RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023
25.3.2019 - (COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD)) - ***I
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Mirosław Piotrowski
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023
(COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0614),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C-0396/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Jannar 2019[1],
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0181/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b Regolament (UE) Nru 1303/2013 Artikolu 134 – paragrafu 2 – inċiż 6 | |||||||||||||
| |||||||||||||
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Fis-7 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ġdida biex temenda r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) attwali għall-2014-2020. Din l-emenda tikkonċerna r-rati ta' prefinanzjament għas-snin 2021-2023, taħt il-programmi 2014-2020. Il-finanzjament taħt is-CPR għall-2021-2027 mhuwiex affettwat.
Skont ir-rati attwali, il-prefinanzjament annwali mħallas lill-Istati Membri jissarraf f'ordnijiet ta' rkupru annwali għal ammonti kbar (pereżempju, EUR 6,6 biljun fl-2017). Dan ifisser li l-krediti ta' pagament huma mitluba mill-Istati Membri kull sena sabiex iħallsuhom prefinanzjament annwali mill-baġit tal-Unjoni, li mbagħad ikun irid jiġi rkuprat fil-biċċa l-kbira sena wara.
Peress li l-prefinanzjament annwali jkun disponibbli għal sena kontabilistika li tinfirex fuq sentejn baġitarji, l-ammont f'eċċess imħallas fis-sena N bħala prefinazjament annwali jiġi kklerjat fis-sena N+1, li jirriżulta fi flussi ta' pagamenti mhux neċessarji.
Għalhekk, għall-perjodu 2021-2023, li jikkorrispondi għall-aħħar tliet snin tal-perjodu ta' implimentazzjoni kurrenti u jitrikkeb fuq il-perjodu ta' implimentazzjoni li jmiss li jibda fl-2021, il-Kummissjoni tipproponi li l-prefinanzjament annwali għandu jitnaqqas. Dan l-approċċ jirriżulta mill-proposta għall-perjodu 2021-2027 li fih huwa maħsub li jitħallas biss il-prefinanzjament inizjali, f'sitt segmenti annwali.
Il-proposta tal-Kummissjoni biex titnaqqas ir-rata ta' prefinanzjament annwali għall-2021-2023 minn 3 % tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi għal 1 % hija eċċessiva, u r-rapporteur tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali huwa tal-opinjoni li huwa aktar xieraq li tiġi stabbilita rata annwali ta' prefinanzjament ta' 2 % għar-rekwiżiti tal-fluss tal-flus għall-implimentazzjoni tal-Programm. Din ir-rata ta' prefinanzjament tqis l-għadd mistenni li qed jiżdied tat-talbiet għad-dividend interim, flimkien mar-riżerva ta' prestazzjoni għall-bażi tal-kalkolu tal-prefinanzjament u l-prefinanzjament ġdid disponibbli taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027.
L-Artikolu 134(2) għalhekk se jiġi mmodifikat biex jipprogramma l-prefinanzjament annwali għall-2021-2023 bit-2 %. Il-prefinanzjament annwali għas-sena 2020 irid jinżamm bit-3 %. Il-finanzjament għall-perjodu 2021-2023 taħt is-CPR għall-2021-2027 se jiġi ddeterminat mir-regolament il-ġdid u mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
Ir-rapporteur jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni tista' tiġi aċċettata biss b'rata ta' pagament ta' 2 %.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
Titolu |
Aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 |
||||
|
Referenzi |
COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
7.9.2018 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 13.9.2018 |
|
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 13.9.2018 |
EMPL 13.9.2018 |
PECH 13.9.2018 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 13.9.2018 |
EMPL 27.9.2018 |
PECH 12.9.2018 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Mirosław Piotrowski 22.11.2018 |
|
|
|
|
|
Rapporteurs preċedenti |
Iskra Mihaylova |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
14.2.2019 |
|
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.3.2019 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 0 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Franc Bogovič, Mercedes Bresso, Aleksander Gabelic, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Iskra Mihaylova, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Joachim Zeller |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
John Howarth, Ivana Maletić, Milan Zver |
||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Stanisław Ożóg |
||||
|
Data tat-tressiq |
25.3.2019 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
19 |
+ |
|
|
ALDE |
Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg |
|
|
ECR |
Stanisław Ożóg, Mirosław Piotrowski |
|
|
PPE |
Franc Bogovič, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller, Milan Zver |
|
|
S&D |
Mercedes Bresso, Aleksander Gabelic, John Howarth, Constanze Krehl, Monika Smolková, Kerstin Westphal |
|
|
0 |
- |
|
|
|
|
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni