RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni)

28.2.2019 - (COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Miguel Viegas
(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2018/0176(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0117/2019
Testi mressqa :
A8-0117/2019
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni)

(COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0346),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0381/2018),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali[1],

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta' Frar 2019 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0117/2019),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, li ssostitwixxiet id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tistabbilixxi arranġamenti ġenerali għal prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, bħalma huma l-prodotti tal-enerġija u l-elettriku, l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, u t-tabakk manifatturat. Id-Direttiva għamlet enfasi partikolari wkoll fuq il-produzzjoni, il-ħżin u l-moviment ta' prodotti soġġetti għas-sisa bejn l-Istati Membri. L-għan ewlieni tad-Direttiva hu li jingħata lok għall-moviment liberu tal-prodotti u fl-istess ħin jiġi żgurat li fl-aħħar mill-aħħar l-Istati Membri jiġbru d-dejn korrett tat-taxxa.

L-inizjattiva REFIT (programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni) tal-Kummissjoni kienet tħabbret fl-Anness II tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 b'mod parallel ma' inizjattiva REFIT għad-Direttiva 92/83/KEE. Għaldaqstant flimkien ma' din il-proposta, se tiġi ppreżentata wkoll proposta biex tiġi emendata d-Direttiva 92/83/KEE.

Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/118/KE fil-qafas tal-programm REFIT tal-Kummissjoni u ppreżentat rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fil-21 ta' April 2017. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ġew riflessi fil-biċċa l-kbira fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill, li ġew adottati fil-5 ta' Diċembru 2017.

Ir-rapport tal-Kummissjoni u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, filwaqt li jirriflettu s-sodisfazzjon ġenerali bis-Sistema tal-Movimenti u tal-Kontrolli ta' Prodotti Soġġetti għas-Sisa (l-EMCS), identifikaw xi oqsma li jeħtieġu titjib. L-oqsma ewlenin enfasizzati għandhom x'jaqsmu mat-titjib tal-allinjament bejn il-proċeduri doganali u tas-sisa u l-awtomatizzazzjoni parzjali jew sħiħa tal-movimenti intra-UE ta' prodotti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum.

Il-proposta tindirizza dawn l-oqsma addizzjonali li ġejjin:

•  fir-rigward tal-konsenjaturi li jwettqu attività ekonomika indipendenti u li jixtiequ jibagħtu prodotti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum f'xi wieħed mill-Istati Membri, lil persuni f'xi Stat Membru ieħor li ma jwettqux attività ekonomika indipendenti: tiddaħħal il-possibbiltà li l-konsenjatur juża rappreżentant tat-taxxa u titneħħa l-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni teżiġi rappreżentant tat-taxxa;

•  soluzzjoni komuni għat-telf parzjali naturali waqt moviment;

•  l-awtomatizzazzjoni taċ-ċertifikat ta' eżenzjoni u t-trattament tiegħu għal movimenti ta' prodotti soġġetti għas-sisa lil konsenjatarji eżentati mill-ħlas tad-dazji tas-sisa;

•  rinunzja tal-garanzija għal prodotti tal-enerġija trasportati bil-pipelines.

Importanti li l-arranġamenti tas-sisa għall-bejgħ mill-bogħod jenħtieġ ikunu kompatibbli

mal-arranġamenti tal-VAT. Għal dan il-għan, aktar tard fl-2018, il-Kummissjoni se tkun qed tistudja l-alternattivi

għal arranġamenti ġodda għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti soġġetti għas-sisa.

Id-Direttiva ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi, u se jsiru emendi

ulterjuri. Id-Direttiva tagħmel diversi referenzi għal atti leġiżlattivi skaduti, li jenħtieġ

jiġu aġġornati fl-istess ħin. Għaldaqstant il-Kummissjoni ddeċidiet li twettaq riformulazzjoni tad-Direttiva 

2008/118/KE fl-interess taċ-ċarezza.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2019)7359

Is-Sur Roberto GUALTIERI

President, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

ASP 15G206

Brussell

Suġġett:  Proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni)

COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS)

Onor. President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostantiva ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma jinbidlux jistgħu jiġu aċċettati, fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett, jekk iqis jew tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet iridu jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li eżaminaw il-proposta riformulata, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostantiva għajr dawk il-bidliet identifikati bħala tali u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Frar 2019, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 22 vot favur, 0 kontra u 0 astensjonijiet[1], jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuża: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

  • [1]  Kienu preżenti l-Membri li ġejjin: Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Rosa Estaràs Ferragut, Mady Delvaux, Pascal Durand, Enrico Gasbarra, Sajjad Karim, Sylvia Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Joëlle Mélin, Angelika Niebler, Emil Radev, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tiemo Wölken, Francis Zammit Dimech, Kosma Zlotowski, Tadeusz Zwiefka.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, it-23 ta' Jannar 2019

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

          TAL-KUNSILL

          TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa

COM(2018)0346 of 25.5.2018 - 2018/0176 (CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2010 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-28 ta' Novembru u fis-6 u t-13 ta' Diċembru 2018 kellu laqgħat iddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawk il-laqgħat[1], b'riżultat tal-eżami tal-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li twassal għar-riformulazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, stabbilixxa dan li ġej.

1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati tibdiliet sostantivi:

– fil-premessa 47, il-kliem "jew li jibgħat jew iwassal l-oġġetti f'ismu jew f'isimha";

– wara l-premessa 52, it-test sħiħ tal-premessa 36 tad-Direttiva 2008/118/KE;

– fl-Artikolu 4, iż-żieda tal-punt 13 ġdid;

– fl-Artikolu 7(3), is-sostituzzjoni tal-kliem "tar-rilaxx għall-konsum" bil-kliem "tat-tluq minn arranġament ta' sospensjoni tad-dazju kif imsemmi fil-paragrafu 2(a)";

– fl-Artikolu 8(1)(d), it-tħassir tal-kliem "il-persuna li tiddikjara l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jew li f'isimha ġew iddikjarati meta ġew importati";

– fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, is-sostituzzjoni tar-referenza attwali għall-"Artikolu 33(6)" b'referenza ġdida għall-"Artikolu 38(4)";

– fl-Artikolu 13(1), it-tħassir tal-kliem inizjali "Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1)";

– fl-Artikolu 16(2)(d), is-sostituzzjoni tal-kliem "fil-maħżen tat-taxxa" bil-kliem "fil-kontijiet tal-maħżen tat-taxxa";

– fl-Artikolu 17(5), il-kliem "u 2";

– fl-Artikolu 25(3), it-tielet subparagrafu, is-sostituzzjoni tal-kelma "jgħadduh" bil-kliem "jibagħtu l-konferma";

– fl-Artikolu 30(1), is-sostituzzjoni tal-kelma "tal-messaġġi" bil-kliem "tad-dokumenti amministrattivi elettroniċi" u ż-żieda tal-kliem "u tad-dokumenti ta' riżerva msemmija fl-Artikoli 27 u 28 fil-kuntest ta'";

– fl-Artikolu 30(2), is-sostituzzjoni tal-kliem "tal-messaġġi li għandhom jiġu skambjati" bil-kliem "għall-iskambji tad-dokumenti amministrattivi elettroniċi permezz tas-sistema kompjuterizzata";

– it-tħassir tat-test sħiħ tal-punt (c) attwali tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/118/KE;

– fl-Artikolu 34(1), it-tħassir tal-kliem inizjali "Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(1)" u ż-żieda tal-kliem finali "tad-destinazzjoni";

– fl-Artikolu 34(5), iż-żieda tal-kliem finali "tad-destinazzjoni";

– it-tħassir tat-test sħiħ tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2008/118/KE.

2. Fil-premessa 47, it-tħassir tal-kliem "direttament jew indirettament", li attwalment jidher wara l-kliem "mibgħuta jew ittrasportati" fil-premessa 29 tad-Direttiva 2008/118/KE, kellu jkun immarkat bħala adattament formali;

3. (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

4. Fl-Artikolu 30(1), ir-referenza żbaljata għall-"Artikolu 55" għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-"Artikolu 52".

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti ma' dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test legali eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħha.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

  • [1]   Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, li hija l-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.9.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

10.9.2018

IMCO

10.9.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.6.2018

IMCO

19.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miguel Viegas

20.6.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

26.6.2018

Eżami fil-kumitat

25.2.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.2.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

28.2.2019

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Marzu 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza