ukoll kwalunkwe entità oħra kumparabbli li hija kkunsidrata mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eliġibbli biex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  "attività ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola mwettqa minn gruppi informali ta' żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u karatterizzata minn approċċ ta' tagħlim mhux formali;

(20)  "attività ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola mwettqa minn gruppi informali ta' żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, ikkaratterizzata minn approċċ ta' tagħlim mhux formali jew informali u minn appoġġ għall-aċċessibilità u l-inklużjoni;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ" tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali tagħhom;

(21)  "ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ" tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali jew informali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp personali tagħhom, inkluż l-iżvilupp soċjoedukattiv u professjonali tagħhom u l-iżvilupp tal-kompetenzi tagħhom.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  "djalogu maż-żgħażagħ tal-UE" tfisser djalogu maż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li jservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ;

(22)  "djalogu maż-żgħażagħ tal-UE" tfisser id-djalogu bejn min ifassal il-politika, min jieħu d-deċiżjonijiet, esperti, riċerkaturi jew partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, kif xieraq, u ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; dan iservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fl-oqsma kollha ta' rilevanza għaż-żgħażagħ;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  "pajjiż terz assoċjat mal-Programm" tfisser pajjiż terz li huwa parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm u li jissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri;

imħassar

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  "persuni b'inqas opportunitajiet" tfisser dawk li jaffaċċaw ostakli li ma jħalluhomx ikollhom aċċess effettiv għal opportunitajiet skont il-Programm għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ġeografiċi jew ta' saħħa, kuntest ta' migrazzjoni jew għal raġunijiet bħal diżabbiltà u diffikultajiet edukattivi;

(25)  "persuni b'inqas opportunitajiet" tfisser persuni li huma żvantaġġati fl-aċċess tagħhom għall-Programm minħabba diversi ostakoli li jinħolqu minħabba, pereżempju, diżabilità, problemi tas-saħħa, diffikultajiet edukattivi, l-isfond ta' migrazzjoni tagħhom, differenzi kulturali, il-qagħda ekonomika, soċjali u ġeografika tagħhom, inklużi persuni minn komunitajiet emarġinati jew persuni li jissograw li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  "Siġill ta' Eċċellenza" tfisser it-tikketta ta' livell għoli ta' kwalità mogħtija lil proġetti mressqa lill-Programm, li jitqiesu li jistħoqqilhom finanzjament madankollu ma jirċevuhx minħabba limitazzjonijiet baġitarji; dan jirrikonoxxi l-valur tal-proposta u jappoġġa t-tfittxija għal finanzjament alternattiv.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi u koeżjoni soċjali kif ukoll li jsaħħaħ l-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni, li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport.

1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, l-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-isport permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi ta' kwalità, koeżjoni soċjali u inklużjoni, għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva kif ukoll għat-tisħiħ tal-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni, għall-avvanz tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tagħha, javvanza l-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u jiżviluppa d-dimensjoni Ewropea fl-isport.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jippromwovi l-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(a)  li jippromwovi l-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ;

(b)  li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali, it-tagħlim interkulturali, il-ħsieb kritiku u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kwalità, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ;

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u l-persunal tal-isport, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u l-politiki tal-isport.

(c)  li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim, fl-isports grassroots, tal-persunal sportiv u taż-żgħażagħ li jipprattikaw sport b'mod regolari u f'ambjent organizzat, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u l-politiki tal-isport.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  li jippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta' approċċ transsettorjali f'ambjenti formali, mhux formali u informali u li jappoġġa perkorsi flessibbli għat-tagħlim.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali msaħħa bil-għan li jiġu appoġġati l-għanijiet ta' azzjoni esterna u ta' żvilupp tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet appoġġati skont kull azzjoni ewlenija hija stabbilita fil-Kapitolu II (edukazzjoni u taħriġ), il-Kapitolu III (iż-żgħażagħ) u l-Kapitolu IV (l-isport).

L-azzjonijiet kollha tal-Programm għandu jkun fihom element qawwi ta' tagħlim li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm stabbiliti f'dan l-Artikolu. Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet appoġġati skont kull azzjoni ewlenija hija stabbilita fil-Kapitolu II (edukazzjoni u taħriġ), il-Kapitolu III (iż-żgħażagħ) u l-Kapitolu IV (l-isport). L-għanijiet operattivi u l-prijoritajiet tal-politika korrispondenti għal kull azzjoni għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Valur miżjud Ewropew

 

1.  Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jipprovdu valur miżjud Ewropew potenzjali u li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

 

2.  Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat, pereżempju, permezz:

 

(a)  tal-karattru transnazzjonali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni li għandhom l-għan li jiksbu impatt sistemiku sostenibbli;

 

(b)  tal-komplementarjetà u tas-sinerġiji tagħhom ma' programmi u politiki oħra fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali;

 

(c)  tal-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni;

 

(d)  tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards tal-assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni, inklużi karti;

 

(e)  tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards komuni madwar l-Unjoni fi programmi ta' edukazzjoni u taħriġ;

 

(f)  tat-trawwim tagħhom ta' djalogu interkulturali u interreliġjuż fl-Unjoni kollha;

 

(g)  tat-trawwim tagħhom tal-multilingwiżmu fl-Unjoni kollha; or

 

(h)  tal-promozzjoni tagħhom ta' sens ta' appartenenza fl-Ewropa u tat-tisħiħ ta' ċittadinanza Ewropea komuni.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-mobbiltà ta' studenti u persunal tal-iskola;

(c)  il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-iskejjel, inklużi l-għalliema tal-livell preskolastiku u l-persunal tal-edukazzjoni u l-indokrar bikrin;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-mobilità tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti;

(d)  il-mobbiltà tal-istudenti adulti u tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Programm għandu jappoġġa miżuri ta' tagħlim virtwali u ta' tagħlim imħallat biex jakkumpanjaw l-attivitajiet ta' mobbiltà stabbiliti fil-paragrafu 1. Għandu wkoll jappoġġa miżuri ta' dan it-tip għal persuni li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà bħal dawn.

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn xieraq, li l-għodod tat-tagħlim virtwali u tat-tagħlim imħallat żviluppat fl-ambitu tal-Programm isiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-appoġġ jista' jingħata għat-tħejjija tal-attivitajiet ta' mobbiltà stabbiliti f'dan l-Artikolu, inkluż, kif meħtieġ, għal żjarat ta' tħejjija.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  sħubiji għall-kooperazzjoni u skambji ta' prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta' aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;

(a)  sħubijiet strateġiċi għall-kooperazzjoni u skambji ta' prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta' aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sħubiji għall-eċċellenza, b'mod partikolari universitajiet Ewropej, Ċentri ta eċċellenza vokazzjonali u lawrji konġunti ta' master;

(b)  sħubiji għall-eċċellenza, b'mod partikolari universitajiet Ewropej, ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u masters u dottorati konġunti tal-Erasmus Mundus; L-universitajiet u ċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali Ewropej għandhom jinvolvu mill-inqas entità waħda stabbilita fi Stat Membru;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sħubiji għall-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa;

(c)  sħubiji għall-innovazzjoni, bħal alleanzi tal-edukazzjoni għall-adulti, għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  pjattaformi u għodod online sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni virtwali, inkluż is-servizzi ta' appoġġ għal eTwinning u għall-pjattaforma elettronika għat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa.

(d)  pjattaformi u għodod online li jkunu aċċessibli u faċli għall-utent sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni virtwali, inkluż is-servizzi ta' appoġġ għal eTwinning u għall-pjattaforma elettronika għat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa, għodod biex jiġu promossi l-metodi ta' Tagħlim b'Disinn Universali, kif ukoll għodod għall-iffaċilitar tal-mobbiltà, bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti msemmija fl-Artikolu 25(7c).

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  bini ta' kapaċità mmirat fil-qasam tal-edukazzjoni għolja fil-pajjiżi tersi mhux assoċjati mal-Programm.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-appoġġ għal għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent ta' kompetenzi, ħiliet u kwalifiki45;

(b)  l-appoġġ għal għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent u l-aġġornament ta' kompetenzi, ħiliet u kwalifiki45;

__________________

__________________

45 B'mod partikolari il-qafas uniku tal-Unjoni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi; il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; il-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali ; is-Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti; ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Garanzija ta' Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; in-Netwerk Ewropew ta' Ċentri tal-Informazzjoni fir-Reġjun Ewropew u ċ-Ċentri Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Akkademiku fl-Unjoni Ewropea; u n-netwerks ta' Euroguidance.

45 B'mod partikolari l-Europass - il-qafas uniku tal-Unjoni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi; il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; il-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali ; is-Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti; ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Garanzija ta' Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; in-Netwerk Ewropew ta' Ċentri tal-Informazzjoni fir-Reġjun Ewropew u ċ-Ċentri Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Akkademiku fl-Unjoni Ewropea; u n-netwerks ta' Euroguidance.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(c)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u appoġġ għalihom, inklużi netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-Programm;

(d)  miżuri mmirati li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' kwalità għolja u inklużiva tal-Programm;

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu jappoġġa tagħlim, apprendiment, riċerka u dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

Il-Programm għandu jappoġġa tagħlim, apprendiment, riċerka u dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea u dwar l-isfidi u l-oportunitajiet futuri tal-Unjoni permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja;

imħassar

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  azzjoni Jean Monnet f'oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(b)  azzjoni Jean Monnet fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  sħubiji għall-kooperazzjoni u skambji ta' prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta' aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;

(a)  sħubiji strateġiċi għall-kooperazzjoni u skambji ta' prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta' aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  pjattaformi u għodod online għall-kooperazzjoni virtwali.

(c)  pjattaformi u għodod online aċċessibbli u faċli għall-utent għall-kooperazzjoni virtwali.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' politika tal-Unjoni dwar iż-żgħażagħ, bl-appoġġ tan-netwerk Wiki taż-Żgħażagħ;

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' politika tal-Unjoni dwar iż-żgħażagħ, bl-appoġġ, kif rilevanti, tan-netwerk Youth Wiki;

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati rilevnati, inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej;

(c)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, u appoġġ għalihom, inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej;

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-Programm;

(d)  miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' kwalità għolja u inklużiva tal-Programm;

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa, taħt l-azzjoni ewlenija 1, il-mobbiltà tal-kowċis u tal-persunal sportiv.

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa, taħt l-azzjoni ewlenija 1, il-mobbiltà taż-żgħażagħ li jeżerċitaw l-isport tal-massa, u l-persunal sportiv involut fih.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  avvenimenti sportivi mingħajr qligħ li jimmiraw lejn żvilupp ulterjuri tad-dimensjoni Ewropea tal-isport.

(b)  avvenimenti tal-isports tal-massa mingħajr qligħ, inklużi avvenimenti fuq skala żgħira, li jimmiraw lejn żvilupp ulterjuri tad-dimensjoni Ewropea tal-isport.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-isport;

(b)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali fil-qasam tal-isport;

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' kwalità għolja u inklużiva tal-Programm;

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni;

Emenda    117

Proposta għal regolament

Kapitolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu IVa

 

Inklużjoni

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Strateġija ta' inklużjoni

 

1.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2021, tiżviluppa qafas ta' miżuri ta' inklużjoni, kif ukoll gwida għall-implimentazzjoni tagħhom. Abbażi ta' dak il-qafas u filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-problemi speċifiċi ta' aċċess għall-programm fil-kuntest nazzjonali, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżviluppaw strateġija ta' inklużjoni nazzjonali multiannwali. Dik l-istrateġija għandha ssir pubblika sal-30 ta' Ġunju 2021 u l-implimentazzjoni tagħha għandha tiġi ssorveljata fuq bażi regolari.

 

2.  Il-qafas u l-istrateġija msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-elementi li ġejjin:

 

(a)  kooperazzjoni mas-sħab soċjali, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali u s-soċjetà ċivili;

 

(b)  l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet fil-livell lokali, ibbażati fil-komunità li jaħdmu direttament mal-gruppi fil-mira.

 

(c)  intervent fil-post u komunikazzjoni mal-gruppi fil-mira, inkluż permezz tat-tixrid ta' informazzjoni faċli għall-utent;

 

(d)  is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni;

 

(e)  il-forniment ta' servizzi speċifiċi ta' konsulenza, taħriġ u appoġġ lill-gruppi fil-mira, kemm qabel l-applikazzjonijiet tagħhom kif ukoll biex jiġu preparati għall-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm;

 

(f)  l-aħjar prattiki fl-aċċessibbiltà u s-servizzi ta' appoġġ għall-persuni b'diżabbiltà;

 

(g)  il-ġbir ta' data kwalitattiva u kwantitattiva xierqa biex tiġi evalwata l-effettività tal-istrateġija;

 

(h)  l-applikazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ finanzjarju skont l-Artikolu 13b.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13b

 

Miżuri ta' appoġġ finanzjarju għall-inklużjoni

 

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ta' appoġġ finanzjarju adegwati, inkluż il-prefinanzjament, fejn rilevanti, biex jappoġġaw persuni b'inqas opportunitajiet li għalihom il-parteċipazzjoni fil-Programm hija mxekkla minħabba raġunijiet finanzjarji, jew minħabba li jinsabu f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ ekonomiku jew minħabba li l-ispejjeż addizzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Programm, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom, jirrappreżentaw ostaklu sinifikanti. Il-valutazzjoni tar-raġunijiet finanzjarji u tal-livell ta' appoġġ għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi.

 

2.  Il-miżuri ta ' appoġġ finanzjarju msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

 

(a)  appoġġ disponibbli minn strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew+;

 

(b)  appoġġ disponibbli fil-qafas ta' skemi nazzjonali;

 

(c)  aġġustament u żieda fl-appoġġ għal azzjonijiet ta' mobbiltà disponibbli fil-qafas tal-Programm.

 

3.  Sabiex tikkonforma mal-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, taġġusta jew tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali biex jaġġustaw l-għotjiet biex jappoġġaw azzjonijiet ta' mobbiltà fil-qafas ta' dan il-Programm. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14, baġit speċifiku biex jiffinanzja miżuri ta' appoġġ finanzjarju addizzjonali fil-qafas ta' dan il-Programm.

 

4.  L-ispejjeż tal-miżuri biex tiġi ffaċilitata jew appoġġata l-inklużjoni, fl-ebda ċirkostanza, ma għandhom jiġġustifikaw ir-rifjut ta' applikazzjoni fil-qafas ta dan il-Programm.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 30 000 000 000 fi prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 41 097 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 (EUR 46 758 000 000 fi prezzijiet attwali).

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 24 940 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnhom:

(a)  83 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnu:

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  mill-inqas EUR 8 640 000 000 jenħtieġ li jiġu allokati għal azzjonijiet ta' edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(1)  mill-inqas 34,66 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet ta' edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  mill-inqas EUR 5 230 000 000 għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(2)  mill-inqas 23 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  mill-inqas EUR 3 790 000 000 għal azzjonijiet ta' edukazzjoni skolastika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(3)  mill-inqas 15,63 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet ta' edukazzjoni skolastika, inkluża l-edukazzjoni ta' qabel il-primarja u dik bikrija, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  mill-inqas EUR 1 190 000 000 għal azzjonijiet edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(4)  mill-inqas 6 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  EUR 450 000 000 għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7;

(5)  1,8 % għandhom ikunu allokati għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7;

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 2 - punt a - punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  13.91 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet li huma primarjament ġestiti direttament, inklużi dawk stipulati fil-punt (e) tal-Artikolu 4, il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 5, u l-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 6;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 2 - punt a - punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  il-5 % li jifdal jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw kwalunkwe azzjoni fi ħdan il-Kapitolu II;

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR 3 100 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10;

(b)  10,3 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10;

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  EUR 550 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; u

(c)  2 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; and

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  mill-inqas EUR 960 000 000 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali.

(d)  mill-inqas 3,2 % tal-ammont immsemmi fil-paragrafu 1 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-1,5 % li jifdal li ma jiġux allokati fil-qafas tad-distribuzzjoni indikattiva stabbilita fl-ewwel subparagrafu jistgħu jintużaw għall-appoġġ tal-programm.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, għandha ssir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali permezz tar-Regolament .../... [Strument tal-Viċinat, tal-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Internazzjonali]46 u permezz tar-Regolament .../... [IPA III]47, sabiex tappoġġa azzjonijiet implimentati u ġestiti b'konformità ma' dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata b'konformità mar-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti.

3.  Minbarra l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, ir-Regolament .../... [Strument tal-Viċinat, tal-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Internazzjonali]46 u r-Regolament .../... [IPA III]47 għandhom jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji sabiex jiġu appoġġati azzjonijiet stabbiliti y implimentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-użu ta' dawk il-fondi, filwaqt li tiġi żgurata konformità mar-Regolamenti li jirregolaw rispettivament l-NDICI u l-IPA III.

__________________

__________________

46 [Referenza].

46 [Referenza].

47 [Referenza].

47 [Referenza].

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva kif ukoll il-konsulenza u t-taħriġ fil-qasam tal-aċċessibbiltà.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-prijoritajiet għall-allokazzjoni baġitarja skont l-azzjoni previsti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ddeterminati fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 sa 6, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 8 sa 10, 12 u 13, il-Programm jista' jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

Fir-rigward tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 sa 6, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 8 sa 13, il-Programm jista' jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali minn kwalunkwe pajjiż terz f'każijiet debitament iġġustifikati fl-interess tal-Unjoni.

(a)  il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16 li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu;

 

(b)  kwalunkwe pajjiż terz ieħor.

 

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jimplimentaw il-Programm, inter alia fir-rigward tal-għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta' għotjiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u li tittejjeb is-sensibilizzazzjoni għal persuni b'anqas opportunitajiet.

imħassar

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħal għotjiet, sommom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, għandhom jiġu riveduti u aġġustati regolarment għall-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż jew tar-reġjun ospitanti, fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. L-aġġustament tal-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza għandu jqis kif xieraq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-pajjiż jew reġjun ospitanti.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex ittejjeb l-aċċess għall-persuni b'inqas opportunitajiet u tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm, il-Kummissjoni tista' taġġusta jew tista' tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 biex jaġġustaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi, l-għotjiet sabiex jappoġġaw azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm.

imħassar

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Addizzjonalment, il-programm ta' ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta' fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31.

Il-politiki u l-prijoritajiet sekondarji, inklużi dettalji tal-inizjattivi speċifiċi deskritti fl-Artikoli 4 sa 13, għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' programm ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi wkoll kif għandu jiġi implimentat il-Programm. Barra minn hekk, il-programm ta' ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta' fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-programm ta' ħidma.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni

Evalwazzjonijiet, rieżami ta' nofs it-terminu u reviżjoni.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.  Kwalunkwe evalwazzjoni għandha titwettaq f'waqtha sabiex tikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tkun akkumpanjata wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur.

2.  Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandu jitwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024. Din għandha tkun akkumpanjata wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur, li se tikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu. Ir-rieżami ta' nofs it-terminu, minbarra li jivvaluta l-effikaċja u l-prestazzjoni ġenerali tal-Programm, għandu jevalwa, b'mod partikolari, ir-riżultati mal-miżuri ta' inklużjoni stipulati fil-Kapitolu IVa, l-isforzi mwettqa biex jiġi ssimplifikat il-Programm għall-benefiċjarji u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ġodda msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 u fil-punt (c) tal-Artikolu 8. Waqt dan ir-rieżami, għandu jiġi eżaminat it-tqassim tal-parteċipazzjoni tal-Programm, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuni b'inqas opportunitajiet.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April 2024, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.

3.  Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April 2024, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom. Is-SEAE għandu jippreżenta rapport simili dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp parteċipanti.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fejn ikun meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi xierqa biex temenda dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u l-korp kompetenti tal-Kunsill biex tirrapporta dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu, inkluż fir-rigward tad-deċiżjoni tagħha dwar jekk dan ir-Regolament għandux jiġi emendat.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.  Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti kwalunkwe evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' nofs it-terminu, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati ta' attivitajiet appoġġati skont l-azzjonijiet li jġestixxu fil-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha ta' disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar il-Programm, inkluż informazzjoni dwar azzjonijiet u attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tiegħu, u għandhom jinfurmaw lill-gruppi fil-mira rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa fil-pajjiż tagħhom.

1.  F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fuq il-bażi ta' qafas fil-livell tal-Unjoni, l-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati ta' attivitajiet appoġġati fil-qafas tal-azzjonijiet li jiġġestixxu fil-Programm u għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha ta' disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar il-Programm, inkluż informazzjoni dwar azzjonijiet u attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u r-riżultati tiegħu. L-aġenziji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-gruppi fil-mira rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa fil-pajjiż tagħhom, bil-għan li jtejbu l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u li jappoġġaw approċċ transsettorjali fl-implimentazzjoni tal-Programm. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni u fit-tixrid tal-informazzjoni, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali għandhom, f'konformità mal-Kapitolu IVa, jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni b'inqas opportunitajiet bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Id-dokumenti kollha essenzjali tal-Programm għall-benefiċjarji, inklużi l-formoli tal-applikazzjoni, l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni essenzjali, għandhom ikunu disponibbli mill-inqas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

4.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom b'mod aċċessibbli.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-aġenziji nazzjonali għandhom jagħtu wkoll informazzjoni dwar il-Programm lis-servizzi ta' gwida tal-karrieri fl-istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ, u lis-servizzi tal-impjiegi.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament kif suppost tal-Programm, inkluż, fejn possibbli, miżuri maħsuba biex jirriżolvu kwistjonijiet li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament kif suppost tal-Programm, inkluż, fejn possibbli, miżuri maħsuba biex jevitaw it-tassazzjoni fuq l-għotjiet, jiżguraw il-portabbiltà tad-drittijiet bejn is-sistemi soċjali tal-Unjoni, u jirriżolvu kwistjonijiet li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi jew permessi ta' residenza.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-opinjoni tal-verifika indipendenti dwarha u l-analiżi tal-Kummissjoni tal-konformità u l-prestazzjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kull sena, informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha ta' monitoraġġ u superviżjoni fir-rigward tal-Programm.

9.  Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-opinjoni tal-verifika indipendenti dwarha u l-analiżi tal-Kummissjoni tal-konformità u l-prestazzjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kull sena, informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha ta' monitoraġġ u superviżjoni fir-rigward tal-Programm. Fejn possibbli, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ikollha l-għarfien espert meħtieġ biex tkopri s-setturi kollha tal-Programm;

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-implimentazzjoni tar-Regolament ikunu konsistenti u sempliċi u li l-informazzjoni tkun ta' kwalità għolja, inkluż bl-iżvilupp ta' standards komuni għall-applikazzjonijiet u l-evalwazzjoni ta' proġetti. L-aġenziji nazzjonali għandhom jikkonsultaw regolarment lill-benefiċjarji tal-Programm biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-rekwiżit.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn rilevanti, fondi addizzjonali għal miżuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 6 u l-punt (d) tal-Artikolu 10.

(c)  fejn rilevanti, fondi addizzjonali għal miżuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 6, il-punt (d) tal-Artikolu 10 u l-punt (ba) tal-Artikolu 13.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ġestiti minnha direttament. Din għandha għalhekk tiġġestixxi l-istadji kollha tal-għotjiet u tal-applikazzjonijiet tal-proġetti għall-azzjonijiet tal-Programm elenkati fil-Kapitoli II, III u IV meta dawn jiġu sottomessi minn netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Għandhom jiġu organizzati laqgħat regolari man-netwerk tal-aġenziji nazzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti tal-Programm fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-Artikolu 17.

7.  Għandhom jiġu organizzati laqgħat regolari man-netwerk tal-aġenziji nazzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-Programm fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-Artikolu 17 u jiġi żgurat l-iskambju tal-aħjar prattika. L-esperti esterni, inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tas-sħab soċjali u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, għandhom jiġu mistiedna biex jieħdu sehem f'tali laqgħat. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi mistieden bħala osservatur għal tali laqgħat.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Sabiex jiġi ssimplifikat u armonizzat il-proċess tal-applikazzjoni, sat-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda komuni, multilingwi, u li tikkostitwixxi punt uniku ta' kuntatt għall-Programm. Dik l-għodda għandha ssir disponibbli, kemm online kif ukoll fuq apparat mobbli, għal kwalunkwe entità li jew tibbenefika mill-Programm jew tkun involuta fil-ġestjoni tal-Programm. L-għodda għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dwar sħab possibbli għal benefiċjarji prospettivi.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tal-proġetti jsiru disponibbli għall-pubbliku u jiġu mxerrda b'mod wiesgħa sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-aġenziji nazzjonali, il-partijiet ikkonċernati u l-benefiċjarji tal-Programm.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7c.  Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa Kard Ewropea tal-Istudenti għall-istudenti kollha li jieħdu sehem fil-Programm. Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-Kard Ewropea tal-Istudenti disponibbli għall-istudenti kollha fl-Unjoni.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta' superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Programm ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u l-korp indipendenti tal-awditjar.

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta' superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Programm ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u l-korp indipendenti tal-awditjar, billi tqis is-sistemi ta' kontroll interni tal-finanzi pubbliċi nazzjonali.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet.

2.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jisboq l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm li ġew ivvalutati f'sejħa għall-proposti skont il-Programm u li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta' dik is-sejħa għall-proposti, iżda li mhumiex iffinanzjati minħabba restrizzjonijiet baġitarji, jistgħu jintgħażlu għall-finanzjament mill-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE). F'dan il-każ għandhom japplikaw ir-rati ta' kofinanzjament u r-regoli ta' eliġibbiltà bbażati fuq dan ir-Regolament. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awtorità ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE)XX [CPR] b'konformità mar-regoli stabbiliti f'dak ir-Regolament u jiffinanzjaw regolamenti speċifiċi, inkluż regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji.

4.  L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm, li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

 

- dawn ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti skont il-Programm;

 

- dawn ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta' kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti;

 

- dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji;

 

jista' jingħatalhom Siġill ta' Eċċellenza fid-dawl tal-kwalità għolja tagħhom, biex b'hekk tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament minn sorsi oħra u/jew ikun hemm il-possibbiltà li dawn jintgħażlu għall-finanzjament mill-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE), mingħajr proċess ta' applikazzjoni ġdid. F'dan il-każ għandhom japplikaw ir-rati ta' kofinanzjament u r-regoli ta' eliġibbiltà bbażati fuq dan ir-Regolament. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awtorità ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE)XX [CPR] b'konformità mar-regoli stabbiliti f'dak ir-Regolament u jiffinanzjaw regolamenti speċifiċi, inkluż regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 20 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 19 u 20 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 19 u 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

imħassar

Proċedura ta' kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Il-kumitat jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta kwistjonijiet settorjali. Fejn ikun xieraq, u b'konformità mar-regoli ta' proċedura tiegħu u fuq bażi ad hoc, esperti esterni, inklużi rappreżentanti tas-sħab soċjali, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi.

 

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda    169

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

imħassar

Indikaturi

 

(1)  Mobbiltà għat-tagħlim ta' kwalità għolja għal persuni minn diversi oqsma

 

(2)  L-Ewropizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni ta' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet

 

X'għandu jitkejjel?

 

(3)  L-għadd ta' persuni li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' mobbiltà skont il-Programm

 

(4)  L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim skont il-Programm

 

(5)  Is-sehem ta' parteċipanti li jikkunsidraw li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim skont il-Programm

 

(6)  L-għadd ta' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet appoġġati mill-Programm skont l-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim) u l-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni)

 

(7)  L-għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda appoġġati mill-Programm skont l-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim) u l-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni)

 

(8)  Is-sehem ta' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet appoġġati mill-Programm li żviluppaw prattiki ta' kwalità għolja b'riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm

 

Emenda    170

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness Ia

 

L-indikaturi kwantitattivi kollha għandhom ikunu mqassma tal-inqas skont l-Istat Membru u l-ġeneru.

 

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 1 - Mobbiltà għat-tagħlim

 

Indikaturi:

 

L-għadd ta' persuni li qed jieħdu sehem fl-azzjonijiet u fl-attivitajiet ta' mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' individwi li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' individwi li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jieħdu sehem fl-azzjonijiet u fl-attivitajiet ta' mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

 

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Azzjoni Ewlenija 1;

 

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li għandhom sens Ewropew ta' appartenenza akbar wara li ħadu sehem fil-Programm;

 

Il-kwota ta' parteċipanti jqisu li tejbu l-profiċjenza tagħhom f'lingwa barranija wara li ħadu sehem fil-Programm;

 

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 2 - Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

 

Indikaturi:

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet appoġġati mill-Programm skont l-Azzjoni Ewlenija 2

 

Il-kwota ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Azzjoni Ewlenija 2;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jagħmlu użu mill-għodod u mill-pjattaformi tal-Unjoni għall-kooperazzjoni;

 

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 3 - Appoġġ għall-iżvilupp u għall-kooperazzjoni tal-politika

 

Indikaturi:

 

L-għadd ta' individwi jew organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jibbenefikaw mill-azzjonijiet skont l-Azzjoni Ewlenija 3

 

L-għan li għandu jitkejjel: Inklużjoni

 

Indikaturi:

 

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet u l-attivitajiet ta' mobbiltà;

 

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda appoġġati mill-Programm fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 1 u l-Azzjoni Ewlenija 2;

 

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm;

 

L-għan li għandu jitkejjel: Simplifikazzjoni

 

Indikaturi:

 

L-għadd ta' sħubiji fuq skala żgħira appoġġati fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 2

 

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li l-proċeduri tal-applikazzjoni, tal-parteċipazzjoni u tal-evalwazzjoni huma proporzjonati u sempliċi;

 

Il-medja ta' żmien meħud għat-tlestija ta' kull applikazzjoni skont l-azzjoni meta mqabbel mal-programm preċedenti;

  • [1]  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 194.
  • [2]  Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari għandha tinftiehem bħala pakkett. Jekk il-pakkett finanzjarju għall-Programm 2021-2027 ikun anqas mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 tal-pożizzjoni tal-Parlament, il-Parlament Ewropew jirriżerva d-dritt li jerġa' jeżamina l-appoġġ tiegħu għal kwalunkwe azzjoni fil-Programm biex jiżgura li l-attivitajiet ewlenin tal-Programm u l-appoġġ imsaħħaħ tiegħu għall-miżuri ta' inklużjoni jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effettiv.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jagħmilha ċara li l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi ġodda li jinsabu fil-pożizzjoni tiegħu – b'mod partikolari l-Universitajiet Ewropej, iċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u DiscoverEU – jiddependi fuq (a) l-evalwazzjoni tal-fażijiet pilota li għaddejjin bħalissa u (b) id-definizzjoni ulterjuri ta' kull inizjattiva. Fin-nuqqas ta' dan ta' hawn fuq, il-Parlament Ewropew se juża l-prerogattivi tiegħu fl-ambitu tal-proċedura baġitarja annwali biex ipoġġi l-fondi rilevanti fir-riżerva sa meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati.

NOTA SPJEGATTIVA

Fit-30 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea ressqet il-proposta tagħha għall-Programm Erasmus(+) il-ġdid, wara l-proposta tagħha tat-2 ta' Mejju 2018 għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid li jkopri l-perjodu 2021-2027. Fil-proposta tal-QFP il-ġdid, il-Kummissjoni allokat riżorsi addizzjonali konsiderevoli għall-Programm Erasmus(+) il-ġdid (żieda ta' 93 % f'termini reali meta mqabbel mal-QFP attwali) bħala parti mill-approċċ tagħha biex tinvesti fin-nies u biex tappoġġa programmi li jirnexxu.

Il-valutazzjoni tar-Rapporteur dwar il-proposta tal-Kummissjoni u approċċ għall-abbozz ta' rapport

Ir-Rapporteur jilqa' b'mod inekwivoku l-proposta tal-Kummissjoni, notevolment iż-żamma ta' arkitettura ta' programm li ġiet inkorporata b'suċċess u ħadmet sew fil-programm attwali. Meta l-programmi jirnexxu, il-bidliet għandhom ikunu ffukati fejn huma verament meħtieġa (evoluzzjoni mhux revoluzzjoni) u l-proposta tal-Kummissjoni tagħmel dan. Apparti li żżomm struttura effettiva tal-programm, il-Kummissjoni tinkludi wkoll uħud mil-lezzjonijiet ewlenin mill-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u anki mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-2 ta' Frar 2017 li għaliha r-Rapporteur kellu l-unur li jabbozza r-rapport. F'dan ir-rigward, għandha tiġi milqugħa enfasi akbar fuq l-inklużjoni u s-simplifikazzjoni, tal-anqas fil-messaġġi ewlenin mill-Kummissjoni. Dan jgħodd ukoll għad-deċiżjoni li titneħħa l-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti. Filwaqt li l-idea ma kinitx ħażina, huwa vitali li wieħed jagħraf meta l-ideat tajbin ma jkunux ħadmu fil-prattika, u li tittieħed azzjoni abbażi ta' dan.

Bidliet oħra huma pożittivi wkoll: l-applikazzjoni tal-istruttura ta' azzjonijiet ewlenin għall-isport, l-ispinta lill-opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti tal-iskejjel taħt l-Azzjoni Ewlenija 1 u l-introduzzjoni ta' azzjonijiet Jean Monnet li jkopru l-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jilqa' wkoll l-inizjattivi ewlenin ġodda inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni. Il-fondi tal-Erasmus għandhom jintużaw biex jgħinu biex jitrawwem netwerk immexxi mill-eċċellenza tal-Universitajiet Ewropej biex jgħinna nikkompetu mal-aqwa tad-dinja, u għandu jsir aktar biex titrawwem kooperazzjoni mmexxija mill-eċċellenza bejn dawk li joffru t-taħriġ vokazzjonali. L-inizjattiva DiscoverEU, dment li tkun orjentata lejn it-tagħlim, toffri liż-żgħażagħ opportunità biex jiskopru l-Unjoni Ewropea fid-diversità kulturali u lingwistika kollha tagħha u, permezz ta' attività edukattiva mhux formali jew informali, biex jiżviluppaw ħiliet personali importanti bħall-komunikazzjoni, it-teamwork, il-kreattività u s-soluzzjoni tal-problemi.

L-emendi ewlenin fir-rapport għandhom jinftiehmu f'dan il-kuntest ġenerali ta' appoġġ għall-approċċ tal-Kummissjoni. Madankollu, ir-Rapporteur jemmen li l-bidliet li ġejjin huma importanti ħafna biex ikun żgurat li l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-Programm Erasmus (+) twassal opportunitajiet ta' kwalità għall-akbar għadd ta' nies possibbli.

Baġit

Filwaqt li b'mod ġenerali rnexxa, il-Programm Erasmus(+) attwali kellu rati ta' suċċess persistentement baxxi tal-proġetti, li fl-aħħar mill-aħħar jissograw li jiffrustraw lil-applikanti u jdgħajfu l-valur tal-programm. Huwa imperattiv li jittejbu r-rati ta' suċċess fil-programm li jmiss. F'dan ir-rigward, fid-dawl tal-ambizzjoni li jittrippla l-għadd ta' parteċipanti, li tissaħħaħ l-inklużjoni fost gruppi aktar diffiċli li jintlaħqu u li jiġu inklużi tliet inizjattivi ġodda ta' profil għoli, mhijiex realistika l-affermazzjoni li żieda ta' 93 % f'termini reali hi biżżejjed jekk irridu nżidu u ntejbu l-Programm. Il-Parlament Ewropew talab b'mod konsistenti l-ittripplar f'termini reali tal-fondi għall-Erasmus (+) u anki dan ma jilħaqx dak li wħud, inklużi l-President tal-Kummissjoni u xi Stati Membri, talbu preċedentement. Għaldaqstant, ir-Rapporteur introduċa emenda għat-tripplar tal-baġit fi prezzijiet tal-2018. Għalissa, l-allokazzjonijiet baġitarji l-oħra kollha huma espressi f'perċentwali għall-faċilità tan-negozjar, b'xi aġġustamenti biex jirriflettu l-estensjoni tal-ambitu tal-mobbiltà għall-edukazzjoni tal-adulti (studenti kif ukoll persunal), skejjel (għalliema preskolastiċi u persunal bikri tal-edukazzjoni huma inklużi) u l-isport (iż-żgħażagħ li regolarment jipprattikaw sport organizzat huma inklużi) u biex jirriflettu fokus akbar fuq l-ETV.

Inklużjoni

Il-komunikazzjoni tal-proposta l-ġdida ta' Erasmus (+) tagħmilha ċara li l-programm il-ġdid se jpoġġi enfasi partikolari fuq it-tkabbir tal-aċċess u t-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali. Madankollu, it-test legali għadu mhux ambizzjuż. L-ewwel nett, it-test sempliċiment jitlob lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jtejbu l-isforzi u jipprevedi l-possibiltà ta' aġġustament tal-għotjiet. Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur jagħti ħafna aktar prominenza lill-miżuri ta' inklużjoni billi joħloq kapitlu għalih fi ħdan it-test legali dwar l-inklużjoni u jeżiġi li l-Istati Membri jiżviluppaw strateġija ta' inklużjoni bbażata fuq sensiela ta' parametri possibbli fi ħdan il-qafas stabbilit mill-Kummissjoni. Huwa jesiġi wkoll b'mod espliċitu li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-persuni b'inqas opportunitajiet li l-aċċess tagħhom għall-Programm huwa mxekkel minħabba l-iżvantaġġ ekonomiku tagħhom jew minħabba li l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni huma għoljin b'mod projbittiv minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom.

Finalment, l-abbozz ta' Regolament jippermetti lin-nies jipparteċipaw fil-"mobbiltà virtwali tat-tagħlim". Ir-Rapporteur jagħmilha ċara li l-mobbiltà hija fiżika b'mod inerenti, iżda li t-tagħlim virtwali jista' jikkomplementa, iżda qatt ma jissostitwixxi, il-mobbiltà fiżika. Huwa biss f'każijiet fejn in-nies ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor li jkun jista' jidħol it-tagħlim virtwali bħala sostitut.

Ir-Rapporteur ifittex li jagħti aktar prominenza lill-inklużjoni, li jsaħħaħ il-miżuri maħsuba biex jippromwovuha u li jagħmilha aktar faċli li jiġi mkejjel jekk il-Programm ikunx irnexxa. Fil-fehma tar-Rapporteur, huwa imperattiv li fi tmiem iċ-ċiklu tal-programm inkunu nistgħu nkejlu b'mod preċiż jekk għamilniex l-Erasmus(+) aktar inklużiv billi tajna lin-nies minn sfondi żvantaġġati aktar opportunitajiet biex jipparteċipaw fi skambji ta' mobbiltà ġenwini. Jekk l-Unjoni ma tkunx tista' tiddikjara li għandha 12-il miljun parteċipant sa tmiem l-2027, iżda tista' tgħid onestament li l-Programm huwa aktar inklużiv u offra opportunitajiet ta' kwalità għolja lil aktar nies, allura tista' tkun kburija, u bir-raġun. Il-Programm għandu jkun aktar iffukat fuq il-kwalità milli fuq il-kwantità.

Skrutinju Parlamentari

Ir-Rapporteur jilqa' l-argument tal-Kummissjoni li l-Programm jeħtieġ ċerta flessibbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu ta' seba' snin. Ir-realtajiet u l-prijoritajiet jinbidlu, u jkun ħażin li ngħabbu l-Programm bil-perċezzjoni tagħna tal-2018 ta' kif l-affarijiet ser jevolvu jew għandhom jevolvu. Madankollu, il-flessibbiltà tal-Programm ma tistax tkun ekwivalenti għal carte blanche għall-Kummissjoni. Ir-Regolament kumpatt għandu bla dubju l-benefiċċji tiegħu, iżda b'mod inevitabbli jirrikjedi għażliet ta' politika konsiderevoli permezz tal-programmi ta' ħidma. Inizjattivi ġodda, bħal DiscoverEU jew l-Universitajiet Ewropej, huma ideat tajba, iżda bilkemm huma definiti u jeħtieġ li jitlaħħmu aktar matul il-kors tal-Programm, abbażi tal-esperjenzi tal-fażijiet piloti tagħhom. Il-prijoritajiet tal-politika u l-allokazzjonijiet baġitarji korrispondenti jitħallew għall-programmi ta' ħidma. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, huwa essenzjali li dawn il-programmi ta' ħidma jiġu adottati permezz ta' atti delegati, pjutost milli permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Approċċ ta' dan it-tip huwa mfassal biex iżomm il-flessibbiltà massima tal-programm u jiżgura li l-Parlament jista' jeżerċita d-dritt tiegħu ta' skrutinju u jżomm lill-eżekuttiv responsabbli. L-unika alternattiva vijabbli għal dan l-approċċ simplifikat hu li jiddaħħal ħafna aktar dettall fir-Regolament innifsu, u dan imur kontra l-għan li tiġi żgurata l-flessibbiltà.

Simplifikazzjoni

Bħall-inklużjoni, il-kunċett ta' simplifikazzjoni deher b'mod prominenti fil-komunikazzjoni relatata mal-programm il-ġdid. Madankollu, il-miżuri speċifiċi fi ħdan ir-Regolament huma ftit. Ir-Rapporteur jilqa' l-promozzjoni ta' sħubiji fuq skala żgħira, iżda ir-rapport jintroduċi għadd ta' emendi biex jittejbu l-proċessi ta' applikazzjoni u ta' ġestjoni u biex tkun faċilitata l-mobbiltà. Isaħħaħ ukoll id-dispożizzjonijiet maħsuba biex itejbu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-aġenziji nazzjonali u biex irawmu standards komuni għall-applikazzjonijiet u għall-evalwazzjoni. Finalment, jintroduċi indikaturi li jkejlu s-simplifikazzjoni.

Aspetti ta' kontinwità

Kif dettaljat hawn fuq, ir-Rapporteur jaqbel mal-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-kontinwità. Għaldaqstant jintroduċi mill-ġdid żewġ elementi ewlenin mill-programm attwali:

a)  L-isem. Fil-fehma tar-Rapporteur, l-isem Erasmus+ issa huwa magħruf sew u jirrifletti l-fatt li l-Programm mhux biss jirrelata mas-settur tal-edukazzjoni ogħla, iżda jkopri wkoll sensiela ta' programmi preċedenti oħrajn. Għalhekk l-isem attwali għandu jinżamm.

b)  Il-valur miżjud Ewropew. Huwa importanti li nispeċifikaw li l-programm futur għandu jkompli jappoġġa proġetti li joffru valur miżjud Ewropew potenzjali. Apparti l-miżuri dwar il-valur miżjud Ewropew inklużi fil-programm attwali, ir-Rapporteur jislet ispirazzjoni anie mir-rapport riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar dak il-programm.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (17.12.2018)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013
(COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ignazio Corrao

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit il-programm tal-Unjoni "Erasmus" għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, li jħassar dak li qabel kien il-programm Erasmus+ tal-perjodu 2014-2020, jinkludi dimensjoni internazzjonali bħala "element fundamentali u trasversali li huwa rilevanti għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni kif ukoll l-attivitajiet ta' djalogu ta' politika".

Il-finanzjament għad-dimensjoni internazzjonali se jiġi derivat mill-istrumenti ta' finanzjament estern f'konformità mar-Regolamenti tagħhom. Il-livell ta' finanzjament se jiġi deċiż fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni ladarba dawn l-istrumenti jkunu fis-seħħ. Il-finanzjament kollu jrid ikun konsistenti mal-objettivi tal-istrumenti. L-għan tal-proposta huwa, għad-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, "li jiġu żgurati sinerġiji mal-istrumenti esterni tal-Unjoni sabiex jiġu segwiti l-azzjonijiet esterni tagħha biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-bniedem u istituzzjonali f'pajjiżi terzi, inkluż f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u sabiex ikun hemm involviment maż-żgħażagħ tagħhom, bħala element essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet aktar reżiljenti u titjieb il-fiduċja bejn il-kulturi".

Filwaqt li l-objettiv ġenerali ta' din il-proposta huwa appoġġat, ir-rapporteur huwa mħasseb bir-referenzi limitati għad-dimensjoni internazzjonali u għalhekk għar-rabta mal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-politika esterna, u b'mod partikolari tal-iżvilupp, u mal-ħtiġijiet u l-istrateġiji tal-pajjiżi sħab.

L-emendi proposti mir-rapporteur isegwu l-objettivi li ġejjin:

- jiġi enfasizzat il-fatt li l-Programm propost irid ikun koerenti mal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-objettivi tal-politika esterna,

- jiġi żgurat il-kontribut tal-Programm għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u, fid-dimensjoni internazzjonali tiegħu, għall-iżvilupp uman u istituzzjonali fil-pajjiżi terzi u għall-qerda tal-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp,

- tiġi promossa l-migrazzjoni ċirkolari u jiġi evitat l-eżodu ta' mħuħ billi l-azzjonijiet ta' mobilità jkunu marbuta ma' miżuri li jinkoraġġixxu lill-istudenti u r-riċerkaturi jirritornaw lejn djarhom,

- ikun rekwiżit li l-proċess ta' programmazzjoni jkun jirrispetta s-sjieda tal-pajjiżi sħab;

Ir-rapporteur jilqa' d-determinazzjoni tal-livelli ta' finanzjament fil-fażi ta' programmazzjoni, ibbażata fuq strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali u tkun allinjata magħhom, iżda jissottolinja li l-importanza tal-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ li tiġi kkunsidrata fid-definizzjoni ta' setturi ta' prijorità għall-kooperazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  F'kuntest ta' bidliet rapidi u profondi kkawżati mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni, l-investiment fil-mobbilità għat-tagħlim, l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità Ewropea u għal Unjoni aktar demokratika.

(1)  F'kuntest ta' bidliet rapidi u profondi kkawżati mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni, l-investiment fil-mobbilità għat-tagħlim, l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità, il-prinċipji u l-valuri Ewropej u għal Unjoni aktar demokratika.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe azzjoni meħuda fil-qafas ta' dan il-programm għandha tkun koerenti mal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fosthom id-drittijiet ta' persuni li huma parti minn minoranzi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar l-Unjoni; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali.

(5)  Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar l-Unjoni; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali. Fl-istess ħin, huma wiegħdu li jkomplu jiżviluppaw sħubijiet eżistenti, jibnu oħrajn ġodda u jippromwovu l-istabbiltà u l-prosperità fil-viċinat immedjat tal-Ewropa lejn il-Lvant u n-Nofsinhar, iżda wkoll fil-Lvant Nofsani u madwar l-Afrika u globalment.1a

 

_________________

 

1a Dikjarazzjoni mill-mexxejja ta' 27 stat membru u mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea adottata fil-25.3.2017

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt storiku, artistiku u kulturali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, billi jappoġġa attivitajiet ta' mobbiltà u kooperazzjoni li jippromwovu l-iżvilupp ta' ħiliet għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt artistiku u kulturali Ewropew.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm jenħtieġ li tingħata spinta li timmira li toffri għadd akbar ta' opportunitajiet għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu ta' politika ma' pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm. Billi nibnu fuq l-implimentazzjoni b'suċċess ta' attivitajiet internazzjonali ta' edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ skont il-programmi predeċessuri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, l-attivitajiet internazzjonali ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu estiżi għal setturi oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(18)  Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm jenħtieġ li tingħata spinta li timmira li toffri għadd akbar ta' opportunitajiet għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu ta' politika ma' pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm, speċjalment il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Billi nibnu fuq l-implimentazzjoni b'suċċess ta' attivitajiet internazzjonali ta' edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ skont il-programmi predeċessuri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, l-attivitajiet internazzjonali ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu estiżi għal setturi oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-isport u l-kultura. Id-dimensjoni internazzjonali jenħtieġ li tippromwovi l-fehim bejn il-popli u d-djalogu interkulturali u tikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli. Jenħtieġ li ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jiġu mħeġġa li jirritornaw lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom meta jispiċċaw il-perjodi tal-istudju jew tar-riċerka tagħhom sabiex ikunu jistgħu jagħtu kontribut lill-iżvilupp ekonomiku u l-benessri ta' dawn il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; Permezz tal-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li dan ikollu l-għan li jwessa' l-aċċess għall-istudju għal gruppi żvantaġġati u vulnerabbli u li jindirizza b'mod attiv il-ħtiġijiet speċjali ta' tagħlim ta' persuni b'diżabilità.

Ġustifikazzjoni

Dan il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-SDGs u jkun konsistenti u komplementari ma' politiki oħra tal-UE. L-objettivi tal-UE ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp għandhom għalhekk jissemmew b'mod espliċitu bħala objettivi tad-dimensjoni internazzjonali tar-Regolament. Biex tiġi promossa l-migrazzjoni ċirkolari, il-promozzjoni tal-mobbiltà jeħtieġ li tkun akkumpanjata mal-promozzjoni ta' ritorn tal-istudenti u r-riċerkaturi lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom. Aċċess usa' huwa konformi mal-valuri Ewropej dwar id-dinjità tal-bniedem u l-ugwaljanza.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18 a)  Fl-istess ħin, id-dimensjoni internazzjonali jenħtieġ li tiffaċilita d-djalogu interkulturali u interreliġjuż, ittejjeb il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni fuq l-assi Tramuntana-Nofsinhar u tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. Jenħtieġ li ssaħħaħ il-bini tal-kapaċità tas-sistemi edukattivi f'pajjiżi sħab, tappoġġa t-trasferiment tal-għarfien u tinkoraġġixxi liż-żgħażagħ minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jistudjaw fl-Ewropa u mbagħad jużaw dan l-għarfien għall-benefiċċju tal-pajjiżi ta' oriġini tagħhom. Jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-iżvilupp fit-tul, filwaqt li jiġi stimulat it-tkabbir reċiproku u sostenibbli.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Il-Programm jenħtieġ li jkun konsistenti mal-"Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Alleanza ġdida Afrika-Ewropa għal Investiment Sostenibbli u Impjiegi: nieħdu s-sħubija tagħna għall-investiment u għall-impjiegi fil-livell li jmiss", li tgħid li, sal-2027, 105 000 student u riċerkatur se jkunu bbenefikaw mill-Programm.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' studenti u riċerkaturi minn pajjiżi Afrikani se tgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18 a)  Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-attivitajiet fil-Pajjiżi Sħab, ser jissaħħu s-sinerġiji bejn l-Erasmus u l-istrumenti għal azzjoni esterna tal-UE, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, jiġbor flimkien żgħażagħ u dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea.

(21)  Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ minn żoni remoti u bi sfond ta' migrazzjoni, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, jiġbor flimkien żgħażagħ u dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi, b'mod partikolari permezz ta' użu iktar mifrux ta' għodod online, għaliex t-tagħlim elettroniku joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' aċċess u flessibbiltà.

(23)  Il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi kollha tal-Unjoni, inkluż il-lingwi tas-sinjali, b'mod partikolari permezz ta' użu iktar mifrux ta' għodod online, li jenħtieġ li jkunu bla ħlas, għaliex it-tagħlim elettroniku joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' aċċess u flessibbiltà.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b'mod adegwat il-potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali.

(24)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa, kif ukoll, b'mod partikolari permezz ta' kooperazzjoni virtwali, bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet u l-kontropartijiet tagħhom fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u fil-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (PTEE), filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel, u li jużaw b'mod xieraq il-potenzjal tal-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25% tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni.

(32)  Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u tal-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25% tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  B'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultarperiferiċi tal-Unjoni"36, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta' dawn ir-reġjuni. Il-miżuri se jikkunsidraw iż-żieda tal-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-ġirien tagħhom. Tali miżuri se jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment.

(38)  B'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultarperiferiċi tal-Unjoni"36, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta' dawn ir-reġjuni. Il-miżuri se jikkunsidraw iż-żieda tal-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha, b'mod partikolari permezz tal-kooperazzjoni virtwali. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-ġirien tagħhom, kif għandu jkun il-każ ukoll għal programmi ta' tagħlim online. Tali miżuri se jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment.

_________________

_________________

36 COM(2017)0623.

36 COM(2017)0623.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-Deċiżjoni l-ġdida dwar l-OCT l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/KE37 ], l-individwi u l-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi jew territorji barranin huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-għanijiet tal-Programm u l-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju barrani huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta' dawn il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat il-Programm, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment.

(39)  Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-Deċiżjoni l-ġdida dwar l-OCT l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/KE37 ], l-individwi u l-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi jew territorji barranin huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-għanijiet tal-Programm u l-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju barrani huwa marbut. L-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta' dawn il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi implimentat il-Programm sabiex tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm. Din il-parteċipazzjoni jenħtieġ li tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment.

_________________

_________________

37 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

37 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, reklamar u ta' disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta jkun rilevanti, bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.

(42)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, reklamar u ta' disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta jkun rilevanti, bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza. B'mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 , l-Istati Membri huma nkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni.

(46)  L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza u diffikultajiet legali jew amministrattivi oħrajn li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għall-programm. B'mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 , l-Istati Membri huma nkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni.

_________________

_________________

39 Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

39 Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, spejjeż ta' unità u finanzjament b'rata fissa. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati.

(49)  Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, spejjeż ta' unità u finanzjament b'rata fissa. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet u persuni bi status ta' rifuġjat politiku. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Programm ma' attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri u ma' attivitajiet oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u l-midja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali b'fokus fuq il-bdiewa żgħażagħ, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali.

(51)  Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Programm ma' attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri u ma' attivitajiet oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u l-midja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali b'fokus fuq il-bdiewa żgħażagħ, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali. Il-Programm jenħtieġ li jiżviluppa sinerġiji mal-azzjoni u l-politiki esterni tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta' żvilupp, fir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp kif previst fl-Artikolu 208 TFUE.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "mobbiltà għat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali; Dan tista' tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku u/jew tkun ikkumplimentata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F'xi każijiet speċifiċi, tista' tkun fil-forma ta' tagħlim permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(2)  "mobbiltà għat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali; Dan tista' tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku, inkluż l-provvista ta' interpretu tal-lingwa tas-sinjali, u/jew tkun ikkumplimentata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F'xi każijiet speċifiċi, tista' tkun fil-forma ta' tagħlim permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12 a)  "pajjiż u territorju extra-Ewropew" tfisser pajjiż jew territorju marbut ma' Stat Membru tal-Unjoni li għalih japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Parti IV tat-TFUE;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  "kooperazzjoni virtwali" tfisser kwalunkwe forma ta' kooperazzjoni li tuża għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

17.  "kooperazzjoni virtwali" tfisser kwalunkwe forma ta' kooperazzjoni li tuża għodod tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li huma aċċessibbli wkoll għal persuni b'diżabilità;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi u koeżjoni soċjali kif ukoll li jsaħħaħ l-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni, li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport.

1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal żvilupp u tkabbir sostenibbli, impjiegi u koeżjoni soċjali, għat-tisħiħ tal-politiki ta' integrazzjoni fi ħdan soċjetà pluralistika, kif ukoll li jsaħħaħ l-identità Ewropea, kif ukoll iservi bħala djalogu u fehim reċiproku aħjar bejn il-kulturi differenti. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni, li jippromwovi standards komuni u li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport.

 

Il-Programm jinkludi dimensjoni internazzjonali, li għandha tiġi inkorporata fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-objettivi tagħha għall-iżvilupp, permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jikkontribwixxi għall-Aġenda 2030 għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari l-SDG 4 "Edukazzjoni ta' Kwalità", li għandha l-għan li tiżgura edukazzjoni ta' kwlaità inklużiva u ekwitabbli u tippromwovi opportunitajiet ta' tagħlim għal kulħadd.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  L-azzjonijiet meħuda skont id-dimensjoni internazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp uman u istituzzjonali fil-pajjiżi terzi, u għall-qerda tal-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali u jkunu allinjati magħhom.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-memorandum ta' spjegazzjoni tar-Regolament jisħaq fuq l-iżvilupp sostenibbli u l-konsistenza mal-objettivi tal-iżvilupp tal-UE, fl-abbozz ta' regolament ma jissemmiex dan. L-abbozz ta' regolament ma jinkludi l-ebda deskrizzjoni tal-objettivi tad-dimensjoni internazzjonali tal-Programm.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  opportunitajiet ta' tagħlim tal-lingwa, inklużi dawk li jappoġġaw attivitajiet ta' mobbilità.

(e)  opportunitajiet ta' tagħlim tal-lingwa, inklużi opportunitajiet ta' tagħlim tal-lingwa tas-sinjali, inklużi dawk li jappoġġaw attivitajiet ta' mobbiltà.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  attivitajiet ta' disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta' politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm.

(f)  attivitajiet marbuta ma' disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni ta' informazzjoni aċċessibbli u mingħajr xkiel dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta' politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati rilevnati, inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej;

(c)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, inklużi dawk li jaħdmu ma' membri żgħażagħ ta' dijaspora, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa, taħt l-azzjoni ewlenija 1, il-mobbiltà tal-kowċis u tal-persunal sportiv.

Fil-qasam tal-isport - inklużi attivitajiet ta' sport għal persuni b'diżabilità - il-Programm għandu jappoġġa, taħt l-azzjoni ewlenija 1, il-mobbiltà tal-kowċis u tal-persunal sportiv.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' politika tal-Unjoni dwar l-isport u l-attività fiżika;

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' politika tal-Unjoni dwar l-isport, inklużi attivitajiet ta' sport għal persuni b'diżabilità, u l-attività fiżika;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-PTEE mal-Unjoni Ewropea u l-arranġamenti applikabbli għall-Istat Membru li miegħu dawn il-PTEE huma konnessi;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  pajjiżi terzi oħrajn, b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

(d)  pajjiżi terzi oħrajn, b'mod partikolari l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt d – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

–  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni; rigward il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, dan il-bilanċ ġust għandu jqis l-għan li jinqered il-faqar u l-prinċipji tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- jiggarantixxi l-koerenza mal-politiki u l-objettivi esterni tal-Unjoni, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16 li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu;

(a)  il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16 li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu, b'mod partikolari l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  Il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp għandhom ikunu mħeġġa u appoġġati ħafna jipparteċipaw fil-Programm bil-għan li jikkonformaw mal-Għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u jikkontribwixxu għalihom. L-azzjonijiet meħuda skont id-dimensjoni internazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp uman u istituzzjonali fil-pajjiżi terzi, u għall-qerda tal-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Dawn għandhom ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali u jkunu allinjati magħhom.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni tista' tniedi sejħiet konġunti mal-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji tagħhom biex jiffinanzjaw proġetti abbażi ta' fondi korrispondenti. Il-proġetti jistgħu jiġu evalwati u magħżula permezz ta' proċeduri ta' evalwazzjoni u għażla konġunta li jridu jiġu maqbula mill-organizzazzjonijiet jew aġenziji ta' finanzjament, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

6.  Il-Kummissjoni tista' tniedi sejħiet konġunti mal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, mhux assoċjati mal-Programm jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji tagħhom biex jiffinanzjaw proġetti abbażi ta' fondi korrispondenti. Il-proġetti jistgħu jiġu evalwati u magħżula permezz ta' proċeduri ta' evalwazzjoni u għażla konġunta li jridu jiġu maqbula mill-organizzazzjonijiet jew aġenziji ta' finanzjament, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Addizzjonalment, il-programm ta' ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta' fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31.

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Addizzjonalment, il-programm ta' ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta' fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Dan għandu jagħti indikazzjoni speċifika tad-distribuzzjoni tal-fondi allokati lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 21 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April 2024, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.

3.  Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April 2024, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom. Is-SEAE għandu jippreżenta rapport simili dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp parteċipanti.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tinkludi enfasi speċifika fuq il-kisbiet fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-evalwazzjoni għandha tiddeskrivi l-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b'enfasi partikolari fuq il-progress li sar fir-rigward tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 4 "Edukazzjoni ta' Kwalità".

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jiġi enfasizzat il-kontribut tal-Programm għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u għall-SDG dwar l-edukazzjoni fil-programm ta' ħidma.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1)  L-informazzjoni u l-komunikazzjoni għandhom ikunuwkoll aċċessibbli mingħajr xkiel għall-persuni b'diżabilità.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

’Erasmus’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport

Referenzi

COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

14.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ignazio Corrao

22.10.2018

Eżami fil-kumitat

19.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Jean-Luc Schaffhauser, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Urbán Crespo

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

15

+

ALDE

Mirja Vehkaperä

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao

GUE/NGL

Miguel Urbán Crespo

PPE

Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Bogusław Sonik, Joachim Zeller

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elly Schlein

VERTS/ALE

Maria Heubuch

1

-

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (26.11.2018)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013
(COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jean Arthuis

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi - il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027"26 adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li ssir enfasi aktar qawwija fuq "iż-żgħażagħ" fil-qafas finanzjarju li jmiss, b'mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ minn kuntesti żvantaġġati. Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f'pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu.

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi - il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027"26 adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li ssir enfasi aktar qawwija fuq "iż-żgħażagħ" fil-qafas finanzjarju li jmiss, b'mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, il-Parlament Ewropew għamel appell, min-naħa tiegħu, biex il-baġit tal-programm jittriplika. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ minn kuntesti żvantaġġati. Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f'pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu.

__________________

__________________

26 COM(2018) 321 finali.

26 COM(2018) 321 finali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva u valuri komuni fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u t-trawwim tal-parteċipazzjoni attiva tal-individwi fil-proċessi demokratiċi huwa kruċjali għall-futur tal-Ewropa u s-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Jekk persuna ssiefer sabiex tistudja, titgħallem, titħarreġ u taħdem jew sabiex tipparteċipa f'attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-isports, dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' din l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha u s-sens li tkun parti minn komunità kulturali kif ukoll sabiex titrawwem din iċ-ċittadinanza attiva, fost persuni ta' kull età. Dawk li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tal-pajjiż ospitanti tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali jenħtieġ li jiġu appoġġati.

(17)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva u valuri komuni fost il-ġenerazzjonijiet iżgħar. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u t-trawwim tal-parteċipazzjoni attiva tal-individwi fil-proċessi demokratiċi huwa kruċjali għall-futur tal-Ewropa u s-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Jekk persuna ssiefer sabiex tistudja, titgħallem, titħarreġ u taħdem jew sabiex tipparteċipa f'attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-isports, dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' din l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha u s-sens li tkun parti minn komunità kulturali kif ukoll sabiex titrawwem din iċ-ċittadinanza attiva, fost persuni ta' kull età. Għaldaqstant, il-Programm jaspira li jirrifletti d-diversità tas-soċjetà Ewropea f'termini tal-appartenenza etnika, il-ġeneru, il-kapaċità, il-kuntest soċjali u l-ġeografija tal-Unjoni. Dawk li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tal-pajjiż ospitanti tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali jenħtieġ li jiġu appoġġati.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi tal-UE li jilħqu s-segmenti kollha tas-soċjetà Ewropea jirrappreżentaw valur aħjar għall-flus b'mod partikolari fil-promozzjoni tal-valuri tal-UE u l-opportunitajiet indaqs u, bħala tali, l-adozzjoni ma' dawn il-programmi għandha tiġi rrapportata.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent ta' ħiliet u kwalifiki, kif ukoll it-trasferiment ta' krediti jew unitajiet ta' eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta' kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta' mogħdiji ta' tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta' edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f'kuntesti formali u mhux formali.

(28)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent ta' ħiliet u kwalifiki, kif ukoll it-trasferiment ta' krediti jew unitajiet ta' eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. B'mod partikolari, fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali, għandu jiġi żgurat li tingħeleb id-diversità tas-sistemi nazzjonali, bil-għan li jingħataw diplomi, il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kisbiet fil-mobilità fi ħdan l-UE u fil-konfront ta' pajjiżi terzi assoċjati mal-programm Erasmus. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta' kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta' perkorsi ta' tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta' edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f'kuntesti formali u mhux formali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Huwa importanti li jiġu stimulati t-tagħlim, l-apprendiment u r-riċerka fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea, kif ukoll li jiġu promossi d-dibattiti dwar dawn il-kwistjonijiet permezz ta' appoġġ għall-azzjonijiet Jean Monnet fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja iżda wkoll f'oqsma oħrajn tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-trawwim ta' sens ta' identità Ewropea u l-impenn huma partikolarment importanti fi żminijiet meta l-valuri komuni li l-Unjoni hija msejsa fuqhom, u li jiffurmaw parti mill-identità Ewropea tagħna, qed jiġu ttestjati, u meta ċ-ċittadini juru livelli baxxi ta' involviment. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-eċċellenza fl-istudji ta' integrazzjoni Ewropea.

(31)  Huwa importanti li jiġu stimulati t-tagħlim, l-apprendiment u r-riċerka fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni, storja u ċittadinanza Ewropej, kif ukoll li jiġu promossi d-dibattiti dwar dawn il-kwistjonijiet permezz ta' appoġġ għall-azzjonijiet Jean Monnet fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja iżda wkoll f'oqsma oħrajn tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-trawwim ta' sens ta' identità Ewropea u ta' ċittadinanza Ewropea, kif ukoll it-tisħiħ tal-impenn huma partikolarment importanti fi żminijiet meta l-valuri komuni li l-Unjoni hija msejsa fuqhom, u li jiffurmaw parti mill-identità Ewropea tagħna, qed jiġu ttestjati, u meta ċ-ċittadini juru livelli baxxi ta' involviment. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-eċċellenza fl-istudji ta' integrazzjoni, storja u ċittadinanza Ewropej.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25% tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni.

(32)  Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' mill-inqas 25 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-għanijiet tal-klima matul il-perjodu kopert mill-QFP 2021-2027, u għan annwali ta' 30 % kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard mill-2027. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla tirrifletti l-objettiv stabbilit mill-Parlament għal infiq relatat mal-klima.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba34], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(33)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba34], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li mill-2021 tkun żgurata żieda konsiderevoli tal-baġit annwali tal-programm meta mqabbel mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, segwita minn tkabbir lineari u gradwali tal-allokazzjonijiet annwali. Dan ikun jippermetti li jkun garantit l-aċċess għall-ogħla numru ta' parteċipanti sa mill-bidu nett tal-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027.

__________________

__________________

34 ĠU L […], […], p. […].

34 ĠU L […], […], p. […].

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "mobbiltà għat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali; Dan tista' tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku u/jew tkun ikkumplimentata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F'xi każijiet speċifiċi, tista' tkun fil-forma ta' tagħlim permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(2)  "mobbiltà għat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali, inkluż taħriġ b'alternanza; Din tista' tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku u/jew tkun ikkomplementata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F'xi każijiet speċifiċi, tista' tkun fil-forma ta' tagħlim permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "student ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali" tfisser kwalunkwe persuna reġistrata fi programm ta' edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu fi kwalunkwe livell sa livell ta' wara l-iskola sekondarja. Jinkludi l-parteċipazzjoni ta' individwi li reċentament iggradwaw minn tali programmi;

(9)  "student ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali" tfisser kwalunkwe persuna reġistrata fi programm ta' edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali, kontinwu jew b'alternanza u fi kwalunkwe livell sa livell ta' wara l-iskola sekondarja. Jinkludi l-parteċipazzjoni ta' individwi li reċentement iggradwaw minn tali programmi;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jippromwovi l-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(a)  li jippromwovi l-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ dwar iċ-ċittadinanza u l-istorja Ewropej;

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 30 000 000 000 fi prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 41 097 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 46 758 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-pakkett finanzjarju jiġi emendat skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu u tat-30 ta' Mejju dwar il-Qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, abbażi ta' tqassim tekniku skont il-programm li jista' jiġi aġġustat fil-futur, filwaqt li tiġi rispettata l-pożizzjoni ġenerali tal-Parlament Ewropew kif espressa f'dawn ir-riżoluzzjonijiet u l-livell ġenerali ta' 1,3 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) għall-UE-27.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 24 940 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnhom:

(a)  83,14 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnu:

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  mill-inqas EUR 8 640 000 000 jenħtieġ li jiġu allokati għal azzjonijiet ta' edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(1)  mill-inqas 28,8 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jenħtieġ li jiġu allokati għal azzjonijiet ta' edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  mill-inqas EUR 5 230 000 000 għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(2)  mill-inqas 17,43 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  mill-inqas EUR 3 790 000 000 għal azzjonijiet ta' edukazzjoni skolastika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(3)  mill-inqas 12,63 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet ta' edukazzjoni skolastika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  mill-inqas EUR 1 190 000 000 għal azzjonijiet edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(4)  mill-inqas 3,97 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  EUR 450 000 000 għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7;

(5)  1,5 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR 3 100 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10;

(b)  10,33 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  EUR 550 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; u

(c)  1,83 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; u

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  mill-inqas EUR 960 000 000 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali.

(d)  mill-inqas 3,2 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Programm li waslu minn pajjiżi terzi u/jew strumenti oħra tal-Unjoni se jiġu rrappurtati fuq bażi annwali lill-Kunsill u lill-Parlament bħala l-awtorità baġitarja tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi u strumenti oħra barra mill-baġit tal-UE. L-awtorità baġitarja u l-kumitati ewlenin għandhom ikunu konxji dwar sa fejn jaslu dawn il-kontribuzzjonijiet sabiex tkun ivvalutata b'mod aktar effikaċi l-portata tal-programmi u l-effett tagħhom.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-evalwazzjoni tal-Programm se tinkludi analiżi tal-parteċipazzjoni fil-Programm fuq il-bażi tal-ġeneru, l-oriġini etnika, il-kapaċità, il-kuntest soċjali u l-ġeografija tal-Unjoni sabiex jiġu ddeterminati aħjar il-valur għall-flus, il-portata u r-rilevanza tal-Programm u sabiex titqies aħjar id-diversità tas-soċjetà Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi tal-UE li jilħqu s-segmenti kollha tas-soċjetà Ewropea jirrappreżentaw valur aħjar għall-flus b'mod partikolari fil-promozzjoni tal-valuri tal-UE u l-opportunitajiet indaqs u, bħala tali, l-adozzjoni ma' dawn il-programmi għandha tiġi rrapportata.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta' superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Programm ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u l-korp indipendenti tal-awditjar.

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta' superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Programm ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u l-korp indipendenti tal-awditjar, billi tqis is-sistemi ta' kontroll interni tal-finanzi pubbliċi nazzjonali.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat sabiex jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà kumplessivi tiegħu ma' politiki, programmi u fondi tal-Unjoni rilevanti oħrajn, b'mod partikolari dawk relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura u l-medja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, il-politika diġitali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-klima, il-koeżjoni, il-politika reġjonali, il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp.

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat sabiex jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà kumplessivi tiegħu ma' politiki, programmi u fondi tal-Unjoni rilevanti oħrajn, b'mod partikolari dawk relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura u l-medja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, il-politika diġitali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-klima, il-koeżjoni, il-politika reġjonali, il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp. F'ċirkostanzi bħal dawn, il-proċeduri għall-eżami tal-każijiet se jkunu unifikati biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' semplifikazzjoni. Il-piż tal-proċeduri amministrattivi għandu jsir konsiderevolment eħfef.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

’Erasmus’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport

Referenzi

COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

14.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jean Arthuis

28.6.2018

Eżami fil-kumitat

26.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

ENF

André Elissen, Stanisław Żółtek

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (4.12.2018)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013
(COM(2018)0367 – C8‑0233/2018 – 2018/0191(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Emilian Pavel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Erasmus+ huwa wieħed mill-aktar programmi ta' suċċess tal-UE u marka Ewropea qawwija. Kellu rwol ekonomiku u soċjali vitali fit-trawwim tal-identità, il-valuri u ċ-ċittadinanza, l-integrazzjoni, it-tkabbir inklużiv u sostenibbli, l-impjiegi ta' kwalità u l-koeżjoni soċjali Ewropej billi ta kontribut pożittiv għat-titjib tas-sistemi Ewropej tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll għat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Programm ipprovda lill-Ewropej b'opportunità li jakkwistaw settijiet trasversali u trasferibbli ta' ħiliet personali u professjonali u kompetenzi meħtieġa biex jaffaċċaw sfidi soċjali, ekonomiċi u soċjetali u jippermetti li jkollhom ħajjiet sodisfatti.

L-isem tal-programm huwa ta' importanza kruċjali u sabiex jiġi żgurat li jissimbolizza n-natura vera ta' Erasmus+, ir-rapporteur jissuġġerixxi li jinżamm is-simbolu "+". Erasmus+ imur lil hinn minn edukazzjoni għolja u jiffoka fuq is-setturi u l-fażijiet kollha tal-edukazzjoni bħat-tagħlim tul il-ħajja jew l-edukazzjoni għall-adulti, u dawn l-inizjattivi u l-azzjonijiet differenti kollha jridu jitqiegħdu taħt l-umbrella l-kbira ta' Erasmus+.

Minħabba l-importanza u l-impatt tal-programm Erasmus+, ir-rapporteur jappoġġa b'mod sħiħ it-talba tal-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, biex il-baġit tal-programm jiżdied bit-triplu. Il-programm Erasmus+ il-ġdid se jkollu jkopri l-għanijiet ta' politika addizzjonali enfasizzati f'Gothenburg dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll il-prijoritajiet inklużi fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħazagħ futura, u biex jitwettaq l-approċċ tat-tagħlim tul il-ħajja. Dan il-baġit miżjud juri impenn Ewropew konkret għal dawn il-prijoritajiet.

Erasmus+ huwa strument ewlieni għat-titjib tal-kwalità ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) fl-UE kollha, u qed jipprovdi esperjenzi ta' mobbiltà fir-rigward tal-ETV li għandhom rwol ekonomiku u soċjali vitali fl-Ewropa. L-inklużjoni tal-ETV f'Erasmus+ tqarreb il-Programm lejn varjetà akbar ta' ċittadini, u dan iwassal għal opportunitajiet indaqs u inklużjoni soċjali għaċ-ċittadini kollha, inklużi dawk b'inqas opportunitajiet. Il-Programm jirrikjedi baġit xieraq biex jissaħħaħ ETV inklużiv u ta' kwalità. Għandhom jiġu pprovduti wkoll appoġġ strutturali speċifiku kif ukoll flessibbiltà u skemi ta' finanzjament adattati għall-parteċipanti tal-programm. L-ETV fl-Ewropa għadu jirrikjedi spinta fir-rigward tal-immaġni kif ukoll tal-kwalità, u l-iskambji tal-istudenti ETV jew l-inizjattivi tal-persunal tal-ETV jistgħu jagħmlu lill-istituzzjonijiet tal-ETV, u l-ETV innifsu, aktar attraenti u prestiġjuż.

Il-Programm huwa essenzjali wkoll biex jiġi żgurat li t-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp kontinwu ta' kompetenzi ewlenin tal-UE jkunu parti integrata tal-ħajjiet tal-Ewropej kollha. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod qawwi r-rilevanza ta' proġetti li għandhom fil-mira tagħhom diversi setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li għandhom approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja u li jippromwovu mogħdijiet flessibbli. Għalhekk, ir-rapporteur jikkunsidra li t-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun għan trasversali ta' Erasmus+. Il-Programm għandu jiġi allokat baġit xieraq biex tkun inkoraġġita l-kooperazzjoni transsettorjali u biex setturi differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport ikunu jistgħu jibnu proġetti komuni dwar kwistjonijiet trasversali.

L-edukazzjoni għall-adulti qed tindirizza ħafna mill-isfidi l-aktar urġenti tal-Ewropa bħall-inklużjoni tal-migranti u r-rifuġjati, id-definizzjoni mill-ġdid ta' ħiliet minħabba l-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, u l-inklużjoni ta' persuni iżolati soċjalment. Sabiex jiġi rifless l-impenn Ewropew għat-tagħlim għall-adulti u l-appoġġ għal adulti b'livell baxx ta' ħiliet, ir-rapporteur jikkunsidra li l-programm Erasmus+ għandu jalloka finanzjament adegwat għal dan il-għan.

Sabiex jiġi implimentat il-Pilastru Ewropew tad-Drittjiet Soċjali, il-Programm Erasmus+ il-ġdid irid ikollu enfasi ċara fuq l-inklużività u jrid itejjeb il-kapaċità li jintlaħqu persuni b'inqas opportunitajiet inklużi dawk minn gruppi soċjalment żvantaġġati, bħar-Rom, iż-żgħażagħ qiegħda, il-persuni b'diżabbiltà fiżika jew mentali, l-abitanti ta' żoni remoti, il-migranti u r-rifuġjati. Ir-rapporteur jikkunsidra li jenħtieġu skemi ta' finanzjament speċifiċi bħall-prefinanzjament, kif ukoll strutturi ta' appoġġ imsaħħa fil-livell lokali kif ukoll f'dak nazzjonali. Dawn jinkludu l-appoġġ kulturali, soċjali, lingwistiku u ta' interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali, matul u wara l-esperjenza tal-mobbiltà tagħhom, kif ukoll l-għajnuna biex persuni b'inqas opportunitajiet jingħataw aċċess mingħajr ostakli u mhux diskriminatorju għall-attivitajiet kollha fil-qafas tal-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, ir-rapporteur jikkunsidra li l-Fond Soċjali Ewropew+ huwa fond ta' appoġġ ewlieni għal persuni b'inqas opportunitajiet fil-livell tal-Istat Membru, u permezz tal-kondiviżjoni ta' għanijiet komuni kif ukoll bl-iżgurar ta' ġestjoni u koordinazzjoni xierqa, jenħtieġ li jaġixxi bħala komplement għall-programmi ta' mobbiltà Erasmus+.

Ir-rapporteur jikkunsidra li l-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħall-għotjiet, somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità għall-ivvjaġġar jew amministrattivi, għandhom jiġu riveduti u aġġustati regolarment għall-kostijiet tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż jew ir-reġjun ospitanti, kif ukoll l-ivvjaġġar.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jikkunsidra li l-prinċipju "paga ugwali għal xogħol ugwali" għandu jiġi rrispettat kif mistħoqq u jitlob li l-kostijiet tal-persunal għall-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-istess proġetti b'outputs intellettwali jkunu bbażati fuq rimunerazzjoni unika.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tibni sħubiji għall-eċċellenza aktar b'saħħithom, bħal "Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali" jew "Universitajiet Ewropej", iżda jitlob li dawn is-sħubiji jkollhom kopertura ġeografika komprensiva fl-Ewropa kollha sabiex jiġi evitat appoġġ sproporzjonat għal xi Stat Membri u jikkunsidra li appoġġ finanzjarju limitat b'mod ċar għandu jiġi mblukkat mill-baġit ċentralizzat ta' Erasmus+.

Sabiex tkun kompletament konformi mal-għan tal-programm Erasmus+ biex jiġu pprovduti esperjenzi ta' tagħlim ta' kwalità, ir-rapporteur jikkunsidra li l-inizjattiva Discover EU trid tinkludi komponent qawwi ta' tagħlim jekk trid tkun parti mill-programm.

Ir-rapporteur jikkunsidra li l-baġit konsiderevoli ta' Erasmus+ għandu jintefaq b'mod li jiżgura impatt pożittiv massimu fuq iċ-ċittadini Ewropej. Ir-rapporteur għalhekk jinsisti li l-Programm jiżgura esperjenzi tal-mobbiltà ta' kwalità bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fil-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà[1]. Dispożizzjonijiet prattiċi ta' kwalità bħal informazzjoni, tħejjija, appoġġ u rikonoxximent ta' esperjenza u kwalifiki, kif ukoll pjanijiet ta' tagħlim u outputs tat-tagħlim ċari, iridu jiġu ggarantiti.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li l-Programm, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, għandu jiżgura li l-kompetenzi żviluppati permezz ta' esperjenzi tal-mobbiltà fi kwalunkwe ambjent ikunu dokumentati, validati u rikonoxxuti kif suppost u li l-allokazzjoni tal-baġit u l-għotjiet konkreti huma marbuta ma' proċeduri ta' valutazzjoni tal-kwalità. Ir-rapporteur jitlob b'mod qawwi li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Validazzjoni tat-Tagħlim Informali u Mhux Formali u għodod Ewropej li jikkontribwixxu għar-rikonoxximent tat-tagħlim barra l-pajjiż u jiżguraw tagħlim ta' kwalità.

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur jemmen li l-programm Erasmus+ il-ġdid joffri diversi bidliet siewja u li abbażi ta' implimentazzjoni kwalitattiva, ikollu impatt pożittiv qawwi fuq il-futur tal-Ewropa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013

li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  F'kuntest ta' bidliet rapidi u profondi kkawżati mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni, l-investiment fil-mobbilità għat-tagħlim, l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità Ewropea u għal Unjoni aktar demokratika.

(1)  F'kuntest ta' bidliet rapidi u profondi, l-investiment fil-mobbiltà għat-tagħlim, l-edukazzjoni għad-demokrazija u s-solidarjetà, l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, demokratiċi, koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività u tas-solidarjetà fl-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità Ewropea u għal Unjoni aktar demokratika.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-mobbiltà jenħtieġ li ma tkunx inevitabbiltà minħabba nuqqas ta' prospetti fil-pajjiż ta' dak li jkun, iżda għażla miftuħa għall-akbar għadd ta' persuni possibbli, irrispettivament mill-oriġini soċjali, il-wirt kulturali jew il-mezzi disponibbli.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat solennement fis-17 ta' Novembru 2017 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jistabbilixxi, bħala l-ewwel prinċipju ewlieni tiegħu, li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu b'suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.

(4)  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat solennement fis-17 ta' Novembru 2017 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jistabbilixxi, bħala l-ewwel prinċipju ewlieni tiegħu, li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu b'suċċess l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. It-tielet prinċipju ewlieni tiegħu jiddikjara li irrispettivament mill-ġeneru, mill-oriġini razzjali jew etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin, mid-diżabbiltà, mill-età jew mill-orjentazzjoni sesswali, kulħadd għandu d-dritt għal trattament u opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-impjiegi, tal-protezzjoni soċjali, tal-edukazzjoni, u tal-aċċess għal prodotti u servizzi disponibbli għall-pubbliku. Is-sbatax-il prinċipju tiegħu jiddikjara li l-persuni b'diżabbiltà għandhom id-dritt għal appoġġ għall-introjtu li jiżgura l-għajxien b'dinjità, servizzi li jippermettulhom jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, u ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet tagħhom. Jenħtieġ li jitrawmu opportunitajiet indaqs u jenħtieġ li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament mill-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar l-Unjoni; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali.

(5)  Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjiegi diċenti madwar l-Unjoni; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali, is-solidarjetà u d-demokrazija.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 ikkonferma li l-ħolqien ta' programm uniku dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-sport irriżulta f'simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-Programm filwaqt li huwa meħtieġ titjib ulterjuri sabiex issir konsolidazzjoni ulterjuri tal-kisbiet fl-effiċjenza tal-Programm 2014-2020. Fil-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u dwar il-Programm futur, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għamlu talba qawwija għall-kontinwità fil-kamp ta' applikazzjoni, l-arkitettura u l-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Programm, filwaqt li talbu għadd ta' titjib, bħal li l-Programm isir aktar inklużiv. Esprimew ukoll l-appoġġ sħiħ tagħhom biex il-Programm jinżamm integrat u msejjes fuq il-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, laqa' l-istruttura integrata tal-programm u stieden lill-Kummissjoni tisfrutta b'mod sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transsettorjali fil-programm futur. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tinżamm dimensjoni internazzjonali qawwija fil-Programm u li tiġi estiża għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

(6)  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 ikkonferma li l-ħolqien ta' programm uniku dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-sport irriżulta f'simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-Programm filwaqt li huwa meħtieġ titjib ulterjuri sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm, biex tittejjeb il-kwalità tal-kollokamenti ta' mobbiltà u biex jiġu offruti opportunitajiet ta' mobbiltà ta' kwalità għal kulħadd, u għaldaqstant biex issir konsolidazzjoni ulterjuri tal-kisbiet fl-effiċjenza tal-Programm 2014-2020. Fil-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u dwar il-Programm futur, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għamlu talba għall-kontinwità fil-kamp ta' applikazzjoni, l-arkitettura u l-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Programm, filwaqt li talbu għadd ta' titjib, bħal li l-Programm isir aktar inklużiv u ġestibbli anki għall-benefiċjarji ż-żgħar u proġetti ta' daqs iżgħar. Esprimew ukoll l-appoġġ tagħhom biex il-Programm jinżamm integrat u msejjes fuq il-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, laqa' l-istruttura integrata tal-programm u stieden lill-Kummissjoni tisfrutta b'mod sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transsettorjali fil-programm futur. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tinżamm dimensjoni internazzjonali qawwija fil-Programm u li tiġi estiża għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-finanzjament tal-Unjoni fl-oqsma tal-valuri u l-mobbiltà kkonfermat dawn is-sejbiet ewlenin u enfasizzat il-ħtieġa li l-programm futur isir programm aktar inklużiv u li jkompli jiffoka l-prijoritajiet fuq l-immodernizzar tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ kif ukoll it-tisħiħ tal-prijoritajiet dwar it-trawwim tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika.

(7)  Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-finanzjament tal-Unjoni fl-oqsma tal-valuri u l-mobbiltà kkonfermat dawn is-sejbiet ewlenin u enfasizzat il-ħtieġa li l-programm futur isir programm aktar inklużiv u li jkompli jiffoka l-prijoritajiet fuq l-immodernizzar tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ kif ukoll it-tisħiħ tal-prijoritajiet dwar it-trawwim tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva, it-titjib tas-sens ta' appartenenza taċ-ċittadini għall-Unjoni Ewropea, u l-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi - il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027"26 adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li ssir enfasi aktar qawwija fuq "iż-żgħażagħ" fil-qafas finanzjarju li jmiss, b'mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ minn kuntesti żvantaġġati. Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f'pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu.

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi - il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027"26 adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li ssir enfasi aktar qawwija fuq "iż-żgħażagħ" fil-qafas finanzjarju li jmiss, b'mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar "Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020": il-Parlament Ewropew għamel appella biex il-baġit tal-Programm jiġi ttriplikat. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu kkonfermat li l-baġit għall-Erasmus+ jintuża kollu b'mod konsistenti, u li l-fondi disponibbli mhumiex biżżejjed biex ikopru d-domanda qawwija. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ minn kuntesti żvantaġġati. Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f'pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu.

__________________

__________________

26 COM(2018) 321 final.

26 COM(2018) 321 final.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali tagħha "Mobbiltà taħt Erasmus+: Miljuni ta' parteċipanti u Valur Miżjud Ewropew multidimensjonali, iżda jeħtieġ li jsir aktar titjib fil-kejl tal-prestazzjoni", ippubblikat fis-6 ta' Settembru 2018, assigurat mill-ġdid il-valur miżjud Ewropew tal-Programm, b'enfasi fuq il-komponent tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Madankollu, l-elementi tal-valur miżjud li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali, inklużi l-approċċ strateġiku għall-mobbiltà, żieda fis-sens tal-identità Ewropea u l-multilingwiżmu, mhumiex qed jitkejlu bħala parti mill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Għalhekk, l-awdituri jitolbu li l-indikaturi li ntużaw biex titkejjel il-prestazzjoni tal-Programmi jiġu allinjati aħjar mal-għanijiet tiegħu u li jiġu pprovduti indikaturi addizzjonali, li jenħtieġ li jingħataw prijorità fl-istadju tal-valutazzjoni tal-proġett, jiġu mmonitorjati u jsiru rapporti dwarhom.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Filwaqt li tirrikonoxxi l-introduzzjoni ta' diversi innovazzjonijiet li ssimplifikaw l-amministrazzjoni fil-qasam tal-mobbiltà, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fl-istess rapport, irrakkomandat ukoll lill-Kummissjoni tissimplifika aktar l-iskema biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi. L-awdituri jitolbu lill-Kummissjoni tagħmel l-applikazzjonijiet u r-rapportar aktar faċli għall-benefiċjarji u għall-parteċipanti individwali u ttejjeb l-għodod tal-IT u tkompli tikkompjuterizza l-proċeduri.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c)  Fil-komunikazzjoni tagħha dwar "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE" tal-24 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ż-żieda fil-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari taħt il-programm Erasmus+, tkun ta' benefiċċju kbir għar-reġjuni ultraperiferiċi u timpenja ruħha li taġġusta l-appoġġ finanzjarju lill-parteċipanti li jivvjaġġaw minn u lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi billi żżomm regoli ta' finanzjament speċifiċi għal dawn ir-reġjuni taħt l-Erasmus+, li tesplora l-possibbiltajiet li testendi l-kooperazzjoni reġjonali tal-Erasmus+ biex tistimula aktar il-mobbiltà bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi terzi ġirien, u li tuża l-Fond Soċjali Ewropew + bħala komplement għal Erasmus +.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm suċċessur għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-"Programm") tal-programm Erasmus+ 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. In-natura integrata tal-programm 2014-2020 li tkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha - formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja - jenħtieġ li tinżamm sabiex tagħti spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jaffaċċaw l-isfidi tas-seklu wieħed u għoxrin.

(9)  F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm suċċessur għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-"Programm") tal-programm Erasmus+ 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. In-natura integrata tal-programm 2014-2020 li tkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha - formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja - jenħtieġ li tiġi rinforzata sabiex tagħti spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli kif ukoll approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja, li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jiżviluppaw bħala individwi u jaffaċċaw l-isfidi tas-seklu wieħed u għoxrin. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu bil-qawwa l-kooperazzjoni transsettorjali b'baġit suffiċjenti għall-implimentazzjoni anke ta' proġetti ta' politika fuq skala kbira kif ukoll bl-iżgurar tal-flessibbiltà baġitarja biex l-awtoritajiet nazzjonali u l-applikanti tal-proġetti jiżviluppaw proġetti komuni dwar kwistjonijiet trasversali, li jkollhom approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja u jippromwovu mogħdijiet flessibbli.

__________________

__________________

27 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

27 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-Programm jenħtieġ li jkun mgħammar sabiex isir kontributur terġa ikbar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Approċċ koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja huwa ċentrali għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet differenti li l-persuni se jaffaċċaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Fit-teħid ta' dan l-approċċ 'il quddiem, il-Programm li jmiss jenħtieġ li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-qafas strateġiku ġenerali għall-politika ta' kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż l-aġendi ta' politika għall-iskejjel, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, filwaqt li jsaħħaħ u jiżviluppa sinerġiji ġodda ma' programmi u oqsma ta' politika relatati oħra tal-Unjoni.

(10)  Il-Programm jenħtieġ li jkun mgħammar sabiex isir kontributur terġa' ikbar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Approċċ koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja huwa ċentrali għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet differenti li l-persuni se jaffaċċaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, speċjalment għal dawk li qabżu l-50 sena li m'għandhomx il-ħiliet meħtieġa għal tranżizzjoni rapida fis-suq tax-xogħol. Fit-teħid ta' dan l-approċċ 'il quddiem, il-Programm li jmiss jenħtieġ li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-qafas strateġiku ġenerali għall-politika ta' kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż l-aġendi ta' politika għall-iskejjel, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, filwaqt li jsaħħaħ u jiżviluppa sinerġiji ġodda ma' programmi u oqsma ta' politika relatati oħra tal-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' Erasmus+ irid ikun li jħares, fi ħdan il-Programm, l-istatus tal-attivitajiet barra l-iskola, tat-taħriġ vokazzjonali u tal-istudju. Għalhekk, jeħtieġ li jsir progress fil-promozzjoni tax-xogħol taż-żgħażagħ, l-attivitajiet artistiċi u kulturali, is-sens ta' demokrazija, l-edukazzjoni tal-adulti u l-isport tal-massa.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Programm huwa komponent ewlieni tal-bini ta' Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni. Jenħtieġ li jkun mgħammar biex jikkontribwixxi għas-suċċessur tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa28 b'impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet u l-kompetenzi għaż-żamma tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività. Jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni29.

(11)  Il-Programm huwa komponent ewlieni tal-bini ta' Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni u tal-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin tal-Unjoni għat-tagħlim tul il-ħajja. Jenħtieġ li jkun mgħammar biex jikkontribwixxi għas-suċċessur tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa28 b'impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet u l-kompetenzi għaż-żamma tal-impjiegi ta' kwalità, it-tkabbir u l-kompetittività. Jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni29.

__________________

__________________

28 COM(2016) 381 final.

28 COM(2016) 381 final.

29 [Referenza].

29 [Referenza].

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi lill-istudenti, lill-għalliema u lill-istudenti adulti l-opportunità li jwessgħu l-orizzonti tagħhom u jnaqqsu l-preġudizzju fir-rigward tal-persuni LGBTI. L-attivitajiet ta' taħriġ tal-għalliema jenħtieġ li jħarrġu lill-għalliema dwar kif jintroduċu suġġetti LGBTI f'dawl pożittiv fil-kurrikulu, kif jappoġġaw lill-istudenti u lill-kollegi LGBTI, u dwar kif jipproteġu lill-istudenti LGBTI fil-leġiżlazzjoni tal-iskola. Barra minn hekk, l-opportunitajiet ta' edukazzjoni għall-adulti u ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali jenħtieġ li jgħinu lil dawk l-istudenti LGBTI li jkunu telqu mill-iskola jew mill-università minħabba l-ambjenti mhux siguri tal-iskola/tal-istudju li kienu esposti għalihom.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Erasmus+ jenħtieġ li jiżgura li ammont ferm akbar ta' promoturi tal-proġett mingħajr esperjenzi fl-Unjoni japplikaw għall-finanzjament. Għalhekk, jenħtieġ li l-aġenziji nazzjonali jintroduċu jew iwessgħu l-mekkaniżmi ta' appoġġ speċifiċi għall-promoturi msemmija hawn fuq.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c)  Il-gwida tal-Programm tal-Kummissjoni jenħtieġ li tittejjeb aktar sabiex jitħarsu l-faċilità tal-użu, is-sempliċità u ċ-ċarezza.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Mill-perspettiva taż-żgħażagħ, Erasmus+ jitqies primarjament bħala programm għall-istudenti universitarji. Fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, għaldaqstant, jenħtieġ li tingħata importanza akbar liż-żieda tal-profil tal-oqsma differenti u tas-sottoprogrammi relatati ma' kull qasam, fosthom l-edukazzjoni fil-livell tal-iskola (Comenius), l-edukazzjoni għolja (Erasmus), l-edukazzjoni internazzjonali għolja (Erasmus Mundus), l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (Leonardo da Vinci) u l-edukazzjoni tal-adulti (Grundtvig), kif ukoll iż-żgħażagħ (Youth in Action) u l-isport.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Programm jenħtieġ li jqis il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni għall-isport li huwa l-qafas ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport għas-snin […]32. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni u l-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm fil-qasam tal-isport. Hemm bżonn li wieħed jiffoka b'mod partikolari fuq l-isport tal-organizzazzjonijiet ta' bażi, b'kunsiderazzjoni tar-rwol importanti li għandu l-isports fil-promozzjoni tal-attività fiżika u l-istil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej permezz tal-isport, il-governanza tajba u l-integrità fl-isport, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fl-isport u permezz tal-isport.

(13)  Il-Programm jenħtieġ li jqis il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni għall-isport li huwa l-qafas ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport għas-snin […]32. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni u l-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm fil-qasam tal-isport. Hemm bżonn li wieħed jiffoka b'mod partikolari fuq l-isport tal-organizzazzjonijiet ta' bażi, b'kunsiderazzjoni tar-rwol importanti li għandu l-isports fil-promozzjoni tal-attività fiżika u l-istil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej permezz tal-isport, il-governanza tajba u l-integrità fl-isport, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fl-isport u permezz tal-isport. F'dan ir-rigward, hemm il-ħtieġa li tiġi promossa l-mobbiltà tal-kowċis tal-isport, speċjalment fost dawk li jikkowċjaw timijiet sportivi tan-nisa u li jeħtieġu appoġġ biex jiġġieldu kontra s-sessiżmu u l-misoġinija.

_________________

_________________

32 [Referenza].

32 [Referenza].

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  L-awtoritajiet responsabbli jenħtieġ li jiżguraw li l-formoli tal-applikazzjoni jsiru disponibbli b'mod f'waqtu u xieraq.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-Programm jenħtieġ li jkun iktar inklużiv billi jtejjeb is-sensibilizzazzjoni tiegħu għal dawk li għandhom inqas opportunitajiet, inkluż permezz ta' formats tal-mobbiltà għat-tagħlim iktar flessibbli, u billi jrawwem il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar, b'mod partikolari parteċipanti ġodda u organizzazzjonijiet ta' bażi bbażati fil-komunità li jaħdmu direttament ma' studenti żvantaġġati ta' kull età. Il-formats virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, il-mobbiltà mħallta u dik virtwali, jenħtieġ li jiġu promossi biex jilħqu iktar parteċipanti, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li għalihom iċ-ċaqliqa fiżika minn pajjiż ieħor li huwa differenti mill-pajjiż ta' residenza tagħhom tkun ostaklu.

(16)  Il-Programm jenħtieġ li jkun iktar inklużiv billi jtejjeb is-sensibilizzazzjoni tiegħu għal dawk li għandhom inqas opportunitajiet, inkluż permezz ta' formats tal-mobbiltà għat-tagħlim iktar flessibbli, u billi jrawwem il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar, b'mod partikolari parteċipanti ġodda u organizzazzjonijiet ta' bażi bbażati fil-komunità li jaħdmu direttament ma' studenti żvantaġġati ta' kull età, permezz ta' proċeduri amministrattivi simplifikati u komunikazzjoni ċara. Filwaqt li ma jissostitwux il-mobbiltà fiżika iżda jaġixxu bħala karatteristika addizzjonali, il-formats virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, il-mobbiltà mħallta u dik virtwali, jenħtieġ li jiġu promossi biex jilħqu iktar parteċipanti, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li għalihom iċ-ċaqliqa fiżika minn pajjiż ieħor li huwa differenti mill-pajjiż ta' residenza tagħhom tkun ostaklu. Strutturi ta' appoġġ imsaħħa fil-livell lokali u nazzjonali bħat-tħejjija kulturali, soċjali u anke lingwistika mmirata kif ukoll l-appoġġ kontinwu matul l-esperjenza tal-mobbiltà jew l-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali tagħhom jagħtu lil persuni b'inqas opportunitajiet, aċċess mingħajr ostakoli u mhux diskriminatorju għall-attivitajiet kollha fil-qafas tal-Programm Erasmus+, bi qbil mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità. Finanzjament immirat għal dawn il-gruppi kif ukoll miżuri bħall-ħatra tal-hekk imsejħa għalliema fi ħdan aġenziji nazzjonali mmirati lejn ir-rakkomandazzjoni tal-aħjar allokazzjoni possibbli tal-finanzjament se jikkontribwixxu wkoll għall-inklużività tal-programm. Il-Fond Soċjali Ewropew+ huwa fond ta' appoġġ ewlieni għal persuni b'inqas opportunitajiet fil-livell tal-Istati Membri, u permezz tal-kondiviżjoni ta' għanijiet komuni, jenħtieġ li jaġixxi bħala komplement għall-programmi ta' mobbiltà Erasmus+.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura esperjenzi tal-mobbiltà ta' kwalità abbażi tal-prinċipji stabbiliti fil-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà (2006/961/KE), fejn il-kwalità tad-dispożizzjonijiet prattiċi bħal informazzjoni, tħejjija, appoġġ u rikonoxximent ta' esperjenza u kwalifiki, kif ukoll pjanijiet ta' tagħlim u eżiti tat-tagħlim ċari mfassla bil-quddiem, ikollhom impatt definittiv fuq il-vantaġġi tal-esperjenzi tal-mobbiltà. Seminars ta' tħejjija u debriefing, l-għoti ta' taħriġ lingwistiku u ħiliet interkulturali jenħtieġ li jkunu parti integrali mill-esperjenza tal-mobbiltà u jenħtieġ li dawn jiġu pprovduti mill-organizzazzjonijiet mittenti jew riċeventi jew mill-fornituri tal-mobbiltà. Bil-għan li jissaħħu s-sensibilizzazzjoni, l-inklużjoni u l-kwalità tal-mobbiltà għat-tagħlim, il-fornituri esperjenzati tal-mobbiltà jenħtieġ li jibbenefikaw minn proċedura ta' applikazzjoni simplifikata bħall-akkreditament, billi jikkonformaw ma' karti tal-kwalità.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-Programm jenħtieġ li jirrinforza l-opportunitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim eżistenti, b'mod partikolari f'dawk is-setturi fejn il-Programm jista' jkollu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza, sabiex iwessa' l-ilħuq tiegħu u jissodisfa d-domanda għolja mhux milħuqa. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari billi jiżdiedu u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta' mobbiltà għal studenti ta' edukazzjoni għolja, studenti tal-iskola u studenti fis-settur tal-edukazzjoni t-taħriġ vokazzjonali. Il-mobbiltà ta' studenti adulti b'livell baxx ta' ħiliet jenħtieġ li tkun inkorporata fi sħubiji għall-kooperazzjoni. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' tagħlim mhux formali jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ. Il-mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jenħtieġ li tiġi rinforzata wkoll, b'konsiderazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ li għandha. B'mod konformi mal-viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni reali, il-Programm jenħtieġ li jagħti spinta wkoll lill-mobbiltà u l-iskambji u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f'attivitajiet edukattivi u kulturali billi jappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din l-inizjattiva tista' tkun pass importanti biex il-mobbiltà ssir realtà għal kulħadd billi tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jibgħatu u jirċievu iktar studenti ta' skambju filwaqt li ttejjeb il-kwalità fil-mobbiltà tal-istudenti u wkoll billi tiffaċilita l-aċċess tal-istudenti għal diversi servizzi (librerija, trasport, akkomodazzjoni) qabel ma jaslu fl-istituzzjoni barra minn pajjiżhom.

(20)  Il-Programm jenħtieġ li jirrinforza l-opportunitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim eżistenti, b'mod partikolari f'dawk is-setturi fejn il-Programm jista' jkollu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza, sabiex iwessa' l-ilħuq tiegħu u jissodisfa d-domanda għolja mhux milħuqa. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari billi tiżdied u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà għall-gruppi li attwalment jintlaħqu inqas bħall-istudenti fis-settur tal-edukazzjoni t-taħriġ vokazzjonali, speċjalment għal ETV inizjali, studenti tal-iskola, kif ukoll studenti ta' edukazzjoni għolja. Il-mobbiltà ta' studenti adulti b'livell baxx ta' ħiliet jew ta' persuni b'inqas opportunitajiet jenħtieġ li tkun inkorporata fi sħubiji għall-kooperazzjoni. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' tagħlim mhux formali jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ. Il-mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jenħtieġ li tiġi rinforzata wkoll, b'konsiderazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ li għandha. B'mod konformi mal-viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni reali, il-Programm jenħtieġ li jagħti spinta wkoll lill-mobbiltà u l-iskambji u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f'attivitajiet edukattivi u kulturali billi jappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din l-inizjattiva tista' tkun pass importanti biex il-mobbiltà ssir realtà għal kulħadd billi tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jibgħatu u jirċievu iktar studenti ta' skambju filwaqt li ttejjeb il-kwalità fil-mobbiltà tal-istudenti u wkoll billi tiffaċilita l-aċċess tal-istudenti għal diversi servizzi (librerija, trasport, akkomodazzjoni) qabel ma jaslu fl-istituzzjoni barra minn pajjiżhom.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  L-opportunitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim fir-reġjuni tal-fruntiera jenħtieġ li jirċievu aktar appoġġ. B'mod partikolari, opportunitajiet għal studenti f'edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, ta' apprendistati jew biex iqattgħu parti mill-kors ta' studju barra mill-pajjiż, jenħtieġ li jsiru aktar aċċessibbli sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mas-suq tax-xogħol transfruntier.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)  Il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) inklużiv u ta' kwalità, billi għandu rwol ekonomiku u soċjali vitali fl-Ewropa, li jwassal għal opportunitajiet indaqs u inklużjoni soċjali għaċ-ċittadini kollha, inklużi dawk minn gruppi soċjalment żvantaġġati u l-persuni b'inqas opportunitajiet. Il-Programm se jindirizza kwistjonijiet speċifiċi għas-settur tal-ETV bħall-appoġġ strutturali speċifiku bħall-provvista ta' ħiliet lingwistiċi jew taħriġ lingwistiku speċifiku għas-settur, jew miżuri ta' evalwazzjoni xierqa għall-parteċipanti, kif ukoll il-finanzjament biex jiġu kkumpensati l-fondi nazzjonali limitati disponibbli għall-iskambji tal-istudenti, l-għalliema u l-persunal fl-ETV, jew l-iffaċilitar ta' sejbien ta' msieħba għal mobbiltà ta' kwalità għolja.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-esperjenza tal-mobbiltà fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti li l-għan ewlieni tagħha huwa l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà, l-iżvilupp u l-benessri personali, flimkien mat-trasferiment tal-għarfien, il-kompetenzi u l-ħiliet;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 20d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20d)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi l-mobbiltà tal-għalliema jew ta' persunal tal-edukazzjoni ieħor, inkluż persunal tal-edukazzjoni bikrija u tal-preprimarja, filwaqt li jikkontribwixxi għall-iżvilupp professjonali inizjali u kontinwu tagħhom, u jenħtieġ li jiżgura li l-għalliema jirċievu appoġġ mill-iskejjel tagħhom filwaqt li jipparteċipaw f'perjodi ta' mobbiltà, inkluż it-taħriġ ta' qabel il-mobbiltà xieraq, kif ukoll it-tisħiħ tal-għarfien u l-kompetenzi li jridu jintużaw waqt it-tagħlim u t-taħriġ tal-istudenti ta' skambju. Sabiex jiżdied l-aċċess mill-għalliema għall-Programm, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell nazzjonali u reġjonali jenħtieġ li jkunu involuti fil-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni lokali li għandhom jiġu kkoordinati mill-aġenziji nazzjonali rispettivi tagħhom. Il-perjodu tal-mobbiltà tal-għalliema jenħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat bħala liv iżda bħala parti mill-ħin tax-xogħol uffiċjali tagħhom.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, jiġbor flimkien żgħażagħ u dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea.

(21)  Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, jiġbor flimkien żgħażagħ u dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Il-Programm jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-ħidma fost iż-żgħażagħ biex jintlaħaq dan l-għan u se jiffoka fuq il-bini ta' settur taż-żgħażagħ aktar b'saħħtu fl-Ewropa billi jappoġġa u jippromwovi l-operazzjoni u l-proġetti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-Ewropa, fil-pajjiżi tal-viċinat u kooperazzjoni mal-bqija tad-dinja.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-Programm jenħtieġ li joffri l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jiskopru l-Ewropa, permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim barra minn pajjiżhom. Iż-żgħażagħ ta' tmintax-il sena, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jkollhom esperjenza ta' vjaġġ fl-Ewropa tal-ewwel darba, għal terminu qasir fil-livell individwali jew fi grupp fil-qafas ta' attività edukattiva informali mmirata lejn it-trawwim tas-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea u l-iskoperta tad-diversità kulturali tagħha. Il-Programm jenħtieġ li jidentifika l-korpi responsabbli biex jilħqu u jagħżlu l-parteċipanti u jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu d-dimensjoni tat-tagħlim tal-esperjenza.

(22)  Il-Programm jenħtieġ li joffri l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jiskopru l-Ewropa, permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim kwalitattiv barra minn pajjiżhom. Iż-żgħażagħ, irrispettivament mill-età tagħhom, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jkollhom esperjenza ta' tagħlim kwalitattiv fl-Ewropa tal-ewwel darba, għal terminu qasir fil-livell individwali jew fi grupp fil-qafas ta' attività edukattiva informali mmirata lejn it-trawwim tas-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea u l-iskoperta tad-diversità kulturali tagħha. Il-Programm jenħtieġ li jidentifika l-korpi, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ responsabbli biex jilħqu u jagħżlu l-parteċipanti u jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu d-dimensjoni tat-tagħlim tal-esperjenza. Fil-kuntest tal-inizjattiva DiscoverEU, il-Programm jenħtieġ li jilħaq għanijiet u jwettaq attivitajiet ta' tagħlim ċari. Il-Kummissjoni għandha tiżgura allokazzjoni ġeografika bilanċjata. Il-Programm jista' jikkunsidra li jopera b'kooperazzjoni mal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, il-Kapitali Ewropej taż-Żgħażagħ, il-Kapitali Ewropej tal-Volontarjat u l-Kapitali Ekoloġiċi Ewropej biex itejjeb l-esperjenza globali.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi wkoll il-mobbiltà għat-tagħlim tul il-ħajja tal-istudenti aktar avvanzat fl-età, inklużi l-istudenti tal-Universitajiet tat-Tielet Età u l-ħaddiema li jkollhom 50 sena jew aktar li jinsabu fil-proċess ta' tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol, u attivitajiet ta' skambju interġenerazzjonali bejn żgħażagħ u persuni aktar avvanzati fl-età.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi, b'mod partikolari permezz ta' użu iktar mifrux ta' għodod online, għaliex t-tagħlim elettroniku joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' aċċess u flessibbiltà.

(23)  Il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi, inklużi l-lingwi tas-sinjali, il-lingwi tal-minoranzi u tal-viċinat, b'mod partikolari permezz ta' użu iktar mifrux ta' għodod aċċessibbli online, kif ukoll it-tagħlim tradizzjonali tal-lingwi fil-klassijiet, sabiex jingħeleb wieħed mill-ostakli għall-mobbiltà tal-istudenti.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b'mod adegwat il-potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali.

(24)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b'mod adegwat il-potenzjal għall-iżvilupp sostenibbli, il-progress soċjali, l-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  B'konformità mal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittjiet ta' Persuni b'Diżabilità, il-Programm għandu jappoġġa s-sensibilizzazzjoni dwar persuni b'diżabilità fis-soċjetà kollha, u sabiex jippromwovi perċezzjonijiet pożittivi u kuxjenza soċjali akbar, irid iħeġġeġ ir-rikonoxximent tal-ħiliet, il-merti u l-abbiltajiet tal-persuni b'diżabilità; irid irawwem ukoll, f'kull livell tas-sistema edukattiva, attitudni ta' rispett lejn id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u jinkludi programmi ta' taħriġ ta' sensibilizzazzjoni dwar persuni b'diżabilità u d-drittijiet tagħhom.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproċedu b'għadd ta' inizjattivi sabiex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal livell ġdid, inkluż billi jinkoraġġixxu l-emerġenza ta' "Universitajiet Ewropej" sal-2024, li jikkonsistu f'netwerks minn isfel għal fuq ta' universitajiet madwar l-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dawn l-Universitajiet Ewropej.

(25)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproċedu b'għadd ta' inizjattivi sabiex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal livell ġdid, inkluż billi jinkoraġġixxu l-emerġenza ta' "Universitajiet Ewropej" sal-2024, li jikkonsistu f'netwerks minn isfel għal fuq ta' universitajiet madwar l-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dawn l-Universitajiet Ewropej filwaqt li jiżgura l-appoġġ finanzjarju ta' massimu ta' 20 % mill-baġit ċentralizzat iddedikat għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-Programm jenħtieġ li jiżgura li n-netwerk tal-Universitajiet Ewropej jiggarantixxi kopertura ġeografika komprensiva ta' universitajiet Ewropej.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-Communiqué ta' Bruges tal-2010 talbet appoġġ għall-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa tal-2017 tindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jingħaqdu mas-sistemi tal-innovazzjoni, bħala parti minn strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi sabiex tingħata risposta lil dawn it-talbiet u jappoġġa l-iżvilupp ta' pjattaformi transnazzjonali ta' Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali integrati mill-qrib fi strateġiji lokali u reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività. Dawn iċ-ċentri ta' eċċellenza jenħtieġ li jaġixxu ta' xprunaturi ta' ħiliet vokazzjonali ta' kwalità f'kuntest ta' sfidi settorjali, filwaqt li jappoġġaw bidliet strutturali ġenerali u politiki soċjoekonomiċi fl-Unjoni.

(26)  Il-Communiqué ta' Bruges tal-2010 talbet appoġġ għall-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa tal-2017 tindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jingħaqdu mas-sistemi tal-innovazzjoni, bħala parti minn strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi sabiex tingħata risposta lil dawn it-talbiet u jappoġġa l-iżvilupp ta' pjattaformi transnazzjonali ta' Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali integrati mill-qrib fi strateġiji lokali u reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni, il-kompetittività, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli. Dawn iċ-ċentri ta' eċċellenza jenħtieġ li jaġixxu ta' xprunaturi ta' ħiliet vokazzjonali ta' kwalità f'kuntest ta' sfidi settorjali, filwaqt li jappoġġaw bidliet strutturali ġenerali u politiki soċjoekonomiċi fl-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi finanzjament għal dawn iċ-ċentri ta' eċċellenza ta' minimu ta' 10 % mill-baġit ċentralizzat iddedikat għall-azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u jenħtieġ li jiżgura kopertura ġeografika komprensiva fl-Ewropa kollha.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Sabiex iżid l-użu ta' attivitajiet virtwali ta' kooperazzjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa użu iktar sistematiku tal-pjattaformi online bħal eTwinning, School Education Gateway, il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaforma online għall-edukazzjoni għolja.

(27)  Sabiex iżid l-użu ta' attivitajiet virtwali ta' kooperazzjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa użu iktar sistematiku u aċċessibbli tal-pjattaformi online bħal eTwinning, School Education Gateway, il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaforma online għall-edukazzjoni għolja.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent ta' ħiliet u kwalifiki, kif ukoll it-trasferiment ta' krediti jew unitajiet ta' eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta' kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta' mogħdiji ta' tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta' edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f'kuntesti formali u mhux formali.

(28)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent ta' ħiliet u kwalifiki, kif ukoll it-trasferiment ta' krediti jew unitajiet ta' eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta' kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta' mogħdijiet ta' tagħlim flessibbli u inklużivi bejn oqsma differenti ta' edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f'kuntesti formali u mhux formali.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura li l-kompetenzi żviluppati permezz ta' esperjenzi tal-mobbiltà fi kwalunkwe ambjent jiġu dokumentati, validati u rikonoxxuti kif suppost. Il-Programm jenħtieġ li jagħmel enfasi speċjali fuq il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-perjodi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ barra mill-pajjiż, inkluża l-edukazzjoni sekondarja, u f'dan ir-rigward l-allokazzjoni tal-baġits u l-għotjiet konkreti jenħtieġ li jkunu marbuta mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-kwalità, ma' deskrizzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u mal-applikazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2012 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Validazzjoni tat-Tagħlim Informali u Mhux Formali u għodod Ewropej li jikkontribwixxu għar-rikonoxximent tat-tagħlim barra mill-pajjiż u jiżguraw tagħlim ta' kwalità, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR), is-Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET).

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Bħala mod ta' kif tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet ta' mobbiltà lil persuni f'diversi setturi ta' attività, bħas-settur pubbliku, tal-agrikoltura u tal-intrapriża, sabiex ikunu jistgħu jkollhom esperjenza ta' tagħlim barra minn pajjiżhom li tippermettilhom, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja tagħhom, jikbru u jiżviluppaw professjonalment kif ukoll personalment, b'mod partikolari billi jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward l-identità Ewropea tagħhom u fehim tad-diversità kulturali Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li joffri punt tad-dħul għall-iskemi ta' mobbiltà transnazzjonali tal-Unjoni b'dimensjoni ta' tagħlim b'saħħitha, li jissimplifika l-offerta ta' tali skemi għall-benefiċjarji u dawk li jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet. L-espansjoni tal-proġetti Erasmus jenħtieġ li tiġi ffaċilitata; jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-promoturi tal-proġetti Erasmus japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi relatati mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura.

(30)  Bħala mod ta' kif tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet ta' mobbiltà lil persuni, inklużi persuni b'diżabbiltà, f'diversi setturi ta' attività, bħas-settur pubbliku, tal-agrikoltura u tal-intrapriża, sabiex ikunu jistgħu jkollhom esperjenza ta' tagħlim barra minn pajjiżhom li tippermettilhom, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja tagħhom, jikbru u jiżviluppaw professjonalment kif ukoll personalment, b'mod partikolari billi jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward l-identità Ewropea tagħhom u fehim tad-diversità kulturali Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li joffri punt tad-dħul għall-iskemi ta' mobbiltà transnazzjonali tal-Unjoni b'dimensjoni ta' tagħlim b'saħħitha, li jissimplifika l-offerta ta' tali skemi għall-benefiċjarji u dawk li jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet. L-espansjoni tal-proġetti Erasmus jenħtieġ li tiġi ffaċilitata; jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-promoturi tal-proġetti Erasmus japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi relatati mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura, kif ukoll il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni.

(32)  Il-Programm għandu jkun konformi mal-għan ċentrali tal-Ftehim ta' Pariġi biex tissaħħaħ it-tweġiba globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima. Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  F'dan l-ambjent internazzjonali uniku, il-Programm u l-għodod tiegħu jenħtieġ li jkollhom rwol kruċjali biex jedukaw lill-persuni dwar is-sostenibbiltà globali, u l-istudji globali, il-protezzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima u flimkien mal-programmi mmirati, dawn l-istudji jenħtieġ li jidhru fl-attivitajiet ewlenin kollha bħala element orizzontali fil-forma ta' edukazzjoni formali, mhux formali jew tagħlim informali.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 32 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32b)  Minħabba l-obbligu legali tal-Unjoni Ewropea li telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha li ġie stabbilit mill-Artikolu 8 tat-TFUE, dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni l-ġeneru fil-politiki tal-Unjoni. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni. Huwa meħtieġ titjib speċjalment fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri tal-parteċipanti minn pajjiżi terzi.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Fi ħdan pakkett bażiku għal azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li jiġi definit tqassim tal-allokazzjoni minima għal kull settur (edukazzjoni għolja, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għall-adulti) sabiex tkun garantita massa kritika ta' approprjazzjonijiet biex jintlaħqu l-output u r-riżultati maħsuba f'kull wieħed minn dawn is-setturi.

(34)  Fi ħdan pakkett bażiku għal azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li jiġi definit tqassim tal-allokazzjoni minima għal kull settur (edukazzjoni għolja, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għall-adulti) sabiex tkun garantita massa kritika ta' approprjazzjonijiet biex jintlaħqu l-output u r-riżultati maħsuba f'kull wieħed minn dawn is-setturi. Barra minn hekk, tista' tiġi definita wkoll allokazzjoni minima għal kull grupp fil-mira.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jrendu r-riżultati, filwaqt li jqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta' unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

(36)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jrendu r-riżultati, filwaqt li jqisu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta' unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju. Appoġġ finanzjarju mmirat, bħal opzjonijiet ta' prefinanzjament għal persuni b'inqas opportunitajiet jew finanzjament ta' kostijiet addizzjonali mġarrba minn persuni b'diżabilità abbażi tad-diżabilità tagħhom, huwa ta' importanza fundamentali għall-inklużività tal-Programm.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)  Il-livelli ta' appoġġ finanzjarju fil-forma ta' għotjiet, somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità għall-ivvjaġġar jew amministrattivi jenħtieġ li jiġu riveduti u aġġustati kull sena għall-kostijiet tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż ospitanti u tal-belt ospitanti, skont iċ-ċifri aġġornati tal-Eurostat, sabiex jiġi żgurat li jkun konsistenti mar-realtà u li ma jkunx diskriminatorju; Huwa essenzjali li l-kost tal-akkomodazzjoni, it-trasport internazzjonali u t-trasport lokali, l-ikel, il-korsijiet tal-lingwa u ammont minimu meħtieġ biex wieħed jgħix b'mod dinjituż jitqies fil-kalkolu tas-sussidji mogħtija.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta programmi ta' ħidma u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom b'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, kif ukoll l-elementi l-oħrajn kollha meħtieġa. Il-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda fihom jenħtieġ li jiġu adottati minn atti ta' implimentazzjoni b'konformità mal-proċedura ta' eżami.

(40)  B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta programmi ta' ħidma u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom b'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, kif ukoll l-elementi l-oħrajn kollha meħtieġa. Il-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda fihom jenħtieġ li jiġu adottati minn atti delegati.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201638, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà.

(41)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201638, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-organizzazzjonijiet benefiċjarji iżda anke fuq l-Istati Membri. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà.

_________________

_________________

38 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

38 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissimplifika d-definizzjonijiet u ttejjeb il-gwida dwar l-azzjonijiet deċentralizzati sabiex tiżgura li r-regoli tal-Programm jiġu applikati b'mod armonizzat mill-aġenziji nazzjonali, b'mod li jirrispetta l-istandards komuni ta' kwalità u l-prattiki ta' proċedura. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħeġġeġ koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji sabiex ittejjeb l-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 44b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44b)  Il-Programm jenħtieġ li jinkoraġġixxi t-tagħlim bejn il-pari wara studji, taħriġ u esperjenza ta' xogħol barra mill-pajjiż sabiex jiżdied l-impatt ta' Erasmus+ fuq il-komunitajiet lokali u tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki li hija vitali għat-titjib tal-kwalità tal-proġetti taħt il-programm Erasmus+.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza. B'mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39, l-Istati Membri huma nkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni.

(46)  L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jinkludi l-eżenzjoni ta' għotjiet għall-istudju mit-tassazzjoni u mill-imposti soċjali, il-faċilitazzjoni tal-portabbiltà tad-drittijiet bejn is-sistemi soċjali tal-Unjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza u diffikultajiet legali jew amministrattivi oħra li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għall-Programm. B'mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39, l-Istati Membri huma inkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni.

__________________

__________________

39 Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

39 Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.

imħassar

__________________

 

40 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, spejjeż ta' unità u finanzjament b'rata fissa. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati.

(49)  Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, spejjeż ta' unità u finanzjament b'rata fissa. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 49a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a)  Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba ta' kull programm u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u li jkun faċli għall-utent possibbli. L-Istati Membri jew l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkumplikaw l-użu tal-fondi għall-benefiċjarju.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Anness. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni tal-atti delegati.

(53)  Sabiex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-Programm u biex tagħti indikazzjoni tal-ammont allokat lil kull azzjoni u tad-distribuzzjoni tal-fondi, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni u l-emenda tal-programmi ta' ħidma, u tal-emenda tal-Anness. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni tal-atti delegati.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Erasmus, il-programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport ("il-Programm").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Erasmus+, il-programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport ("il-Programm").

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "mobbiltà għat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali; Dan tista' tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku u/jew tkun ikkumplimentata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F'xi każijiet speċifiċi, tista' tkun fil-forma ta' tagħlim permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(2)  "mobbiltà għat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali; tista' tieħu l-forma ta' traineeships, apprendistati, skambji taż-żgħażagħ, tagħlim jew parteċipazzjoni f'attività ta' żvilupp professjonali; tista' tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ lingwistiku, inklużi l-lingwi tas-sinjali, u taħriġ u/jew tkun ikkomplementata b'tagħlim aċċessibbli online u kooperazzjoni virtwali. F'xi każijiet speċifiċi, minbarra l-mobbiltà fiżika, tista' tkun fil-forma ta' tagħlim permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni aċċessibbli u/jew adattati speċifikament;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "tagħlim informali" tfisser tagħlim li jirriżulta minn attivitajiet ta' kuljum u esperjenzi li mhumiex organizzati jew strutturati f'termini ta' appoġġ għall-għanijiet, żmien jew tagħlim. Jista' jkun mhux intenzjonat mill-perspettiva tal-istudent;

(4)  "tagħlim informali" tfisser tagħlim li jirriżulta minn attivitajiet ta' kuljum u esperjenzi li mhumiex organizzati jew strutturati f'termini ta' appoġġ għall-għanijiet, żmien jew tagħlim. Jista' jkun mhux intenzjonat mill-perspettiva tal-istudent u jipprovdi eżitu tat-tagħlim li jkun ta' benefiċċju għall-istudent;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  "kooperazzjoni virtwali" tfisser kwalunkwe forma ta' kooperazzjoni li tuża għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(17)  "kooperazzjoni virtwali" tfisser kwalunkwe forma ta' kooperazzjoni li tuża għodod u sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni aċċessibbli u/jew adattati speċifikament;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  "attività ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola mwettqa minn gruppi informali ta' żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u karatterizzata minn approċċ ta' tagħlim mhux formali;

(20)  "attività ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ" tfisser attività aċċessibbli barra mill-iskola mwettqa minn gruppi informali ta' żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u karatterizzata minn approċċ ta' tagħlim mhux formali;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ" tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali tagħhom;

(21)  "ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ" tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali u informali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp personali tagħhom, inkluż l-iżvilupp soċjoedukattiv u professjonali u l-iżvilupp tal-kompetenzi tagħhom. Il-ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ kif ukoll iż-żgħażagħ huma involuti fl-ippjanar, it-tmexxija, il-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet ta' ħidma fost iż-żgħażagħ u tal-iżvilupp relatat mal-ħidma fost iż-żgħażagħ;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  "djalogu maż-żgħażagħ tal-UE" tfisser djalogu maż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li jservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ;

(22)  "djalogu strutturat" tfisser djalogu maż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ma' min ifassal il-politika u jieħu d-deċiżjonijiet, li jservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fl-oqsma kollha rilevanti għaż-żgħażagħ;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  "persuni b'inqas opportunitajiet" tfisser dawk li jaffaċċaw ostakli li ma jħalluhomx ikollhom aċċess effettiv għal opportunitajiet skont il-Programm għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ġeografiċi jew ta' saħħa, kuntest ta' migrazzjoni jew għal raġunijiet bħal diżabbiltà u diffikultajiet edukattivi;

(25)  "persuni b'inqas opportunitajiet" tfisser dawk li ma jistgħux jaċċessaw b'mod sħiħ u effikaċi l-opportunitajiet skont il-Programm, minħabba l-fatt li huma fi żvantaġġ meta mqabbla mal-pari tagħhom minħabba diversi ostakli, pereżempju diżabbiltà, problemi tas-saħħa, diffikultajiet edukattivi, differenzi kulturali, jew ostakli ekonomiċi, soċjali jew ġeografiċi, inklużi persuni minn komunità emarġinata, kuntest ta' migrazzjoni jew f'riskju li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe waħda mir-raġunijiet minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; tali ostakli jirrikjedu li jkollhom servizzi ta' appoġġ addizzjonali biex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-Programm;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  "kooperazzjoni transsettorjali" tfisser kooperazzjoni bejn setturi differenti tal-Programm (edukazzjoni għolja, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni għall-adulti, iż-żgħażagħ u l-isport), kif ukoll bejn ambjenti ta' tagħlim formali, mhux formali u informali u entitajiet legali differenti fi ħdan dawk is-setturi;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 27 – punt 27b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b)  "kompetenzi essenzjali" tfisser l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa minn kull individwu għat-twettiq u l-iżvilupp personali, l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali, u ċ-ċittadinanza attiva. Il-kompetenzi essenzjali jinkludu: il-litteriżmu, il-kompetenza multilingwi, il-matematika, ix-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija, il-kompetenza diġitali, il-kompetenza personali, soċjali u tat-tagħlim, il-kompetenza rigward iċ0ċittadinanza, l-intraprenditorja, u s-sensibilizzazzjoni u l-espressjoni kulturali;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi u koeżjoni soċjali kif ukoll li jsaħħaħ l-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni, li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport.

1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, it-tagħlim għall-adulti u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi deċenti u koeżjoni u inklużjoni soċjali, protezzjoni tal-ambjent, ċittadinanza attiva, promozzjoni tad-drittijiet u l-valuri u parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika, kif ukoll għal tisħiħ tal-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni aċċessibbli u inklużiva, li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ;

(b)  li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  li jippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja taċ-ċittadini kollha irrispettivament mill-età u billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn ambjenti tat-tagħlim formali, mhux formali u informali u jappoġġa mogħdijiet tat-tagħlim flessibbli;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-mobilità tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti;

(d)  il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  sħubiji għall-innovazzjoni fl-edukazzjoni u forom oħra ta' tagħlim permezz ta' azzjonijiet fuq skala kbira bħal alleanzi tal-edukazzjoni għall-adulti u sħubiji għall-kooperazzjoni transsettorjali;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sħubiji għall-eċċellenza, b'mod partikolari universitajiet Ewropej, Ċentri ta eċċellenza vokazzjonali u lawrji konġunti ta' master;

(b)  sħubiji għall-eċċellenza, bħal Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u lawrji konġunti ta' master, filwaqt li jkun żgurat li dawn is-sħubiji jkollhom kopertura ġeografika komprensiva fl-Ewropa kollha;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sħubiji għall-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa;

(c)  sħubiji għall-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni sostenibbli tal-Ewropa;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta' politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-netwerk Eurydice jew attivitajiet ta' organizzazzjonijiet rilevanti oħra;

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta' politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi, inkluż bl-appoġġ tan-netwerk Eurydice jew attivitajiet ta' organizzazzjonijiet rilevanti oħra;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(c)  djalogu politiku, appoġġ u kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li jinvolvu, fost l-oħrajn, appoġġ strutturali;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  djalogu strutturat maż-żgħażagħ;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-mobbilità taż-żgħażagħ;

(a)  il-mobbilità taż-żgħażagħ, inklużi dawk b'diżabbiltà;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  sħubiji għall-innovazzjoni fil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ permezz ta' azzjonijiet fuq skala kbira bħal alleanzi tal-ħidma fost iż-żgħażagħ;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  sħubiji biex il-Programm jilħaq aktar nies, speċjalment bl-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa u għodod diġitali ġodda;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  djalogu ta' politika u kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati rilevnati, inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej;

(c)  djalogu politiku, kooperazzjoni u appoġġ għal partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu strutturat kif ukoll l-appoġġ strutturali għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej u organizzazzjonijiet Ewropej oħra taż-żgħażagħ;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  djalogu strutturat maż-żgħażagħ;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  attivitajiet ta' disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet tal-politika Ewropea u dwar il-Programm, inklużi premjijiet u għotjiet sportivi.

(c)  attivitajiet ta' disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet tal-politika Ewropea u dwar il-Programm, inklużi premjijiet u għotjiet sportivi, li jkunu aċċessibbli wkoll għal persuni b'diżabbiltà.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 30 000 000 000 fi prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 41 097 000 000 fi prezzijiet kostanti.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 24 940 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnhom:

(a)  83,5 % għal azzjonijiet ċentralizzati u deċentralizzati fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnhom:

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  mill-inqas EUR 8 640 000 000 jenħtieġ li jiġu allokati għal azzjonijiet ta' edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(1)  mill-inqas 34 % jenħtieġ li jiġu allokati għal azzjonijiet deċentralizzati ta' edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  mill-inqas EUR 5 230 000 000 għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(2)  mill-inqas 25 % għal azzjonijiet deċentralizzati fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  mill-inqas EUR 3 790 000 000 għal azzjonijiet ta' edukazzjoni skolastika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(3)  mill-inqas 15 % għal azzjonijiet deċentralizzati ta' edukazzjoni skolastika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  mill-inqas EUR 1 190 000 000 għal azzjonijiet edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

(4)  mill-inqas 6 % għal azzjonijiet deċentralizzati edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  EUR 450 000 000 għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7;

(5)  1,8 % għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  massimu ta' 20 % għal "Universitajiet Ewropej" u minimu ta' 10 % għal "Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali" mill-baġit ċentralizzat għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR 3 100 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10;

(b)  10 % għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10;

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  EUR 550 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; and

(c)  1,8 % għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; and

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  mill-inqas EUR 960 000 000 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali.

(d)  3,2 % bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta tingħata l-mobbiltà lill-applikanti, l-għan għandu jkun dak ta' rappreżentanza bilanċata bejn l-irġiel u n-nisa.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, kif ukoll assistenza tal-aċċessibbiltà.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħall-għotjiet, somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità għall-ivvjaġġar jew amministrattivi, għandhom jiġu riveduti u aġġustati kull sena għall-kostijiet tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż, ir-reġjun jew il-belt ospitanti, skont iċ-ċifri aġġornati tal-Eurostat, kif ukoll għall-kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-kostijiet tal-persunal għall-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fi proġetti b'outputs intellettwali għandhom ikunu bbażati fuq rimunerazzjoni ġusta u ekwa. Il-livell tal-kostijiet tal-persunal għandu jiġi rivedut u aġġornat kull sena skont iċ-ċifri tal-Eurostat.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  Sabiex tiġi appoġġata l-inklużjoni ta' dawk li jħabbtu wiċċhom ma' ostakli addizzjonali u jirrikjedu assistenza għal bżonnijiet speċjali, se jiġi pprovdut baġit iddedikat biex ikopri l-kostijiet ta' tali assistenza, li jkun separat mill-baġit tal-proġett ewlieni.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jimplimentaw il-Programm, inter alia fir-rigward tal-għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta' għotjiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u li tittejjeb is-sensibilizzazzjoni għal persuni b'anqas opportunitajiet.

2.  Meta jimplimentaw il-Programm, inter alia fir-rigward tal-għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta' għotjiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u li tittejjeb is-sensibilizzazzjoni għal persuni b'inqas opportunitajiet. Għandhom jiddaħħlu fis-seħħ servizzi ta' appoġġ addizzjonali sabiex il-persuni b'inqas opportunitajiet, ikunu jistgħu jaċċessaw l-attivitajiet kollha mingħajr ostakli u jitħejjew minn perspettiva kulturali, soċjali u anke lingwistika għall-esperjenzi tal-mobbiltà għat-tagħlim tagħhom. L-aġenziji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli mill-monitoraġġ ta' dawn is-servizzi ta' appoġġ.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex ittejjeb l-aċċess għall-persuni b'inqas opportunitajiet u tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm, il-Kummissjoni tista' taġġusta jew tista' tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 biex jaġġustaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi, l-għotjiet sabiex jappoġġaw azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm.

5.  Sabiex ittejjeb l-aċċess għall-persuni b'inqas opportunitajiet u tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm, il-Kummissjoni tista' taġġusta jew tista' tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 biex jaġġustaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi, l-għotjiet sabiex jappoġġaw azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, pereżempju billi jipprovdu prefinanzjament għal tali individwi. Baġit dedikat biex ikopri l-kostijiet ta' tali servizzi ta' appoġġ addizzjonali għandu jiġi pprovdut lill-aġenziji nazzjonali li għandhom jiżguraw li l-kostijiet addizzjonali għall-aċċessibbiltà u l-inklużività ma jistgħux waħedhom jiġġustifikaw ir-rifjut tal-proġett.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Addizzjonalment, il-programm ta' ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta' fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31.

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Addizzjonalment, il-programm ta' ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta' fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 30 biex tadotta l-programm ta' ħidma, u kwalunkwe emenda tiegħu.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jissimplifikaw il-proċeduri u jnaqqsu l-piż amministrattiv kbir għall-istudenti, l-istituzzjonijiet kif ukoll il-kumpaniji ospitanti involuti fi proġetti Erasmus+, b'mod partikolari dawk li mhumiex jisfruttaw biżżejjed din l-opportunità sabiex itejbu u jiffaċilitaw il-proċessi ta' aċċess ugwali, reġistrazzjoni, validazzjoni u rikonoxximent. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali għandhom jistandardizzaw il-kriterji ta' aċċess bil-għan li dan ikun aċċessibbli għall-akbar għadd ta' applikanti possibbli.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, fil-ħin u fil-livell xieraq ta' dettall mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għal dak il-fini, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u l-Istati Membri.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm tkun diżaggregata skont is-sessi u tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, fil-ħin u fil-livell xieraq ta' dettall mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għal dak il-fini, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u l-Istati Membri.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tkun akkumpanjata wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm u biex tiġi evalwata l-effiċjenza tal-Programm, akkumpanjata, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament. Din għandha tkun akkumpanjata wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2019, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati ta' attivitajiet appoġġati skont l-azzjonijiet li jġestixxu fil-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha ta' disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar il-Programm, inkluż informazzjoni dwar azzjonijiet u attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tiegħu, u għandhom jinfurmaw lill-gruppi fil-mira rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa fil-pajjiż tagħhom.

1.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24, flimkien mal-Kummissjoni, għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti kkoordinata fl-Unjoni kollha fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati ta' attivitajiet appoġġati skont l-azzjonijiet li jġestixxu fil-Programm, u għandhom jassistu wkoll lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha ta' disseminazzjoni b'mod aċċessibbli ta' informazzjoni dwar il-Programm, inkluż informazzjoni dwar azzjonijiet u attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tiegħu, u għandhom jinfurmaw lill-gruppi fil-mira rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa fil-pajjiż tagħhom. L-informazzjoni dwar il-Programm għandha tiġi pprovduta bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

4.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu, b'mod li jkun aċċessibbli wkoll għall-persuni b'diżabbiltà. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Mill-perspettiva taż-żgħażagħ, Erasmus+ jitqies primarjament bħala programm għall-istudenti universitarji. Fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, għaldaqstant, tingħata importanza akbar lill-miżuri ta' komunikazzjoni u informazzjoni bil-għan li jiżdied il-profil tal-oqsma differenti u tas-sottoprogrammi relatati ma' kull qasam, filwaqt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jattribwixxu pożizzjoni importanti lill-ETV u lill-mobbiltà tal-ETV fl-għażla li twassal għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u għal karriera promettenti, u b'hekk tiżdied il-viżibbiltà tal-programmi dwar l-ETV.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Il-Programm għandu jiġi mxerred u appoġġat ukoll minn servizzi ta' gwida tal-karrieri fl-istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ, u s-servizzi tal-impjiegi.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament kif suppost tal-Programm, inkluż, fejn possibbli, miżuri maħsuba biex jirriżolvu kwistjonijiet li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u xierqa biex ineħħu l-ostakli amministrattivi għall-funzjonament kif suppost tal-Programm, inkluż, fejn possibbli, miżuri maħsuba biex tiġi evitata t-tassazzjoni tal-għotjiet, tiġi ffaċilitata l-portabbiltà tad-drittijiet bejn is-sistemi soċjali tal-Unjoni, u jiġu riżolti kwistjonijiet li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi u permessi ta' residenza u diffikultajiet legali jew amministrattivi oħra li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għall-Programm.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett tal-azzjonijiet li għandhom jiġu deskritti fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu [19], b'mod konformi mal-[punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.  L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett tal-azzjonijiet li għandhom jiġu deskritti fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu [19], b'mod konformi mal-[punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament Finanzjarju. L-aġenzija nazzjonali għandha tiżgura li l-proġetti jkunu faċilment aċċessibbli u inklużivi. Għandha tiżgura esperjenzi tal-mobbiltà ta' kwalità bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fil-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà (2006/961/KE).

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  L-aġenziji nazzjonali għandhom jagħmlu l-baġits disponibbli għal kull azzjoni ewlenija u għal kull settur faċilment aċċessibbli wara kull sensiela ta' applikazzjonijiet sabiex jippermettu lill-applikanti jippjanaw b'mod strateġiku l-azzjonijiet futuri tagħhom, kif ukoll jippubblikaw ir-riżultati tal-għażla tal-proġetti u tal-linji baġitarji, b'mod li jista' jseħħ il-monitoraġġ adegwat estern tal-Programm. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda preferenza tal-istituzzjonijiet il-kbar fuq dawk li huma iżgħar f'termini ta' applikanti għall-programm.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  L-aġenzija nazzjonali għandha tikkonsulta b'mod regolari lill-benefiċjarji tal-Programm (individwi u organizzazzjonijiet) sabiex tiġbor il-feedback tagħhom dwar il-Programm, tirrapportah lill-Kummissjoni u ttejjeb l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell nazzjonali abbażi tal-feedback u l-għarfien espert tagħhom. 

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Għandhom jiġu organizzati laqgħat regolari man-netwerk tal-aġenziji nazzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti tal-Programm fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-Artikolu 17.

7.  Għandhom jiġu organizzati laqgħat regolari kif ukoll attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari man-netwerk tal-aġenziji nazzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti tal-Programm fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-Artikolu 17. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-iskambju ta' informazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-miżuri rigward l-aċċessibbiltà u l-akkomodazzjoni raġonevoli.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-pjattaforma għad-disseminazzjoni tar-riżultati tal-proġetti u għandha tiggarantixxi approċċ aktar b'saħħtu għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-iskambji internazzjonali ta' fehmiet għall-aġenziji nazzjonali, is-sħab u l-benefiċjarji tal-programm.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ lill-applikanti għall-programm biex isibu sħab internazzjonali, billi jiġu żviluppati pjattaformi ta' użu faċli għall-utent li jikkombinaw l-informazzjoni pubblika dwar id-diversi benefiċjarji u l-proġetti tagħhom.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

imħassar

Proċedura ta' kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Il-kumitat jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta kwistjonijiet settorjali. Fejn ikun xieraq, u b'konformità mar-regoli ta' proċedura tiegħu u fuq bażi ad hoc, esperti esterni, inklużi rappreżentanti tas-sħab soċjali, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi.

 

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda    118

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Mobbiltà għat-tagħlim ta' kwalità għolja għal persuni minn diversi oqsma

(1)  Mobbiltà għat-tagħlim ta' kwalità għolja u inklużiva għal persuni minn diversi oqsma, inklużi persuni b'inqas opportunitajiet

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

"Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport

Referenzi

COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

14.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Emilian Pavel

18.6.2018

Eżami fil-kumitat

18.10.2018

19.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Michael Detjen, Geoffroy Didier, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Ulrike Trebesius

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Deirdre Clune, Tania González Peñas, Alex Mayer, Jasenko Selimovic, Helga Stevens, Monika Vana

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Paolo De Castro

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic

ECR

Helga Stevens, Ulrike Trebesius

EFDD

Laura Agea

ENF

Mara Bizzotto

GUE/NGL

Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Deirdre Clune, Geoffroy Didier, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin

S&D

Guillaume Balas, Brando Benifei, Caterina Chinnici, Paolo De Castro, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Monika Vana

1

-

NI

Lampros Fountoulis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  Ir-Rakkomandazzjoni (KE) Nru 2006/961 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà [Ġurnal Uffiċjali L 394, 30.12.2006].

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

’Erasmus’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport

Referenzi

COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

14.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

14.6.2018

BUDG

14.6.2018

EMPL

14.6.2018

ITRE

14.6.2018

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Milan Zver

1.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.10.2018

3.12.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Rupert Matthews, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, John Procter, Michaela Šojdrová, Bogusław Sonik, Yana Toom, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Liadh Ní Riada, Michel Reimon, Remo Sernagiotto, Monika Smolková, Francis Zammit Dimech

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Heubuch, Răzvan Popa, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

4.3.2019

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ECR

Rupert Matthews, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, John Procter, Remo Sernagiotto

EFDD

Isabella Adinolfi

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Michaela Šojdrová, Bogusław Sonik, Sabine Verheyen, Francis Zammit Dimech, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Luigi Morgano, Răzvan Popa, Monika Smolková, Julie Ward, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Maria Heubuch, Michel Reimon

1

-

ENF

Dominique Bilde

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza