Proċedura : 2017/0107(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0186/2019

Testi mressqa :

A8-0186/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.5
CRE 16/04/2019 - 8.5

Testi adottati :

P8_TA(2019)0363

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 186kWORD 60k
3.4.2019
PE 612.136v02-00 A8-0186/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015

(06781/2019 – C8-0134/2019 –2017/0107(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Eleonora Forenza

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015

(06781/2019 – C8-0134/2019 – 2017/0107(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06781/2019),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (11178/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0134/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0186/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 huwa l-Ftehim Suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2005.

F'Novembru 2013, il-Kunsill ta l-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati f'isem l-Unjoni għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali ġdid dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda.

Ir-rappreżentanti ta' 24 Stat Membru tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) u ta' żewġ organizzazzjonijiet intergovernattivi stabbilixxew it-test tal-ftehim il-ġdid, waqt il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Negozjar ta' Ftehim Suċċessur tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żejt tal-Mejda, 2005 (Ġinevra, mill-5 sad-9 ta' Ottubru 2015).

Il-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-28 ta' Novembru 2016 fil-Kwartieri Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, fi New York, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. Il-Ftehim il-ġdid daħal fis-seħħ b'mod provviżorju fl-1 ta' Jannar 2017.

L-objettiv tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda hu:

- it-trawwim ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli u integrat tat-tkabbir taż-żebbuġ dinji;

- it-trawwim tal-koordinazzjoni tal-produzzjoni, l-industrijalizzazzjoni, il-ħżin u l-politiki tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żjut taż-żebbuġa, għaż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u għaż-żebbuġ tal-mejda,

- it-tħeġġiġ tar-riċerka u l-iżvilupp

u

- it-trawwim tat-trasferiment ta' attivitajiet ta' teknoloġija u taħriġ fis-settur tal-prodotti taż-żebbuġ.

Il-Ftehim jistabbilixxi korp li jieħu d-deċiżjonijiet, imsejjaħ il-"Kunsill tal-Membri", li jeżerċita s-setgħat kollha u jwettaq il-funzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

Skont l-Artikolu 19(2) tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Membri jista' jemenda d-denominazzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żjut, taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u taż-żebbuġ tal-mejda previsti fl-Anness B u C tal-Ftehim, u b'hekk jemenda wkoll il-Ftehim.

Ir-Rapporteur għal din il-proċedura, is-Sa Eleonora Forenza, tipproponi rakkomandazzjoni li tingħata l-approvazzjoni għall-Ftehim sabiex jiġi żgurat li l-UE tkompli tikkontribwixxi b'mod attiv fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda.

Madankollu, ir-Rapporteur jiddispjaċiha dwar id-dewmien tat-trażmissjoni tal-ftehim preżenti lill-Parlament, u n-nuqqas ta' informazzjoni f'waqtha min-naħa ta' istituzzjonijiet oħra matul in-negozjati. Ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw il-Politika Kummerċjali Komuni tal-UE huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Parlament; għal dik ir-raġuni, ir-Rapporteur tistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinfurmaw b'mod adegwat lill-Parlament, b'mod speċjali fir-rigward ta' kwalunkwe deċiżjoni li tista' tittieħed b'rabta mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Għalhekk, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni f'waqtha u dettaljata lill-Parlament, ekwivalenti għal dik mogħtija lill-Kunsill, b'mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet tal-Kunsill tal-Membri maħluqa mill-Ftehim. B'mod partikolari, meta l-Kunsill tal-Membri jintalab jadotta emendi tad-denominazzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żjut, taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u taż-żebbuġ tal-mejda mogħtija fl-Anness B u C tal-Ftehim, skont l-Artikolu 19(2) tal-Ftehim, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-pożizzjoni li biħsiebha tieħu f'isem l-Unjoni.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (21.3.2019)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, 2015

(COM(2017)0264 – C8 – 2017/0107(NLE))

Rapporteur: Ivan Jakovčić

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fid-19 ta' Novembru 2013, il-Kunsill ta l-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati f'isem l-Unjoni għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali ġdid dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda.

Il-Ftehim Internazzjonali preċedenti tal-2005 dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, li kellu jiskada fil-31 ta' Diċembru 2014, ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2015, iżda baqa' applikabbli sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid.

It-test tal-Ftehim il-ġdid tal-2015 dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, ġie negozjat b'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma dwar Prodotti Bażiċi (PROBA) u ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-28 ta' Novembru 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data ulterjuri. Huwa daħal fis-seħħ b'mod provviżorju fl-1 ta' Jannar 2017.

Il-Ftehim jistabbilixxi korp deċiżjonali, imsejjaħ il-"Kunsill tal-Membri", li jeżerċita s-setgħat kollha u jwettaq il-funzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

Il-Kunsill tal-Membri msemmi hawn fuq jista' jemenda d-denominazzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żjut, taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u taż-żebbuġ tal-mejda previsti fl-Anness B u C tal-Ftehim, u b'hekk jemenda wkoll il-Ftehim.

Il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata biex tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kunsill tal-Membri. Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' konsistenza bejn id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Membri u r-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn rappreżentanti tal-Istati Membri.

Minkejja li l-pożizzjoni favorevoli tar-rapporteur għat-test innegozjat, huwa jitlob li l-Kummissjoni, bħala r-rappreżentanta tal-Unjoni fil-Kunsill tal-Membri, tieħu inkunsiderazzjoni l-proposta li ġejja:

- sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni u l-produtturi taż-żjut taż-żebbuġa tagħha, l-aktar fir-rigward tal-aħjar kwalità u l-istandards għolja fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill tal-Membri jemenda l-Ftehim billi jintroduċi denominazzjoni ġdida taż-żjut taż-żebbuġa "żejt taż-żebbuġa extra verġni premium". Huwa essenzjali li jiġi enfasizzat li l-produtturi tal-Unjoni Ewropea huma bil-bosta l-akbar produtturi taż-żejt taż-żebbuġa fid-dinja li jidħlu f'din l-aħħar kategorija.

******

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015

Referenzi

06781/2019 – C8-0134/2019 – COM(2017)02642017/0107(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ivan Jakovčić

6.7.2017

Data tal-adozzjoni

18.3.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Jacques Colombier, Michel Dantin, Jørn Dohrmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elsi Katainen, Sofia Ribeiro, Giancarlo Scottà, Molly Scott Cato, Thomas Waitz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Jan Huitema, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

Jørn Dohrmann, James Nicholson

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Anja Hazekamp

PPE

Birgit Collin-Langen, Michel Dantin, Albert Deß, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Sofia Ribeiro, Czesław Adam Siekierski

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Maria Noichl, Tibor Szanyi

VERTS/ALE

Martin Häusling, Molly Scott Cato, Thomas Waitz

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015

Referenzi

06781/2019 – C8-0134/2019 – COM(2017)02642017/0107(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Ivan Jakovčić

6.7.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

18.3.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Jacques Colombier, Michel Dantin, Jørn Dohrmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Klaus Buchner, Ralph Packet, Fernando Ruas

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elsi Katainen, Sofia Ribeiro, Giancarlo Scottà, Molly Scott Cato, Thomas Waitz


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ALDE

Jan Huitema, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

Jørn Dohrmann, James Nicholson

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Anja Hazekamp

PPE

Birgit Collin-Langen, Michel Dantin, Albert Deß, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Sofia Ribeiro, Czesław Adam Siekierski

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Maria Noichl, Tibor Szanyi

VERTS/ALE

Martin Häusling, Molly Scott Cato, Thomas Waitz

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza