Proċedura : 2018/2187(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0131/2019

Testi mressqa :

A8-0131/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.36

Testi adottati :

P8_TA(2019)0277

RAPPORT     
PDF 203kWORD 61k
1.3.2019
PE 626.805v02-00 A8-0131/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2187(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0077/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0131/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0077/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0131/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0131/2019),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u n-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (il-"Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 20 144 089, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 3,62 % meta mqabbel ma' dak għas-sena 2016; billi l-baġit tal-Fondazzjoni jiġi kważi kollu mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,93 %, li meta mqabbla mal-2016 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,06 %; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 97,97 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,31 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota bi tħassib li l-livell tal-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 42 925, u li għadu jirrappreżenta 9,16 % tal-ammont totali riportat, minkejja tnaqqis sinifikanti ta' 8,42 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Fondazzjoni tuża għadd ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) flimkien ma' indikaturi oħra ta' produttività u kwalità, sabiex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, u wkoll sabiex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jilqa' l-appoġġ u l-komplementarjetà tal-Fondazzjoni għall-politiki esterni, b'mod partikolari l-Politiki tat-Tkabbir u l-Viċinat, u l-istrumenti tal-politika barranija tal-Unjoni; jilqa' l-kontribut tal-Fondazzjoni għall-assistenza esterna bilaterali marbuta mad-djalogu politiku u l-proċessi ta' rapportar fl-Unjoni; jirrikonoxxi l-volontà tagħha li tkun involuta aktar mill-qrib fi kwistjonijiet ta' Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) fl-għajnuna mogħtija mill-Unjoni lill-pajjiżi terzi u jħeġġeġ id-disponibbiltà tal-Fondazzjoni li tappoġġja l-għajnuna tal-Unjoni għat-tisħiħ tar-riforma globali tal-ETV;

5.  Jirrikonoxxi l-ħidma tal-Fondazzjoni biex tappoġġja lill-pajjiżi sħab tal-Unjoni sabiex jisfruttaw il-kapital uman tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi edukattivi, tat-taħriġ u tas-suq tax-xogħol fil-kuntest tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jilqa' l-attivitajiet tal-Fondazzjoni b'rabta mal-iżvilupp tal-ħiliet u l-iffaċilitar tat-tagħlim tul il-ħajja biex il-pajjiżi sħab jingħataw appoġġ sabiex itejbu l-impjegabbiltà u l-prospetti tal-impjieg taċ-ċittadini tagħhom;

6.  Jilqa' l-appoġġ tal-Fondazzjoni lill-pajjiżi kandidati tal-Unjoni f'oqsma bħat-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema tal-VET, u t-tagħlim intraprenditorjali; jappoġġja l-isforzi tal-Fondazzjoni fil-Balkani tal-Punent bil-għan li jiġu mmodernizzati l-kwalifiki u s-sistemi relattivi magħhom; jirrikonoxxi l-progress mwettaq bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali f'livelli differenti kif ukoll il-validazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali (VINFIL); jilqa' r-rapport tal-Fondazzjoni bit-titlu "Tracking vocational graduates in the EU candidate countries"; iħeġġeġ aktar ħidma mill-Fondazzjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant kemm f'attivitajiet reġjonali kif ukoll f'dawk speċifiċi għall-pajjiżi b'rabta mat-titjib tal-kwalità tal-iskejjel vokazzjonali, it-tagħmir u r-riżultati;

7.  Jilqa' l-attivitajiet u l-appoġġ offruti fl-Asja Ċentrali fir-rigward tal-monitoraġġ tal-assistenza teknika u tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni f'dawn il-pajjiżi u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali allinjata mal-Pjattaforma għall-Edukazzjoni tal-Asja Ċentrali (CAEP); jappoġġja l-involviment kontinwu tal-Asja Ċentrali f'eżerċizzju ta' analiżi tal-politika u progress tal-monitoraġġ mas-sistema kollha fil-qasam tal-ETV permezz tal-Proċess ta' Turin.

8.  Jinnota li l-Fondazzjoni kisbet rata ta' tlestija tal-attività ta' 93 %, b'rata ta' tlestija fil-ħin ta' 88 %, varat forum għall-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), u li hija tista' tilħaq il-miri tagħha fir-rigward ta' 13 minn 14-il indikatur ewlieni tal-prestazzjoni;

9.  Jilqa' l-ftehimiet u l-pjanijiet ta' azzjoni annwali tal-Fondazzjoni dwar il-kooperazzjoni f'oqsma ta' politika li jikkoinċidu ma' dawk tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali; japprezza li l-Fondazzjoni saret il-mexxejja tal-kuntratt Inter-Aġenziji għall-forniment ta' stħarriġ dwar l-ingaġġ tal-persunal abbażi ta' punti ta' riferiment;

Politika dwar il-persunal

10.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal ġiet eżegwita fil-livell ta' 96,6 %, bil-ħatra ta' 85 aġent temporanju minn 88 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (mqabbla mad-90 postijiet awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 40 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat wieħed kienu qed jaħdmu għall-Fondazzjoni fl-2017;

11.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm persunal u riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Fondazzjoni timplimenta l-kompiti tagħha;

12.  Jinnota li l-Fondazzjoni għandha fis-seħħ diversi miżuri kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol u li l-impjegati ġodda kollha jattendu sessjoni ta' informazzjoni ppreżentata minn konsulenti kunfidenzjali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Fondazzjoni u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li ġie stabbilit korp indipendenti ta' divulgazzjoni, konsulenza u riferiment għall-informaturi bil-ħatra tal-konsulent legali tal-Fondazzjoni bħala l-korrispondent tal-Fondazzjoni għall-etika u l-integrità; jinnota r-rwol tal-Korrispondent għall-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u tal-Korrispondent għall-Ombudsman ġew ikkombinati mar-rwol tal-Korrispondent għall-Etika u l-Integrità bil-għan li jkun hemm mezz wieħed ċentrali li permezz tiegħu l-persunal ikun jista' jirrapporta għemil ħażin filwaqt li jiġu garantiti l-indipendenza u l-kunfidenzjalità;

14.  Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni varat eżerċizzju obbligatorju online ta' sensibilizzazzjoni kontra l-frodi għall-persunal eżistenti tagħha, kif ukoll għal persunal ġdid fil-forma ta' eżerċizzju ta' induzzjoni obbligatorju;

Kontrolli interni

15.  Jinnota li fl-2017, il-Fondazzjoni rrevediet il-qafas ta' kontroll intern tagħha u l-Bord tat-Tmexxija adotta l-Prinċipji ta' Kontroll Intern; jirrikonoxxi l-fatt li l-valutazzjoni kienet ibbażata fuq is-16-il standard ta' kontroll intern (ICS) fis-seħħ, u b'riżultat ta' dan, 10 mis-16-il ICS kienu vvalutati bħala li jeħtieġu biss "titjib żgħir", filwaqt li l-ebda wieħed mill-ICS ma kien meqjus bħala li jeħtieġ "titjib sinifikanti" jew li ma hemm "l-ebda sistema fis-seħħ"; jistieden lill-Fondazzjoni tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex ittejjeb is-sitwazzjoni;

16.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-monitoraġġ tal-progress fl-ETV u li l-awditu rriżulta f'erba' rakkomandazzjonijiet, li tlieta minnhom huma meqjusa bħala "importanti" filwaqt li waħda minnhom hija meqjusa bħala "mixtieqa"; jinnota li l-Fondazzjoni għalhekk żviluppat pjan ta' azzjoni li għandu jiġi implimentat fl-2018; jirrikonoxxi l-fatt li l-Fondazzjoni ma għandha l-ebda rakkomandazzjoni miftuħa tal-awditjar maħruġa mill-IAS qabel l-2017;

Kummenti oħra

17.  Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni tqis li l-problemi relatati mal-uffiċċji f'Villa Gualino ngħelbu u li l-preżenza tagħha fil-faċilitajiet attwali hija assigurata għaż-żmien li ġej;

o

o o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2187(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2017 kienu skont il-liġi u regolari, u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2017 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jilqa' l-appoġġ u l-komplementarjetà tal-Fondazzjoni għall-politiki esterni, b'mod partikolari l-Politika tat-Tkabbir u l-Viċinat, u l-istrumenti tal-politika barranija tal-Unjoni; jilqa' l-kontribut tal-Fondazzjoni għall-assistenza esterna bilaterali marbuta mad-djalogu politiku u l-proċessi ta' rapportar fl-Unjoni; jirrikonoxxi l-volontà tagħha li tkun involuta aktar mill-qrib fi kwistjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) fl-għajnuna mogħtija mill-Unjoni lill-pajjiżi terzi u jħeġġeġ id-disponibbiltà tal-Fondazzjoni li tappoġġja l-għajnuna tal-Unjoni għat-tisħiħ tar-riforma globali tal-VET;

3.  Jirrikonoxxi l-ħidma tal-Fondazzjoni biex jingħata appoġġ lill-pajjiżi sħab tal-Unjoni sabiex jisfruttaw il-kapital uman tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi edukattivi, tat-taħriġ u tas-suq tax-xogħol fil-kuntest tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jilqa' l-attivitajiet tal-Fondazzjoni b'rabta mal-iżvilupp tal-ħiliet u l-iffaċilitar tat-tagħlim tul il-ħajja biex il-pajjiżi sħab jingħataw appoġġ sabiex itejbu l-impjegabbiltà u l-prospetti tal-impjieg taċ-ċittadini tagħhom;

4.  Jilqa' l-kooperazzjoni kontinwa tal-Fondazzjoni mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari mas-Cedefop, dwar politika tal-UE li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kapital uman u li tippermetti kondiviżjoni ta' għarfien sinifikanti;

5.  Jilqa' r-rata għolja ta' twettiq tal-attività konkluża fl-2017 (93 %) iżda jinnota t-tendenza ta' tnaqqis fis-snin preċedenti (94 % fl-2016 u 96 % fl-2015);

6.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm persunal u riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Aġenzija timplimenta l-kompiti tagħha;

7.  Jinnota li, fl-2017, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport li fiha awditja l-monitoraġġ tal-progress fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali permezz tal-proċess ta' Turin fl-ETF u li l-Fondazzjoni ħejjiet pjan ta' azzjoni biex tindirizza kwalunkwe qasam fejn jista' jsir titjib;

8.  Jilqa' l-ħatra tal-konsulent legali tal-Fondazzjoni bħala l-Korrispondent tal-ETF għall-Etika u l-Integrità fl-2017, bħalma kienet irrikkmandat l-awtorità tal-kwittanza;

9.  Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni tqis li l-problemi relatati mal-uffiċċji f'Villa Gualino ngħelbu u li l-preżenza tagħha fil-faċilitajiet attwali hija assigurata għaż-żmien li ġej;

10.  Jilqa' l-appoġġ tal-Fondazzjoni lill-pajjiżi kandidati tal-Unjoni f'oqsma bħalma huma t-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema tal-VET, kif ukoll it-tagħlim intraprenditorjali; jappoġġja l-isforzi tal-ETF fil-Balkani tal-Punent bil-għan li jiġu mmodernizzati l-kwalifiki u s-sistemi relattivi; jirrikonoxxi l-progress magħmul bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali f'livelli differenti kif ukoll il-validazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali (VINFIL); jilqa' r-rapport tal-Fondazzjoni bit-titlu "Tracking vocational graduates in the EU candidate countries"; iħeġġeġ aktar ħidma mill-ETF fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant kemm f'attivitajiet reġjonali kif ukoll f'dawk speċifiċi għall-pajjiżi b'rabta mat-titjib tal-kwalità tal-iskejjel vokazzjonali, it-tagħmir u r-riżultati;

11.  Jilqa' l-attivitajiet u l-appoġġ offruti fl-Asja Ċentrali f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ tal-assistenza teknika u l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni f'dawn il-pajjiżi u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali allinjata mal-Pjattaforma għall-Edukazzjoni tal-Asja Ċentrali (CAEP); jappoġġja l-involviment kontinwu tal-Asja Ċentrali f'eżerċizzju ta' analiżi tal-politika u progress tal-monitoraġġ mas-sistema kollha fil-qasam tal-VET permezz tal-Proċess ta' Turin.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Miroslavs Mitrofanovs, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Amjad Bashir, Lynn Boylan, Mircea Diaconu, Eduard Kukan, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Alex Mayer, Csaba Sógor, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Angélique Delahaye, Monika Smolková

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ALDE

Mircea Diaconu, Martina Dlabajová, Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Robert Rochefort, Yana Toom

ECR

Amjad Bashir, Arne Gericke, Czesław Hoc, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

GUE/NGL

Lynn Boylan, Paloma López Bermejo

PPE

Georges Bach, David Casa, Angélique Delahaye, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Eduard Kukan, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin, Csaba Sógor, Romana Tomc

S&D

Guillaume Balas, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Javi López, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Monika Smolková, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jean Lambert, Miroslavs Mitrofanovs, Terry Reintke

2

-

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

NI

Lampros Fountoulis

2

0

EFDD

Laura Agea

ENF

Christelle Lechevalier

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 184.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 184.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 184.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 184.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 108/41, 223.03.2018, p. 211

(14)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza