RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew
4.7.2019 - (COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Eric Andrieu
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
- POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew
(COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0394),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2), 114, 118(1), u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0246/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet u l-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0198/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tagħti spinta, f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, (inkluż permezz ta' enfasi akbar fuq l-agroforestrija), li ttaffi r-rimi tal-ikel u tippromwovi l-edukazzjoni dwar drawwiet sani fil-konsum tal-ikel, li tipproduċi ikel tajjeb għas-saħħa u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll id-dimensjoni globali tal-PAK u tiddikjara l-impenn tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp Sostenibbli (PCSD). |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) L-iżvilupp tal-ftehimiet kummerċjali se jwassal, minn naħa waħda, għal aktar kompetizzjoni bejn il-produtturi agrikoli fuq livell internazzjonali, filwaqt li, fl-istess ħin jiftaħ opportunitajiet ġodda għalihom. Sabiex tinżamm kompetizzjoni ġusta u tiġi żgurata r-reċiproċità fil-kummerċ internazzjonali, jenħtieġ li l-Unjoni tinforza standards tal-produzzjoni f'konformità ma' dawk stabbiliti għall-produtturi tagħha stess, b'mod partikolari fi kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa, soġġetti għar-reċiproċità. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jintħieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ iġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat. |
(2) Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jeħtieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), u filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu bħala fokus ewlieni l-għan li jiġi pprovdut dħul sostenibbli għall-produtturi, l-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat. |
Ġustifikazzjoni
Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jingħataw iktar awtonomija fil-mod kif iqassmu l-finanzi tal-PAK, uħud għadhom qed jużaw sistema inġusta abbażi taż-żona, mingħajr ma jitqiesu dawk l-aktar fil-bżonn, jiġifieri l-bdiewa ż-żgħar.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Madankollu, il-volatilità dejjem ikbar tal-prezzijiet u t-tnaqqis fl-introjtu tal-bdiewa, li komplew jaggravaw minħabba l-fokus dejjem ikbar tal-PAK fuq is-swieq, qegħdin jagħtu lok għall-bżonn li jinħolqu strumenti pubbliċi ġodda għar-regolamentazzjoni tal-provvista li jiżguraw distribuzzjoni ġusta tal-produzzjoni bejn il-pajjiżi u l-bdiewa. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-PAK, l-interventi kollha tal-PAK futura jenħtieġ ikunu parti minn pjan ta' appoġġ strateġiku li jkun jinkludi ċerti interventi settorjali li ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10. |
(3) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-PAK, l-interventi kollha tal-PAK futura jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza tal-ġeneri u d-drittijiet fundamentali u li jkunu parti minn pjan ta' appoġġ strateġiku li jkun jinkludi ċerti interventi settorjali li ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10. |
_________________ |
_________________ |
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |

Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll ħalli jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b'mod xieraq l-iktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi stipulat sett ta' objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja". Mingħajr preġudizzju għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll ġabra ta' objettivi addizzjonali speċifiċi rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għanda l-għan li tistabbilixxi objettivi speċifiċi għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq u għandha tinqara flimkien mal-proposta għal Artikolu 1a ġdid.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi ċerti definizzjonijiet dwar setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Id-definizzjonijiet tas-settur taz-zokkor stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti II ta' dak l-Anness jenħtieġ jitħassru minħabba li ma għadhomx applikabbli. Sabiex taġġorna d-definizzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra msemmija f'dak l-Anness, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku ġdid jew żviluppi tas-suq ġodda, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dawk id-definizzjonijiet. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Konsegwentement, l-għoti tas-setgħa individwali ddelegata lill-Kummissjoni fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Parti II ta' dak l-Anness għall-emendar tad-definizzjoni tal-ġulepp tal-inulina jenħtieġ jitħassar. |
(4) L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi ċerti definizzjonijiet dwar setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Id-definizzjonijiet tas-settur taz-zokkor stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti II ta' dak l-Anness jenħtieġ jitħassru minħabba li ma għadhomx applikabbli. Sabiex taġġorna d-definizzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra msemmija f'dak l-Anness, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku ġdid jew żviluppi tas-suq ġodda, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament ta' dawk id-definizzjonijiet, mingħajr iż-żieda ta' oħrajn ġodda. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Konsegwentement, l-għoti tas-setgħa individwali ddelegata lill-Kummissjoni fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Parti II ta' dak l-Anness għall-emendar tad-definizzjoni tal-ġulepp tal-inulina jenħtieġ jitħassar. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara li l-għan ta' din ir-responsabbilizzazzjoni huwa li jiġu aġġornati d-definizzjonijiet biex kemm jista' jkun jirriflettu l-iżviluppi tas-suq.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Fid-dawl tat-tnaqqis fl-erja effettivament imħawla bid-dwieli f'diversi Stati Membri fis-snin 2014-2017, u fid-dawl tat-telf potenzjali fil-produzzjoni sussegwenti, meta jkunu qed jistabbilixxu ż-żona għal awtorizzazzjonijiet ġodda għat-tħawwil imsemmijin fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jagħżlu bejn il-bażi eżistenti u perċentwal tal-erja totali effettivament imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom fil-31 ta' Lulju 2015 b'żieda ta' erja li tikkorrispondi mad-drittijiet għat-tħawwil skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat fl-1 ta' Jannar 2016. |
(8) Mingħajr ma jintefa' dubju li żieda rapida żżejjed fin-numru ta' pjantaġġuni ta' dwieli ġodda biex tiġi ssodisfata ż-żieda mistennija fid-domanda internazzjonali tista' twassal, għal darb'oħra, għal sitwazzjoni ta' kapaċità żejda fil-provvista f'terminu ta' żmien medju, hemm bżonn li jitqies it-tnaqqis fl-erja effettivament imħawla bid-dwieli f'diversi Stati Membri fis-snin 2014-2017, u t-telf potenzjali fil-produzzjoni sussegwenti, meta jkunu qed jistabbilixxu ż-żona għal awtorizzazzjonijiet ġodda għat-taħwil imsemmijin fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu bejn il-bażi eżistenti u perċentwal tal-erja totali effettivament imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom fil-31 ta' Lulju 2015 b'żieda ta' erja li tikkorrispondi mad-drittijiet għat-tħawwil skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat fl-1 ta' Jannar 2016. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tenfasizza s-sitwazzjoni li wasslet għaż-żamma sostenibbli ta' sistema għall-awtorizzazzjoni tal-pjantaġġuni fis-settur tal-inbid.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Bil-għan li jiġu indirizzati l-każijiet ta' ċirkomvenzjoni li ma kinux previsti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu awtorizzati jadottaw miżuri biex jevitaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà jew ta' prijorità minn applikanti tal-awtorizzazzjonijiet meta l-azzjonijiet tagħhom ma jkunux koperti diġà bid-dispożizzjonijiet speċifiċi kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jistabbilixxi dan ir-Regolament fir-rigward tal-kriterji speċifiċi tal-eliġibbiltà u ta' prijorità. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emendi introdotti fl-Artikoli 63 u 64 li jawtorizzaw lill-Istati Membri jeżerċitaw is-setgħa regolatorja tagħhom biex jiżguraw li l-operaturi ma jfittxux li jevitaw il-miżuri restrittivi fuq naħa, u l-eliġibbiltà u l-kriterji ta' prijorità fuq in-naħa l-oħra.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Ir-regoli għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid mill-Isati Membri jenħtieġ jiġu mmodifikati biex jinkludu l-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont, li qabel kienu esklużi. Biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni tiżviluppa reżistenza ikbar għall-mard u li tuża varjetajiet ta' dwieli aktar adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu, jenħtieġ ikun hemm provvedimenti li jippermetti l-varjetajiet Vitis Labrusca u l-varjetajiet li jirriżultaw minn inkroċjar bejn Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis li għandhom jitħawlu għall-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni. |
imħassar |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikati tal-konformità u r-rapporti tal-analiżi għall-importazzjonijiet tal-inbid jenħtieġ jiġu applikati fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE"). |
(11) Id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikati tal-konformità u r-rapporti tal-analiżi għall-importazzjonijiet tal-inbid jenħtieġ jiġu applikati fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE"), li jiżguraw li l-istandards ta' traċċabbiltà u ta' kwalità jikkonformaw mal-istandards Ewropej. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Id-definizzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jenħtieġ tiġi allinjata mad-definizzjoni fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ12 (“il-Ftehim TRIPS”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE13 b'mod partikolari, mal-Artikolu 22(1) tiegħu, jiġifieri li l-isem huwa biex il-prodott jiġi identifikat li joriġina f'reġjun speċifiku jew f'post speċifiku. |
imħassar |
__________________ |
|
12 Iċ-ċiklu ta' Negozjati Kummerċjali Multilaterali tal-Urugwaj (1986-1994) - l-Anness 1 - l-Anness 1C - Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali relatati mal-kummerċ (WTO) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 214). |
|
13 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1). |
|
Ġustifikazzjoni
Peress li żammejna d-definizzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini prevista fl-Arranġament Internazzjonali ta' Lisbona, din il-premessa ma tibqax xierqa għax tirreferi għal definizzjoni oħra tad-denominazzjoni ta' oriġini inkluża fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Biex tiżgura l-koerenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-oġġezzjoni ppreżentati skont il-proċedura nazzjonali preliminari msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni jenħtieġ tiġi mgħarrfa f'waqtu u regolarment meta jitnedew proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jew korpi oħra li jikkonċernaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni mibgħuta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, kif jissemma fl-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Jenħtieġ jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex, f'dawk iċ-ċirkustanzi u fejn xieraq, tissospendi l-eżami tal-applikazzjoni sakemm il-qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor jiddeċiedu dwar ir-rikuża għall-valutazzjoni tal-Istat Membru dwar l-applikazzjoni fil-proċedura nazzjonali preliminari. |
(13) Biex tiżgura l-koerenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-oġġezzjoni ppreżentati skont il-proċedura nazzjonali preliminari msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni jenħtieġ tiġi mgħarrfa f'waqtu u regolarment meta jitnedew proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jew korpi oħra li jikkonċernaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni mibgħuta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, kif jissemma fl-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni, li twassal għal żieda sinifikanti fil-każijiet tal-qorti relatati mas-sistema tad-DOP/IĠ u tista' tipparalizza s-sistema kollha, fid-dawl taż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-proċeduri legali. Minbarra li joħolqu inċertezza legali għall-operaturi, dan imur kontra l-prinċipju li l-azzjonijiet għal annullament quddiem il-qrati nazzjonali jew Ewropej ma għandhomx effett sospensiv.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ tiġi ssimplifikata u titħaffef bis-separazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli dwar il-proprjetà intellettwali mill-valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti tal-prodotti stipulati fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u tat-tikkettar. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni, meta jitqies li l-politika tal-kwalità tal-UE ma tistax tiġi definita biss bħala mekkaniżmu sempliċi għall-protezzjoni ta' proprjetà intellettwali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) L-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni sa mill-2004 jenħtieġ li jiġu mħeġġa jibdew il-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi billi jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 14b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14b) Is-sħab fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jenħtieġ, għalhekk, li jiġu megħjuna biex jiżviluppaw sistema ta' indikazzjonijiet u tikketti ġeografiċi. Jenħtieġ imbagħad li dawk l-indikazzjonijiet u t-tikketti jiġu rikonoxxuti wkoll mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għal data u fatti li jpoġġuhom fl-aħjar pożizzjoni biex jivverifikaw jekk l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hijiex korretta u vera. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ jiggarantixxu li r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, li għandu jiġi rreġistrat f'dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ikun affidabbli u preċiż. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni. |
(15) Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għal data u fatti li jpoġġuhom fl-aħjar pożizzjoni biex jivverifikaw jekk l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hijiex korretta u vera. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ jiggarantixxu li r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, li għandu jiġi rreġistrat f'dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ikun affidabbli u preċiż. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni u barra l-Unjoni. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) L-esperjenza miksuba fil-kuntest tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid tindika li l-proċeduri fis-seħħ għar-reġistrazzjoni, l-emendar u t-tħassir tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi jistgħu jkunu kumplessi, skabrużi u jtawlu fiż-żmien. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħoloq lakuni ġuridiċi, partikolarment rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita għal talbiet ta' emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. Ir-regoli proċedurali li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid ma jikkonformawx mar-regoli applikabbli għas-sistemi tal-kwalità li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni dwar is-setturi tal-oġġetti tal-ikel, l-ispirti l-inbejjed aromatizzati. Din is-sitwazzjoni rriżultat f'inkonsistenzi fil-mod li bih tiġi applikata l-kategorija tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Jenħtieġ li dawn l-inkonsistenzi jiġu indirizzati fid-dawl tad-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali stabbilit fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jissimplifika, jiċċara, jissupplimenta u jarmonizza l-proċeduri kkonċernati. Jenħtieġ li kemm jista' jkun, il-proċeduri jiġu stabbiliti fuq linji proċedurali effettivi u ppruvati kif xieraq għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fir-rigward ta' prodotti u oġġetti tal-ikel agrikoli, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u fir-regolamenti ta' implimentazzjoni adottati skont dan, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 2 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17b) Id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi huma marbutin b'mod intrinsiku mat-territorju tal-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom l-akbar esperjenza rigward il-fatti rilevanti u huma l-aktar familjari magħhom. Jenħtieġ li dan il-fatt jiġi kkunsidrat fir-regoli proċedurali rilevanti, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit mill-Artikolu 5(3) TFUE. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 3 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17c) Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għad-data u l-fatti, u b'hekk jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jivverifikaw jekk applikazzjoni li tikkonċerna denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkunx tissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiggarantixxu li r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni rreġistrati f'dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ikunu affidabbli u preċiżi. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 9 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17d) Il-produtturi ta' prodotti tad-dwieli li jkollhom isem protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta qegħdin joperaw f'suq dejjem jinbidel u esiġenti. Għalkemm jeħtieġu proċeduri li jippermettulhom jadattaw malajr għad-domandi tas-suq, minflok huma jiġu penalizzati minħabba d-dewmien u l-kumplessità tal-proċedura ta' emenda fis-seħħ bħalissa, li tillimita l-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu għas-suq. Il-produtturi ta' prodotti tad-dwieli li jkollhom isem protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jkunu permessi wkoll iqisu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, kif ukoll il-bidliet ambjentali. Bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta' passi involuti f'dawn il-proċeduri u biex jiġi applikat il-prinċipju tas-sussidjarjetà f'dak il-qasam, huwa importanti li deċiżjonijiet dwar emendi li ma jikkonċernawx elementi essenzjali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikunu jistgħu jiġu approvati fil-livell tal-Istat Membru. Il-produtturi għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw dawk l-emendi hekk kif tingħalaq il-proċedura nazzjonali. M'għandux ikun meħtieġ li l-applikazzjoni tiġi riveduta għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 15 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 17e (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17e) Madankollu, bil-għan li jiġu protetti l-interessi ta' partijiet terzi stabbiliti fl-Istati Membri minbarra dak li fih jiġu prodotti l-prodotti tad-dwieli, huwa importanti li l-approvazzjoni tal-emendi li jirrikjedu proċedimenti ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tibqa' tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Għalhekk jeħtieġ tiġi introdotta klassifikazzjoni ta' emendi ġdida: emendi standard, li ma jagħtux lok għal proċedimenti ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni u li għalhekk isiru applikabbli hekk kif jiġu approvati mill-Istat Membru; u l-emendi fil-livell tal-Unjoni, li japplikaw biss wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, wara li jingħalqu l-proċedimenti ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 16 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 17f (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17f) Jenħtieġ li jiġi introdott il-kunċett ta' "emenda temporanja", bil-għan li dawk il-prodotti tad-dwieli li għandhom denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jibqgħu jiġu kummerċjalizzati taħt dawk l-ismijiet protetti fl-eventwalità ta' diżastri naturali jew ta' kundizzjonijiet tat-temp ħżiena jew fl-eventwalità li jiġu adottati ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji li b'mod temporanju jipprevjenu l-operaturi milli jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Minħabba l-urġenza tagħhom, huwa importanti li l-emendi temporanji jiġu applikati hekk kif jiġu approvati mill-Istat Membru. Il-lista ta' raġunijiet urġenti li jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' emendi temporanji hija eżawrjenti, minħabba n-natura eċċezzjonali ta' dawk l-emendi. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 17 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 17g (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17g) Huwa importanti li l-emendi tal-Unjoni jsegwu l-proċedura li tiggverna l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni bil-għan li jkollhom l-istess effikaċja u l-istess garanziji. Dawn għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-eċċezzjoni ta' ċerti passi li jenħtieġ li jiġu eliminati sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv. Jenħtieġ li tiġi definita l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-emendi standard u temporanji bil-għan li l-Istati Membri jitħallew jivvalutaw l-applikazzjonijiet b'mod xieraq u jiżguraw approċċ konsistenti fost l-Istati Membri. Il-valutazzjoni mwettqa mill-Istati Membri jenħtieġ li tkun ekwivalenti, f'termini ta' rigorożità u kompletezza, għall-valutazzjoni mwettqa skont il-proċedura li tiggverna l-applikazzjonijiet għal protezzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 18 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 17h (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17h) Huwa importanti li l-emendi standard u temporanji relatati mad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u mal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ta' pajjiżi terzi jsiru bi qbil mal-approċċ stabbilit għall-Istati Membri u li d-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni jittieħdu bi qbil mas-sistema fis-seħħ fil-pajjiż terz ikkonċernat. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 19 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 17i (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17i) Sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-operaturi filwaqt li jitqiesu l-prinċipju tal-kompetizzjoni u l-obbligu li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu adottati regoli dwar it-tikkettar temporanju u l-preżentazzjoni ta' prodotti tad-dwieli li isimhom kien is-suġġett ta' applikazzjoni għal denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi f'dan l-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Premessa 21 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Meta l-punt gb tal-Artikolu 119(1) dwar l-inklużjoni obbligatorja fuq it-tikketta tal-lista ta' ingredjenti li jinsabu fl-inbid jiġi applikat b'att delegat, jenħtieġ li din il-lista ma tiġix ippreżentata skont il-lott. |
Ġustifikazzjoni
Meta jittieħdu miżuri għall-infurzar tal-inklużjoni fuq it-tikketta tal-lista ta' ingredjenti li jinsabu fl-inbid, wieħed irid joqgħod attent li ma jikkumplikax aktar il-kompitu ta' min ikabbar id-dwieli billi jiġi żgurat li l-informazzjoni tingħata għall-produzzjoni kollha kemm hi tas-sena u mhux fuq kull lott mibjugħ fi żminijiet differenti tas-sena.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza ġuridika għall-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Unjoni Ewropea u biex jingħata kont tat-tnaqqis tas-suq uniku wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, hemm bżonn li l-limiti kwantitattivi applikabbli tal-Unjoni Ewropea jiġu aġġornati ħalli tingħata l-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbiliti mill-produtturi tal-ħalib jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom, jinnegozjaw b'mod kollettiv it-termini tal-kuntratti, inklużi l-prezzijiet, għal parti mill-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat tal-membri tagħhom jew għall-produzzjoni kollha kemm hi. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emendi proposti għall-Artikolu 149, bil-għan li jsir aġġustament tekniku għar-regoli li jippermettu lill-produtturi tal-ħalib iwettqu negozjati kuntrattwali sakemm il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat ma jaqbiżx il-limitu ta' 3,5 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Madankollu, bħala riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, is-suq intern se jkun iżgħar, għalhekk qiegħed sempliċement jiġi propost li l-volum tal-ħalib mhux ipproċessat fis-suq intern tas-27 Stat Membru jiġi aġġustat 'il fuq minn 3,5 % għal 4 %.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 23b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23b) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi leġiżlattivi reċenti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2393 u biex jintemmu ċerti regoli speċifiċi li saru restrittivi fir-rigward tar-reġim ġenerali, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbiliti mill-produtturi tal-ħalib jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti skont l-Artikoli 152 u 161 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li għandhom jitħassru r-regoli speċifiċi relatati mal-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, li jikkonċernaw ir-rikonoxximent tagħhom u r-regoli għat-tfassil ta' tali rikonoxximent. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emendi proposti għall-Artikoli 150, 157, 158 u 163 bil-għan li jiġu ċċarati l-possibbiltajiet għar-rikonoxximenti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħalib, u biex jallinjaw parzjalment ir-reġim ta' deroga għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib mar-reġim ġenerali għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Din l-aħħar differenzjazzjoni, li oriġinat fil-Pakkett tal-Ħalib, m'għadhiex meħtieġa u t-tħassir tagħha se jippermetti lill-organizzazzjoni interprofessjonali tal-produtturi tal-ħalib taċċessa ċerti setgħat ġodda.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 23c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23c) Jenħtieġ li jiġu kodifikati r-regoli dwar ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali kif ukoll regoli li jiċċaraw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri involuti. Sabiex tiġi rispettata l-libertà tal-istabbiliment filwaqt li jiġu rikonoxxuti d-diffikultajiet li jiffaċċjaw dawn l-organizzazzjonijiet biex jingħataw rikonoxximent mill-Istat Membru li fih huma jkollhom għadd sinifikanti ta' membri jew li fih huma jkollhom volum jew valur sinifikanti ta' produzzjoni kummerċjabbli, jew, għal organizzazzjonijiet interprofessjonali, biex l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti jiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent tagħhom, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata r-responsabbiltà li tirrikonoxxi dawn l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet u li tistabbilixxi regoli għall-forniment tal-assistenza amministrattiva meħtieġa mill-Istati Membri lil xulxin u lill-Kummissjoni, sabiex din tistabbilixxi jekk organizzazzjoni jew assoċjazzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent u jekk jistgħux jindirizzaw il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-proposta għal Artikolu 158b ġdid, li jimmira li jikkodifika fl-att bażiku r-regoli relatati ma' organizzazzjonijiet transnazzjonali rikonoxxuti (POs, DOP jew IOs) li jinsabu fir-Regolament ta' Delega Nru 2016/232. Madankollu, hija tagħmel bidla importanti li għandha l-għan li tagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-setgħa li tiddeċiedi dwar dawn l-organizzazzjonijiet transnazzjonali, il-prinċipji ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri għar-rikonoxximent ta' tali entitajiet li jkunu naqsu milli jagħtu prova tal-valur tagħhom.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 23d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23d) Sabiex il-produtturi agrikoli jirrispondu għall-konċentrazzjoni dejjem ikbar ta' ħoloq oħrajn matul il-katina tal-valur tal-provvista agrikola, jenħtieġ li jkun possibbli għall-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jipparteċipaw fil-ħolqien ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Bl-istess mod, biex jintlaħqu l-istess objettivi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jenħtieġ li jitħallew jistabbilixxu assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emendi għall-Artikolu 156 u l-proposta għall-Artikolu 158a ġdid, li għandhom l-għan li jawtorizzaw assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jipparteċipaw fil-ħolqien ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, u biex tintroduċi fir-Regolament Nru 1308/2013 il-possibbiltà li jiġu rikonoxxuti assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fuq il-mudell ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 23e (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23e) Fid-dawl tal-importanza tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti (DOP) u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fil-produzzjoni agrikola tal-Unjoni, u fid-dawl tas-suċċess tal-introduzzjoni tar-regoli għall-ġestjoni tal-provvista ta' ġobnijiet u ta' prieżet nexfin immellħa b'marki ta' kwalità li jiggarantixxu l-valur miżjud u li jippreservaw il-kwalità ta' dawn il-prodotti, il-benefiċċji ta' dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu estiżi għall-prodotti agrikoli kollha b'marki ta' kwalità. Jenħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jiġu awtorizzati japplikaw dawn ir-regoli biex jirregolaw il-provvista ġenerali ta' prodotti agrikoli ta' kwalità prodotti fi ħdan żona ġeografika definita, fuq talba ta' organizzazzjoni interprofessjonali, ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' grupp kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, dment li maġġoranza qawwija tal-produtturi ta' dak il-prodott, u fejn applikabbli, tal-produtturi agrikoli fiż-żona ġeografika kkonċernata, jappoġġaw dawk ir-regoli. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emendi introdotti fl-Artikolu 172 u għandha l-għan li tirrikonoxxi s-suċċess tal-mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-provvista ta' ġobon u ta' perżut previsti fl-Artikoli 150 u 172 ta' dan ir-Regolament, u li testendi l-possibbiltajiet għal prodotti agrikoli oħra b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Madankollu żżomm il-karatteristiċi speċifiċi kurrenti għall-ġobnijiet fl-Artikolu 150.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 23f (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23f) Sabiex titrawwem it-trażmissjoni mtejba tas-sinjali tas-suq u biex jissaħħu r-rabtiet bejn il-prezzijiet tal-produtturi u l-valur miżjud matul il-katina tal-provvista, jeħtieġ li jiġu estiżi l-mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-valur bejn il-bdiewa, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, mal-ewwel xerrejja tagħhom għall-bqija ta' dawk is-setturi tal-prodotti b'marka ta' kwalità rikonoxxuta mid-dritt tal-Unjoni u minn dak nazzjonali. Il-bdiewa, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jenħtieġ li jiġu awtorizzati li jaqblu dwar klawżoli ta' kondiviżjoni tal-valur, inkluż qligħ u telf tas-suq, ma' operaturi fi stadji differenti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 23g (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23g) Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tat-tipi kollha ta' klawżoli ta' kondiviżjoni tal-valur jenħtieġ li jiġi speċifikat li dawn il-klawżoli jistgħu jkunu bbażati b'mod partikolari fuq indikaturi ekonomiċi relatati mal-ispejjeż rilevanti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-iżvilupp tagħhom, il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli u tal-ikel irreġistrati fis-suq jew fis-swieq ikkonċernati u l-evoluzzjoni tagħhom, jew fuq il-kwantitajiet, il-kompożizzjoni, il-kwalità, it-traċċabbiltà jew, fejn applikabbli, il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27a) Sabiex jinkiseb l-objettiv ta' kontribut għall-istabbiltà tas-swieq agrikoli, jenħtieġ li jissaħħu l-istrumenti li jipprevedu t-trasparenza tas-swieq agrikoli. Peress li l-esperjenza tal-osservatorji settorjali Ewropej għas-swieq agrikoli wriet li hija pożittiva biex tinforma l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet pubbliċi b'mod ġenerali kif ukoll biex tiffaċilita l-osservazzjoni u r-rekordjar tal-iżviluppi tas-suq, jenħtieġ li jiġi stabbilit osservatorju Ewropew għas-swieq tal-prodotti agrikoli flimkien ma' sistema ta' notifika għar-rappurtar tal-informazzjoni meħtieġa għall-ħidma tal-osservatorju. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-proposta għal Artikolu 218a ġdid, li għandu l-għan li jintroduċi, fir-Regolament dwar l-OKS Unika, osservatorju tas-swieq tal-prodotti agrikoli bbażat fuq il-ħidma tad-diversi osservatorji settorjali u li jistabbilixxi sistema ta' notifika għar-rappurtar tal-informazzjoni meħtieġa għall-ħidma tal-osservatorju.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 27b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27b) Sabiex il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu għażliet informati u biex tissaħħaħ l-effikaċja ta' miżuri li jipprevjenu u jimmaniġġjaw it-tfixkil fis-suq, jenħtieġ li jsir provvediment għal mekkaniżmu ta' twissija bikrija li bih l-Osservatorju Ewropew tas-Swieq Agrikoli jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar theddid ta' tfixkil fis-suq u fejn xieraq jagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kummissjoni, li hija l-unika korp bis-setgħa ta' inizjattiva f'dan il-qasam, jkollha 30 jum biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-miżuri xierqa biex tindirizza dak it-tfixkil tas-suq jew inkella biex tiġġustifika n-nuqqas tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-proposta li jinħoloq Artikolu 218b ġdid biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' twissija bikrija li jwissi lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'theddid ta' tfixkil fis-suq u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi miżuri jew tiġġustifika n-nuqqas tagħhom fi żmien 30 jum min-notifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 29
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) Minħabba t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 bir-Regolament (UE) .../... (ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK), id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli u l-penali marbuta mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali protetti jenħtieġ jiġu integrati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(29) Minħabba t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 bir-Regolament (UE) .../... (ir-Regolament Orizzontali), id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli u l-penali marbuta mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali protetti jenħtieġ jiġu integrati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, filwaqt li jispeċifika, fl-interessi tal-effiċjenza, li dawn il-kontrolli jistgħu jikkonsistu f'kontrolli dokumentarji u fuq il-post li jkunu neċessarji biss fejn l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinkludi rekwiżiti li ma jistgħux jiġu verifikati b'mod sigur permezz ta' kontroll dokumentarju. |
__________________ |
__________________ |
17 Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549). |

Din l-emenda hija purament teknika u għandha l-għan li tikkoreġi żball ta' abbozzar mill-Kummissjoni u li tiċċara, b'rabta mal-paragrafu 3a l-ġdid propost fil-kuntest tal-Artikolu 116a, li, fl-interessi tal-effiċjenza, tali kontrolli jkunu jikkonsistu f'kontrolli dokumentarji u fuq il-post u li l-kontrolli fuq il-post ikunu meħtieġa biss meta l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikun fiha rekwiżiti li ma jistgħux jiġu vverifikati b'mod sigur permezz ta' kontroll dokumentarju.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(30a) Sabiex jitkompla l-appoġġ għas-settur taz-zokkor fl-iżvilupp u t-tranżizzjoni tiegħu wara t-tmiem tas-sistema tal-kwoti, jenħtieġ li jiġi speċifikat li n-notifiki dwar il-prezzijiet tas-suq ikopru wkoll l-etanol, jawtorizzaw l-użu ta' mekkaniżmi ta' konċiljazzjoni u ta' medjazzjoni bħala alternattiva għall-arbitraġġ, u jikkodifikaw il-klawżola tal-kondiviżjoni tal-valur f'dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emendi introdotti fl-Artikolu 126 u fl-Anness X.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 33a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33a) Jenħtieġ li jiġu previsti mekkaniżmi ġuridiċi li jiggarantixxu li l-prodotti li jkollhom it-terminu tal-kwalità fakultattiv "prodott tal-muntanji" jkunu preżenti fis-suq ta' pajjiż ieħor biss jekk ma jiksrux ir-rekwiżiti għall-użu ta' dak it-terminu ta' kwalità f'pajjiż partikolari, jekk ikunu jeżistu tali rekwiżiti. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(34a) Il-lista ta' prodotti li jistgħu jiġu protetti bħala DPO jew IĠP jenħtieġ li tiġi estiża bi prodotti li għandhom domanda dejjem tikbar mill-konsumaturi tal-Unjoni, bħax-xama' tan-naħal, li qed issib applikazzjoni dejjem aktar mifruxa fl-industrija tal-ikel u l-kożmetiċi. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 35
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) L-ammonti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli biex jiffinanzjaw il-miżuri skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/201320 u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 jenħtieġ jiġu aġġornati. |
(35) L-ammonti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli biex jiffinanzjaw il-miżuri skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/201320 u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 jenħtieġ li jinżammu. |
__________________ |
__________________ |
20 Ir-Regolament (UE) No 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Mazu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23). |
20 Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23). |
21 Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41). |

Din l-emenda għandha l-għan li tirrestawra l-ammonti allokati lir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-POSEI, f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2021-2027 – Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew bil-ħsieb ta' ftehim u l-impenji magħmula mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker f'Cayenne fis-27 ta' Ottubru 2017.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 35a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(35a) L-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) 1308/2013 huma operaturi li jwettqu rwol essenzjali fl-iżvilupp ta' setturi agrikoli diversifikati tar-reġjuni ultraperiferiċi, b'mod partikolari fis-setturi tat-trobbija tal-bhejjem. Minħabba d-daqs żgħir ħafna tagħhom u l-insularità tagħhom, is-swieq lokali fir-reġjuni ultraperiferiċi huma partikolarment esposti għall-varjazzjonijiet fil-prezz marbuta mal-flussi ta' importazzjonijiet mill-bqija tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi. Dawk l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jiġbru flimkien lill-operaturi kollha attivi fis-suq f'kull stadju, u bħala tali, jieħdu azzjonijiet kollettivi li jippermettu li l-produzzjoni lokali tibqa' fis-suq tagħha, b'mod partikolari permezz ta' ġbir ta' data jew tixrid ta' informazzjoni. Għal dan il-għan, irrispettivament mill-Artikoli 28, 29 u 110 TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa xieraq li, fil-kuntest ta' ftehimiet interprofessjonali estiżi, l-Istat Membru kkonċernat jitħalla, wara konsultazzjoni mal-atturi kkonċernati, jirresponsabbilizza lill-operaturi individwali jew lil gruppi ta' operaturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni u li joperaw fis-suq lokali, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, inkluż f'każijiet fejn id-dħul ta' dawn il-kontribuzzjonijiet jiffinanzja miżuri biex tinżamm biss il-produzzjoni lokali jew fejn il-kontribuzzjonijiet jiġu imposti fi stadju differenti tal-proċess ta' kummerċjalizzazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tadatta r-regoli għall-estensjoni tar-regoli interprofessjonali għar-realtajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi. Dawn l-organizzazzjonijiet huma operaturi essenzjali għall-iżvilupp tas-setturi fir-reġjuni ultraperiferiċi, li s-swieq tagħhom huma esposti għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet. Dawn l-organizzazzjonijiet jistabbilixxu azzjonijiet ta' ġbir u disseminazzjoni ta' data u l-kontribuzzjonijiet miġbura skont dawn il-ftehimiet għandhom jiġu estiżi mill-Istat Membru għall-prodotti agrikoli kollha mqiegħda fis-swieq lokali, irrispettivament mill-oriġini tagħhom.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Premessa 25a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1) Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja: |
|
"(25a) L-għajnuna mogħtija skont l-iskema tal-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti jenħtieġ li, fejn ikun possibbli, tippromwovi prodotti bi ktajjen tal-provvista qosra." |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Premessa 127a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1a) Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja: |
|
"(127a) Kuntratti bil-miktub fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li jistgħu jkunu obbligatorji f'xi Stati Membri jew li l-produtturi, l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom id-dritt li jitolbu fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li fost elementi oħra jistabbilixxu l-prezz li għandu jitħallas għall-konsenja, li idealment ikun ikopri l-ispiża tal-produzzjoni u li jista' jiġi kkalkolat abbażi ta' indikaturi faċilment aċċessibbli u komprensibbli tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tas-suq, li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw skont kriterji oġġettivi u abbażi ta' studji dwar il-produzzjoni u l-katina alimentari." |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Premessa 139a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1b) Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja: |
|
"(139a) Kuntratti bil-miktub li jistgħu jkunu obbligatorji f'xi Stati Membri jew li l-produtturi, l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom id-dritt li jitolbu fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li fost elementi oħra jistabbilixxu l-prezz li għandu jitħallas għall-konsenja, li idealment ikun ikopri l-ispiża tal-produzzjoni u li jista' jiġi kkalkolat abbażi ta' indikaturi faċilment aċċessibbli u komprensibbli tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tas-suq, li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw skont kriterji oġġettivi u abbażi ta' studji dwar il-produzzjoni u l-katina alimentari." |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(-1c) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 1 |
"Artikolu 1 |
Il-kamp ta' applikazzjoni |
Il-kamp ta' applikazzjoni |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli, li tfisser il-prodotti kollha elenkati fl-Anness I għat-Trattati bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura kif definit fl-atti leġislattivi tal-Unjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli, li tfisser il-prodotti kollha elenkati fl-Anness I għat-Trattati bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura kif definit fl-atti leġislattivi tal-Unjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-istandards pubbliċi, ir-regoli dwar it-trasparenza tas-suq u l-għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet li se jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari lill-Kummissjoni, jiżguraw is-sorveljanza, il-ġestjoni u r-regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli |
2. Il-prodotti agrikoli kif iddefiniti fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu fis-setturi li ġejjin kif elenkati fil-partijiet rispettivi tal-Anness I: |
2. Il-prodotti agrikoli kif iddefiniti fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu fis-setturi li ġejjin kif elenkati fil-partijiet rispettivi tal-Anness I: |
(a) ċereali, Parti I; |
(a) ċereali, Parti I; |
(b) ross, Parti II; |
(b) ross, Parti II; |
(c) zokkor, Parti III; |
(c) zokkor, pitravi taz-zokkor u kannamieli, Parti III; |
(d) għalf niexef, Parti IV; |
(d) għalf niexef, Parti IV; |
(e) żrieragħ, Parti V; |
(e) żrieragħ, Parti V; |
(f) ħops, Parti VI; |
(f) ħops, Parti VI; |
(g) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel, Parti VII; |
(g) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel, Parti VII; |
(h) kittien u qanneb, Parti VIII; |
(h) kittien u qanneb, Parti VIII; |
(i) frott u ħxejjex, Parti IX; |
(i) frott u ħxejjex, Parti IX; |
(j) frott u prodotti tal-ħxejjex ipproċessati, Parti X; |
(j) frott u prodotti tal-ħxejjex ipproċessati, Parti X; |
(k) banana, Parti XI; |
(k) banana, Parti XI; |
(l) inbid, Parti XII; |
(l) inbid, Parti XII; |
(m) siġar u pjanti oħra ħajjin, basal, għeruq u partijiet simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, Parti XIII; |
(m) siġar u pjanti oħra ħajjin, basal, għeruq u partijiet simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, Parti XIII; |
(n) tabakk, Parti XIV; |
(n) tabakk, Parti XIV; |
(o) laħam taċ-ċanga u vitella, Parti XV; |
(o) laħam taċ-ċanga u vitella, Parti XV; |
(p) ħalib u prodotti tal-ħalib, Parti XVI; |
(p) ħalib u prodotti tal-ħalib, Parti XVI; |
(q) laħam tal-majjal, Parti XVII; |
(q) laħam tal-majjal, Parti XVII; |
(r) laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, Parti XVIII; |
(r) laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, Parti XVIII; |
(s) bajd, Parti XIX; |
(s) bajd, Parti XIX; |
(t) laħam tat-tjur, Parti XX; |
(t) laħam tat-tjur, Parti XX; |
(u) alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, Parti XXI |
(u) alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, Parti XXI |
(v) prodotti tal-apikultura, Parti XXII; |
(v) prodotti tal-apikultura, Parti XXII; |
(w) dud tal-ħarir, Parti XXIII; |
(w) dud tal-ħarir, Parti XXIII; |
(x) prodotti oħra, Parti XXIV. |
(x) prodotti oħra, Parti XXIV. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1d) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 1a |
|
Objettivi speċifiċi |
|
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-objettivi ġenerali u speċifiċi definiti fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) …/… [pjan strateġiku tal-PAK], u skont l-Artikolu 39 TFUE, l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 1 għandha tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi li ġejjin: |
|
(a) il-parteċipazzjoni fl-istabbilizzazzjoni tas-swieq agrikoli u t-tisħiħ tat-trasparenza tagħhom; |
|
(b) il-promozzjoni tal-funzjonament xieraq tal-katina ta' provvista agroalimentari u l-garanzija ta' dħul ġust għall-produtturi agrikoli; |
|
(c) it-titjib tal-pożizzjoni tal-produtturi fil-katina tal-valur u l-promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista agrikola; |
|
(d) il-kontribuzzjoni għat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u t-tisħiħ tal-kwalità tal-produzzjoni agrikola Ewropea." |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tintroduċi objettivi għall-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni tal-PAK, li jkunu japplikaw mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-objettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) [Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK] u f'konformità mal-Artikolu 39 tat-TFUE.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(-1e) L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 2 |
"Artikolu 2 |
Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni (PAK) |
Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni (PAK) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati skontu għandhom japplikaw b'rabta mal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
Ir-Regolament (UE) Nru […] [Regolament Orizzontali] u d-dispożizzjonijiet adottati skontu għandhom japplikaw b'rabta mal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=MT)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija biss emenda teknika marbuta mar-riforma tar-regolament orizzontali tal-PAK loi għadha għaddejja.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 3 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jemendaw id-definizzjonijiet li jirrigwardaw is-setturi stabbiliti fl-Anness II sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu aġġornati d-definizzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq. |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jemendaw, bil-għan li jiġu aġġornati d-definizzjonijiet li jirrigwardaw is-setturi stabbiliti fl-Anness II, fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, mingħajr ma joħolqu definizzjonijiet ġodda. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) l-Artikolu 6 jitħassar; |
imħassar |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 6
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3a) l-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 6 |
"Artikolu 6 |
Snin ta' kummerċjalizzazzjoni |
Snin ta' kummerċjalizzazzjoni |
Għandhom jiġu stabbiliti s-snin ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin: |
Għandhom jiġu stabbiliti s-snin ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin: |
(a) mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u tal-banana; |
(a) mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u tal-banana; |
(b) mill-1 ta' April sat-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara settur tal-għalf niexef u għas-settur tad-dud tal-ħarir; |
(b) mill-1 ta' April sat-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara settur tal-għalf niexef u għas-settur tad-dud tal-ħarir; |
(c) mill-1 ta' Lulju sal-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara għal: |
(c) mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara għal: |
(i) is-settur taċ-ċereali; |
(i) is-settur taċ-ċereali; |
(ii) is-settur taż-żrieragħ; |
(ii) is-settur taż-żrieragħ; |
(iii) is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel; |
(iii) is-settur tal-kittien u tal-qanneb; |
(iv) is-settur tal-kittien u tal-qanneb; |
(iv) is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib; |
(v) is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib; |
|
(d) mill-1 ta' Awwissu sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara għas-settur tal-inbid; |
(d) mill-1 ta' Awwissu sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara għas-settur tal-inbid; |
(e) mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Awwissu tas-sena ta' wara għas-settur tar-ross; |
(e) mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Awwissu tas-sena ta' wara għas-settur tar-ross u għas-settur taż-żebbuġ tal-mejda; |
(f) mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara għas-settur taz-zokkor. |
(f) mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara għas-settur taz-zokkor u għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 11
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3b) l-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 11 |
"Artikolu 11 |
Prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku |
Prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku |
L-intervent pubbliku għandu japplika fir-rigward tal-prodotti li ġejjin skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u kwalunkwe rekwiżiti u kundizzjonijiet addizzjonali li jistgħu jkunu ddeterminati mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ddelegati konformi mal-Artikolu 19 u atti ta' implimentazzjoni konformi mal-Artikolu 20: |

(a) qamħ komuni, qamħ durum, xgħir u qamħirrun; |
(a) qamħ komuni, qamħ durum, xgħir u qamħirrun; |
(b) ross għadu fil-ħliefa; |
(b) ross għadu fil-ħliefa; |
(c) laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella tal-kodiċijiet NM 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50; |
(c) laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella tal-kodiċijiet NM 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50; |
(d) butir magħmul direttament u esklużivament minn krema pasturizzata li ssir direttament u esklużivament mill-ħalib tal-baqra f'impriża approvata fl-Unjoni, ta' kontenut minimu ta' xaħam fil-butir, skont il-piż, ta' 82 %, u ta' kontenut massimu ta' ilma, skont il-piż, ta' 16 %; |

(e) trab ta' ħalib xkumat tal-aqwa kwalità magħmul mill-ħalib tal-baqra f'impriża approvata fl-Unjoni, bil-proċess ta' sprej, b'kontenut minimu ta' proteina ta' 34,0 % skont il-piż tal-materjal xott mingħajr xaħam. |
(e) trab ta' ħalib xkumat tal-aqwa kwalità magħmul mill-ħalib tal-baqra f'impriża approvata fl-Unjoni, bil-proċess ta' sprej, b'kontenut minimu ta' proteina ta' 34,0 % skont il-piż tal-materjal xott mingħajr xaħam; |
|
(ea) zokkor abjad; |
|
(eb) laħam tan-nagħaġ li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0104 10 30 jew 0204; |
|
(ec) laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0203; |
|
(ed) tiġieġ, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0207. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 12
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3c) l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 12 |
"Artikolu 12 |
Perijodi ta' intervent pubbliku |
Perijodi ta' intervent pubbliku |
L-intervent pubbliku għandu jkun disponibbli għal: |
L-intervent pubbliku għandu jkun disponibbli tul is-sena kollha għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 11. " |
(a) qamħ komuni, qamħ durum, xgħir u qamħirrum, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju; |
|
(b) ross għadu fil-ħliefa, mill-1 ta' April sal-31 ta' Lulju; |
|
(c) laħam taċ-ċanga u vitella, tul is-sena kollha; |
|
(d) butir u trab ta' ħalib xkumat, mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru. |
|
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 13
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3d) l-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 13 |
"Artikolu 13 |
Ftuħ u għeluq ta' intervent pubbliku |
Ftuħ u għeluq ta' intervent pubbliku |
1. Matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 12, intervent pubbliku: |
1. Matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 12, intervent pubbliku: |
(a) għandu jkun miftuħ għal qamħ komuni, butir u trab ta' ħalib xkumat; |
(a) għandu jkun miftuħ għal butir u trab ta' ħalib xkumat; |
(b) jista' jinfetaħ mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għal qamħ durum, xgħir, qamħirrum, u ross għadu fil-ħliefa (inklużi varjetajiet jew tipi speċifiċi ta' ross għadu fil-ħliefa), jekk is-sitwazzjoni tas-suq ikun jeħtiġilha hekk. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2); |
(b) jista' jinfetaħ mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għal qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum, u ross għadu fil-ħliefa (inklużi varjetajiet jew tipi speċifiċi ta' ross għadu fil-ħliefa), zokkor abjad, laħam tan-nagħaġ, laħam tal-majjal jew tiġieġ jekk is-sitwazzjoni tas-suq ikun jeħtiġilha hekk. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2); |
(c) jista' jinfetaħ għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3), jekk tul perijodu rappreżentattiv stabbilit skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 il-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew f'reġjun ta' Stat Membru, irreġistrat abbażi tal-Iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali tal-ifrat imsemmi fil-punt A tal-Anness IV, ikun anqas minn 85 % tal-limitu ta' referenza stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1). |

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħlqu l-intervent pubbliku għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella, fejn, tul perijodu rappreżentattiv determinat skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunux issodisfati aktar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). |
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħlqu l-intervent pubbliku għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella, fejn, tul perijodu rappreżentattiv determinat skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunux issodisfati aktar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 14
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3e) l-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Xiri sfurzat bi prezz fiss jew b'sejħa għal offerti |
Xiri sfurzat bi prezz fiss jew b'sejħa għal offerti |
Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont l-Artikolu 13(1), il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' xiri sfurzat għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 11, kif ukoll, fejn applikabbli, miżuri dwar il-limitazzjonijiet kwantitattivi fejn isir xiri sfurzat bi prezz fiss, skont l-Artikolu 43(3) TFUE. |
"Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont l-Artikolu 13(1), il-Kunsill għandu jagħmel arranġamenti dwar l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' xiri sfurzat għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 11 skont l-Artikolu 43(3) TFUE. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=MT)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li ttejjeb l-intervent sabiex l-istrumenti jsiru aktar reattivi u effettivi.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3f (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 15 – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3f) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: |
1. Prezz b'intervent pubbliku jfisser: |
‘1. Prezz b'intervent pubbliku jfisser il-prezz massimu li bih prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku jistgħu jinxtraw b'xiri sfurzat fejn dan isir b'sejħa għall-offerti. ’ |
(a) il-prezz li bih prodotti għandhom jinxtraw b'xiri sfurzat b'intervent pubbliku fejn dan isir bi prezz fiss; jew |
|
(b) il-prezz massimu li bih prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku jistgħu jinxtraw b'xiri sfurzat fejn dan isir b'sejħa għall-offerti. |
|
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=MT)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li ttejjeb l-intervent sabiex l-istrumenti jsiru aktar reattivi u effettivi.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3g (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 15 – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3g) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: |
2. Il-miżuri dwar l-istabbiliment tal-livell tal-prezz tal-intervent pubbliku, inklużi l-ammonti ta' żidiet u tnaqqis, għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) TFUE. |
‘2. L-arranġamenti għall-istabbiliment tal-livell tal-prezz tal-intervent pubbliku, inklużi l-ammonti ta' żidiet u tnaqqis, għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) TFUE. ’ |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=MT)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li ttejjeb l-intervent sabiex l-istrumenti jsiru aktar reattivi u effettivi.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3h (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3h) Fl-Artikolu 16, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"3a. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-identità tal-impriżi li jużaw l-intervent pubbliku kif ukoll dik dwar ix-xerrejja tal-istokkijiet ta' intervent pubbliku sabiex ikunu jistgħu jwieġbu għall-paragrafi 1 u 3." |
Ġustifikazzjoni
Informazzjoni dwar l-identità tax-xerrejja tal-istokk ta' intervent pubbliku ma tiġix ikkomunikata b'mod sistematiku lill-Kummissjoni; din tal-aħħar għalhekk ma tistax tikkaratterizza l-effetti ta' tfixkil tas-suq jew li tiżgura konformità ma' ftehimiet internazzjonali. Dan huwa aktar u aktar importanti peress li l-proċeduri tal-offerti tal-bejgħ tal-istokkijiet jista' jsir f'livell li huwa ferm taħt il-prezz tax-xiri, peress li d-differenza tista' titqies bħala forma ta' appoġġ.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3i (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3i) L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 punt (b) huwa emendat kif ġej: |
(b) żejt taż-żebbuġa; |
"(b) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda; " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR)
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3j (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3j) Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(ia) ross. " |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c – punt ii
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – l-aħħar sentenza
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) Fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, it-tieni sentenza titħassar; |
imħassar |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c – punt iii – parti introduttorja
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 23a – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(iii) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(iii) fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 61
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(4a) l-Artikolu 61 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 61 |
"Artikolu 61 |
Tul |
Tul |
L-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2030, b'reviżjoni ta' nofs it-terminu li għandha ssir mill-Kummissjoni biex tevalwa l-operazzjoni tal-iskema u tagħmel proposti, jekk ikun adatt. |
L-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2050, b'reviżjoni li għandha ssir mill-Kummissjoni kull għaxar snin u għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2023 biex tevalwa l-operazzjoni tal-iskema u tagħmel proposti, jekk ikun adatt biex ittejjeb l-effikaċja tagħha. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 62 – paragrafu 4
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(4b) fl-Artikolu 62, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
4. Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għat-taħwil jew it-taħwil mill-ġdid ta' żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet għat-tilqim, għal żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-produttur tal-inbid jew għal żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid bħala riżultat ta' xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali. |
"4. Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għat-taħwil jew it-taħwil mill-ġdid ta' żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet għat-tilqim, għat-taħwil jew it-taħwil mill-ġdid ta' żoni li l-prodotti tad-dwieli tagħhom huma maħsuba biss għall-produzzjoni tal-meraq tal-għeneb, għal żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-produttur tal-inbid jew għal żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid bħala riżultat ta' xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 63 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej: |
imħassar |
‘1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena l-awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid li jikkorrispondi ma': |
|
(a) jew 1 % taż-żona totali attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel; or |
|
(b) 1 % ta' żona li tinkludi ż-żona attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju 2015, u ż-żona koperta mid-drittijiet għat-tħawwil mogħtijin lill-produtturi fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament.”; ’ |
|
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 63
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) l-Artikolu 63 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 63 |
"Artikolu 63 |
Mekkaniżmu ta' salvagwardja għal taħwil ta' dwieli ġodda |
Mekkaniżmu ta' salvagwardja għal taħwil ta' dwieli ġodda |
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena awtorizzazzjonijiet għal taħwil ta' dwieli ġodda li jikkorrispondu għal 1 % taż-żona totali attwalment bid-dwieli mħawlin fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel. |
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena l-awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid li jikkorrispondi ma': |
|
(a) jew 1 % taż-żona totali attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel; jew |
|
(b) 1 % ta' żona li tinkludi ż-żona attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju 2015, u ż-żona koperta mid-drittijiet għat-taħwil mogħtijin lill-produtturi fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament. |
2. L-Istati Membri jistgħu: |
2. L-Istati Membri jistgħu: |
(a) japplikaw fil-livell nazzjonali perċentwal aktar baxx mill-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1; |
(a) japplikaw fil-livell nazzjonali perċentwal aktar baxx mill-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1, |
(b) jillimitaw il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet fil-livell reġjonali, għal żoni speċifiċi eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'denominazzjoni protetta tal-oriġini, għal żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta, jew għal żoni mingħajr indikazzjoni ġeografika. |
(b) jillimitaw il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet fil-livell reġjonali, għal żoni speċifiċi eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, għal żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta, jew għal żoni mingħajr indikazzjoni ġeografika; dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jintużaw f'dawk ir-reġjuni. |
3. Kwalunkwe waħda mil-limitazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 għandha tikkontribwixxi għal tkabbir ordnat ta' taħwil tad-dwieli, għandha tiġi stabbilita 'l fuq minn 0 %, u għandha tiġi ġustifikata minn waħda jew iktar minn dawn ir-raġunijiet speċifiċi: |

(a) il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' provvista żejda ta' prodotti tal-inbid fir-rigward tal-prospetti tas-suq għal dawk il-prodotti, u ma teċċedix dak li hu neċessarju biex tiġi sodisfatta din il-ħtieġa; |

(b) il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' żvalutar sinifikanti ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini partikolari jew indikazzjoni ġeografika protetta. |
(b) il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' żvalutar ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta partikolari jew indikazzjoni ġeografika protetta; |
|
(ba) ir-rieda li jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-prodotti inkwistjoni filwaqt li tiġi ppreservata l-kwalità tagħhom. |
|
3a. L-Istati Membri jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura regolatorja meħtieġa biex iwaqqfu lill-operaturi milli jevitaw il-miżuri restrittivi meħuda skont il-paragrafi 2 u 3. |
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 2, li għandha tiġi debitament ġustifikata. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih b'dawk id-deċiżjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet. |

4a. L-awtorizzazzjonijiet li jaqbżu l-limiti previsti f'dan l-Artikolu jistgħu jinħarġu mill-Istati Membri għat-taħwil maħsub għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 64
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5b) l-Artikolu 64 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 64 |
"Artikolu 64 |
L-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda |
L-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli ġodda |
1. Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli f'sena partikolari ma teċċedix iż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jiġu aċċettati dawk l-applikazzjonijiet kollha. |

L-Istati Membri jistgħu, għall-fini ta' dan l-Artikolu, japplikaw wieħed jew aktar mill-objettivi u l-kriterji nondiskriminatorji ta' eliġibbiltà li ġejjin: |
L-Istati Membri jistgħu, għall-fini ta' dan l-Artikolu, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, japplikaw wieħed jew aktar mill-objettivi u l-kriterji nondiskriminatorji ta' eliġibbiltà li ġejjin: |
(a) l-applikant għandu jkollu żona agrikola li mhix iżgħar miż-żona li għaliha huwa jitlob l-awtorizzazzjoni; |
(a) l-applikant għandu jkollu żona agrikola li mhix iżgħar miż-żona li għaliha huwa jitlob l-awtorizzazzjoni; |
(b) l-applikant għandu jippossjedi kapaċitajiet adegwati tas-sengħa u kompetenza; |
(b) l-applikant għandu jippossjedi kapaċitajiet adegwati tas-sengħa u kompetenza; |
(c) l-applikazzjoni m'għandhiex tkun ta' riskju sinifikanti ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini speċifiċi, li għandu jkun preżunt dment li tintwera l-eżistenza ta' tali riskju mill-awtoritajiet pubbliċi; |
(c) l-applikazzjoni m'għandhiex tkun ta' riskju sinifikanti ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti speċifiċi, li għandu jkun preżunt dment li tintwera l-eżistenza ta' tali riskju mill-awtoritajiet pubbliċi; |
(ca) l-applikant ma jkollux dwieli mħawlin mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament jew mingħajr dritt ta' tħawwil kif imsemmi fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007; |

(d) fejn ikun debitament ġustifikat, wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, dment li dawn jiġu applikati b'mod oġġettiv u nondiskriminatorju. |
(d) fejn ikun debitament ġustifikat, wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, dment li dawn jiġu applikati b'mod oġġettiv u nondiskriminatorju. |
2. Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 f'sena partikolari teċċedi ż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jingħataw awtorizzazzjonijiet skont distribuzzjoni pro-rata ta' ettari lill-applikanti kollha abbażi taż-żona li għaliha huma jkunu talbu l-awtorizzazzjoni. Tali għoti jista' jistabbilixxi żona minima u/jew massima skont l-applikant u jsir ukoll parzjalment jew kompletament skont wieħed jew aktar mill-kriterji prijoritarji oġġettivi u nondiskriminatorji li ġejjin: |

(a) produtturi li jkunu qegħdin jistabbilixxu t-taħwil tad-dwieli għall-ewwel darba, li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-azjenda (operaturi ġodda); |
(a) produtturi li jkunu qegħdin jistabbilixxu t-taħwil tad-dwieli għall-ewwel darba, li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-azjenda (operaturi ġodda); |
(b) żoni fejn il-vinji jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent; |
(b) żoni fejn il-vinji jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent jew għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli; |
(c) żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas tal-proġetti ta' konsolidazzjoni tal-art; |
(c) żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas tal-proġetti ta' konsolidazzjoni tal-art; |
(d) żoni li qed jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi; |
(d) żoni li qed jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi; |
(e) is-sostenibbiltà ta' proġetti ta' żvilupp jew taħwil mill-ġdid abbażi ta' evalwazzjoni ekonomika; |
(e) is-sostenibbiltà ta' proġetti ta' żvilupp jew taħwil mill-ġdid abbażi ta' evalwazzjoni ekonomika; |
(f) żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kompetittività f'intrapriża agrikola u fil-livell reġjonali; |
(f) żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kompetittività tal-intrapriża, fil-livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali; |
(g) proġetti bil-potenzjal li titjieb il-kwalità ta' prodotti b'indikazzjonijiet ġeografiċi; |
(g) proġetti bil-potenzjal li titjieb il-kwalità ta' prodotti b'indikazzjonijiet ġeografiċi; |
(h) żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas taż-żieda tad-daqs ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. |
(h) żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas taż-żieda tad-daqs ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. |
2a. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li japplika wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jżid il-kondizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika ta' eta ta' mhux aktar minn 40 sena fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. |
2a. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li japplika wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jżid il-kundizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika ta' età ta' mhux aktar minn 40 sena fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. |
|
2b. L-Istati Membri jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura regolatorja meħtieġa biex iwaqqfu lill-operaturi milli jevitaw il-kriterji restrittivi li dawn japplikaw skont il-paragrafi 1, 2 u 2a. |
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a applikati minnhom u għandhom jinnotifikawhom minnufih lill-Kummissjoni. |
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a applikati minnhom u għandhom jinnotifikawhom minnufih lill-Kummissjoni. |
|
3a. Jekk ikun hemm limitazzjoni skont l-Artikolu 63(2)(b) fil-livell reġjonali, jistgħu jiġu applikati kriterji ta' prijorità u ta' eliġibbiltà f'dak il-livell li jitqiesu konformi mal-Artikolu 64. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 65 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5c) Fl-Artikolu 65, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu: |
|
Meta japplika l-Artikolu 63(2), Stat Membru għandu jintroduċi proċedura preliminari li tippermettilu jqis l-opinjonijiet tal-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi rikonoxxuti fil-livell reġjonali skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru. |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet professjonali nazzjonali u reġjonali jkunu involuti fil-proċedura għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda kif previst fl-Artikolu 63(2).
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5d) Fl-Artikolu 69 jiżdied dan il-punt: |
|
(ea) kriterji relatati mal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli; |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddefinixxi, permezz ta' att delegat, il-kriterji marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 73
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5e) l-Artikolu 73 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 73 |
"Artikolu 73 |
Il-kamp ta' applikazzjoni |
Il-kamp ta' applikazzjoni |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli għal prodotti agrikoli, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet adottati fis-setturi veterinarji, fitosanitarjiu alimentari biex jiġi żgurat li prodotti jkunu konformi ma' standards iġjeniċi u sanitarji u biex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali, tal-pjanti u tal-bnedmin, din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni. |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli għal prodotti agrikoli, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet adottati fis-setturi veterinarji, fitosanitarji u alimentari biex jiġi żgurat li l-prodotti jkunu konformi ma' standards iġjeniċi u sanitarji u biex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali, tal-pjanti u tal-bnedmin, u biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi tal-pajjiżi terzi, din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20180101)
Ġustifikazzjoni
L-OKS tistabbilixxi regoli ta' kummerċjalizzazzjoni għal għadd kbir ta' prodotti. Mingħajr ir-rispett ta' dawn ir-regoli l-prodotti ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati fis-suq tal-UE. Dawn l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jridu jintegraw ir-rispett tal-ugwaljanza tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li tal-produtturi Ewropej ma' dawk tal-pajjiżi terzi, sabiex jiġi żgurat il-prinċipju tal-ekwivalenza.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5f (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 75
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5f) l-Artikolu 75 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 75 |
"Artikolu 75 |
Stabbiliment u kontenut |
Stabbiliment u kontenut |
1. L-Istandards tat-tqegħid fis-suq jistgħu japplikaw għal wieħed jew iktar mis-setturi u l-prodotti li ġejjin: |
1. L-Istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu japplikaw għal wieħed jew iktar mis-setturi u l-prodotti li ġejjin: |
(a) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel; |
(a) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda; |
(b) frott u ħxejjex; |
(b) frott u ħxejjex; |
(c) prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati; |
(c) prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati; |
(d) banana; |
(d) banana; |
(e) pjanti ħajjin; |
(e) pjanti ħajjin; |
(f) il-bajd; |
(f) il-bajd; |
(g) laħam tat-tjur; |
(g) laħam tat-tjur; |
(h) xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem; |
(h) xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem; |
(i) ħops. |
(i) ħops; |
|
(ia) ross; |
|
(ib) ħalib u prodotti tal-ħalib; |
|
(ic) għasel u prodotti tan-naħal; |
|
(id) ċanga u vitella; |
|
(ie) laħam tan-nagħaġ; |
|
(if) laħam tal-majjal. |
2. Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll il-kwalità tal-prodotti agrikoli koperti mill-paragrafi 1 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni minn setturi jew prodotti, fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet minn standards bħal dawn sabiex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b'mod kostanti, għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumaturi, għall-iżviluppi fi standards internazzjonali rilevanti u biex tevita li jinħolqu ostakoli għall-innovazzjoni ta' prodotti. |
2. Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll il-kwalità tal-prodotti agrikoli koperti mill-paragrafi 1 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni minn setturi jew prodotti, fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet minn standards bħal dawn sabiex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b'mod kostanti, għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumaturi, għall-iżviluppi fi standards internazzjonali rilevanti u biex tevita li jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni ta' prodotti. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin jew aktar stabbiliti skont is-settur jew il-prodott u skont il-karatteristiċi ta' kull settur, il-ħtieġa li jiġi rregolat it-tqegħid fis-suq u l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu: |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin jew aktar stabbiliti skont is-settur jew il-prodott u skont il-karatteristiċi ta' kull settur, il-ħtieġa li tiġi rregolata l-kummerċjalizzazzjoni u l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu: |
(a) id-definizzjonijiet, id-denominazzjoni u d-deskrizzjonijiet ta' bejgħ tekniċi għas-setturi minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 78; |
(a) id-definizzjonijiet, id-denominazzjoni u d-deskrizzjonijiet ta' bejgħ tekniċi għas-setturi minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 78; |
(b) kriterji ta' klassifikazzjoni bħal gradazzjoni skont il-klassijiet, il-piż, id-daqs, iż-żmien u l-kategorija; |
(b) kriterji ta' klassifikazzjoni bħal gradazzjoni skont il-klassijiet, il-piż, id-daqs, iż-żmien u l-kategorija; |
(c) l-ispeċi, il-varjetà ta' pjanti jew ir-razza ta' annimali jew it-tip kummerċjali; |
(c) l-ispeċi, il-varjetà ta' pjanti jew ir-razza ta' annimali jew it-tip kummerċjali; |
(d) il-preżentazzjoni, it-tikkettar relatat ma' standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-imballaġġ, ir-regoli li għandhom jiġu applikati b'rabta ma' ċentri ta' imballaġġ, immarkar, sena ta' ħsad u użu ta' termini speċifiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 92 sa 123; |

(e) il-kriterji bħad-dehra, il-konsistenza, il-konformazzjoni, il-karatteristiċi ta' prodotti u l-perċentwali tal-kontenut tal-ilma; |
(e) il-kriterji bħad-dehra, il-konsistenza, il-konformità, il-karatteristiċi ta' prodotti u l-perċentwali tal-kontenut tal-ilma; |
(f) sustanzi speċifiċi użati fil-produzzjoni, jew komponenti jew kostitwenti, inkluż il-kontenut kwantitattiv, purità u identifikazzjoni tagħhom; |
(f) sustanzi speċifiċi użati fil-produzzjoni, jew komponenti jew kostitwenti, inkluż il-kontenut kwantitattiv, purità u identifikazzjoni tagħhom; |
(g) it-tip ta' biedja u l-metodu ta' produzzjoni inklużi prattiki enoloġiċi u sistemi avvanzati ta' produzzjoni sostenibbli; |
(g) it-tip ta' biedja u l-metodu ta' produzzjoni inklużi prattiki enoloġiċi, prattiki tat-tagħlif tal-annimali u sistemi avvanzati ta' produzzjoni sostenibbli; |
(h) taħlit ta' most u nbid, inklużi definizzjonijiet tagħhom, taħlit u restrizzjonijiet dwarhom; |
(h) taħlit ta' most u nbid, inklużi definizzjonijiet tagħhom, taħlit u restrizzjonijiet dwarhom; |
(i) il-frekwenza tal-ġbir, il-konsenja, il-preservazzjoni u l-manipulazzjoni, il-metodu ta' konservazzjoni u t-temperatura, il-ħażna u t-trasport; |
(i) il-frekwenza tal-ġbir, il-konsenja, il-preservazzjoni u l-manipulazzjoni, il-metodu ta' konservazzjoni u t-temperatura, il-ħażna u t-trasport; |
(j) il-post agrikolu u/jew l-oriġini, eskluż il-laħam tat-tjur u x-xaħmijiet li jistgħu jiddelku; |
(j) il-post agrikolu u/jew l-oriġini; |
(k) ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu ta' ċerti sustanzi u prattiki; |
(k) ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu ta' ċerti sustanzi u prattiki; |
(l) l-użu speċifiku; |
(l) l-użu speċifiku; |
(m) il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponiment, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma jkunux konformi mal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 jew mad-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet ta' bejgħ kif imsemmija fl-Artikolu 78, kif ukoll id-disponiment ta' prodotti sekondarji. |

(ma) it-trattament xieraq tal-annimali. |
4. Minbarra l-paragrafu 1, l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni jistgħu japplikaw għas-settur tal-inbid. Il-punti (f), (g), (h), (k) u (m) tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw għal dak is-settur. |
4. Minbarra l-paragrafu 1, l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni jistgħu japplikaw għas-settur tal-inbid. Il-punti (f), (g), (h), (k) u (m) tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw għal dak is-settur. |
5. L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 84 sa 88 u l-Anness IX u għandhom jieħdu kont ta': |

(a) il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott konċernat; |
(a) il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott konċernat; |
(b) il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għall-iffaċilitar tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq; |
(b) il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għall-iffaċilitar tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq; |
(c) l-interess tal-produtturi li jikkomunikaw il-karatteristiċi tal-prodott u tal-biedja, u l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni adegwata u trasparenti dwar il-prodotti, inkluż il-post agrikolu li għandu jkun iddeterminat abbażi ta' każ b'każ fil-livell ġeografiku adatt, wara li titwettaq evalwazzjoni ta', b'mod partikolari, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi, u l-vantaġġi offruti lill-produtturi u l-konsumatur aħħari; |

(d) il-metodi disponibbli biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti; |
(d) il-metodi disponibbli biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti; |
(e) ir-rakkomandazzjonijiet standard ta' korpi internazzjonali; |
(e) ir-rakkomandazzjonijiet standard ta' korpi internazzjonali; |
(f) il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-prodotti u li jiġi evitat li tinħoloq bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(f) il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-prodotti u li jiġi evitat li tinħoloq bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
6. Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 biex tiġi modifikata l-lista ta' setturi fil-paragrafu 1. Tali atti ddelegati għandhom ikunu strettament limitati għall-ħtiġijiet murija li jirriżultaw mill-bżonnijiet tal-konsumatur li qed jevolvu, progress tekniku jew il-ħtieġa għal innovazzjoni tal-prodott, u għandhom ikunu soġġetti għal rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-konsumatur, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi inkluż l-impatt fuq is-suq intern u fuq il-kummerċ internazzjonali, u l-benefiċċji offruti lill-produtturi u lill-konsumatur aħħari. |

10Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18). |
10Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5g (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 78
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5g) l-Artikolu 78 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 78 |
"Artikolu 78 |
Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta' bejgħ għal ċerti setturi u prodotti |
Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta' bejgħ għal ċerti setturi u prodotti |
1. Fejn rilevanti, minbarra l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli, id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjoni tal-bejgħ previsti fl-Anness VII għandhom japplikaw għas-setturi jew il-prodotti li ġejjin: |

(a) laħam taċ-ċanga u vitella; |
(a) laħam taċ-ċanga u vitella; |
|
(aa) laħam tan-nagħaġ u tal-ħaruf |
(b) inbid; |
(b) inbid; |
(c) ħalib u prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem; |
(c) ħalib u prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem; |
(d) laħam tat-tjur; |
(d) laħam tat-tjur; |
(e) il-bajd; |
(e) il-bajd; |
(f) xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem; u |
(f) xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem; u |
(g) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel; |
(g) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda; |
2. Id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet jew id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ imsemmija fl-Anness VII ma jistgħux jintużaw fl-Unjoni ħlief għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott li jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f'dak l-Anness. |
2. Id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet jew id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ imsemmija fl-Anness VII ma jistgħux jintużaw fl-Unjoni ħlief għall-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni ta' prodott li jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f'dak l-Anness. L-Anness VII jista' jippreskrivi l-kundizzjonijiet li taħthom tali denominazzjonijiet jew deskrizzjonijiet ta' bejgħ huma protetti, fil-mument li fih kienu kummerċjalizzati jew promossi, kontra l-użu kummerċjali, użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni kontra l-liġi. |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar il-bidla, deroga jew eżenzjoni għad-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness VII. Dawk l-atti ddelegati għandhom ikunu strettament limitati għall-ħtiġijiet evidenti li jirriżultaw mill-bżonnijiet tal-konsumatur li dejjem qed jevolvu, progress tekniku jew il-ħtieġa għall-innovazzjoni tal-prodotti. |

4. Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-Istati Membri jifhmu b'mod ċar u tajjeb id-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ previsti fl-Anness VII, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 rigward ir-regoli dwar l-ispeċifikazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom. |

5. Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-evoluzzjoni tas-suq tal-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 biex jiġu speċifikati l-prodotti tal-ħalib li fir-rigward tagħhom għandha tiġi ddikjarata l-ispeċi tal-annimali li minnhom joriġina il-ħalib, jekk mhix tal-ifrat, u biex tistabbilixxi r-regoli neċessarji. |
5. Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-evoluzzjoni tas-suq tal-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 biex jiġu speċifikati l-prodotti tal-ħalib li fir-rigward tagħhom għandha tiġi ddikjarata l-ispeċi tal-annimali li minnhom joriġina il-ħalib, jekk mhix tal-ifrat, u biex tistabbilixxi r-regoli neċessarji. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5h (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 79a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5h) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 79a |
|
Taħlit taż-żejt taż-żebbuġa ma' żjut veġetali oħrajn |
|
1. It-taħlit taż-żejt taż-żebbuġa ma' żjut veġetali oħrajn għandu jiġi pprojbit. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi sanzjonijiet għal operaturi li jikkonformawx mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni
Huwa impossibbli li jitkejjel il-perċentwal ta' kull tip ta' żejt f'taħlitiet ta' żejt magħmula minn żejt taż-żebbuġa u minn tipi oħra ta' żjut veġetali. Sabiex il-konsumatur ma jiġix żgwidat, jeħtieġ li dawn it-taħlitiet jiġu pprojbiti.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5i (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 79b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5i) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 79b |
|
Regoli ta' kummerċjalizzazzjoni dwar is-setturi taż-żebbuġ u taż-żejt taż-żebbuġa |
|
Bil-għan jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi taż-żebbuġ u taż-żejt taż-żebbuġa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 bil-għan li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-armonizzazzjoni tar-regoli kummerċjali għaż-żebbuġ tal-mejda u ż-żejt taż-żebbuġa. |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 81 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) fl-Artikolu 81, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej: |
imħassar |
‘2. Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid. |
|
L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid meta: |
|
(a) il-varjetà kkonċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew Vitis Labrusca; or |
|
(b) il-varjetà kkonċernata tkun ġejja minn tlaqqim bejn l-ispeċijiet Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis. |
|
Meta varjetà ta' għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta' dwieli ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha. ’ |
|
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 81 – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(6a) Fl-Artikolu 81, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid. |
"2. Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid. |
L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid meta: |
(a) il-varjetà konċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew tkun ġejja minn inkroċju bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis; |
(a) il-varjetà konċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew il-varjetà konċernata tkun ġejja minn inkroċju bejn l-istess speċi u speċijiet oħra tal-genus Vitis. |
(b) il-varjetà ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont. |
(b) il-varjetà ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont. |
|
B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-taħwil mill-ġdid ta' Vitis Labrusca jew tal-varjetajiet mill-punt (b) tiegħu f'vinji storiċi eżistenti sakemm is-superfiċje mħawla eżistenti ma tiżdiedx. |
Meta varjetà ta' għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta' dwieli ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha. |
Meta varjetà ta' għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta' dwieli ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 90a – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-istabbiliment ta' bank tad-data analitiku tad-data isotopika li tgħin biex titkixxef il-frodi, li għandha tinbena abbażi ta' kampjuni miġbura mill-Istati Membri; |
(a) l-istabbiliment jew iż-żamma ta' bank tad-data analitiku tad-data isotopika li tgħin biex titkixxef il-frodi, li għandha tinbena abbażi ta' kampjuni miġbura mill-Istati Membri; |
Ġustifikazzjoni
Bank tad-data analitiku tad-data isotopika diġà jeżisti f'xi Stati Membri, u għalhekk huwa biżżejjed li jinżamm dan il-bank tad-data minflok ma jinħoloq wieħed ġdid.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 92 – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(8a) Fl-Artikolu 92, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: |
1. Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII. |
1. Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw biss għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 93 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "denominazzjoni tal-oriġini" tfisser isem li jidentifika prodott, imsemmi fl-Artikolu 92(1): |
(a) "denominazzjoni ta' oriġini" tfisser l-isem ta' reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikabbli, pajjiż użat biex jiddeskrivi prodott, imsemmi fl-Artikolu 92(1): |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 93 – paragrafu 1 – punt a – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u fejn relevanti l-fatturi umani; |
(i) li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani tiegħu; |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 93 – paragrafu 1 – punt a – punt ii
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) li joriġina f'post speċifiku, f'reġjun jew, f'każijiet eċċezzjonali, f'pajjiż; |
imħassar |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a
Ir-Regolament (UE) 1308/2013.
Artikolu 1 - paragrafu 1 – punt a – punt va (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(va) li mhuwiex "parzjalment dealkoħolizzat" jew "dealkoħolizzat" kif imsemmi fil-punti 18 u 19 tal-Parti II tal-Anness VII. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 94 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) fl-Artikolu 94(1), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej: |
imħassar |
"L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu:" |
|
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 94
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(10a) l-Artikolu 94 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 94 |
Artikolu 94 |
Applikazzjonijiet għal protezzjoni |
Applikazzjonijiet għal protezzjoni |
1. L-applikazzjonijiet għal protezzjoni ta' ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih: |
"1. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu: |
(a) l-isem li għandu jiġi protett; |
(a) l-isem li għandu jiġi protett; |
(b) l-isem u l-indirizz tal-applikant; |
(b) l-isem u l-indirizz tal-applikant; |
(c) speċifikazzjoni ta' prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; u |
(c) speċifikazzjoni ta' prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; u |
(d) dokument uniku li jagħti fil-qosor l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fil-paragrafu 2. |
(d) dokument uniku li jagħti fil-qosor l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fil-paragrafu 2. |
2. L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha tgħin lill-partijiet interessati biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni relatati mad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha, tal-anqas, tkun magħmula minn: |
2. L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha tgħin lill-partijiet interessati biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni relatati mad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha, tal-anqas, tkun magħmula minn: |
(a) l-isem li għandu jiġi protett; |
(a) l-isem li għandu jiġi protett; |
(b) deskrizzjoni tal-inbid jew inbejjed: |
(b) deskrizzjoni tal-inbid jew inbejjed: |
(i) fir-rigward tad-denominazzjoni ta' oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi ewlenin tagħhom; |
(i) fir-rigward tad-denominazzjoni ta' oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi ewlenin tagħhom; |
(ii) fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi ewlenin tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom; |
(ii) fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi ewlenin tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom; |
(c) fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew isiru l-inbejjed, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom; |
(c) fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew isiru l-inbejjed, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom; |
(d) id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika konċernata; |
(d) id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika konċernata; |
(e) ir-rendimenti massimi għal kull ettaru; |
(e) ir-rendimenti massimi għal kull ettaru; |
(f) indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid jew l-inbejjed; |
(f) indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid jew l-inbejjed; |
(g) id-dettalji li juru r-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1), skont il-każ; |
(g) id-dettalji li juru r-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1), skont il-każ: |
|
(i) fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta, ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u tal-ambjent ġeografiku msemmi fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 93(1), id-dettalji dwar il-fatturi umani ta' dak l-ambjent ġeografiku jistgħu, fejn rilevanti, ikunu limitati għal deskrizzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tal-pajsaġġ, prattiki ta' kultivazzjoni jew kwalunkwe kontribut uman ieħor rilevanti għaż-żamma tal-fatturi naturali tal-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 93(1); |
|
(ii) fir-rigward ta' indikazzjoni ġeografika protetta, ir-rabta bejn kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott, u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 93(2); |
(h) ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali, jew, fejn previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li jkollha f'idejha l-ġestjoni tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta, filwaqt li jitqies il-fatt li t-tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni; |
(h) ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali, jew, fejn previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li jkollha f'idejha l-ġestjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta, filwaqt li jitqies il-fatt li t-tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni; |
(i) l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u l-kompiti speċifiċi tagħhom. |
(i) l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u l-kompiti speċifiċi tagħhom. |
3. Fejn l-applikazzjoni għal protezzjoni tkun tirrigwarda żona ġeografika f'pajjiż terz, hija għandha tkun, tinkludi, b'żieda mal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, prova li l-isem konċernat ikun protett fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. |
3. Fejn l-applikazzjoni għal protezzjoni tkun tirrigwarda żona ġeografika f'pajjiż terz, hija għandha tkun, tinkludi, b'żieda mal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, prova li l-isem konċernat ikun protett fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 96 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Fl-Artikolu 96, fil-paragrafu 5 jiżdied is-subparagrafu li ġej: |
|
Meta jressaq l-applikazzjoni għall-protezzjoni quddiem il-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jinkludi dikjarazzjoni li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet relatati mal-protezzjoni previsti f'din it-Taqsima u li huwa jiċċertifika li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) jikkostitwixxi sommarju reali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
|
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe oġġezzjoni ammissibbli mressqa skont il-proċedura nazzjonali. |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 96 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-eżami tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 97(2) sakemm qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor tkun iddeċidiet dwar oġġezzjoni għal applikazzjoni għall-protezzjoni meta l-Istat Membru jkun ikkunsidra li r-rekwiżiti huma ssodisfati fi proċedura nazzjonali preliminari skont il-paragrafu 5. |
imħassar |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).”; |
|
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 97 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni li tirċievi skont l-Artikoli 94 u 96(5). Għandha twettaq skrutinju għal żbalji evidenti, b'kont meħud tal-eżitu tal-proċedura nazzjonali preliminari mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat. |
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni li tirċievi skont l-Artikoli 94 u 96(5). Għandha twettaq skrutinju għal żbalji evidenti, b'kont meħud tal-eżitu tal-proċedura nazzjonali preliminari mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-eżami għandu jiffoka b'mod partikolari fuq id-dokument uniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 94(1). |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test tal-OKS Unika mal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament Delegat (UE) tas-17 ta' Ottubru 2018 adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li tintroduċi fl-att bażiku l-prinċipji politiċi sottostanti għal din ir-reviżjoni. Din l-emenda tikkorrispondi għall-Artikolu 10 tal-imsemmi Regolament Delegat.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 103 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) fl-Artikolu 103, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: |
imħassar |
‘4. Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll fir-rigward ta' merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta' merkanzija mibjugħa permezz tal-kummerċ elettroniku fl-Unjoni. ’ |
|
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 103
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(14a) l-Artikolu 103 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 103 |
"Artikolu 103 |
Protezzjoni |
Protezzjoni |
1. Denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza nbid li jkun ġie magħmul f'konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta' prodott. |
1. Denominazzjoni ta' oriġini protetta u indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza nbid li jkun ġie magħmul f'konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta' prodott. |
2. Denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll l-inbid li juża dak l-isem protett f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet ta' prodotti għandhom ikunu protetti kontra: |
2. Denominazzjoni ta' oriġini protetta u indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll l-inbid li juża dak l-isem protett f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet ta' prodotti għandhom ikunu protetti kontra: |
(a) kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta' dak l-isem protett: |
(a) kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta' dak l-isem protett: |
(i) minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; or |
(i) minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; or |
(ii) sakemm dan l-użu jisfrutta r-reputazzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika; |
(ii) sakemm dan l-użu jisfrutta, idgħajjef jew inaqqas ir-reputazzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika, inkluż meta l-isem irreġistrat jintuża bħala ingredjent; |
(b) kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew is-servizz tkun indikata jew jekk l-isem protett ikun ġie tradott, traskritt jew ttraslitterat jew ikun akkumpanjat minn espressjoni bħal "stil", "tip", "metodu", "kif prodott fi", "imitazzjoni", "togħma", "bħal" jew espressjonijiet simili; |
(b) kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew tas-servizz tkun indikata jew jekk l-isem protett ikun ġie tradott, traskritt jew traslitterat jew ikun akkumpanjat minn espressjoni bħal "stil", "tip", "metodu", "kif prodott fi", "imitazzjoni", "togħma", "bħal" jew espressjonijiet simili, inkluż meta dawk l-ismijiet irreġistrati jintużaw bħala ingredjent; |
(c) kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq imballaġġ ta' ġewwa jew ta' barra, materjal ta' reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid konċernat, kif ukoll fuq l-imballaġġ tal-prodott f'kontenitur li jista' jħalli impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu; |

(d) kull prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott. |
(d) kull prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott. |
|
(da) kwalunkwe indikazzjoni, in mala fede, ta' isem ta' dominju li jkun simili jew li jista' jikkawża konfużjoni, għalkollox jew parzjalment, ma' isem protett. |
3. Denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1). |
3. Denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1). |
|
3a. Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll fir-rigward ta' merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta' merkanzija mibjugħa permezz tal-kummerċ elettroniku fl-Unjoni. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 105
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(14b) l-Artikolu 105 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 105 |
"Artikolu 105 |
Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott |
Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott |
Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 jista' japplika għal approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni ta' prodott ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta, partikolarment biex jitqiesu żviluppi f'tagħrif xjentifiku u tekniku jew biex tiġi demarkata mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jiddikjaraw l-emendi mitlubin u jagħtu raġunijiet għalihom. |
1. Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 jista' japplika għal approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni ta' prodott ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta, partikolarment biex jitqiesu żviluppi f'tagħrif xjentifiku u tekniku jew biex tiġi demarkata mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jiddikjaraw l-emendi mitlubin u jagħtu raġunijiet għalihom. |
|
1a. L-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott għandhom ikunu kklassifikati f'żewġ kategoriji f'dak li jirrigwarda l-importanza tagħhom: l-emendi li jirrikjedu proċediment ta' oġġezzjoni fil-livell tal-Unjoni ("emendi tal-Unjoni") u l-emendi li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-pajjiżi terzi ("emendi standard"). |
|
Emenda għandha titqies bħala emenda tal-Unjoni meta: |
|
(a) tinkludi bidla fl-isem tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta; |
|
(b) tkun tikkonsisti minn bidla, tħassir jew żieda ta' kategorija tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-Parti II tal-Anness VII; |
|
(c) tista' potenzjalment tħassar ir-rabta msemmija fil-punti (a)(i) jew (b)(i) tal-Artikolu 93(1); |
|
(d) tkun tinvolvi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
|
Applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni mressqa minn pajjiżi terzi jew minn produtturi f'pajjiżi terzi għandhom jinkludu provi li l-emenda mitluba tikkonforma mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-seħħ f'dawk il-pajjiżi terzi. |
|
Kwalunkwe emenda oħra għandha tkun ikkunsidrata bħala emenda standard. |
|
1b. Emenda temporanja hija emenda standard li tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi jew marbuta ma' diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 105a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14c) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 105a |
|
Emendi fil-livell tal-Unjoni |
|
1. Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għandha ssegwi, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet ta' prodott għandhom jitqiesu ammissibbli jekk jitressqu bi qbil mal-Artikolu 105 u jekk ikunu kompleti, eżawrjenti u kkompletati kif xieraq. L-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għandha tkopri biss l-emendi ppreżentati fl-applikazzjoni nnifisha. |
|
2. Meta, abbażi tal-eżami li jsir skont l-Artikolu 97(2), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 97(3) huma ssodisfati, din għandha tippubblika l-applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni finali dwar l-approvazzjoni tal-emenda għandha tiġi adottata mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 299(2), dment li tkun tressqet oġġezzjoni ammissibbli jew l-applikazzjoni għal emenda tiġi rrifjutata, f'liema każ għandu japplika l-Artikolu 99(2). |
|
3. Jekk l-applikazzjoni titqies bħala inammissibbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew dawk tal-pajjiż terz, jew l-applikant stabbilit f'pajjiż terz, għandhom jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għall-inammissibbiltà. |
|
4. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emendi tal-Unjoni għandha tinkludi esklussivament emendi tal-Unjoni. Jekk applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni tkun tinkludi wkoll emendi standard jew temporanji, il-proċedura għall-emendi tal-Unjoni għandha tapplika biss għall-emendi tal-Unjoni. L-emendi standard jew temporanji għandhom jitqiesu bħala mhux ippreżentati. |
|
5. Meta teżamina l-applikazzjonijiet għall-emendi, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq l-emendi proposti. |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 105b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14d) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 105b |
|
Emendi standard |
|
1. L-emendi standard għandhom jiġu approvati u ppubblikati minn Stati Membri li magħhom tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. |
|
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda standard fir-rigward ta' speċifikazzjoni tal-prodott għandha titressaq quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru li miegħu tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni jew l-indikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95. Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda standard fir-rigward ta' speċifikazzjoni tal-prodott ma tiġix mill-applikant li jkun ressaq l-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem jew l-ismijiet li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tirreferi għalih jew għalihom, l-Istati Membri għandhom jagħtu lil dak l-applikant l-opportunità li jikkummenta dwar l-applikazzjoni, jekk dak l-applikant ikun għadu jeżisti. |
|
L-applikazzjoni għal emenda standard għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-emendi standard, tagħti sommarju tar-raġunijiet għaliex l-emendi huma meħtieġa, u turi li l-emendi proposti jikkwalifikaw bħala standard skont l-Artikolu 105. |
|
2. Meta l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti huma ssodisfati, dan jista' japprova u jippubblika l-emenda standard. Id-deċiżjoni ta' approvazzjoni għandha tinkludi d-dokument uniku kkonsolidat modifikat, fejn rilevanti, u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikkonsolidata mmodifikata. |
|
L-emenda standard għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru ladarba tkun ġiet ippubblikata. L-Istat Membru għandu jikkomunika l-emendi standard lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni. |
|
3. Deċiżjonijiet li japprovaw emendi standard li jikkonċernaw prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom jittieħdu f'konformità mas-sistema fis-seħħ fil-pajjiż terz ikkonċernat, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minn produttur uniku jew minn grupp ta' produtturi li jkollhom interess leġittimu, jew direttament lill-Kummissjoni jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz, sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha jiġu ppubblikati. |
|
4. Jekk iż-żona ġeografika tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw il-proċedura għal emendi standard separatament għall-parti miż-żona li taqa' taħt it-territorju tagħhom. L-emenda standard għandha tkun applikabbli wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-aħħar Stat Membru li japprova l-emenda standard għandu jibgħatha lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tiġi ppubblikata d-deċiżjoni tiegħu li tapprova l-emenda standard. |
|
Jekk Stat Membru wieħed jew aktar ikkonċernati ma jadottawx id-deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jista' jressaq applikazzjoni skont il-proċedura ta' emenda tal-Unjoni. Din ir-regola għandha tapplika mutatis mutandis anke meta pajjiż wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati jkun pajjiż terz. |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 105c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14e) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 105c |
|
Emendi temporanji |
|
1. L-emendi temporanji għandhom jiġu approvati u ppubblikati minn Stat Membru li miegħu tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet li jappoġġjaw l-emendi temporanji, sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-emenda standard għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru ladarba tkun ġiet ippubblikata. |
|
2. Meta ż-żona ġeografika tkun tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċedura għall-emendi temporanji għandha tapplika separatament fl-Istati Membri kkonċernati għall-parti miż-żona li taqa' taħt it-territorju tagħhom. L-emendi temporanji għandhom ikunu applikabbli biss wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-aħħar Stat Membru li japprova l-emenda temporanja għandu jikkomunikaha lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tiġi ppubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni tiegħu. Din ir-regola tapplika, mutatis mutandis, anke meta pajjiż wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati jkun pajjiż terz. |
|
3. L-emendi temporanji li jikkonċernaw prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet li jappoġġjaw l-emendi temporanji, lil produttur jew grupp ta' produtturi li jkollhom interess leġittimu, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz, sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha jiġu approvati. |
|
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika tali emendi fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-komunikazzjoni tasal mingħand l-Istat Membru, il-pajjiż terz, jew il-produttur uniku jew il-grupp ta' produtturi ta' pajjiż terz. Emenda temporanja hija applikabbli fit-territorju tal-Unjoni ladarba tkun ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni. |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 106
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) l-Artikolu 106 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
imħassar |
Artikolu 106 |
|
Kanċellazzjoni |
|
Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika f'ċirkustanza waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: |
|
(a) meta l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti ma tkunx għadha garantita; |
|
(b) meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fis-suq li jkollu d-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi; |
|
(c) meta applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'Artikolu 95 jiddikjara li hu ma għadux irid iżomm il-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika. |
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). ’ |
|
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 106
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(15a) l-Artikolu 106 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 106 |
"Artikolu 106 |
Kanċellazzjoni |
Kanċellazzjoni |
Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika jekk ma tibqax tiġi żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta' prodott. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |
1. Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika f'ċirkustanza waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: |
|
(a) meta l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti ma tkunx għadha garantita; |
|
(b) meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fis-suq li jkollu d-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi; |
|
(c) meta applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'Artikolu 95 jiddikjara li hu ma għadux irid iżomm il-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |
|
1a. Meta l-Kummissjoni tqis li t-talba ta' tħassir mhijiex ammissibbli, din għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet it-talba, dwar ir-raġunijiet li jappoġġjaw l-inammissibbiltà. |
|
1b. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni sostanzjati għall-kanċellazzjoni għandhom ikunu ammissibbli biss fejn juru dipendenza kummerċjali minn persuna interessata fuq l-isem irreġistrat. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 106a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15b) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 106a |
|
Tikkettar u preżentazzjoni temporanji |
|
Wara li applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun intbagħtet lill-Kummissjoni, il-produtturi jistgħu jindikawha fit-tikkettar u l-preżentazzjoni, u jużaw logos u indikazzjonijiet nazzjonali, skont id-dritt tal-Unjoni u b'mod partikolari skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. |
|
Simboli tal-Unjoni li jindikaw id-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, l-indikazzjonijiet tal-Unjoni "denominazzjoni ta' oriġini protetta" jew "indikazzjoni ġeografika protetta" u t-taqsiriet tal-Unjoni "DOP" jew "IĠP", jistgħu jidhru fuq it-tikkettar biss wara li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni li tikkonferixxi l-protezzjoni fuq dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika. |
|
Meta l-applikazzjoni tiġi rrifjutata, kwalunkwe prodott tad-dwieli ttikkettat f'konformità mal-ewwel paragrafu jista' jiġi kkummerċjalizzat sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -15c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 107a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15c) L-Artikolu li ġej huwa miżjud: |
|
"Artikolu 107a |
|
Applikazzjoni ta' speċifikazzjoni ta' prodott għal żoni li jipproduċu l-ispirti tal-inbid |
|
L-Istati Membri jistgħu japplikaw speċifikazzjoni tal-prodott skont it-tifsira tal-Artikolu 94(2) għal żoni li jipproduċu l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' spirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika kif irreġistrata skont l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008." |
Ġustifikazzjoni
Dan l-Artikolu l-ġdid għandu l-għan li jippermetti lill-Istati Membri japplikaw speċifikazzjoni tal-prodott skont it-tifsira tal-Artikolu 94(2) għal żoni li jipproduċu l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' spirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika kif irreġistrata skont l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar ix-Xorb Spirituż, biex ikun żgurat li l-provvista tikkorrispondi aħjar għad-domanda.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 116a – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fi ħdan l-Unjoni, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 jew korp delegat wieħed jew aktar fis-sens tal-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, li topera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, għandha tivverifika kull sena l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, matul il-produzzjoni tal-inbid u matul u wara l-ipproċessar. |
3. Fi ħdan l-Unjoni, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 jew korp delegat wieħed jew aktar fis-sens tal-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, li topera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, għandha tivverifika kull sena l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, matul il-produzzjoni tal-inbid u matul u wara l-ipproċessar inkluż fl-Istat Membru li fih issir il-produzzjoni tal-inbid. |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 116a – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu magħmula minn kontrolli amministrattivi u fuq il-post. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu limitati għal kontrolli amministrattivi biss meta jkunu sikuri u jagħmluha possibbli li tiġi żgurata konformità sħiħa mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 116a – paragrafu 3b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. Sabiex jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jimmonitorjaw lill-operaturi stabbiliti fi Stat Membru ieħor jekk jintervjenu fil-produzzjoni ta' prodott b'DOP irreġistrata fit-territorju tagħhom. B'kunsiderazzjoni tal-fiduċja li jista' jkollhom lill-operaturi u l-prodotti tagħhom fir-rigward tar-riżultati ta' kontrolli preċedenti, il-korpi ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jiffukaw l-azzjonijiet tagħhom fuq l-aspetti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati fl-ispeċifikazzjonijiet definiti qabel u jinġiebu għall-attenzjoni ta' dawk l-operaturi. |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 119 – paragrafi 1 u 4
|
|
Test mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-Artikolu 119 huwa emendat skont kif ġej |
imħassar |
(a) fil-paragrafu 1, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej: |
|
"It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15, 16, 18 u 19 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin: '; |
|
(b) jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: |
|
'4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkollhomx tikketta konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jitqegħdux fis-suq, jew jiġu rtirati minnu jekk ikunu diġà mqiegħda fis-suq." |
|
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 119
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(18a) l-Artikolu 119 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 119 |
"Artikolu 119 |
Dettalji obbligatorji |
Dettalji obbligatorji |
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin: |
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15, 16, 18 u 19 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin: |
(a) id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dielja skont il-Parti II tal-Anness VII; |
(a) id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dielja skont il-Parti II tal-Anness VII; |
(b) għall-inbejjed b'denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika protetta: |
(b) għall-inbejjed b'denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika protetta: |
(i) it-terminu "denominazzjoni protetta tal-oriġini" jew "indikazzjoni ġeografika protetta"; u |
(i) it-terminu "denominazzjoni ta' oriġini protetta" jew "indikazzjoni ġeografika protetta"; |
(ii) l-isem tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta; |
u (ii) l-isem tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta; |
(c) il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum; |
(c) il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum; |
(d) indikazzjoni tal-provenjenza; |
(d) indikazzjoni tal-provenjenza; |
(e) indikazzjoni ta' min jibbottilja jew, fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, l-isem tal-produttur jew tal-bejjiegħ; |

(f) indikazzjoni tal-importatur fil-każ ta' nbejjed importati; kif ukoll |
(f) indikazzjoni tal-importatur fil-każ ta' nbejjed importati; |
(g) fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta' zokkor. |
(g) fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta' zokkor; |
|
(ga) id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, li l-kontenut tagħha jista' jkun limitat għall-valur enerġetiku biss; u |
|
(gb) il-lista ta' ingredjenti. |
2. B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja tista' titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta. |
2. B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja tista' titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta. |
3. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-termini "denominazzjoni protetta ta' oriġini" jew "indikazzjoni ġeografika protetta" tista' titħalla barra fil-każijiet li ġejjin: |
3. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-termini "denominazzjoni ta' oriġini protetta" jew "indikazzjoni ġeografika protetta" tista' titħalla barra fil-każijiet li ġejjin: |
(a) fejn terminu tradizzjonali f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 112 jintwera fuq it-tikketta f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 94(2); |
(a) fejn terminu tradizzjonali f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 112 jintwera fuq it-tikketta f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 94(2); |
(b) f'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati kif adatt li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 227 sabiex tiġi żgurata konformità mal-prattiki eżistenti ta' tikkettar. |

3a. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1(ga), il-valur enerġetiku għandu jkun: |
|
(a) espress b'numri u kliem jew simboli, u b'mod partikolari s-simbolu (E) għall-Enerġija; |
|
(b) ikkalkulat bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011; |
|
(c) espress bħala valuri medji f'kcal abbażi ta': |
|
(i) l-analiżi tal-produttur tal-inbid; jew |
|
(ii) kalkolu minn data ġeneralment stabbilita u aċċettata bbażata fuq il-valuri medji ta' nbejjed tipiċi u karatteristiċi." |
|
(d) espress għal kull 100 ml. Barra minn hekk, jista' jiġi espress għal kull unità ta' konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumatur, dment li l-unità użata tkun ikkwantifikata fuq it-tikketta u li n-numru ta' unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun iddikjarat. |
|
3b. B'deroga mill-paragrafu 1(ga), il-lista tal-ingredjenti tista' tiġi pprovduta wkoll b'mezzi oħra milli bit-tikketta mwaħħla fuq il-flixkun, jew fuq kwalunkwe tip ieħor ta' kontenitur, dment li tiġi indikata rabta ċara u diretta fuq it-tikketta. M'għandhiex tintwera ma' informazzjoni oħra li jkollha finijiet kummerċjali jew ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
3c. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkollhomx tikketta konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jitqegħdux fis-suq, jew jiġu rtirati minnu jekk ikunu diġà mqiegħda fis-suq. |
|
3d. L-operaturi li b'mod volontarju jkunu jixtiequ jikkomunikaw lill-konsumaturi l-kaloriji għall-prodotti tal-inbid minn sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tibda qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-Artikolu 119 fl-intier tiegħu. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 120 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) Jiddaħħal il-punt li ġej: |
|
(fa) termini relatati mal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dielja; |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 122 – paragrafu 1 – punti b, c u d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Fl-Artikolu 122, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: |
imħassar |
(a) fil-punt (b), jitħassar il-punt (ii); |
|
(b) fil-punt (c), jiżdied il-punt (iii) li ġej: |
|
" (iii) it-termini li jirreferu għal azjenda u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.; ’ |
|
(c) fil-punt (d), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
" (i) il-kundizzjonijiet tal-użu ta' ċerti forom ta' fliexken u tal-għotjien, u lista ta' ċerti forom speċifiċi ta' fliexken;; ’ |
|
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 122
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(20a) l-Artikolu 122 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 122 |
"Artikolu 122 |
Setgħat delegati |
Setgħat delegati |
1. Sabiex jittieħed kont tal- karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 dwar regoli u restrizzjonijiet dwar: |
1. Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 dwar regoli u restrizzjonijiet dwar: |
(a) il-preżentazzjoni u l-użu tal-indikazzjonijiet ta' tikkettar minbarra dawk imsemmija f'din it-Taqsima; |
(a) il-preżentazzjoni u l-użu tal-indikazzjonijiet ta' tikkettar minbarra dawk imsemmija f'din it-Taqsima; |
(b) l-indikazzjonijiet obbligatorji fir-rigward ta': |
(b) l-indikazzjonijiet obbligatorji fir-rigward ta': |
(i) it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet obbligatorji u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom; |
(i) it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet obbligatorji u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom; |
(ii) it-termini li jirreferu għal azjenda u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom; |
|
(iii) id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' indikazzjonijiet obbligatorji; |
(iii) id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' indikazzjonijiet obbligatorji; |
(iv) id-dispożizzjonijiet li jippermettu aktar derogi b'żieda ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 119(2) fir-rigward tal-omissjoni tar-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja; u |
(iv) id-dispożizzjonijiet li jippermettu aktar derogi b'żieda ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 119(2) fir-rigward tal-omissjoni tar-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja; |
(v) id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' lingwi; |
(v) id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' lingwi; kif ukoll |
|
(va) id-dispożizzjonijiet relatati mal-punt (gb) tal-Artikolu 119(1); |
|
|
(c) l-indikazzjonijiet fakultattivi fir-rigward ta': |
(c) l-indikazzjonijiet fakultattivi fir-rigward ta': |
(i) it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet fakultattivi u tal-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom; |
(i) it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet fakultattivi u tal-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom; |
(ii) id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' indikazzjonijiet fakultattivi; |
(ii) id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' indikazzjonijiet fakultattivi; |
|
(iia) it-termini li jirreferu għal azjenda u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom; |
(d) il-preżentazzjoni fir-rigward ta': |
(d) il-preżentazzjoni fir-rigward ta': |
(i) il-kundizzjonijiet tal-użu ta' ċerti forom ta' fliexken, u lista ta' ċerti forom speċifiċi ta' fliexken; |
(i) il-kundizzjonijiet tal-użu ta' ċerti forom ta' fliexken u tal-għotjien, u lista ta' ċerti forom speċifiċi ta' fliexken; |
(ii) il-kundizzjonijiet tal-użu ta' fliexken u mezzi ta' għeluq tat-tip ta' "nbid frizzanti"; |
(ii) il-kundizzjonijiet tal-użu ta' fliexken u mezzi ta' għeluq tat-tip ta' "nbid frizzanti"; |
(iii) id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' preżentazzjoni; |
(iii) id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' preżentazzjoni; |
(iv) id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' lingwi. |
(iv) id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' lingwi. |
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(va) sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
2. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformita mal-Artikolu 227 dwar regoli fir-rigward ta' tikkettar u preżentazzjoni b'mod temporanju ta' nbejjed li jġibu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, fejn dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tkun tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa. |
2. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar regoli fir-rigward ta' tikkettar u preżentazzjoni b'mod temporanju ta' nbejjed li jġibu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, fejn dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tkun tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa. |
3. Sabiex jiġi żgurat li ma jiġux ippreġudikati l-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar dispożizzjonijiet transizzjonali fir-rigward ta' nbid imqiegħed fis-suq u b'tikketta f'konformità mar-regoli rilevanti applikabbli qabel l-1 ta' Awwissu 2009. |

4. Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformita mal-Artikolu 227 dwar derogi minn din it-Taqsima fir-rigward ta' prodotti li għandhom jiġu esportati fejn ikun meħtieġ bil-liġi tal-pajjiż terz ikkonċernat. |
4. Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar derogi minn din it-Taqsima fir-rigward ta' prodotti li għandhom jiġu esportati fejn ikun meħtieġ bil-liġi tal-pajjiż terz ikkonċernat. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 – punt ba (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 125 – titolu
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(ba) Fl-Artikolu 125, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
Ftehimiet dwar setturi taz-zokkor |
"Ftehimiet dwar setturi tal-pitravi taz-zokkor u kannamieli" |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=MT)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tinkludi b'mod ċar it-termini "pitravi taz-zokkor" u "kannamieli" biex tiġi riflessa s-sitwazzjoni attwali tas-suq u l-leġiżlazzjoni sekondarja, skont id-definizzjoni tas-settur taz-zokkor stabbilita fl-Anness I, Parti III ta' dan ir-Regolament.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 – punt bb (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 126 – titolu
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(bb) fl-Artikolu 126, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
Ir-rappurtar tal-prezzijiet fis-suq taz-zokkor |
Ir-rappurtar tal-prezzijiet fis-swieq |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=MT)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tinkludi b'mod ċar it-termini "pitravi taz-zokkor" u "kannamieli" biex tiġi riflessa s-sitwazzjoni attwali tas-suq u l-leġiżlazzjoni sekondarja, skont id-definizzjoni tas-settur taz-zokkor stabbilita fl-Anness I, Parti III ta' dan ir-Regolament. Qed jiġi propost ukoll li l-etanol jiġi inkluż fl-obbligi ta' rappurtar tal-prezzijiet, peress li l-etanol jirrappreżenta suq ewlieni għall-bilanċ tas-suq taz-zokkor.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 – punt bc (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 126 – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(bc) fl-Artikolu 126, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu sistema għar-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq taz-zokkor, inkluż arranġamenti għall-pubblikazzjoni tal-livelli ta' prezzijiet għal dan is-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). Is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni mibgħuta minn impriżi li jipproduċu z-zokkor abjad jew minn operaturi oħrajn involuti fil-kummerċ taz-zokkor. Din l-informazzjoni għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali. |
"Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu sistema għar-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq min-naħa għas-suq tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli u għas-suq taz-zokkor u tal-etanol fuq in-naħa l-oħra, inkluż arranġamenti għall-pubblikazzjoni tal-livelli ta' prezzijiet għal dan is-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). Is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni mibgħuta minn impriżi li jipproduċu z-zokkor jew l-etanol jew minn operaturi oħrajn involuti fil-kummerċ taz-zokkor jew tal-etanol. Din l-informazzjoni għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=MT)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tinkludi b'mod ċar it-termini "pitravi taz-zokkor" u "kannamieli" biex tiġi riflessa s-sitwazzjoni attwali tas-suq u l-leġiżlazzjoni sekondarja, skont id-definizzjoni tas-settur taz-zokkor stabbilita fl-Anness I, Parti III ta' dan ir-Regolament. Qed jiġi propost ukoll li l-etanol jiġi inkluż fl-obbligi ta' rappurtar tal-prezzijiet, peress li l-etanol jirrappreżenta suq ewlieni għall-bilanċ tas-suq taz-zokkor.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 148
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22a) l-Artikolu 148 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 148 |
"Artikolu 148 |
Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |
Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |
1. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li kull konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tiegħu minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, u/jew jiddeċiedi li l-ewwel xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għal kuntratt għall-konsenja, mill-bdiewa, ta' ħalib mhux ipproċessat, tali kuntratt u/jew tali offerta ta' kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2. |

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta' ħalib mhux ipproċessat mingħand ir-raħħal lil proċessur ta' ħalib mhux ipproċessat iridu jkunu koperti minn kuntratt miktub bejn il-partijiet, huwa għandu wkoll jiddeċiedi liema stadju jew stadji tal-konsenja għandha/għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt jekk il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat issir permezz ta' kollettur wieħed jew aktar. |

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "kollettur" tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn bidwi jew kollettur ieħor lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f'kull każ. |

1a. Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi, jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirrikjedu li kull konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat lil proċessur ta' ħalib mhux ipproċessat tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. |

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta' kuntratt mhumiex obbligatorji, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali. |

2. Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom: |
2. Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom: |
(a) issir qabel ma ssir il-konsenja, |
(a) isiru qabel ma ssir il-konsenja, |
(b) issir bil-miktub, u |
(b) isiru bil-miktub, u |
(c) tinkludi, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin: |
(c) jinkludu, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin: |
(i) il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu: |
(i) il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu: |
— ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew |
— ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew |
— jiġi kkalkulat billi jiġu kkumbinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-volum ikkunsinnjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinnjat, |
— jiġi kkalkulat billi jiġu kkumbinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi oġġettivi tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tas-suq li jkunu faċilment aċċessibbli u komprensibbli jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-volum ikkonsenjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkonsenjat, |
|
Għal dan il-għan, l-Istati Membri li jkunu ddeċidew li japplikaw il-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu indikaturi, skont il-kriterji oġġettivi u abbażi ta' studji mwettqa dwar il-produzzjoni u l-katina alimentari, sabiex jistabbilixxuhom fi kwalunkwe ħin. |
(ii) il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat li jista' u/jew għandu jiġi kkonsenjat u l-ħin ta' konsenji bħal dawn, |
(ii) il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat li jista' / jew għandu jiġi kkonsenjat u l-ħin ta' konsenji bħal dawn. M'għandux ikun possibbli li jiġu stabbiliti klawżoli ta' penali għal ksur ta' kull xahar, |
(iii) it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta' terminazzjoni, |
(iii) it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta' terminazzjoni, |
(iv) id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament, |
(iv) id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament, |
(v) l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat, u |
(v) l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat, u |
(vi) ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure. |
(vi) ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure. |
3. B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandhomx ikunu meħtieġa kuntratt u/jew offerta għal kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat ikun ikkonsenjat minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha huwa jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom jinkludu dispożizzjonijiet li jkollhom effetti simili għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2. |

4. L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat konkluż mir-raħħala, il-kolletturi jew il-proċessuri tal-ħalib mhux ipproċessat, inkluż l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet. |

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: |
Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: |
(a) fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel kuntratt bil-miktub għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat obbligatorju f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jistabbilixxi: |
(a) fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel kuntratt bil-miktub għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat obbligatorju f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jistabbilixxi: |
(i) l-obbligu għall-partijiet li jaqblu dwar relazzjoni bejn ċerta kwantità konsenjata u l-prezz pagabbli għal dik il-konsenja; |
(i) l-obbligu għall-partijiet li jaqblu dwar relazzjoni bejn ċerta kwantità konsenjata u l-prezz pagabbli għal dik il-konsenja; |
(ii) tul ta' żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn bidwi u l-ewwel xerrej ta' ħalib mhux ipproċessat; tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern; |

(b) meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-ħalib mhux ipproċessat għandu jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-bidwi f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jipprevedi li l-offerta għandha tinkludi tul ta' żmien minimu tal-kuntratt, stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan; tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-bidwi li jirrifjuta tali tul ta' żmien minimu dment li jagħmel dan bil-miktub. F'dan il-każ il-partijiet għandhom ikunu liberi li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2. |

5. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-alternattivi msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati. |
5. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-alternattivi msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati. |
6. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |
6. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 149
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22b) l-Artikolu 149 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 149 |
"Artikolu 149 |
Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |
Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |
1. Organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li tkun rikonoxxuta taħt l-Artikolu 161(1) tista' tinnegozja f'isem il-bdiewa membri tagħha, fir-rigward ta' parti mill-produzzjoni konġunta tagħhom jew fir-rigward ta' kollha kemm hi, kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat, jew lil kollettur fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 148(1). |

2. In-negozjati mill-organizzazzjoni ta' produtturi jistgħu jsiru: |
2. In-negozjati mill-organizzazzjoni ta' produtturi jistgħu jsiru: |
(a) kemm jekk ikun hemm trasferiment jew le tal-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat mingħand il-bdiewa lill-organizzazzjoni ta' produtturi; |
(a) kemm jekk ikun hemm trasferiment jew le tal-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat mingħand il-bdiewa lill-organizzazzjoni ta' produtturi; |
(b) kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni konġunta ta' xi wħud mill-bdiewa membri jew minnhom kollha; |
(b) kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni konġunta ta' xi wħud mill-bdiewa membri jew minnhom kollha; |
(c) dment li, għal organizzazzjoni tal-produtturi partikolari jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: |
(c) dment li, għal organizzazzjoni tal-produtturi partikolari jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: |
(i) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert b'tali negozjati ma jaqbiżx it-3,5 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni, |
(i) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert b'tali negozjati ma jaqbiżx l-4,5 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni, |
(ii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru, u |

(iii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi kkonsenjat fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru; |

(d) bil-kundizzjoni li l-bdiewa konċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni oħra ta' produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f'isimhom; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każi ġġustifikati kif dovut fejn il-bdiewa jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti; |

(e) dment li l-ħalib mhux ipproċessat ma jkunx kopert minn obbligu ta' konsenja li jirriżulta mis-sħubija li bidwi jkollu f'kooperattiva skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom; kif ukoll |

(f) dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom dwar il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati. |

3. Minkejja l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c)(ii) u (iii) tal-paragrafu 2, organizzazzjoni tal-produtturi tista' tinnegozja skont il-paragrafu 1, dment li, fir-rigward ta' dik l-organizzazzjoni tal-produtturi, il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawk in-negozjati li jkun prodott jew ikkonsenjat fi Stat Membru li jkollu produzzjoni annwali totali ta' ħalib mhux ipproċessat ta' anqas minn 500 000 tunnellata ma jaqbiżx il-45 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru. |

4. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu assoċjazzjonijiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
4. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu assoċjazzjonijiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
5. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz tal-metodi li hija tqis li huma adatti, l-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat fl-Unjoni u fl-Istati Membri billi tuża l-informazzjoni l-aktar aġġornata li tkun disponibbli. |

6. B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, anki meta l-limiti stabbiliti hemmhekk ma jinqabżux, l-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tiddeċiedi f'każ individwali li negozjati partikolari mill-organizzazzjoni ta' produtturi għandhom ikollhom jerġgħu jinfetħu jew m'għandhom iseħħu qatt jekk tqis li dan meħtieġ sabiex iżżomm milli l-kompetizzjoni tkun eskluża jew sabiex tevita li ssir ħsara serja lill-SMEs li jipproċessaw il-ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħha. |

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). F'każijiet oħrajn, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li huwa kopert min-negozjati. |

Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati. |
Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati. |
7. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu: |
7. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu: |
(a) "awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni" tfisser l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 22; |
(a) "awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni" tfisser l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 22; |
(b) "SME" tfisser impriża mikro, żgħar jew ta' daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. |
(b) "SME" tfisser impriża mikro, żgħar jew ta' daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. |
8. L-Istati Membri li fihom isiru n-negozjati f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 6. |

22 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 22 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1). |
22 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 22 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 150
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22c) l-Artikolu 150 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 150 |
"Artikolu 150 |
Regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta |
Regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta |
1. Fuq talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152(3), organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157(3) jew grupp ta' operaturi msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perijodu ta' żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni tal-oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
1. Fuq talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152(1) jew l-Artikolu 161(1), organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157(1) jew grupp ta' operaturi msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perijodu ta' żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni ta' oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-Partiijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Tali ftehim għandu jiġi konkluż bejn tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi tal-ħalib jew ir-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tal-ġobon imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, fejn xieraq, tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta' dak il-ġobon li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Tali ftehim għandu jiġi konkluż bejn tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi tal-ħalib jew ir-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tal-ġobon imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, fejn xieraq, tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta' dak il-ġobon jew ir-rappreżentanti tagħhom, li jammontaw għal tal-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
3. Għall-fini tal-paragrafu 1, li jikkonċerna l-ġobon li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, iż-żona ġeografika ta' oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat, kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-ġobon, għandha tkun l-istess bħaż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 relatat ma' dak il-ġobon. |

4. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1: |
4. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1: |
(a) għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista ta' dak il-ġobon għad-domanda; |
(a) għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista ta' dak il-ġobon għad-domanda; |
(b) għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat; |
(b) għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat; |
(c) jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin u jistgħu jiġġeddu wara dan il-perjodu, wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1; |
(c) jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn ħames snin u jistgħu jiġġeddu wara dan il-perijodu, wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1; |
(d) ma għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta' prodotti differenti minn dawk ikkonċernati mir-regoli; |
(d) ma għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta' prodotti differenti minn dawk ikkonċernati mir-regoli; |
(e) ma għandhom ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon ikkonċernat; |
(e) ma għandhomx ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon ikkonċernat; |
(f) m'għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni; |
(f) ma għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni; |
(g) għandhom jagħmlu disponibbli l-proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li altrimenti kien ikun disponibbli; |
(g) għandhom jagħmlu disponibbli l-proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li xort'oħra kien ikun disponibbli; |
(h) m'għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostakolu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il-produtturi żgħar jiġu affettwati b'mod negattiv; |
(h) ma għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il-produtturi żgħar jiġu affettwati b'mod negattiv; |
(i) għandhom jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità u/jew l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat; |
(i) għandhom jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità u/jew l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat; |
(j) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 149. |
(j) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 149. |
5. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat. |
5. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat. |
6. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, u, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1. |
6. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, u, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1. |
7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika ta' tali regoli. |

8. Fi kwalunkwe żmien, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f'parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament. |
8. Fi kwalunkwe żmien, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f'parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 151
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22d) l-Artikolu 151 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 151 |
"Artikolu 151 |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |
Mill-1 ta' April 2015, l-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta' ħalib mhux ipproċessat li ġie ikkonsenjat lilhom kull xahar. |
Mill-1 ta' April 2015, l-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta' ħalib mhux ipproċessat li ġie ikkonsenjat lilhom kull xahar u l-prezz medju mħallas. Għandha ssir distinzjoni bejn il-prodotti agrikoli organiċi u dawk mhux organiċi. Jekk l-ewwel xerrej ikun kooperattiva, il-prezz medju se jiġi kkomunikat fl-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(c)(v). |
|
L-informazzjoni dwar il-prezz medju għandha titqies bħala kunfidenzjali u l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-prezzijiet medji speċifiċi jew l-ismijiet tal-operaturi ekonomiċi individwali ma jiġux ippubblikati. |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 148, "l-ewwel xerrej" tfisser impriża jew grupp li jixtri l-ħalib mill-produtturi biex: |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 148, "l-ewwel xerrej" tfisser impriża jew grupp li jixtri l-ħalib mill-produtturi biex: |
(a) jissoġġettawh għall-ġbir, l-ippakkjar, il-ħażna, it-tkessiħ jew l-ipproċessar, inkluż skont kuntratt; |
(a) jissoġġettawh għall-ġbir, l-ippakkjar, il-ħażna, it-tkessiħ jew l-ipproċessar, inkluż skont kuntratt; |
(b) ibiegħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew tipproċessa l-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib. |
(b) ibigħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew tipproċessa l-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta' ħalib mhux ipproċessat imsemmija fl-ewwel subparagrafu. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta' ħalib mhux ipproċessat u l-prezz medju msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kontenut, il-format u l-iskeda ta' tali dikjarazzjonijiet u miżuri rigward in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kontenut, il-format u l-iskeda ta' tali dikjarazzjonijiet u miżuri rigward in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 152
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22e) l-Artikolu 152 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 152 |
"Artikolu 152 |
Organizzazzjonijiet tal-produtturi |
Organizzazzjonijiet tal-produtturi |
1. L-Istati Membri jistgħu fuq talba jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet ta' produtturi, li: |
1. L-Istati Membri jistgħu fuq talba jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet ta' produtturi, li: |
(a) ikunu magħmulin u kkontrollati f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 153(2), minn produtturi f'settur speċifiku elenkat fl-Artikolu 1(2); |
(a) ikunu magħmulin u kkontrollati f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 153(2), minn produtturi f'settur speċifiku elenkat fl-Artikolu 1(2); |
(b) ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi u li jwettqu għall-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin: |
(b) ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi u li jwettqu għall-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin: |
(i) ipproċessar konġunt; |
(i) ipproċessar konġunt; |
(ii) distribuzzjoni konġunta, inkluż permezz ta' pjattaformi konġunti tal-bejgħ jew ta' trasportazzjoni konġunta; |
(ii) distribuzzjoni konġunta, inkluż permezz ta' pjattaformi konġunti tal-bejgħ jew ta' trasportazzjoni konġunta; |
(iii) ippakkjar, tikkettar jew promozzjoni konġunti; |
(iii) ippakkjar, tikkettar jew promozzjoni konġunti; |
(iv) organizzazzjoni konġunta tal-kontroll tal-kwalità; |
(iv) organizzazzjoni konġunta tal-kontroll tal-kwalità; |
(v) l-użu konġunt ta' tagħmir jew ta' faċilitajiet ta' ħżin; |
(v) l-użu konġunt ta' tagħmir jew ta' faċilitajiet ta' ħżin; |
(vi) ġestjoni konġunta tal-iskart direttament relatat mal-produzzjoni; |
(vi) ġestjoni konġunta tal-iskart direttament relatat mal-produzzjoni; |
(vii) akkwist konġunt ta' prodotti; |
(vii) akkwist konġunt ta' prodotti; |
(viii) kwalunkwe attività konġunta oħra ta' servizzi intenzjonati biex jinkiseb objettiv minn fost dawk elenkati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu; |
(viii) kwalunkwe attività konġunta oħra ta' servizzi intenzjonati biex jinkiseb objettiv minn fost dawk elenkati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu; |
(c) isegwu għan speċifiku li jista' jinkludi tal-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin: |
(c) isegwu għan speċifiku li jista' jinkludi tal-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin: |
(i) li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità; |
(i) li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità; |
(ii) il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħhom, speċjalment permezz ta' bejgħ dirett, inkluż permezz ta' kumerċjalizzazzjoni diretta; |
(ii) il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħhom, speċjalment permezz ta' bejgħ dirett, inkluż permezz ta' kummerċjalizzazzjoni diretta; |
(iii) li jiġu ottimizzati l-ispejjeż u l-qligħ fuq l-investimenti bħala rispons għall-istandards tal-benesseri ambjentali u tal-annimali, u jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-produttur; |
(iii) li jiġu ottimizzati l-ispejjeż u l-qligħ fuq l-investimenti bħala rispons għall-istandards tal-benesseri ambjentali u tat-trattament xieraq tal-annimali, u jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-produttur; |
(iv) li ssir riċerka u li jiġu żviluppati inizjattivi għal metodi sostenibbli ta' produzzjoni, prattiki innovattivi, kompetittività ekonomika u żviluppi tas-suq; |
(iv) li ssir riċerka u li jiġu żviluppati inizjattivi għal metodi sostenibbli ta' produzzjoni, prattiki innovattivi, kompetittività ekonomika u żviluppi tas-suq; |
(v) li ssir promozzjoni u li tingħata assistenza teknika għall-użu ta' prattiki ta' kultivazzjoni, tekniki ta' produzzjoni ambjentalment tajbin u prattiki u tekniki tajba ta' benesseri tal-annimali; |
(v) li ssir promozzjoni u li tingħata assistenza teknika għall-użu ta' prattiki ta' kultivazzjoni, tekniki ta' produzzjoni ambjentalment tajbin u prattiki u tekniki tajba ta' trattament xieraq tal-annimali; |
(vi) li tiġi promossa u pprovduta assistenza teknika għall-użu ta' standards ta' produzzjoni, titjib fil-kwalità tal-prodotti u żvilupp ta' prodotti b'denominazzjoni protetta tal-oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta jew koperti b'tikketta ta' kwalità nazzjonali; |
(vi) li tiġi promossa u pprovduta assistenza teknika għall-użu ta' standards ta' produzzjoni, titjib fil-kwalità tal-prodotti u żvilupp ta' prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta jew koperti b'tikketta ta' kwalità nazzjonali; |
(vii) l-immaniġġjar ta' prodotti sekondarji u ta' skart, b'mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, u tiġi ppreservata u stimulata l-bijodiversità; |
(vii) l-immaniġġjar u l-valorizzazzjoni ta' prodotti sekondarji, flussi residwi u ta' skart, b'mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, u tiġi ppreservata jew stimulata l-bijodiversità u tissaħħaħ iċ-ċirkolarità; |
(viii) li jingħata kontribut għall-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; |
(viii) li jingħata kontribut għall-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; |
(ix) li jiġu żviluppati inizjattivi fil-qasam tal-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni; |
(ix) li jiġu żviluppati inizjattivi fil-qasam tal-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni; |
(x) jiġu mmaniġġati l-fondi mutwi msemmija fil-programmi operattivi fil-qasam tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 33(3) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; |
(x) jiġu mmaniġġati l-fondi mutwi; |
(xi) tingħata l-assistenza teknika meħtieġa għall-użu tas-swieq tal-futuri u ta' skemi tal-assigurazzjoni. |
(xi) tingħata l-assistenza teknika meħtieġa għall-użu tas-swieq tal-futuri u ta' skemi tal-assigurazzjoni. |
1a. B'deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE, organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni, tqiegħed fis-suq u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta' prodotti agrikoli, f'isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali kollha tagħhom jew għal parti minnha. |

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu: |
L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu: |
(a) dment li waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) sa (vii) tal-paragrafu 1 ikunu eżerċitati ġenwinament, u b'hekk jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE; |

(b) dment li organizzazzjoni ta' produtturi tikkonċentra l-provvista u tqiegħed il-prodotti tal-membri tagħha fis-suq, irrispettivament jekk isirx trasferiment jew le tas-sjieda ta' prodotti agrikoli mill-produtturi lill-organizzazzjoni tal-produtturi; |

(c) kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni aggregata ta' xi wħud mill-membri jew kollha; |
(c) kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni aggregata ta' xi wħud mill-membri jew kollha; |
(d) dment li l-produtturi kkonċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi oħra rigward il-prodotti koperti mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu; |
(d) dment li l-produtturi kkonċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi oħra rigward il-prodotti koperti mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu; |
(e) dment li l-prodott agrikolu ma jkunx kopert b'obbligu ta' konsenja li jirriżulta mill-fatt li bidwi jkun membru f'kooperattiva li hija stess ma tkunx membru tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi kkonċernati, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom; |

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-kondizzjoni stipulata fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-membri produtturi jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti; |

1b. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-referenzi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jinkludu wkoll l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156(1) jekk tali assoċjazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. |

1c. L-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tista' tiddeċiedi f'każijiet individwali li, għall-futur, waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a jridu jiġu modifikati, ma jitkomplewx jew ma jseħħux għalkollox jekk tqis li dan hu meħtieġ sabiex jiġi evitat li tiġi eskluża l-kompetizzjoni jew jekk tqis li l-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 TFUE huma mhedda. |

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). |

Meta taġixxi taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub minn qabel jew bla dewmien wara li tiftaħ l-ewwel miżura formali tal-investigazzjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet adottati bla dewmien wara li jkunu ġew adottati. |
Meta taġixxi taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub minn qabel jew bla dewmien wara li tiftaħ l-ewwel miżura formali tal-investigazzjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet adottati bla dewmien wara li jkunu ġew adottati. |
Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati. |
Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati. |
2. Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 tista' tkompli tiġi rikonoxxuti jekk tinvolvi ruħha fil-prodotti ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2208 minbarra dawk imsemmija fl-Anness I għat-Trattati, dment li l-proporzjon ta' prodotti bħal dawn ma jaqbiżx 49 % tal-valur totali tal-produzzjoni kummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tal-produtturi u li prodotti bħal dawn ma jibbenefikawx mill-appoġġ tal-Unjoni. Dawk il-prodotti ma jgħoddux, għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għall-għanijiet tal-Artikolu 34(2). |
2. Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 tista' tkompli tiġi rikonoxxuti jekk tinvolvi ruħha fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2208 minbarra dawk imsemmija fl-Anness I għat-Trattati, dment li l-proporzjon ta' prodotti bħal dawn ma jaqbiżx 49 % tal-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tal-produtturi u li prodotti bħal dawn ma jibbenefikawx mill-appoġġ tal-Unjoni. Dawk il-prodotti ma jgħoddux, għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-għanijiet tal-Artikolu 34(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22f (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 153
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22f) l-Artikolu 153 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 153 |
"Artikolu 153 |
Statuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi |
Statuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi |
1. L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jeħtieġu lill-membri produtturi tagħha, b'mod partikolari, li: |
1. L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jeħtieġu lill-membri produtturi tagħha, b'mod partikolari, li: |
(a) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rappurtar ta' produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent; |
(a) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rappurtar ta' produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent; |
(b) ikunu membri biss ta' organizzazzjoni tal-produtturi waħda għal kwalunkwe prodott partikolari tal-impriża, madanakollu l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-produtturi msieħba jkollhom żewġ unitajiet ta' produzzjoni distinti li jinstabu f'żoni ġeografiċi differenti; |
(b) ikunu membri biss ta' organizzazzjoni tal-produtturi waħda għal kwalunkwe prodott partikolari tal-impriża, madanakollu l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-produtturi msieħba jkollhom żewġ unitajiet ta' produzzjoni distinti li jinstabu f'żoni ġeografiċi differenti, jew meta l-prodotti kkonċernati tal-membri produtturi jkunu identifikati b'mod ċar u maħsuba għal użi differenti; |
(c) jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal skopijiet ta' statistika. |
(c) jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal skopijiet ta' statistika. |
2. L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jistabbilixxu wkoll: |
2. L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jistabbilixxu wkoll: |
(a) proċeduri għad-determinazzjoni, l-adozzjoni u l-emendar tar-regoli msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1; |
(a) proċeduri għad-determinazzjoni, l-adozzjoni u l-emendar tar-regoli msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1; |
(b) l-impożizzjoni fuq il-membri ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-organizzazzjoni tal-produtturi; |
(b) l-impożizzjoni fuq il-membri ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-organizzazzjoni tal-produtturi; |
(c) regoli li jippermettu lill-membri li huma produtturi jeżaminaw bir-reqqa u b'mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha; |
(c) regoli li jippermettu lill-membri li huma produtturi jeżaminaw bir-reqqa u b'mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha kif ukoll il-kontijiet u l-baġits tagħha; |
(d) pieni għal ksur ta' obbligi taħt l-istatuti, partikolarment in-nuqqas ta' pagament ta' kontributi finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi; |
(d) pieni għal ksur ta' obbligi taħt l-istatuti, partikolarment in-nuqqas ta' pagament ta' kontributi finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi; |
(e) regoli dwar id-dħul ta' membri ġodda, u partikolarment il-perijodu minimu ta' sħubija, li ma jistax ikun anqas minn sena; |
(e) regoli dwar id-dħul ta' membri ġodda, u partikolarment il-perijodu minimu ta' sħubija, li ma jistax ikun anqas minn sena; |
(f) ir-regoli baġitarji u ta' kontabilità meħtieġa għat-tħaddim tal-organizzazzjoni. |
(f) regoli baġitarji u ta' kontabbiltà meħtieġa għat-tħaddim tal-organizzazzjoni. |
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. |
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22g (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 154
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22g) l-Artikolu 154 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 154 |
"Artikolu 154 |
Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi |
Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi |
1. Sabiex tiġi rikonoxxuta minn Stat Membru, organizzazzjoni tal-produtturi, l-organizzazzjoni tal-produtturi li tkun qed tapplika għal tali rikonoxximent għandha tkun entità legali jew parti definita b'mod ċar ta' entità legali li: |

(a) tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 152(1); |
(a) tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 152(1); |
(b) ikollha numru minimu ta' membri u/jew tkopri volum jew valur minimu ta' produzzjoni kummerċjali, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fil-qasam li topera fih; |
(b) ikollha numru minimu ta' membri u/jew tkopri volum jew valur minimu ta' produzzjoni kummerċjali, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fil-qasam li topera fih. Tali dispożizzjonijiet m'għandhomx jipprevjenu r-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma ddedikati għal produzzjoni marġinali; |
(c) toffri evidenza suffiċjenti li kapaċi twettaq l-attivitajiet tagħha b'mod xieraq, kemm f'termini ta' żmien u f'termini ta' effiċjenza, fir-rigward tal-għoti ta' appoġġ uman, materjali u tekniku lill-membri tagħha, u kif xieraq il-konċentrazzjoni tal-provvista; |

(d) ikollha statuti li jkunu konsistenti mal-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu. |
(d) ikollha statuti li jkunu konsistenti mal-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu. |
1a. L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni tal-produtturi li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull settur li għalih tkun qed tfittex ir-rikonoxximent. |

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjonijiet ta' produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi skont l-Artikolu 152. |
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjonijiet ta' produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi skont l-Artikolu 152. |
3. Fejn organizzazzjonijiet ta' produtturi jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 iżda ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. |

4. L-Istati Membri għandhom: |
4. L-Istati Membri għandhom: |
(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien erba' xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta' appoġġ rilevanti kollha. Din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha; |

(b) iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu konformi ma' dan il-Kapitolu; |
(b) iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu konformi ma' dan il-Kapitolu; |
(c) f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-miżuri previsti f'dan il-Kapitolu, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk meħtieġ, jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent; |

(d) jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti. |
(d) jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22h (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 156
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22h) l-Artikolu 156 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 156 |
"Artikolu 156 |
Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi |
Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi |
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta' produtturi. Soġġett għar-regoli adottati skont l-Artikolu 173, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jwettqu kwalunkwe attività jew funzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi. |
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta' produtturi u/jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Soġġett għar-regoli adottati skont l-Artikolu 173, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jwettqu kwalunkwe attività jew funzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi. |
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkunsidra li l-assoċjazzjoni tkun kapaċi twettaq b'mod effikaċi kwalunkwe attività ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Artikolu 161(1). |
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkunsidra li l-assoċjazzjoni tkun kapaċi twettaq b'mod effikaċi kwalunkwe attività ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Artikolu 161(1). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22i (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 157
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22i) L-Artikolu 157 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 157 |
"Artikolu 157 |
Organizzazzjonijiet interprofessjonali |
Organizzazzjonijiet interprofessjonali |
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li: |
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li: |
(a) huma magħmulin minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni u għall-inqas ma' waħda mill-istadji tal-katina tal-provvista li ġejjin: l-ipproċessar ta' prodotti jew in-negozjati tagħhom, inkluż id-distribuzzjoni tagħhom, f'settur wieħed jew aktar; |
(a) huma magħmulin minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni u għall-inqas ma' waħda mill-istadji tal-katina tal-provvista li ġejjin: l-ipproċessar ta' prodotti jew in-negozju tagħhom, inkluż id-distribuzzjoni tagħhom, f'settur wieħed jew aktar; |
(b) ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta' xi wħud minnhom li jikkostitwuhom; |
(b) ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta' xi wħud minnhom li jikkostitwuhom; |
(c) isegwu għan speċifiku filwaqt li jqisu l-interessi tal-membri tagħhom u dawk tal-konsumaturi, li jista' jinkludi, b'mod partikolari, wieħed mill-objettivi li ġejjin: |
(c) isegwu għan speċifiku filwaqt li jqisu l-interessi tal-membri kollha tagħhom u dawk tal-konsumaturi, li jista' jinkludi, b'mod partikolari, wieħed mill-objettivi li ġejjin: |
(i) jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, li jinkludi l-pubblikazzjoni ta' data ta' statistika aggregata dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet, inkluż, fejn adatt, ma' indiċi relatati mal-prezz, il-volumi u t-tul ta' żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali; |

(ii) il-previżjoni ta' potenzjal tal-produzzjoni, u rreġistrar ta' prezzijiet pubbliċi tas-suq; |
(ii) il-previżjoni ta' potenzjal tal-produzzjoni, u rreġistrar ta' prezzijiet pubbliċi tas-suq; |
(iii) l-għoti ta' għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq; |
(iii) l-għoti ta' għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq; |
(iv) l-esplorazzjoni ta' swieq potenzjali għall-esportazzjoni; |
(iv) l-esplorazzjoni ta' swieq potenzjali għall-esportazzjoni; |
(v) mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 148 u 168, it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli lil xerrejja u/jew il-provvista ta' prodotti pproċessati lil distributuri u bejjiegħa bl-imnut, waqt li jitqies il-bżonn li jintlaħqu kundizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jkunu evitati d-distorsjonijiet fis-suq; |
(v) mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 148 u 168, it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli lil xerrejja u/jew il-provvista ta' prodotti pproċessati lil distributuri u bejjiegħa bl-imnut, waqt li jitqies il-bżonn li jintlaħqu kundizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jkunu evitati d-distorsjonijiet fis-suq. Dawk il-forom standard ta' kuntratt jistgħu jinvolvu żewġ intrapriżi jew aktar li kull waħda minnhom topera f'livell differenti tal-katina tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni, u jistgħu jinkludu indikaturi u indiċijiet ekonomiċi rilevanti bbażati fuq spejjeż tal-produzzjoni rilevanti u l-iżvilupp tagħhom, iżda jistgħu jqisu wkoll il-kategoriji tal-prodott u l-opportunitajiet fis-suq differenti tagħhom, indikaturi ta' valutazzjoni tal-prodott, il-prezzijiet ta' prodotti agrikoli u tal-ikel osservati fis-swieq u l-varjazzjonijiet fihom, u kriterji relatati mal-kompożizzjoni, il-kwalità, it-traċċabbiltà u l-kontenut tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott; |
(vi) l-isfruttar b'mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti, inkluż fil-livell ta' ħwienet tas-suq, u l-iżvilupp ta' inizjattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-innovazzjoni; |
(vi) l-isfruttar b'mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti, inkluż fil-livell ta' ħwienet tas-suq, u l-iżvilupp ta' inizjattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-innovazzjoni; |
(vii) l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, tiġi innovata, irrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi ta' prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent; |
(vii) l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, tiġi innovata, razzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi ta' prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali; |
(viii) ir-riċerka ta' metodi kif jista' jiġi ristrett l-użu ta' prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, jiġu amministrati aħjar prodotti oħra, li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, tiġi promossa s-sikurezza tal-ikel, b'mod partikolari permezz tat-traċċabilità tal-prodotti, u tittejjeb is-saħħa u l-benesseri tal-annimali; |
(viii) ir-riċerka ta' metodi kif jista' jiġi ristrett l-użu ta' prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, jiġu amministrati aħjar prodotti oħra, li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, tiġi promossa s-sikurezza tal-ikel, b'mod partikolari permezz tat-traċċabbiltà tal-prodotti, u tittejjeb is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali; |
(ix) l-iżvilupp ta' metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u, fejn applikabbli, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni; |
(ix) l-iżvilupp ta' metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u, fejn applikabbli, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni; |
(x) it-teħid tal-azzjonijiet kollha possibbli għall-ħarsien, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-biedja organika u d-denominazzjonijiet ta' oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi; |

il-promozzjoni ta' produzzjoni integrata u sostenibbli jew ta' metodi ta' produzzjoni li tirrispetta l-ambjent u li ssir riċerka dwarhom; |
(xi) il-promozzjoni ta' produzzjoni integrata u sostenibbli jew ta' metodi ta' produzzjoni li tirrispetta l-ambjent u li ssir riċerka dwarhom; |
(xii) l-inkoraġġiment għal konsum san u responsabbli tal-prodotti fis-suq intern; u/jew l-informazzjoni dwar il-ħsara marbuta ma' tendenzi ta' konsum perikolużi; |
(xii) l-inkoraġġiment għal konsum san u responsabbli tal-prodotti fis-suq intern; u/jew l-informazzjoni dwar il-ħsara marbuta ma' tendenzi ta' konsum perikolużi; |
(xiii) il-promozzjoni ta' konsum u/jew l-għoti ta' informazzjoni dwar prodotti fis-suq intern u fis-swieq esterni; |
(xiii) il-promozzjoni ta' konsum u/jew l-għoti ta' informazzjoni dwar prodotti fis-suq intern u fis-swieq esterni; |
(xiv) il-kontribut għall-ġestjoni ta' prodotti sekondarji u t-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart; |
(xiv) il-kontribut għall-ġestjoni u l-iżvilupp ta' inizjattivi għall-valorizzazzjoni ta' prodotti sekondarji u t-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart. |
(xv) l-istabbiliment ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur fis-sens tal-Artikolu 172a, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom; |
(xv) l-istabbiliment ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejn l-operaturi fil-katina tal-provvista; |
|
(xva) jistabbilixxu klawżoli standard għall-kumpens ġust tal-ispejjeż imġarrba mill-bdiewa biex jissodisfaw rekwiżiti extralegali fir-rigward tal-ambjent, tal-klima, tas-saħħa tal-annimali, tat-trattament xieraq tal-annimali, inklużi metodi biex jiġu kkalkulati dawn l-ispejjeż; |
(xvi) jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali. |
(xvi) jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali jew jippromwovu l-prevenzjoni u l-kontroll fitosanitarji, inkluż billi jistabbilixxu u jimmaniġġjaw fondi mutwi. |
|
(xvia) jikkontribwixxu għat-trasparenza tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn id-diversi stadji fil-katina, b'mod partikolari permezz tat-tfassil, tal-implimentazzjoni u tal-kontroll tal-konformità mal-istandards tekniċi minn membri tas-settur. |
1a. L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni interprofessjonali li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, il-paragrafu 3 għal kull settur li għalih tkun qed tfittex rikonoxximent. |
1a. L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni interprofessjonali li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, il-paragrafu 3 għal kull settur li għalih tkun qed tfittex rikonoxximent. |
2. F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li l-kundizzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 158(1) hija sodisfatti billi jiġi limitat in-numru ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fuq livell reġjonali jew nazzjonali jekk huwa previst hekk mir-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2014, u fejn dan ma jxekkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |

3. Permezz ta' derogi mill-paragrafu 1, fir-rigward tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali li: |
|
(a) ikunu talbu r-rikonoxximent formalment u jkunu magħmula minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta' ħalib mhux ipproċessat u marbuta ma' tal-anqas wieħed mill-istadji li ġejjin tal-katina ta' provvista: l-ipproċessar jew il-kummerċ, inkluża d-distribuzzjoni, tal-prodotti tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib; |
|
(b) ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tar-rappreżentanti kollha jew xi wħud minnhom imsemmija fil-punt (a); |
" |
(c) iwettqu, f'reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, b'kont meħud tal-interessi tal-membri ta' dawk l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-konsumaturi, attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: |
|
(i) it-titjib tal-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta' data ta' statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul taż-żmien tal-kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat li jkunu ġew konklużi preċedentement u permezz tal-forniment ta' analiżijiet tal-iżviluppi potenzjali futuri fis-suq f'livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali; |
|
(ii) l-għoti ta' għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq; |
|
(iii) il-promozzjoni tal-konsum u l-għoti ta' informazzjoni dwar il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kemm fis-suq intern kif ukoll f'dak estern; |
|
(iv) l-esplorazzjoni ta' swieq potenzjali għall-esportazzjoni; |
|
(v) it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta' ħalib mhux ipproċessat lix-xerrejja jew il-forniment ta' prodotti pproċessati lid-distributuri u lill-bejjiegħa bl-imnut, b'kont meħud tal-ħtieġa li jintlaħqu kondizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jiġu evitati id-distorsjonijiet fis-suq; |
|
(vi) l-għoti ta' informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa sabiex il-produzzjoni tiġi aġġustata favur prodotti aktar adatti għar-rekwiżiti tas-suq u l-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari rigward il-kwalità tal-prodott u l-protezzjoni tal-ambjent; |
|
(vii) is-sostenn u l-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni tas-settur tal-ħalib, fost l-oħrajn, permezz tal-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-appoġġ għal programmi għar-riċerka u l-iżvilupp applikati sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, speċjalment sabiex jinħolqu prodotti b'valur miżjud li jkunu aktar attraenti għall-konsumatur; |
|
(viii) it-tiftix ta' modi li jillimitaw l-użu ta' prodotti relatati mas-saħħa tal-annimali, itejbu l-ġestjoni ta' kontributi oħra u jsaħħu s-sikurezza alimentari u s-saħħa tal-annimali; |
|
(ix) l-iżvilupp ta' metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni; |
|
(x) l-użu b'mod sħiħ tal-potenzjal tal-biedja organika u l-protezzjoni u l-promozzjoni ta' tali biedja, kif ukoll il-produzzjoni ta' prodotti b'denominazzjonijiet ta' oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi; u |
|
(xi) il-promozzjoni ta' produzzjoni integrata jew metodi oħra ta' produzzjoni li tirrispetta l-ambjent; |
|
(xii) l-istabbiliment ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur fis-sens tal-Artikolu 172a, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom; u |
|
(xiii) jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali. |
|
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22j (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 158a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22j) Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 158a |
|
Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali |
|
L-Istati Membri jistgħu , fuq talba, jirrikonoxxu assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali f'settur speċifiku elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti. |
|
Soġġett għar-regoli adottati skont l-Artikolu 173, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jwettqu kwalunkwe attività jew funzjoni ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tintroduċi fir-Regolament Nru 1308/2013 il-possibbiltà li jiġu rikonoxxuti assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali mmudellati fuq assoċjazzjonijiet ta' assoċjazzjonijiet tal-produtturi.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22k (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 158b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22k) Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 158b |
|
Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali u organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali tagħhom |
|
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom jinkludu wkoll organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali rikonoxxuti skont dan l-Artikolu. |
|
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) "organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi" tfisser kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi li l-azjendi tal-produtturi membri tagħha jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed; |
|
(b) "assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi" tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-organizzazzjonijiet membri tagħha jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed; |
|
(c) "organizzazzjoni interprofessjonali transnazzjonali" tfisser kwalunkwe organizzazzjoni interprofessjonali li l-membri tagħha jkunu involuti f'attività ta' produzzjoni, ipproċessar jew kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti koperti mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed. |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali. |
|
Ir-regoli ġenerali dwar ir-rikonoxximent imsemmija fl-Artikoli 154, 156 u 158 u r-regoli speċifiċi dwar ir-rikonoxximent fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib imsemmija fl-Artikoli 161 u 163 għandhom japplikaw mutatis mutandis. |
|
4. L-Istat Membru li fih organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi jew assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom għadd sinifikanti ta' membri jew organizzazzjonijiet membri jew għandu produzzjoni kummerċjabbli ta' volum jew valur sinifikanti, jew l-Istat Membru li fih jinsabu l-kwartieri ġenerali ta' organizzazzjoni interprofessjonali transnazzjonali, kif ukoll l-Istati Membri l-oħra li fihom jinsabu l-membri ta' dik l-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex din tkun tista' tivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent u għandhom jagħtuha l-assistenza amministrattiva kollha meħtieġa. |
|
5. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 4 għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti kollha fuq talba ta' Stat Membru ieħor fejn ikunu jinsabu membri ta' tali organizzazzjoni jew assoċjazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tikkodifika fl-att bażiku r-regoli li jirrigwardaw l-organizzazzjonijiet transnazzjonali rikonoxxuti li jinsabu fir-Regolament Delegat (UE) Nru 2016/232. Madankollu, hi tagħmel bidla sinifikanti bl-għan li tagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-setgħa li tiddeċiedi dwar dawn l-organizzazzjonijiet transnazzjonali, peress li l-prinċipji ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri għar-rikonoxximent ta' dawn l-entitajiet naqsu milli jagħtu prova tal-valur tagħhom.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22l (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 160
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22l) L-Artikolu 160 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 160 |
"Artikolu 160 |
Organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex |
Organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex |
Fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom isegwu tal-anqas wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-punti (c)(i), (ii) u (iii) tal-Artikolu 152(1). |
1. Fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom isegwu tal-anqas wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-punti (c)(i), (ii) u (iii) tal-Artikolu 152(1). |
L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jitolbu li l-membri produtturi biex iqiegħdu fis-suq il-produzzjoni sħiħa tagħhom ikkonċernata permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi. |
1a. L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jitolbu li l-membri produtturi biex iqiegħdu fis-suq il-produzzjoni sħiħa tagħhom ikkonċernata permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi. |
|
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan fl-istatuti tagħha, il-membri produtturi jistgħu: |
|
(a) ibigħu l-prodotti direttament jew barra l-azjendi tagħhom lill-konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom; |
|
(b) jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess, kwantitajiet ta' prodotti li, f'termini ta' volum jew valur, huma marġinali meta mqabbla mal-volum jew mal-valur ta' produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tagħhom għall-prodotti kkonċernati; |
|
(c) jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, prodotti li minħabba l-karatteristiċi tagħhom jew minħabba l-produzzjoni limitata fil-volum jew fil-valur, ma jkunux normalment koperti mill-attivitajiet kummerċjali tal-organizzazzjoni tal-produtturi. |
|
2. Il-perċentwal tal-produzzjoni f'termini ta' volum jew valur tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata ta' kull membru produttur li l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi, m'għandux jaqbeż il-perċentwal stabbilit mill-att delegat imsemmi fl-Artikolu 173 ta' dan ir-Regolament. |
|
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal aktar baxx tal-produzzjoni li l-membri produtturi jistgħu jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi minn dak stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu iżda mhux anqas minn 10 %. |
|
3. Fil-każ tal-prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 jew meta l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess, il-perċentwal tal-produzzjoni li l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi, kif imsemmi fil-paragrafu, m'għandux jaqbeż il-perċentwal stabbilit mill-att delegat imsemmi fl-Artikolu 173 ta' dan ir-Regolament f'termini ta' volum jew valur tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata ta' kull membru produttur. |
|
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal aktar baxx tal-produzzjoni li dawn il-membri produtturi jistgħu jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi minn dak stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu iżda mhux anqas minn 10 %. |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandhom jitqiesu li qed jaġixxu f'isem u għan-nom tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi fi ħdan it-termini ta' referenza tagħhom. |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandhom jitqiesu li qed jaġixxu f'isem u għan-nom tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi fi ħdan it-termini ta' referenza tagħhom. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22m (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 163
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22m) L-Artikolu 163 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 163 |
"Artikolu 163 |
Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |
Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib dment li tali organizzazzjonijiet: |
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib dment li tali organizzazzjonijiet: |
(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157(3); |
(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157(3); |
(b) iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat; |
(b) iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat; |
(c) jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu fil-punt (a) tal-Artikolu 157(3); |
(c) jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu fil-punt (a) tal-Artikolu 157(3); |
(d) ma jkunux huma stess involuti fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċ ta' prodotti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. |
(d) ma jkunux huma stess involuti fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċ ta' prodotti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. |
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu ġew rikonoxxuti qabel it-2 ta' April 2012 abbażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikolu 157(3). |

3. Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla li jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, huma għandhom: |
3. Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla li jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, huma għandhom: |
(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni interprofessjonali fi żmien erba' xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta' appoġġ rilevanti kollha. Din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha; |

(b) iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom; |

(c) f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedu li jirtiraw ir-rikonoxximent,; |

(d) jirtiraw ir-rikonoxximent jekk: |
(d) jirtiraw ir-rikonoxximent jekk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati f'dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti; |
(i) ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stabbiliti f'dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati; |
|
(ii) l-organizzazzjoni interprofessjonali tieħu parti f'waħda mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma msemmija fl-Artikolu 210(4); tali rtirar ta' rikonoxximent għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pieni oħrajn li għandhom jiġu mposti skont il-liġi nazzjonali; |
|
(iii) l-organizzazzjoni interprofessjonali tonqos milli tikkonforma mal-obbligu tan-notifika msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 210(2); |
|
(e) jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena, sal-31 ta' Marzu, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti. |
(e) jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena, sal-31 ta' Marzu, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22n (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 164
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22n) L-Artikolu 164 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 164 |
"Artikolu 164 |
Estensjoni ta' regoli |
Estensjoni ta' regoli |
1. F'każijiet fejn organizzazzjoni rikonoxxuta ta' produtturi, assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta li topera f'żona ekonomika speċifika jew f'żoni speċifiċi ta' Stat Membru titqies li tkun tirrappreżenta l-produzzjoni ta' prodott partikolari, il-kummerċ jew l-ipproċessar tiegħu, l-Istat Membru konċernat jista', fuq talba ta' dik l-organizzazzjoni, jagħmel obbligatorji għal perijodu limitat xi wħud mill-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma li kien hemm qbil dwarhom f'dik l-organizzazzjoni għal operaturi oħra li jaġixxu fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti ekonomiċi inkwistjoni, sew bħala individwi jew bħala gruppi, u li ma jkunux jappartjenu għall-organizzazzjoni jew għall-assoċjazzjoni. |

2. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima "distrett ekonomiku" tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta' produzzjoni maġenb jew qrib xulxin fejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu omoġeni. |

3. Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni għandha titqies rappreżentattiva fejn, fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti kkonċernati ta' Stat Membru, tkun responsabbli: |
3. Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni għandha titqies rappreżentattiva fejn, fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti kkonċernati ta' Stat Membru, tkun responsabbli: |
(a) fir-rigward ta' proporzjon tal-volum tal-produzzjoni ta', jew tal-kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew il-prodotti konċernati: |
(a) fir-rigward ta' proporzjon tal-volum tal-produzzjoni ta', jew tal-kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew il-prodotti konċernati: |
(i) għal organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, tal-anqas għal 60 %, jew |
(i) għal organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, tal-anqas għal 60 %, jew |
(ii) f'każijiet oħra, tal-anqas għal żewġ terzi; u |
(ii) f'każijiet oħra, tal-anqas għal żewġ terzi; u |
(b) fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, għal aktar minn 50 % tal-produtturi konċernati. |
(b) fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, għal aktar minn 50 % tal-produtturi konċernati. |
Madankollu, fejn, fil-każ ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali, id-determinazzjoni tal-proporzjon tal-volum tal-produzzjoni, jew ta' kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew tal-prodotti kkonċernati tqajjem diffikultajiet prattiċi, Stat Membru jista' jistabbilixxi regoli nazzjonali biex jiġi ddeterminat il-livell ta' rappreżentanza msemmi fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu. |

Fejn it-talba għal estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħra tkopri aktar minn distrett ekonomiku wieħed, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għandha turi l-livell minimu ta' rappreżentanza kif definit fl-ewwel subparagrafu għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor fi grupp f'kull wieħed mid-distretti ekonomiċi konċernati. |

4. Ir-regoli li għalihom tista' tintalab estensjoni għal operaturi oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin: |
4. Ir-regoli li għalihom tista' tintalab estensjoni għal operaturi oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin: |
(a) rappurtar dwar il-produzzjoni u s-suq; |
(a) rappurtar dwar il-produzzjoni u s-suq; |
(b) regoli ta' produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali; |
(b) regoli ta' produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali; |
(c) tfassil ta' kuntratti standard li jkunu kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni; |
(c) it-tfassil ta' kuntratti standard u klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur u l-kumpens ġust, li jkunu kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni; |
(d) il-kummerċjalizzazzjoni; |
(d) il-kummerċjalizzazzjoni; |
(e) il-ħarsien tal-ambjent; |
(e) il-ħarsien tal-ambjent; |
(f) miżuri biex jiġi promoss u sfruttat il-potenzjal tal-prodotti; |
(f) miżuri biex jiġi promoss u sfruttat il-potenzjal tal-prodotti; |
(g) miżuri biex tiġi protetta l-biedja organika, kif ukoll id-denominazzjonijiet ta' oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi; |
(g) miżuri biex tiġi protetta l-biedja organika, kif ukoll id-denominazzjonijiet ta' oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi; |
(h) riċerka biex jiżdied il-valur għall-prodotti, partikolarment permezz ta' użi ġodda li ma jkunux ta' theddida għas-saħħa pubblika; |
(h) riċerka biex jiżdied il-valur għall-prodotti, partikolarment permezz ta' użi ġodda li ma jkunux ta' theddida għas-saħħa pubblika; |
(i) studji biex titjieb il-kwalità tal-prodotti; |
(i) studji biex titjieb il-kwalità tal-prodotti; |
(j) riċerka, b'mod partikolari dwar metodi ta' kultivazzjoni li jippermettu użu anqas ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali u li jiggarantixxu l-konservazzjoni tal-ħamrija u konservazzjoni jew titjib tal-ambjent; |

(k) definizzjoni ta' kwalitajiet minimi u definizzjoni ta' standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni; |
(k) definizzjoni ta' kwalitajiet minimi u definizzjoni ta' standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni; |
(l) użu ta' żerriegħa ċertifikata u monitoraġġ tal-kwalità tal-prodott; |
(l) użu ta' żerriegħa ċertifikata u monitoraġġ tal-kwalità tal-prodott; |
(m) is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti jew is-sigurtà tal-ikel; |
(m) is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti jew is-sigurtà tal-ikel; |
(n) il-ġestjoni ta' prodotti sekondarji. |
(n) il-ġestjoni u l-valorizzazzjoni ta' prodotti sekondarji; |
|
(na) it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-kontroll ta' standards tekniċi li jippermettu li ssir valutazzjoni preċiża tal-karatteristiċi tal-prodott. |
Dawk ir-regoli ma għandhomx jikkawżaw ħsara lil operaturi oħra fl-Istat Membru konċernat jew lill-Unjoni u ma għandu jkollhom l-ebda wieħed mill-effetti elenkati fl-Artikolu 210(4) jew ikunu xort'oħra inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jew mar-regoli nazzjonali fis-seħħ. |
Dawk ir-regoli ma għandhomx jikkawżaw ħsara lil operaturi oħra inklużi l-operaturi organiċi, u lanqas m'għandhom jipprevjenu d-dħul ta' operaturi ġodda fl-Istat Membru konċernat jew lill-Unjoni u ma għandu jkollhom l-ebda wieħed mill-effetti elenkati fl-Artikolu 210(4) jew ikunu xort'oħra inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jew mar-regoli nazzjonali fis-seħħ. |
|
4a. Meta l-Kummissjoni tadotta att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 222 ta' dan ir-Regolament li jawtorizza n-nuqqas ta' applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE fir-rigward tal-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 222(1) ta' dan ir-Regolament, tali ftehimiet u deċiżjonijiet jistgħu jiġu estiżi skont il-kundizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. |
|
4b. Meta l-Istat Membru jestendi r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni kkonċernata għandha tipprevedi miżuri proporzjonati biex tiżgura konformità mar-regoli ta' tali ftehimiet li jkunu saru obbligatorji b'estensjoni. |
5. L-estensjoni tar-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi b'mod sħiħ f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat. |
5. L-estensjoni tar-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi b'mod sħiħ f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat. |
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu. |
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22o (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 165
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22o) L-Artikolu 165 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 165 |
"Artikolu 165 |
Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' dawk mhux membri |
Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' dawk mhux membri |
Fejn regoli ta' organizzazzjoni rikonoxxuta ta' produtturi, ta' assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew ta' organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont l-Artikolu 164 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta' operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-prodotti konċernati, l-Istat Membru li jkun ta rikonoxximent jista' jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, li operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru spejjeż imġarrba direttament biex ikunu segwiti l-attivitajiet inkwistjoni. |
Fejn regoli ta' organizzazzjoni rikonoxxuta ta' produtturi, ta' assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew ta' organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont l-Artikolu 164 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta' operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-prodotti konċernati, l-Istat Membru li jkun ta rikonoxximent jista' jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, li operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw fil-prattika, minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru spejjeż imġarrba biex ikunu segwiti attività waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 164(4). Il-baġits iddettaljati relatati mat-twettiq ta' dawn l-attivitajiet għandhom ikunu magħmula disponibbli b'mod trasparenti sabiex l-operaturi jew il-gruppi ekonomiċi kontribwenti kollha, kemm jekk ikunu membri tal-organizzazzjoni u kemm jekk ma jkunux, ikunu jistgħu jeżaminawhom. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&qid=1553179697934&from=EN)
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22p (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 166a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22p) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 166a |
|
Regolamentazzjoni tal-provvista ta' prodotti agrikoli b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta li mhumiex ġobon, inbid u perżut |
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 150, 167 u 172, l-Istati Membri jistgħu, fuq it-talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152(1) ta' dan ir-Regolament, organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157(1) ta' dan ir-Regolament jew grupp ta' operaturi msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jistabbilixxu, għal perijodu ta' żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta' prodotti agrikoli li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta' oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għajr għall-ġobon, l-inbid u l-perżut. |
|
2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
Dak il-ftehim għandu jiġi konkluż bejn: |
|
(a) mill-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta' dak il-prodott jew tal-materja prima użata għall-produzzjoni ta' dak il-prodott, jew ir-rappreżentanti tagħhom, fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1152/2012; u |
|
(b) fejn applikabbli, mill-anqas żewġ terzi tal-proċessuri ta' dak il-prodott agrikolu li jirrappreżentaw mill-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-prodott, jew ir-rappreżentanti tagħhom, fiż-żona ġeografika msemmija f'dak il-punt. |
|
F'każijiet debitament ġustifikati fejn il-livelli tar-rappreżentanza msemmija fil-punti (a) u/jew (b) ta' dan is-subparagrafu ma jkunux jistgħu jinkisbu fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jew fejn id-determinazzjoni ta' din tal-aħħar timponi problemi prattiċi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli nazzjonali biex jiddeterminaw livelli xierqa ta' rappreżentanza u l-arranġamenti għal konsultazzjoni bil-għan li jintlaħaq ftehim minn qabel bejn il-partijiet. |
|
3. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1: |
|
(a) għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista għad-domanda tal-prodott ikkonċernat; |
|
(b) għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat; |
|
(c) jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin u jistgħu jiġu mġedda wara dan il-perijodu, wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1; |
|
(d) m'għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta' prodotti għajr dawk li jittrattaw ir-regoli; |
|
(e) m'għandhomx jirrigwardaw xi tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat; |
|
(f) ma għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni; |
|
(g) m'għandhomx irendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li altrimenti jkun disponibbli; |
|
(h) ma għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il- produtturi żgħar jiġu affettwati b'mod negattiv; |
|
(i) għandhom jikkontribwixxu biex tiġi ppreservata il-kwalità (inkluż mil-lat tas-saħħa) u/jew għall-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat. |
|
4. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
5. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, u, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li tali kundizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1. |
|
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika ta' tali regoli. |
|
7. Fi kwalunkwe waqt, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f'parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 tat-TFUE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&qid=1553179697934&from=EN)
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22q (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 167a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22q) Fit-Titolu III, Kapitolu 4, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 167a |
|
Regoli tal-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni taż-żejt taż-żebbuġa |
|
1. Sabiex tittejjeb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli ta' kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista. |
|
Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u ma għandhomx: |
|
(a) ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kollu konċernat; |
|
(b) jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni; |
|
(c) irendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv ta' dak il-prodott li altrimenti jkun disponibbli. |
|
2. Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, permezz tal-pubblikazzjoni kompluta tagħhom f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&qid=1543573613250&from=ES)
Ġustifikazzjoni
L-inklużjoni ta' artikolu ġdid bl-iskop li jkun jista' jiġi applikat mekkaniżmu għaż-żejt taż-żebbuġa li jkun simili għal dak inkluż fl-Artikolu 167 għas-settur tal-inbid, li jippermetti li l-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur jiġu ssodisfati billi tittejjeb is-setgħa tiegħu li jirregola lilu nnifsu.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22r (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 168
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22r) L-Artikolu 168 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 168 |
"Artikolu 168 |
Relazzjonijiet Kuntrattwali |
Relazzjonijiet Kuntrattwali |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 148 dwar is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u tal-Artikolu 125 dwar is-settur taz-zokkor, jekk Stat Membru jiddeċidedi, fir-rigward ta' prodotti agrikoli minn settur elenkat fl-Artikolu 1(2), li mhumiex ħalib u prodotti tal-ħalib u zokkor: |

(a) li kull konsenja fit-territorju tiegħu ta' dawk il-prodotti minn produttur lil proċessur jew lil distributur, għandha tkun koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet; u/jew |
(a) li kull konsenja fit-territorju tiegħu ta' dawk il-prodotti minn produttur lil proċessur jew lil distributur, għandha tkun koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet; u/jew |
(b) li l-ewwel ix-xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għall-konsenja fit-territorju tiegħu ta' dawk il-prodotti agrikoli mill-produttur, dan il-kuntratt jew din l-offerta għal kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u 6 ta' dan l-Artikolu. |

1a. Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu, fir-rigward ta' prodotti agrikoli f'settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), apparti s-setturi tal-ħalib, tal-prodotti tal-ħalib u taz-zokkor, jirrikjedu li kwalunkwe konsenja tal-prodotti tagħhom lil proċessur jew distributur tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. |
1a. Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu, fir-rigward ta' prodotti agrikoli f'settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), apparti s-setturi tal-ħalib, tal-prodotti tal-ħalib u taz-zokkor, jirrikjedu li kwalunkwe konsenja tal-prodotti tagħhom lil proċessur jew distributur tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. |
Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta' kuntratt mhumiex obbligatorji mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali. |

2. Meta Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta' prodotti koperti b'dan l-Artikolu minn produttur lil min jipproċessa jridu jkunu koperti minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, l-Istat Membru għandu wkoll jiddeċiedi liema stadji tal-konsenja għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt bejn il-partijiet jekk il-konsenja tal-prodotti konċernati ssir permezz ta' wieħed jew aktar intermedjarji. |

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw skont dan l-Artikolu ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw skont dan l-Artikolu ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
3. Fil-każ deskritt fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jistabbilixxi mekkaniżmu ta' medjazzjoni biex ikopri l-każijiet fejn ma hemm l-ebda ftehim reċiproku li jiġi konkluż tali kuntratt, biex b'hekk jiġu żgurati relazzjonijiet kuntrattwali ġusti. |

4. Kwalunkwe kuntratt jew offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandha: |
4. Kwalunkwe kuntratt jew offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandha: |
(a) issir qabel ma ssir il-konsenja; |
(a) issir qabel ma ssir il-konsenja; |
(b) issir bil-miktub; u |
(b) issir bil-miktub; u |
(c) tinkludi, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin: |
(c) tinkludi, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin: |
(i) il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:— ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew— jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli ikkonsenjat, |
(i) il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:— ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew— jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi oġġettivi tal-produzzjoni u l-ispejjeż tas-suq li jkunu faċilment aċċessibbli u komprensibbli li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli kkonsenjati, Għal dan il-għan, l-Istati Membri li ddeċidew li japplikaw il-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu indikaturi, skont kriterji oġġettivi u abbażi ta' studji mwettqa dwar il-produzzjoni u l-katina alimentari, sabiex jistabbilixxuhom fi kwalunkwe ħin. |
(ii) il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati li jistgħu jew għandhom jiġu kkonsenjati u l-ħin ta' dawn il-konsenji, |
(ii) il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati li jistgħu jew għandhom jiġu kkonsenjati u l-ħin ta' dawn il-konsenji, |
(iii) it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta' terminazzjoni, |
(iii) it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawżoli ta' terminazzjoni, |
(iv) id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament, |
(iv) id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament, |
(v) l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli, u (vi) ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure. |
(v) l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli, u (vi) ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure. |
5. B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandux ikun meħtieġ kuntratt jew offerta għal kuntratt fejn il-prodotti kkonċernati jiġu kkonsenjati minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti fi, jew derivati minn, dawn l-istatuti jkun fihom dispożizzjonijiet b'effetti simili għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4. |

6. L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta' prodotti agrikoli konklużi mill-produtturi, il-kolletturi, il-proċessaturi jew id-distributuri, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4, għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet. Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew it-tnejn minn dawn li huma: |

(a) meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel il-kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta' prodotti agrikoli obbligatorji skont il-paragrafu 1, jista' jistabbilixxi tul ta' żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn il-produtturi u l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli. Tali tul ta' żmien minimu għandu jkun tal-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern; |

(b) meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli jrid jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-produttur skont il-paragrafu 1, huwa jista' jagħmel dispożizzjoni li l-offerta għandha tinkludi tul ta' żmien minimu tal-kuntratt, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan. Tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-produttur li jirrifjuta tali tul ta' żmien minimu sakemm jagħmel dan bil-miktub. F'dan il-każ, il-partijiet għandhom ikunu ħielsa li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4. |

7. L-Istati Membri li jużaw l-għażliet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet stabbiliti ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif japplikaw kwalunkwe miżura introdotta taħt dan l-Artikolu. |

8. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri b'konformità ma' dan l-Artikolu. |

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22s (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 172 – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22s) Fl-Artikolu 172, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Ftehim bħal dan għandu jiġi konkluż, wara konsultazzjoni mal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika, bejn għall-inqas żewġ terzi tal-proċessuri ta' dak il-perżut li jirrappreżenta għall-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-perżut fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u, jekk meqjus adegwat mill-Istat Membru, mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1151/2012. |
"2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Ftehim bħal dan għandu jiġi konkluż, wara konsultazzjoni mal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika, bejn għall-inqas żewġ terzi tal-proċessuri ta' dak il-perżut li jirrappreżenta għall-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-perżut, jew ir-rappreżentanti tagħhom, fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u, jekk meqjus adegwat mill-Istat Membru, mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika msemmija f'dak il-punt. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1543420057169&uri=CELEX:02013R1308-20180101)
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 150 jipprevedi li l-produtturi jistgħu jkunu rappreżentati, iżda l-kliem tal-paragrafu 2 jista' jissuġġerixxi li l-proċessuri ma jistgħux ikunu rappreżentati. Din ir-regola hija problematika għas-setturi li għandhom ħafna faċilitajiet ta' pproċessar. Il-previżjoni ta' rappreżentanti unikament għall-produtturi tal-ġobon, u mhux għall-proċessuri wkoll, tidher li hija żball.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22t (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 172a
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22t) L-Artikolu 172a huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 172a |
"Artikolu 172a |
Kondiviżjoni tal-valur |
Kondiviżjoni tal-valur |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe klawżola speċifika dwar il-kondiviżjoni tal-valur fis-settur taz-zokkor, il-bdiewa, inklużi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, u l-ewwel xerrej tagħhom jistgħu jaqblu dwar klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi bonuses u telf tas-suq, li jiddeterminaw kif kwalunkwe evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom. |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe klawżola speċifika dwar il-kondiviżjoni tal-valur fis-settur taz-zokkor, il-bdiewa, inklużi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, u l-ewwel xerrej tagħhom kif ukoll impriża waħda jew aktar li kull waħda minnhom topera f'livell differenti tal-katina tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni jistgħu jaqblu dwar klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kwalunkwe evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom." |
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22u (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 172b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22u) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 172b |
|
Kondiviżjoni tal-valur għal prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta |
|
Għal prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta rikonoxxuti skont id-dritt tal-Unjoni, il-bdiewa, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, u l-operaturi fid-diversi stadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni fi ħdan is-settur, jistgħu jaqblu fuq klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi bonuses u telf kummerċjali, biex jiddeterminaw kif kwalunkwe evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom." |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22v (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 173 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22v) Fl-Artikolu 173(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(b) ir-regoli ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet bħal dawn, l-istatuti ta' organizzazzjonijiet li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-istatuti ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'ċerti setturi, inkluż derogi mill-obbligu li tiġi kummerċjalizzata l-produzzjoni sħiħa permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 160, l-istruttura, il-perijodu ta' sħubija, id-daqs, ir-responsabbiltà u attivitajiet ta' tali organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, l-effetti li jirriżultaw mir-rikonoxximent, l-irtirar ta' rikonoxximent, u fużjonijiet; |
(b) ir-regoli ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet bħal dawn, l-istatuti ta' organizzazzjonijiet li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-istatuti ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'ċerti setturi, inkluż derogi mill-obbligu li tiġi kkummerċjalizzata l-produzzjoni sħiħa permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 160(1a) billi jiġu ffissati l-perċentwali fil-paragrafi 2 u 3 ta' dak l-Artikolu kif ukoll il-kategoriji ta' prodotti mill-paragrafu tiegħu li għalihom għandhom japplikaw dawk il-perċentwali, l-istruttura, il-perijodu ta' sħubija, id-daqs, ir-responsabbiltà u attivitajiet ta' tali organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, l-effetti li jirriżultaw mir-rikonoxximent, l-irtirar ta' rikonoxximent, u fużjonijiet; |
|
" |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&qid=1553179697934&from=EN)
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22w (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 176 – paragrafu 3
|
|
Dan it-test |
Emenda |
|
(22w) Fl-Artikolu 176, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. Il-liċenzji għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha. |
3. Il-liċenzji għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha. L-informazzjoni kollha dwar l-applikanti, miġbura mill-Istati Membri għall-ħruġ taċ-ċertifikati, għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni kull xahar. |
Ġustifikazzjoni
Għalkemm l-Artikolu 177 jagħti poteri sinifikanti lill-Kummissjoni, ma jidhirx li din qed tużahom b'mod sistematiku. L-informazzjoni se tinġabar darba biss, mingħajr ma toħloq kumplessità amministrattiva għall-utenti. Il-Kummissjoni għandha wkoll tintalab tipproponi proċeduri li jagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex jitnaqqas il-piż minn fuq l-utenti u jiġi ottimizzat l-użu ta' din l-informazzjoni.
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22x (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 177 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22x) Fl-Artikolu 177(2), jitħassar il-punt (d). |
Ġustifikazzjoni
Il-punt (d) qed jitħassar skont it-tħassir mitlub mill-Kummissjoni tal-Artikolu 189 dwar l-importazzjonijiet tal-qanneb u taż-żrieragħ tal-qanneb.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22y (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 182 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22y) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(1) jiżdied il-punt li ġej: |
|
(ba) il-volum tal-importazzjonijiet għal sena partikolari b'rati preferenzjali miftiehma bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi fil-kuntest ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles jaqbeż ċertu livell (minn hawn' il quddiem imsejjaħ "volum ta' esponiment kummerċjali"). |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tipproponi kriterju ġdid għall-applikazzjoni ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni previst fil-Ftehim tad-WTO li jgħin biex jiġu prevenuti jew newtralizzati l-effetti negattivi li l-importazzjonijiet jista' jkollhom fuq is-suq tal-Unjoni.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22z (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 182 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22z) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(1) jiżdied il-punt li ġej: |
|
(bb) nuqqas ta' konformità, min-naħa ta' pajjiżi terzi, mal-istandards tal-Unjoni f'termini ta' protezzjoni tal-pjanti u benessri tal-annimali. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1308&from=EN)
Ġustifikazzjoni
Huwa meħtieġ li tiġi promossa reċiproċità mtejba f'termini ta' protezzjoni tal-pjanti fl-iskambji ma' pajjiżi terzi.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22aa (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 182 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Dan it-test |
Emenda |
|
(22aa) Fl-Artikolu 182(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Il-volum indikattiv għandu jkun ibbażat fuq opportunitajiet ta' aċċess għas-suq iddefiniti bħala importazzjonijiet espressi bħala perċentwali tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta' qabel. |
"Il-volum ta' attivazzjoni għandu jkun ibbażat fuq opportunitajiet ta' aċċess għas-suq iddefiniti bħala importazzjonijiet espressi bħala perċentwal tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta' qabel. Huwa għandu jiġi ridefinit b'mod regolari biex jittieħed kont tal-bidliet fid-daqs tas-suq Ewropew. Il-prezz ta' attivazzjoni għandu jiġi definit mill-ġdid b'mod regolari biex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq dinjija u fl-ispejjeż tal-produzzjoni. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20180101)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tipproponi li l-prezzijiet u l-volumi skattaturi notifikati lid-WTO aktar minn 20 sena ilu jiġu aġġornati fid-dawl tal-bidliet fid-daqs tas-suq (tnaqqis fil-konsum tal-laħam, il-Brexit u t-tranżizzjoni minn suq b'27 Stat Membru). Bħala tfakkira, l-Artikolu 182 jippermetti li jiġu prevenuti jew newtralizzati l-effetti negattivi fuq is-suq tal-UE li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22ab (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 182 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22ab) Fl-Artikolu 182(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: |
|
"Il-volum ta' esponiment kummerċjali għandu jkun ibbażat fuq l-importazzjonijiet b'rati preferenzjali espressi bħala perċentwal tal-livell totali ta' esponiment kummerċjali li jkun sostenibbli għas-setturi kkonċernati." |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tipproponi kriterju ġdid għall-applikazzjoni ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni previst fil-ftehim tad-WTO sabiex jiġu prevenuti jew newtralizzati l-effetti negattivi fuq is-suq tal-Unjoni li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22ac (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 184 – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22ac) Fl-Artikolu 184, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati b'mod li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati, billi jkun applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita tagħhom jew metodu adatt ieħor: |
“2. Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati b'mod li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati, billi jkun applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita tagħhom jew metodu adatt ieħor: |
(a) metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġiku tat-tressiq ta' applikazzjonijiet (il-prinċipju "tal-ewwel jinqeda l-ewwel"); |
(a) metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġiku tat-tressiq ta' applikazzjonijiet (il-prinċipju "tal-ewwel jinqeda l-ewwel"); |
(b) metodu ta' distribuzzjoni fi proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta jkunu ppreżentati l-applikazzjonijiet (il-"metodu ta' eżami simultanju"); |
(b) metodu ta' distribuzzjoni fi proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta jkunu ppreżentati l-applikazzjonijiet (il-"metodu ta' eżami simultanju"); |
(c) metodu bbażat b'kont meħud ta' xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (il-"metodu tradizzjonali/ġodda"). |
(c) metodu bbażat b'kont meħud ta' xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (il-"metodu tradizzjonali/ġodda"). |
|
(d) metodu li jippermetti d-distribuzzjoni lil diversità ta' operaturi, fosthom billi jittieħed kont tal-istandards soċjali u ambjentali rilevanti, bħall-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, u ftehimiet ambjentali multilaterali li l-Unjoni hija parti minnhom". |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20180101)
Ġustifikazzjoni
Iż-żieda ta' dan il-metodu għandha tgħin biex il-kwoti tariffarji jiġu amministrati b'kont meħud ta' diversità ta' operaturi, aktar milli jiġu privileġġjati atturi akbar, u li l-istandards soċjali u ambjentali għandhom jiġu kkunsidrati fid-distribuzzjoni tal-kwoti tariffarji.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22ad (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 188a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22ad) Fil-Kapitolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 188a |
|
Importazzjoni ta' prodotti agrikoli u agroalimentari minn pajjiżi terzi |
|
Prodotti agrikoli u agroalimentari jistgħu jiġu importati minn pajjiżi terzi unikament jekk jikkonformaw mal-istandards u l-obbligi tal-produzzjoni konsistenti ma' dawk adottati, b'mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa, għall-istess prodotti maħsuda fl-Unjoni jew magħmula minn tali prodotti. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli ta' konformità applikabbli għall-operaturi fir-rigward tal-importazzjonijiet, filwaqt li jittieħed kont tal-ftehimiet reċiproċi ma' pajjiżi terzi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2)." |
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 189
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) L-Artikolu 189 huwa mħassar. |
imħassar |
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 206
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(26a) L-Artikolu 206 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 206 |
"Artikolu 206 |
Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' regoli tal-kompetizzjoni għall-agrikultura |
Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' regoli tal-kompetizzjoni għall-agrikultura |
Ħlief jekk ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, u skont l-Artikolu 42 TFUE, l-Artikoli 101 sa 106 TFUE u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom, bla ħsara għall-Artikoli 207 sa 210 ta' dan ir-Regolament, japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki kollha msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 TFUE li huma relatati mal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u mal-kummerċ tagħhom. |

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni f'kooperazzjoni mill-qrib. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u, sa fejn ikun possibbli, għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tippubblika linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, kif ukoll lill-impriżi. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tippubblika linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, kif ukoll lill-impriżi. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1308&from=FR)
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 207
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(26b) L-Artikolu 207 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 207 |
"Artikolu 207 |
Suq rilevanti |
Suq rilevanti |
Id-definizzjoni ta' suq rilevanti hija għodda sabiex jiġu identifikati u definiti l-konfini tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi, u għandha tinbena fuq żewġ elementi kumulattivi: |
Id-definizzjoni ta' suq rilevanti hija għodda sabiex jiġu identifikati u definiti l-konfini tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi, u għandha tinbena fuq żewġ elementi kumulattivi: |
(a) is-suq tal-prodott rilevanti: għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "suq tal-prodotti" jfisser is-suq li jinkludi l-prodotti kollha meqjusa bħala li jistgħu jinbidlu jew jistgħu jiġu sostitwiwti mill-konsumatur minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezz tagħhom u l-użu li huma maħsuba għalih; |
(a) is-suq tal-prodott rilevanti: għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "suq tal-prodotti" jfisser is-suq li jinkludi l-prodotti kollha meqjusa bħala li jistgħu jinbidlu jew jistgħu jiġu sostitwiti mill-klijent u mill-konsumatur minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezz tagħhom u l-użu li huma maħsuba għalih; |
(b) is-suq ġeografiku rilevanti: għall-finijiet ta' dan il-kapitolu "suq ġeografiku" jfisser is-suq li jinkludi fih iż-żona fejn dawk l-impriżi konċernati huma involuti fil-provvista jew domanda ta' prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma suffiċjentement omoġeni u li jistgħu jkunu distinti minn żoni tal-viċinat, b'mod partikolari minħabba li l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma notevolment differenti f'dawk iż-żoni. |
(b) is-suq ġeografiku rilevanti: għall-finijiet ta' dan il-kapitolu "suq ġeografiku" jfisser is-suq li jinkludi fih iż-żona fejn dawk l-impriżi konċernati huma involuti fil-provvista jew domanda ta' prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma suffiċjentement omoġeni u li jistgħu jkunu distinti minn żoni tal-viċinat, b'mod partikolari minħabba li l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma notevolment differenti f'dawk iż-żoni. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1308&from=FR)
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 208
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(26c) L-Artikolu 208 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 208 |
"Artikolu 208 |
Pożizzjoni dominanti |
Pożizzjoni dominanti |
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, "pożizzjoni dominanti" tfisser pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tkun tgawdi impriża li jippermettilha tipprevjeni li jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti billi tagħtiha s-setgħa li ġġib ruħha sa ċertu punt indipendentement mill-kompetituri, il-klijenti u finalment il-konsumaturi tagħha. |
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, "pożizzjoni dominanti" tfisser pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tkun tgawdi impriża li jippermettilha tipprevjeni li jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti billi tagħtiha s-setgħa li ġġib ruħha sa ċertu punt indipendentement mill-kompetituri, il-fornituri, il-klijenti u finalment il-konsumaturi tagħha. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1308&from=FR)
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 210
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(26d) L-Artikolu 210 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 210 |
"Artikolu 210 |
Ftehimiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti |
Ftehimiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti |
1. L-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta' dan ir-Regolament bil-għan li jitwettqu l-attivitajiet elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 157(1) u, għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-punt (c) tal-Artikolu 157(3) ta' dan ir-Regolament, u għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u tat-tabakk, fl-Artikolu 162 ta' dan ir-Regolament. |
1. L-Artikolu 101(1) tat-TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta' dan ir-Regolament li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 157(1) ta' dan ir-Regolament, u għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda u tat-tabakk, fl-Artikolu 162 ta' dan ir-Regolament. |
|
Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu ta dan il-paragrafu 1 għandhom japplikaw mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda deċiżjoni minn qabel għal dak il-għan. Madankollu, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta' dan ir-Regolament jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni opinjoni dwar il-kompatibbiltà ta' dawn il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 39 tat-TFUE. Il-Kummissjoni għandha tittratta talbiet għal opinjonijiet minnufih u għandha tibgħat lill-applikant l-opinjoni tagħha fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi talba kompleta. Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tibdel il-kontenut ta' opinjoni, b'mod partikolari jekk l-applikant ikun ipprovda informazzjoni impreċiża jew ikun għamel użu skorrett tal-opinjoni. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika sakemm: |
2. L-Artikolu 101(1) tat-TFUE m'għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157(1) ta' dan ir-Regolament li jirrigwardaw attivitajiet għajr l-objettivi elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 157(1), u, għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, iż-żebbuġ tal-mejda u t-tabakk, fl-Artikolu 162 ta' dan ir-Regolament, dment li: |
(a) il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija hemmhekk ikunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni; u |
(a) il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija hemmhekk ikunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni; u |
(b) fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni ma tkunx sabet li dawk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni. |

Fejn il-Kummissjoni ssib li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni, hija għandha tniżżel is-sejbiet tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). |
Fejn il-Kummissjoni ssib li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 2 huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni, hija għandha tniżżel is-sejbiet tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). |
3. Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma jgħaddi l-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. |
3. Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jidħlu fis-seħħ meta jkun għadda l-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. |
4. Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma għandhom fi kwalunkwe każ jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni jekk huma: |
4. Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma għandhom fi kwalunkwe każ ikunu inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni jekk huma: |
(a) jistgħu, bi kwalunkwe mod, iwasslu għall-qsim tas-swieq fl-Unjoni; |
(a) jistgħu, bi kwalunkwe mod, iwasslu għall-qsim tas-swieq fl-Unjoni; |
(b) jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq; |
(b) jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq; |
(c) jistgħu joħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li ma jkunux essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-PAK segwiti mill-attività tal-organizzazzjoni interprofessjonali; |
(c) jistgħu joħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li ma jkunux essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-PAK segwiti mill-attività tal-organizzazzjoni interprofessjonali; |
(d) jġibu magħhom l-iffissar ta' prezzijiet jew l-iffissar ta' kwoti; |
(d) iġibu magħhom l-obbligu li jiġu applikati prezz fiss jew volumi fissi; |
(e) jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni. |
(e) jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni. |
5. Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, għandha, mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tieħu deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101(1) TFUE japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma inkwistjoni. |
5. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew wara l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, dawk imsemmija fil-paragrafu 2 mhumiex issodisfati jew ma baqgħux jiġu ssodisfati, għandha, mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tieħu deċiżjoni li tiddikjara li fil-futur l-Artikolu 101(1) tat-TFUE japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma inkwistjoni. |
Dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni m'għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tkunx tat informazzjoni inkorretta jew tkun abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1. |
Dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni m'għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tkunx tat informazzjoni inkorretta jew tkun abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2. |
6. Fil-każ ta' ftehimiet pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madankollu, f'dak il-każ, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta' Stat Membru ieħor, toħroġ riżultat ta' inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin. |

7. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |
7. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 210a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26e) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 210a |
|
Inizjattivi vertikali għas-sostenibbiltà |
|
1. L-Artikolu 101(1) tat-TFUE m'għandux japplika għall-ftehimiet vertikali, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma relatati mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) li għandhom l-għan li japplikaw standards ambjentali, tas-saħħa tal-annimali jew tat-trattament xieraq tal-annimali li jkunu ogħla minn dawk obbligatorji skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, dment li l-vantaġġi għall-interess pubbliku li jġibu magħhom jissuperaw l-iżvantaġġi fir-rigward tal-konsumaturi u dment li dawn jimponu biss ir-restrizzjonijiet li jkunu indispensabbli biex jilħqu l-objettiv tagħhom. |
|
2. L-Artikolu 101(1) tat-TFUE m'għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 dment li: |
|
(a) il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija hemmhekk ikunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni; kif ukoll |
|
(b) fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni ma tkunx sabet li dawk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni. |
|
Fejn il-Kummissjoni ssib li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni, hija għandha tniżżel is-sejbiet tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3)." |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26f (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 214a
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(26f) L-Artikolu 214a huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 214a |
Artikolu 214a |
Pagamenti nazzjonali għal ċerti setturi fil-Finlandja |
Pagamenti nazzjonali għal ċerti setturi fil-Finlandja |
Soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għall-perijodu 2014-2020, il-Finlandja tista' tkompli tagħti għajnuna nazzjonali li kienet tat fl-2013 lill-produtturi fuq il-bażi tal-Artikolu 141 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994, sakemm: |
Soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għall-perijodu 2021-2027, il-Finlandja tista' tkompli tagħti l-għajnuna nazzjonali li tat lill-produtturi fl-2020 dment li: |
(a) l-ammont ta' għajnuna għad-dħul huwa digressiv tul il-perijodu kollu u fl-2020 ma jaqbiżx it-30 % tal-ammont mogħti fl-2013; u |
(a) l-ammont totali ta' għajnuna għad-dħul huwa digressiv tul il-perijodu kollu, u |
(b) qabel kwalunkwe rikors għal din il-possibbiltà, ikun sar użu sħiħ mill-iskemi ta' appoġġ taħt il-politika agrikola komuni għas-setturi kkonċernati. |
(b) qabel kwalunkwe rikors għal din il-possibbiltà, ikun sar użu sħiħ mill-iskemi ta' appoġġ taħt il-politika agrikola komuni għas-setturi kkonċernati. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-awtorizzazzjoni tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-awtorizzazzjoni tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229 ta' dan ir-Regolament. " |
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26g (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Parti IV – Kapitolu IIa (ġdid) – Artikolu 218a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26g) Fil-Parti IV, jiddaħħal il-Kapitolu u l-Artikolu li ġej: |
|
"Kapitolu IIa |
|
Trasparenza tas-swieq fil-prodotti agrikoli |
|
Artikolu 218a |
|
L-Osservatorju tal-UE tas-swieq agrikoli |
|
1. Sabiex ittejjeb it-trasparenza fi ħdan il-katina tal-provvista agroalimentari, tikkjarifika l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet pubbliċi kollha u tiffaċilita l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-iżviluppi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi osservatorju tal-UE tas-swieq agrikoli ("l-Osservatorju"). |
|
2. L-Osservatorju għandu jkopri, bħala minimu, is-setturi agrikoli li ġejjin kif definiti fl-Artikolu 1(1): |
|
(a) ċereali; |
|
(b) zokkor, pitravi taz-zokkor u kannamieli; |
|
(c) żejt taż-żebbuġa; |
|
(d) frott u ħxejjex; |
|
(e) inbid; |
|
(f) ħalib u prodotti tal-ħalib; |
|
(g) laħam taċ-ċanga u vitella; |
|
(h) laħam tal-majjal; |
|
(i) laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż; |
|
(j) laħam tat-tjur. |
|
3. L-Osservatorju għandu jiġbor id-data statistika u l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu prodotti analiżijiet u studji dwar: |
|
(a) il-produzzjoni u l-provvista; |
|
(b) il-mekkaniżmi ta' tfassil tal-prezzijiet, u, sa fejn ikun possibbli, il-marġini ta' profitt matul il-katina kollha tal-provvista agroalimentari fl-Unjoni u fl-Istati Membri; |
|
(c) ix-xejriet tal-prezzijiet u, sa fejn ikun possibbli, il-marġini ta' profitt fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel fl-Unjoni u fl-Istati Membri u fis-setturi agrikoli u agroalimentari kollha; |
|
(d) it-tbassir dwar l-iżviluppi tas-suq, fuq żmien qasir u medju |
|
(e) ix-xejriet fl-importazzjonijiet u fl-esportazzjonijiet ta' prodotti agrikoli, b'mod partikolari l-issodisfar tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli fit-territorju tal-Unjoni. |
|
L-Osservatorju għandu jipproduċi rapporti annwali li jinkludu l-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu u għandu jibgħathom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
4. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 mill-intrapriżi li jipproċessaw prodotti agrikoli jew operaturi oħra attivi fil-kummerċ fil-prodotti agrikoli, u għandhom jibagħtuha lill-Osservatorju. |
|
Dik l-informazzjoni għandha titqies li hi kunfidenzjali u l-Osservatorju għandu jiżgura li l-prezzijiet jew l-ismijiet speċifiċi ta' operaturi ekonomiċi individwali ma jiġux ippubblikati. |
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex timplimenta sistema ta' notifika u rapporti sabiex tapplika dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2)." |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26h (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 218b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26h) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 218b |
|
Mekkaniżmu ta' twissija bikrija għat-tfixkil fis-suq u limiti ta' twissija |
|
1. L-Osservatorju għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija bikrija u limiti ta' twissija u għandu jinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jinqabeż il-limitu ta' twissija rilevanti, dwar theddid ta' tfixkil fis-suq ikkawżat, b'mod partikolari, minn żidiet jew tnaqqisiet sinifikanti fil-prezz fis-swieq interni jew esterni jew b'avvenimenti jew ċirkostanzi oħra b'effetti simili. |
|
Il-limiti ta' twissija għandhom jiġu stabbiliti: |
|
(a) meta l-prezz medju tas-suq ippeżat ikun anqas minn [XX%] tal-prezz medju għal [X] ġimgħat konsekuttivi wara li jiġu eliminati l-ogħla referenzi u l-aktar referenzi baxxi għall-prezzijiet ta' kull ġimgħa jew [X] xhur konsekuttivi għall-prezz ta' kull xahar. |
|
(b) meta l-prezz medju tas-suq ippeżat ikun aktar minn [XX%] tal-prezz medju għal [X] ġimgħat konsekuttivi wara li jiġu eliminati l-ogħla referenzi u l-aktar referenzi baxxi għall-prezzijiet ta' kull ġimgħa jew [X] xhur konsekuttivi għall-prezz ta' kull xahar. |
|
Il-Kummissjoni għandha, f'perijodu massimu ta' 30 jum mid-data tan-notifika tal-Osservatorju, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill is-sitwazzjoni tas-suq għall-prodott ikkonċernat, il-kawżi tat-tfixkil fis-suq u, fejn xieraq, il-miżuri possibbli li għandhom jittieħdu, b'mod partikolari dawk previsti fil-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II ta' dan ir-Regolament, u/jew l-Artikoli 219, 219a, 220, 221 u 222 jew tagħti raġunijiet għaliex ma ħaditx tali miżuri." |
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26i (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 219
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(26i) L-Artikolu 219 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 219 |
"Artikolu 219 |
Miżuri kontra t-tfixkil fis-suq |
Miżuri kontra t-tfixkil fis-suq u għall-ġestjoni tat-tfixkil fis-suq |
1. Sabiex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra t-theddid ta' tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fi swieq interni u esterni jew avvenimenti u ċirkostanzi oħrajn li jfixklu jew jheddu li jfixklu s-suq b'mod sinifikanti, fejn dik is-sitwazzjoni jew l-effetti tagħha fuq is-suq x'aktarx ser tkompli jew issir agħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti f'konformità mal-Artikolu 227 biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li jiġi rrispettat kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE u sakemm kwalunkwe miżura oħra disponibbli taħt dan ir-Regolament tidher li tkun insuffiċjenti. |
1. Sabiex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra t-theddid ta' tfixkil fis-suq ikkawżat minn żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fi swieq interni u esterni jew avvenimenti u ċirkostanzi oħrajn li jfixklu jew jheddu li jfixklu s-suq b'mod sinifikanti, fejn dik is-sitwazzjoni jew l-effetti tagħha fuq is-suq x'aktarx ser tkompli jew issir agħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti f'konformità mal-Artikolu 227 biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li jiġi rrispettat kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE. |
Fejn fil-każijiet ta' theddid ta' tfixkil fis-swieq imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' urġenza li jesiġu hekk, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 228 għal atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. |
Fejn fil-każijiet ta' theddid ta' tfixkil fis-suq imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' urġenza li jesiġu hekk, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 228 għal atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. |
Dawn ir-raġunijiet tant importanti ta' urġenza jistgħu jinkludu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi indirizzat jew evitat tfixkil fis-suq, fejn it-theddid ta' tfixkil fis-suq tant isir malajr jew b'mod mhux mistenni li azzjoni immedjata tista' tkun meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b'mod effiċjenti u effettiv, jew fejn azzjoni tipprevjeni tali theddid ta' tfixkil fis-suq milli jimmaterjalizza, ikompli jew milli jinbidel fi tfixkil aktar serju jew imtawwal, jew fejn id-dewmien ta' azzjoni immedjata jhedded li jikkawża jew jaggrava t-tfixkil jew iżid il-limitu tal-miżuri li aktar tard ikunu meħtieġa biex it-theddid jew it-tfixkil jiġi indirizzat, jew li jkun ta' ħsara għall-kondizzjonijiet tal-produzzjoni jew tas-suq. |
Dawn ir-raġunijiet tant importanti ta' urġenza jistgħu jinkludu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi indirizzat jew evitat tfixkil fis-suq, fejn it-theddid ta' tfixkil fis-suq tant isir malajr jew b'mod mhux mistenni li azzjoni immedjata tista' tkun meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b'mod effiċjenti u effettiv, jew fejn azzjoni tipprevjeni tali theddid ta' tfixkil fis-suq milli jimmaterjalizza, ikompli jew milli jinbidel fi tfixkil aktar serju jew imtawwal, jew fejn id-dewmien ta' azzjoni immedjata jhedded li jikkawża jew jaggrava t-tfixkil jew iżid il-limitu tal-miżuri li aktar tard ikunu meħtieġa biex it-theddid jew it-tfixkil jiġi indirizzat, jew li jkun ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew tas-suq. |
Biex jiġi indirizzat it-tfixkil tas-suq jew it-theddida tiegħu, dawn il-miżuri jistgħu, sa fejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta' applikazzjoni, it-tul ta' żmien jew aspetti oħra ta' miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, jew jipprovdu għal rifużjonijiet tal-esportazzjoni, jew jissospendu dazji ta' importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perijodi skont il-ħtieġa. |
Biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq jew it-theddida tiegħu, dawn il-miżuri jistgħu, sa fejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta' applikazzjoni, it-tul ta' żmien jew aspetti oħra ta' miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, u miżuri oħra previsti fl-Artikoli 39 sa 63 tal-Kapitolu III tar-Regolament dwar il-"Pjanijiet Strateġiċi" jew isaħħu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet, jew jissospendu jew jaġġustaw id-dazji fuq l-importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perijodi skont il-ħtieġa. Dawn jistgħu jikkonċernaw ukoll l-adattament tal-iskema tad-dħul għall-frott u l-ħaxix billi jinfetħu konsultazzjonijiet mal-pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-Unjoni. |
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I. |
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I. |
Madankollu, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati f'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 228, tiddeċiedi li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I. |

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulawir-regoli proċedurali u kriterji tekniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli proċedurali u kriterji tekniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1308&from=FR)
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26j (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 219a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26j) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 219a |
|
Skema ta' Tnaqqis tal-Volum |
|
1. Fil-każ ta' żbilanċi serji fis-suq u fejn it-tekniki tal-produzzjoni jippermettu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tagħti għajnuna lil produtturi f'settur speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(2) li, tul perijodu ta' żmien definit, għandhom inaqqsu il-konsenji tagħhom meta mqabbla mal-istess perijodu tas-sena preċedenti. |
|
Sabiex jiġi żgurat li dik l-iskema tiġi implimentata b'mod effettiv u xieraq, dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu: |
|
(a) il-volum jew il-kwantità massimi totali ta' konsenja li għandha titnaqqas fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tal-iskema ta' tnaqqis; |
|
(b) it-tul tal-perijodu ta' tnaqqis u, jekk ikun hemm bżonn, l-estensjoni tagħha; |
|
(c) l-ammont ta' għajnuna skont il-volum jew il-kwantità mnaqqsa u l-arranġamenti ta' finanzjament tagħha; |
|
(d) il-kriterji sabiex l-applikanti jkunu eliġibbli għall-għajnuna u sabiex l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ammissibbli; |
|
(e) il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' din l-iskema. |
|
2. L-għajnuna għandha tingħata fuq il-prinċipju ta' applikazzjoni mill-produtturi sottomessa fi ħdan l-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-produtturi, permezz tal-metodu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għat-tnaqqis jitressqu, f'isem il-produtturi, minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti jew minn kooperattivi stabbiliti skont id-dritt nazzjonali u/jew minn produtturi individwali. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna tintbagħat kollha lil produtturi li fil-fatt ikunu naqqsu l-konsenja tagħhom. |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26k (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 219b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26k) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 219b |
|
Miżuri biex tiġi stabbilizzata l-produzzjoni f'perjodi ta' tfixkil serju fis-suq |
|
1. Meta l-Kummissjoni tkun adottat atti delegati skont l-Artikolu 219a, fl-eventwalità li l-iżbilanċi serji fis-suq x'aktarx ikomplu jew imorru għall-agħar, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 li jissupplimentaw dan ir-Regolament bil-għan li tissupplimenta l-miżuri skont l-Artikolu 219a billi timponi imposta fuq il-produtturi kollha f'settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), li jżidu l-konsenji tagħhom meta mqabbla mal-istess perijodu tas-sena preċedenti: |
|
(a) matul l-istess perijodu ddefinit fl-Artikolu 219a għal raġunijiet imperattivi ġġustifikati kif xieraq; |
|
(b) matul perijodu ġdid ta' tnaqqis, jekk il-parteċipazzjoni tal-produtturi skont l-Artikolu 219a ma kinitx suffiċjenti biex tibbilanċja s-suq mill-ġdid; |
|
2. Meta tiskatta l-miżura msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżvilupp tal-ispejjeż tal-produzzjoni, b'mod partikolari l-ispejjeż tal-inputs. |
|
3. Sabiex tiżgura li l-iskema tiġi implimentata b'mod effettiv u xieraq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, f'konformità mal-Artikolu 227, atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament li jistabbilixxu: |
|
(a) l-ammont u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-imposta fuq il-produtturi li jżidu il-volumi jew il-kwantità tagħhom matul il-perijodu ta' tnaqqis; |
|
(b) il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni u l-komplementarjetà ta' din l-iskema mal-iskema għat-tnaqqis tal-volum tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 219a. |
|
4. Jekk ikun meħtieġ, dawk il-miżuri jistgħu jkunu akkumpanjati minn miżuri oħra skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari previsti fl-Artikolu 222. |
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26l (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Titolu V – Kapitolu I – Taqsima 4 – titolu
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(26l) Fit-Taqsima 4, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Ftehimiet u deċiżjonijiet matul perijodi ta' żbilanċ qawwi fis-swieq |
Ftehimiet u deċiżjonijiet biex jiġi prevenut it-tfixkil fis-suq u biex jiġi indirizzat żbilanċ qawwi fis-swieq |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26m (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 222
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(26m) L-Artikolu 222 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 222 |
Artikolu 222 |
L-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE |
L-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE |
1. Matul perijodi ta' żbilanċ qawwi fis-swieq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw li l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet u deċiżjonijiet ta' bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmijin fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, dment li tali ftehimiet u deċiżjonijiet ma jfixklux il-funzjonament korrett tas-suq intern, ikunu strettament immirati sabiex jistabbilizzaw is-settur ikkonċernat u jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin: |
1. Biex jiġi prevenut it-tfixkil fis-suq u jiġi indirizzat żbilanċ qawwi fis-swieq, skont l-Artikolu 219, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw li l-Artikolu 101(1) tat-TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet u deċiżjonijiet ta' bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmijin fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, dment li tali ftehimiet u deċiżjonijiet ma jfixklux il-funzjonament korrett tas-suq intern, ikunu strettament immirati sabiex jistabilizzaw is-settur ikkonċernat u jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin, |
(a) l-irtirar mis-suq jew it-tqassim b'xejn tal-prodotti tagħhom; |
(a) l-irtirar mis-suq jew it-tqassim b'xejn tal-prodotti tagħhom; |
(b) it-trasformazzjoni u l-ipproċessar; |
(b) it-trasformazzjoni u l-ipproċessar; |
(c) il-ħżin minn operaturi privati; |
(c) il-ħżin minn operaturi privati; |
(d) miżuri konġunti ta' promozzjoni; |
(d) miżuri konġunti ta' promozzjoni; |
(e) ftehimiet dwar ir-rekwiżiti ta' kwalità; |
(e) ftehimiet dwar ir-rekwiżiti ta' kwalità; |
(f) ix-xiri konġunt tar-riżorsi meħtieġa sabiex jiġi miġġieled it-tixrid ta' pesti u mard fl-annimali u l-pjanti fl-Unjoni jew tar-riżorsi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-effetti tad-diżastri naturali fl-Unjoni; |

(g) l-ippjanar temporanju tal-produzzjoni, b'kont meħud tan-natura speċifika taċ-ċiklu tal-produzzjoni. |
(g) l-ippjanar temporanju tal-produzzjoni, b'kont meħud tan-natura speċifika taċ-ċiklu tal-produzzjoni. |
Fl-atti ta' implimentazzjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni sostantiv u ġeografiku ta' din id-deroga u, soġġett għall-paragrafu 3, il-perijodu li għalih tapplika d-deroga. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |

1a. Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet adottati b'konformità mal-paragrafu 1 minn organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti jistgħu jiġu estiżi b'konformità mal-Artikolu 164, u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru. L-estensjoni tar-regoli ma tistax taqbeż il-perijodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 3. |
3. Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi biss għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. |
3. Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi biss għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. |
Madankollu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet bħal dawn għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). |
Madankollu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet bħal dawn għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26n (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 223 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Dan it-test |
Emenda |
|
(26n) Fl-Artikolu 223(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
L-informazzjoni miksuba tista' tkun trasmessa lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u ssir disponibbli għalihom, u tista' ssir pubblika, soġġetta għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom, inklużi l-prezzijiet. |
"L-informazzjoni miksuba tista' tkun trasmessa lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet Ewropej tas-swieq finanzjarji u lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, u ssir disponibbli għalihom, u tista' ssir pubblika, soġġetta għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom, inklużi l-prezzijiet." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20180101)
Ġustifikazzjoni
Ir-reviżjoni tad-direttivi li jirregolaw is-swieq finanzjarji Ewropej timplika dmir għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet nazzjonali li jikkooperaw mal-awtoritajiet finanzjarji.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26o (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 223 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26o) Fl-Artikolu 223(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej: |
|
"Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' trasparenza tas-suq u b'rispett għall-kunfidenzjalità tan-negozju, il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, tadotta miżuri li jimponu li l-atturi tas-swieq li huma partikolarment ftit trasparenti jwettqu t-tranżazzjonijiet tagħhom permezz ta' pjattaforma elettronika tal-kummerċ." |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 223 jagħti poteri konsiderevoli lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza fis-swieq. B'mod simili għad-Direttiva EMIR Nru 648/2012 għas-swieq finanzjarji, ir-regolaturi tas-swieq agrikoli se jkollhom il-possibbiltà li jobbligaw li t-tranżazzjonijiet OTC opaki jitwettqu permezz ta' pjattaformi elettroniċi tal-kummerċ.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 225 – punti a sa d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Fl-Artikolu 225, jitħassru l-punti (a) sa (d); |
imħassar |
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 225
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(27a) L-Artikolu 225 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 225 |
Artikolu 225 |
Obbligu ta' rapportar lill-Kummissjoni |
Obbligu ta' rapportar lill-Kummissjoni |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: |
(a) kull tliet snin u għall-ewwel darba tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li jirrigwardaw is-settur tal-apikultura kif jinsabu fl-Artikoli 55, 56 u 57, inkluż dwar l-aħħar żviluppi dwar is-sistemi ta' identifikazzjoni tad-doqqajs; |
|
(b) sat-30 ta' Ġunju 2014 u sal-31 ta' Diċembru 2018 dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b'mod partikolari dwar il-funzjonament tal-Artikoli 148 sa 151, l-Artikolu 152(3) u l-Artikolu 157(3), li jivvaluta b'mod partikolari, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġati, b'rabta mal-objettiv ġenerali li tiġi sostnuta l-produzzjoni f'tali reġjuni, u li jkopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta' produzzjoni konġunta flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta. |
(b) kull erba' snin u għall-ewwel darba sat-30 ta' Ġunju 2022, dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b'mod partikolari dwar il-funzjonament tal-Artikoli 148 sa 151, l-Artikolu 161 u l-Artikolu 157, li jivvaluta b'mod partikolari, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġati, b'rabta mal-objettiv ġenerali li tiġi sostnuta l-produzzjoni f'tali reġjuni, u li jkopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta' produzzjoni konġunta flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta. |
(c) sal-31 ta' Diċembru 2014 dwar il-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskemi tal-iskejjel biex jinkludu ż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ għall-ikel; |
|
(d) sal-31 ta' Diċembru 2017 dwar l-applikazzjoni ta' regoli ta' kompetizzjoni fis-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dwar l-operat tal-Artikoli 209 u 210, u tal-Artikoli 169, 170 u 171 fis-setturi kkonċernati; |
(d) sal-31 ta' Diċembru 2021, u mbagħad darba kull tliet snin, dwar l-applikazzjoni ta' regoli ta' kompetizzjoni fis-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dwar l-operat tal-Artikoli 209 u 210, u tal-Artikolu 152; |
|
(da) Sat-30 ta' Ġunju 2021, dwar l-istrateġija tal-Kummissjoni biex tagħmel użu effettiv mid-dispożizzjonijiet li hemm fir-Regolament sabiex jiġu evitati u ġestiti l-kriżijiet tas-swieq agrikoli interni li jistgħu jinqalgħu bħala riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. |
|
(db) sal-31 ta' Diċembru 2021, dwar l-osservatorji tas-suq stabbiliti skont l-Artikolu 218a u r-risponsi tal-Kummissjoni għan-notifiki tagħhom u l-użu tal-għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet, b'mod partikolari skont l-Artikoli 219, 219a, 219b, 220, 221 u 222. |
|
(dc) sal-31 ta' Diċembru 2020, dwar il-potenzjal tat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex jiġu mmodernizzati r-relazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u l-kumpaniji, sabiex b'mod partikolari tiġi żgurata trasparenza akbar tas-swieq. |
(e) sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta' allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 23a(2); |
(e) sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta' allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 23a(2); |
(f) sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-impatt tat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) fuq l-effettività tal-iskema għall-iskejjel b'rabta mad-distribuzzjoni ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel. |
(f) sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-impatt tat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) fuq l-effettività tal-iskema għall-iskejjel b'rabta mad-distribuzzjoni ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness I – parti IX – tabella 1– ringiela 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Fil-Parti IX tal-Anness I, tiddaħħal ir-ringiela ġdida li ġejja fit-tabella wara l-linja "ex 07 09": |
|
"0709 60 99 |
|
Bżar ieħor (Felfel - Bżar veġetarjan) " |
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness I – parti XXIIIa (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28b) Fl-Anness I, tiddaħħal il-parti li ġejja: |
|
"Parti XXXIIIa |
|
Prodotti tal-ġenetika tal-annimali |
|
01012100 - Żwiemel ta' razza pura għat-trobbija |
|
010221 - Bovini domestiċi ta' razza pura għat-trobbija |
|
01022110 - Bovini domestiċi ta' razza pura għat-trobbija (erħiet) |
|
01022190 - Bovini domestiċi ta' razza pura għat-trobbija (li mhumiex 01012110 jew 01012130) |
|
01023100 - Buflu ta' razza pura għat-trobbija |
|
01029020 - Annimali bovini ħajjin ta' razza pura għat-trobbija, li mhumiex 010221 jew 01023100 |
|
01031000 - Majjal ħaj ta' razza pura għat-trobbija |
|
01041010 - Nagħaġ ħaj ta' razza pura għat-trobbija |
|
01051111 - Tjur tal-ispeċi Gallus domesticus: Flieles nisa nanniet u ġenituri, irjus għall-bajd |
|
01051119 - Tjur tal-ispeċi Gallus domesticus: Flieles nisa nanniet u ġenituri li mhumiex 01051111 |
|
04071100 - Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni, mit-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus |
|
040719 - Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni li mhuwiex 04071100 |
|
04071911 - Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni mid-dundjani jew il-wiżż |
|
04071919 - Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni, mit-tjur li mhumiex tal-ispeċi Gallus domesticus u li mhumiex dundjani jew wiżż |
|
04071990 - Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni li mhuwiex mit-tjur |
|
05111000 - Semen bovin |
|
05119985 - Prodotti tal-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, li mhumiex 05111000 (inklużi s-semen tal-mammiferi li mhuwiex semen bovin, il-bajd tal-mammiferi u l-embrijuni tal-mammiferi)" |
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness II, Parti IX:
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(29a) Il-Parti IX tal-Anness II tiġi sostitwita b'dan li ġej: |
1. "Għasel" għandha tinftiehem bħala għasel skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE inkluż fir-rigward tat-tipi ewlenin ta' għasel. |
"1. "Għasel" għandha tinftiehem bħala għasel skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE inkluż fir-rigward tat-tipi ewlenin ta' għasel. |
2. "Prodotti tal-apikultura" tfisser għasel, xema' tan-naħal, ħalib tan-naħal, żaftura jew għabra tad-dakra. |
2. "Prodotti tal-apikultura" tfisser għasel, xema' tan-naħal, ħalib tan-naħal, żaftura jew għabra tad-dakra. |
|
" (2a) "Xama' tan-naħal" tfisser sustanza ffurmata biss mit-tnixxija tal-glandoli tax-xama' tan-naħal min-naħal ħaddiema nisa tal-ispeċi Apis mellifera, u użata fil-kostruzzjoni tal-bejta tan-naħal; |
|
(2b) "Ħalib tan-naħal" tfisser it-taħlita tat-tnixxija mill-glandoli ipofarinġali u mandibulari tan-naħal min-naħal ħaddiema nisa, ħielsa minn kwalunkwe addittiv. Din is-sustanza hija l-ikel tar-reġini tan-naħal larvali u adulti. Dan huwa prodott frisk, pur, naturali u mhux ittrattat. Dan huwa ikel nej u naturali, li mhuwiex ipproċessat (ħlief li jiġi ffiltrat) u ħieles mill-addittivi. Il-kulur, it-togħma u l-kompożizzjoni kimika tal-ħalib tan-naħal huma ddeterminati mill-assorbiment u t-trasformazzjoni tan-naħal li jingħalfu żewġ tipi tal-ikel li ġej matul il-perijodu tal-produzzjoni tal-ħalib tan-naħal: |
|
Tip 1: ħalib min-naħal li jingħalfu biss għasel, nektar u għabra tad-dakra; |
|
Tip 2: ħalib min-naħal li jingħalfu għasel, nektar u għabra tad-dakra u ikel ieħor (proteini, karboidrati). |
|
(2c) "Żaftura" tfisser reżina esklussivament ta' oriġini naturali u mill-pjanti, miġbura min-naħal ħaddiema nisa tal-ispeċi Apis Mellifera fuq ċerti sorsi ta' pjanti, u li magħhom tiżdied it-tnixxija tagħhom stess (prinċipalment xama' u tnixxija tar-rieq). Din ir-reżina tintuża prinċipalment bħala protezzjoni għad-doqqajs; |
|
(2d) "Gerbub tal-għabra tad-dakra (gerbub)" tfisser ħbub akkumulati tal-għabra tad-dakra miġbur min-naħal ħaddiema nisa tal-ispeċi Apis Meliffera, kompattati mis-saqajn tagħhom ta' wara permezz ta' għasel u/jew ta' nektar u bit-tnixxija tan-naħal. Is-sors ta' proteina għall-kolonja, il-prodott hu naturali, ħieles minn addittivi u maħżun fid-daħla tad-doqqajs; |
|
(2e) "għabra tad-dakra tan-naħal" jew "ħobż tan-naħal" tfisser ħbub tat-trab tad-dakra li jinksew fiċ-ċelloli tax-xehda tan-naħal min-naħal u li jgħaddu minn trattament naturali li jwassal għall-preżenza ta' enżimi u mikrobijota kommensali. Jintuża minn naħal li jitma' biex jitimgħu lill-larva. Ma jistax ikollha xi addittiv ħlief xama' miċ-ċelloli tax-xehda; |
|
(2f) "Velenu tan-naħal" tfisser it-tnixxija tal-glandola tal-velenu tan-naħla ħaddiema li n-naħal jużaw biex jiddefendu lilhom infushom kontra l-attakkanti tad-doqqajs. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30 – punt b
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness III – parti B – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Fil-Parti B, titħassar it-Taqsima I; |
imħassar |
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – parti I – titolu
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(31a) Fil-Parti I tal-Anness VII, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
PARTI I |
"PARTI I |
Laħam ta' annimali tal-ifrat ta' anqas minn 12-il xahar |
Laħam ta' annimali tal-ifrat u tan-nagħaġ ta' anqas minn 12-il xahar" |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR)
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – parti I – taqsima II
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(31b) Fil-Parti I tal-Anness VII, it-Taqsima II hija sostitwita b'dan li ġej: |
II. Klassifikazzjoni ta' annimali tal-ifrat ta' anqas minn 12-il xahar fil-biċċerija |
"II. Klassifikazzjoni ta' annimali tal-ifrat u tan-nagħaġ ta' anqas minn 12-il xahar fil-biċċerija |
Malli jinqatlu, l-annimali tal-ifrat kollha ta' anqas minn 12-il xahar għandhom jiġu kklassifikati mill-operaturi, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, f'waħda miż-żewġ kategoriji li ġejjin: |

(A) Kategorija V: annimali tal-ifrat ta' anqas minn 8 xhur |
(A) Kategorija V: annimali tal-ifrat ta' anqas minn 8 xhur |
Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V; |
Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V; |
(B) Kategorija Z: annimali tal-ifrat ta' minn 8 xhur sa anqas minn 12-il xahar |
(B) Kategorija Z: annimali tal-ifrat ta' minn 8 xhur sa anqas minn 12-il xahar |
Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z. |
Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z. |
|
Malli jinqatlu, in-nagħaġ kollu ta' anqas minn 12-il xahar għandu jiġi kklassifikat mill-operaturi, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, fil-kategorija li ġejja: Kategorija A: karkassi ta' nagħaġ taħt l-età ta' 12-il xahar. |
|
Ittra A ta' identifikazzjoni tal-kategorija. |
Din il-klassifikazzjoni għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-passaport li jakkumpanja lill-annimali tal-ifrat, jew fin-nuqqas ta' dan, abbażi tad-data inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32. |
Din il-klassifikazzjoni għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-passaport li jakkumpanja lill-annimali tal-ifrat u lin-nagħaġ, jew fin-nuqqas ta' dan, abbażi tad-data inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32. |
|
Il-kundizzjonijiet imsemmija f'dan il-punt m'għandhomx japplikaw għal-laħam ta' annimali tal-ifrat li għalihom tkun ġiet irreġistrata denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012, qabel id-29 ta' Ġunju 2007. |
__________________ |
__________________ |
32 Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1). |
32 Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=EN)
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti I – taqsima III – punt 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31c) Fit-Taqsima III tal-Parti I tal-Anness VII, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
"(1a). Il-laħam tan-nagħaġ ta' anqas minn 12-il xahar għandu jitqiegħed biss fis-suq tal-Istati Membri bid-deskrizzjoni(jiet) li ġejjin stabbiliti għal kull Stat Membru: |
|
Pajjiż ta' kummerċjalizzazzjoni; |
|
Deskrizzjonijiet ta' bejgħ li għandhom jintużaw ħaruf." |
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – parti I – taqsima III – punt 3
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(31d) Fit-Taqsima III tal-Part I tal-Anness VII, il-Punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. Id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ elenkati għall-kategorija V fil-punt A tat-tabella murija fil- paragrafu 1 u kwalunkwe isem ġdid derivat minn dawk id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ għandhom jintużaw biss jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness ikunu ssodisfatti. |
"3. Id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ elenkati għall-kategorija V annimali tal-ifrat u għall-kategorija A nagħaġ fil-punt A tat-tabella murija fil- paragrafu 1 u kwalunkwe isem ġdid derivat minn dawk id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ għandhom jintużaw biss jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness ikunu ssodisfatti. |
B'mod partikolari t-termini "veau", "telecí", "Kalb", "μοσχάρι", "ternera", "kalv", "veal", "vitello", "vitella", "kalf", "vitela" u "teletina" ma għandhomx jintużaw f'deskrizzjoni ta' bejgħ jew jiġu indikati fuq it-tikketta li titwaħħal għal annimali tal-ifrat ta' aktar minn 12-il xahar. |

Bl-istess mod, it-terminu "ħaruf" m'għandux jintuża f'deskrizzjoni ta' bejgħ jew jiġi indikat fuq it-tikketta li titwaħħal għal-laħam tan-nagħaġ ta' aktar minn 12-il xahar. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR#E0041)
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – parti Ia (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31e) Fl-Anness VII, tiddaħħal il-parti li ġejja: |
|
"PARTI Ia |
|
Laħam, prodotti tal-laħam u preparati tal-laħam |
|
Għall-finijiet ta' din il-Parti ta' dan l-Anness, "laħam" tfisser il-partijiet tal-annimali li jistgħu jittieklu kif imsemmi fil-punti 1.2 sa 1.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, inkluż id-demm. |
|
It-termini u l-ismijiet relatati mal-laħam li jaqgħu taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u li attwalment jintużaw għal-laħam u għal qatgħat tal-laħam għandhom jiġu riżervati esklussivament għall-partijiet tal-annimali li jistgħu jittieklu. |
|
"Preparati tal-laħam" tfisser laħam frisk, inkluż laħam mqatta' biċċiet żgħar, li miegħu żdied ikel ieħor, ħwawar, jew addittivi jew li jkun għadda minn proċessi li ma jbiddlux biżżejjed l-istruttura interna tal-fibri tal-muskoli tal-laħam biex jiġu eliminati l-karatteristiċi ta' laħam frisk. |
|
"Prodotti tal-laħam" tfisser prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' laħam jew mill-ipproċessar ulterjuri ta' prodotti pproċessati bħal-dawn, ħalli l-wiċċ maqtugħ ma jkunx juri iktar il-karatteristiċi ta' laħam frisk. |
|
L-ismijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u li attwalment jintużaw għall-prodotti tal-laħam u għall-preparati tal-laħam għandhom jiġu riżervati esklussivament għall-prodotti li fihom il-laħam. Dawn id-denominazzjonijiet jinkludu, pereżempju: |
|
- Stejk |
|
- Zalzett |
|
- Skaloppina |
|
- Burger |
|
- Hamburger |
|
Il-prodotti u l-qatgħat tat-tjur iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 543/2008, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur għandhom jiġu riżervati esklussivament għall-partijiet tal-annimali li jistgħu jittieklu u għall-prodotti li fihom laħam tat-tjur." |
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 18 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) It-terminu "dealkoħolizzat" jista' jintuża flimkien mal-isem tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9, meta l-prodott: |
(18) Inbid "dealkoħolizzat" jew "dealkoħolizzat" (segwit mill-isem tal-kategorija tal-prodotti tad-dielja użat għall-produzzjoni tiegħu)" tfisser prodott li: |
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 18 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u |
(b) sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u |
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 19 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) It-terminu "parzjalment dealkoħolizzat" jista' jintuża flimkien mal-isem tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9, meta l-prodott: |
(19) "Inbid parzjalment dealkoħolizzat" jew "(l-isem tal-kategorija tal-prodotti tad-dielja użat għall-produzzjoni tiegħu, segwit minn) "parzjalment dealkoħolizzat/a" tfisser il-prodott li: |
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – parti II – punt 19 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u |
(b) sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u |
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 19 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ikollu qawwa alkoħolika totali ta' aktar minn 0,5 % tal-volum u wara l-proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII, il-qawwa alkoħolika totali tiegħu titnaqqas b'iktar minn 20 % tal-volum meta mqabbel mal-qawwa alkoħolika totali inizjali tiegħu.; |
(c) ikollu qawwa alkoħolika totali ta' anqas minn 8,5 % tal-volum u ta' aktar minn 0,5 % tal-volum u wara l-proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII, il-qawwa alkoħolika totali tiegħu titnaqqas b'iktar minn 20 % tal-volum meta mqabbel mal-qawwa alkoħolika totali inizjali tiegħu. |
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – parti III – punt 5
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(32a) Fil-Parti III tal-Anness VII, il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
5. Id-denominazzjonijiet imsemmija fil-punti 1, 2 u 3 ma jistgħu jintużaw għal ebda prodott għajr dawk imsemmija f'dak il-punt. |
"5. Id-denominazzjonijiet imsemmija fil-punti 1, 2 u 3 ma jistgħu jintużaw għal ebda prodott għajr dawk imsemmija f'dak il-punt. |
|
Dawk id-denominazzjonijiet għandhom jiġu protetti wkoll minn: |
|
(a) kull użu kummerċjali dirett jew indirett tad-denominazzjoni: |
|
(i) għal prodotti komparabbli jew prodotti ppreżentati bħala li jistgħu jiġu sostitwiti li ma jikkonformawx mad-definizzjoni korrispondenti; |
|
(ii) sa fejn tali użu jisfrutta r-reputazzjoni assoċjata mad-denominazzjoni; |
|
(b) kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk il-kompożizzjoni jew in-natura vera tal-prodott jew tas-servizz tkun indikata jew akkumpanjata minn espressjoni bħal "stil", "tip", "metodu", "kif maħdum fi", "imitazzjoni", "togħma", "sostitut", "bħal" jew simili; |
|
(c) kwalunkwe indikazzjoni jew prattika kummerċjali oħra li x'aktarx tiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tan-natura vera jew il-kompożizzjoni tal-prodott. |
Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għad-denominazzjoni ta' prodotti li n-natura eżatta tagħhom tkun ċara mill-użu tradizzjonali tagħhom u/jew meta d-denominazzjonijiet jintużaw b'mod ċar sabiex jiddeskrivu kwalità li tkun karatteristika tal-prodott. |
Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għad-denominazzjoni ta' prodotti li n-natura eżatta tagħhom tkun ċara mill-użu tradizzjonali tagħhom u/jew meta d-denominazzjonijiet jintużaw b'mod ċar sabiex jiddeskrivu kwalità li tkun karatteristika tal-prodott. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR#E0041)
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Appendiċi I – paragrafu 1 – punt 2 – punt g
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(32b) Fil-punt 2 tal-ewwel paragrafu tal-Appendiċi I tal-Anness VII, il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(g) fir-Rumanija, fiż-żona ta' Podișul Transilvaniei; |
"(g) fir-Rumanija, fir-reġjun tal-vitikultura ta' Podișul Transilvaniei" |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR)
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Appendiċi I – paragrafu 1 – punt 4 – punt f
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(32c) Fil-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Appendiċi I tal-Anness VII, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(f) fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: |
"(f) fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: |
Dealurile Buzăului, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun tal-inbid fin-Nofsinhar, inklużi reġjuni bir-ramel u reġjuni favorevoli oħra; |
Dealurile Buzăului, Munteniei u Olteniei, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun bir-ramel u artijiet favorevoli oħra fin-Nofsinhar tal-pajjiż; " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR)
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness X – punt XI – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(33a) Fil-punt XI tal-Anness X, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. Ftehimiet fil-kummerċ kif deskritti fil-punt 6 tat-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness II għandu jkun fihom klawżoli dwar l-arbitraġġ. |
"1. Ftehimiet fil-kummerċ kif deskritti fil-punt 6 tat-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness II għandu jkun fihom mekkaniżmi ta' konċiljazzjoni u/jew ta' medjazzjoni u klawżoli dwar l-arbitraġġ. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR)
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness X – punt XI – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33b) Fil-punt XI tal-Anness X, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"4a. Intrapriża taz-zokkor u l-bejjiegħa tal-pitravi kkonċernati jistgħu jaqblu fuq klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi l-klawżoli dwar il-bonuses u t-telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq jew suq komoditarju oħra tiġi allokata bejniethom. |
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness XI
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33c) L-Anness XI jitħassar. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR)
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness XII
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33d) L-Anness XII jitħassar. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR)
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness XIII
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33e) L-Anness XIII jitħassar. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20180101&from=FR)
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(-1) Fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(b) attributi li jżidu l-valur b'riżultat tal-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew tal-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom. |
"(b) attributi li jżidu l-valur b'riżultat tal-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew tal-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom u, fejn xieraq, tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1553162627344&uri=CELEX:32012R1151)
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
imħassar |
"(b) li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari, bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u fejn relevanti l-fatturi umani;"; |
|
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 5
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(2a) L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 5 |
"Artikolu 5 |
Rekwiżiti għal denominazzjonijiet tal-oriġin u indikazzjonijiet ġeografiċi |
Rekwiżiti għal denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi |
1. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, "denominazzjoni ta' oriġini" huwa isem li jidentifika prodott: |
1. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, "denominazzjoni ta' oriġini" huwa isem li jidentifika prodott: |
(a) li joriġina f'post speċifiku, f'reġjunjew, f'każijiet eċċezzjonali, f'pajjiż; |
(a) li joriġina f'post speċifiku, f'reġjun speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali, f'pajjiż speċifiku; |
(b) li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu; u |
(b) li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari, bil-fatturi naturali u umani tiegħu; |
(c) li l-fażijiet ta' produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika definita. |
(c) li l-fażijiet ta' produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika definita. |
2. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, "indikazzjoni ġeografika" huwa isem li jidentifika prodott: |
2. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, "indikazzjoni ġeografika" huwa isem li jidentifika prodott: |
(a) li joriġina f'post speċifiku, f'reġjun jew f'pajjiż; |
(a) li joriġina f'post speċifiku, f'reġjun speċifiku jew f'pajjiż speċifiku; |
(b) li l-kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikulari tiegħu tista' essenzjalment tiġi attribwita lill-oriġini ġeografika tiegħu; u |
(b) li l-kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikulari tiegħu tista' essenzjalment tiġi attribwita lill-oriġini ġeografika tiegħu; u |
(c) li jkollu għall-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita. |
(c) li jkollu għall-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita. |
3. Minkejja l-paragrafu 1, ċerti ismijiet għandhom jiġu ttrattati bħala denominazzjonijiet ta' oriġini anke jekk il-materja prima għall-prodotti kkonċernati tkun ġejja minn żona ġeografika li tkun ikbar miż-żona ġeografika ddefinita, jew li tkun differenti minnha, sakemm: |

(a) tkun iddefinita ż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima; |
(a) tkun iddefinita ż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima; |
(b) ikunu jeżistu kondizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima; |
(b) ikunu jeżistu kundizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima; |
(c) ikun hemm arranġamenti dwar kontrolli biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ikunu ġew irrispettati; u |
(c) ikun hemm arranġamenti dwar kontrolli biex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ikunu ġew irrispettati; u |
(d) id-denominazzjonijiet ta' oriġini kkonċernati kienu rikonoxxuti bħala denominazzjonijiet ta' oriġini fil-pajjiż tal-oriġini qabel l-1 ta' Mejju 2004. |
(d) id-denominazzjonijiet ta' oriġini kkonċernati kienu rikonoxxuti bħala denominazzjonijiet ta' oriġini fil-pajjiż tal-oriġini qabel l-1 ta' Mejju 2004. |
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jistgħu jitqiesu bħala materja prima annimali ħajjin, laħam u ħalib biss. |
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jistgħu jitqiesu bħala materja prima annimali ħajjin, laħam u ħalib biss. |
4. Sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku tal-produzzjoni ta' prodotti li ġejjin minn annimali, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tax-xiri ta' għalf fil-każ ta' denominazzjoni ta' oriġini. |

Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku ta' ċerti prodotti jew żoni, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tal-qtil ta' annimali ħajjin jew fir-rigward tax-xiri ta' materja prima. |

Dawn ir-restrizzjonijiet u d-derogi għandhom, abbażi ta' kriterji oġġettivi, jieħdu kont tal-kwalità jew l-użu u ta' kompetenza esperta rikonoxxuta jew fatturi naturali. |
Dawn ir-restrizzjonijiet u d-derogi għandhom, abbażi ta' kriterji oġġettivi, jieħdu kont tal-kwalità jew l-użu u ta' kompetenza esperta rikonoxxuta jew fatturi naturali. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&qid=1552998368854&from=MT)
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 6 – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(2b) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta' oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika fejn dan ikun f'konflitt ma' isem ta' varjetà ta' pjanti jew ta' razza ta' annimali u x'aktarx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott. |
“2. Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta' oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika fejn dan ikun f'konflitt ma' isem ta' varjetà ta' pjanta jew ta' razza ta' annimal u x'aktarx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott jew joħloq konfużjoni bejn prodotti bid-denominazzjoni reġistrata u l-varjetà jew razza inkwistjoni. |
|
Dan għandu jqis dan li ġej: |
|
(a) l-użu reali tal-isem tal-varjetà ta' pjanta jew tar-razza ta' annimal fid-deskrizzjoni tal-bejgħ; |
|
(b) kwalunkwe duplikazzjoni ta' ismijiet li tista' tirriżulta mir-reġistrazzjoni; |
|
(c) l-estensjoni tal-użu tal-varjetà tal-pjanta jew tar-razza tal-annimal barra miż-żona ta' oriġini tagħha." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&from=en)
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tfittex li tistabbilixxi b'mod ċar il-metodi għar-reġistrazzjoni ta' DPO/IĠP meta l-isem ikun f'kunflitt mar-razza u/jew il-varjetà, minflok ma sempliċiment tiddependi fuq il-prinċipju li l-konsumaturi ma jkunux żgwidati dwar l-oriġini vera tal-prodott. Din il-proposta hija konformi mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni 1898/2006 għal dak li qabel kien ir-Regolament Nru 510/2006.
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, il-punt (d) jitħassar; |
imħassar |
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 7
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3a) L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 7 |
"Artikolu 7 |
Speċifikazzjoni tal-prodott |
Speċifikazzjoni tal-prodott |
1. Denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tkun konformi ma' speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas: |
1. Denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tkun konformi ma' speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas: |
(a) l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita; |

(b) deskrizzjoni tal-prodott, inkluża materja prima, jekk ikun opportun, kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tal-prodott; |
(b) deskrizzjoni tal-prodott, inkluża materja prima, jekk ikun opportun, kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tal-prodott; |
(c) id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) ta' dan il-paragrafu, u, fejn ikun opportun, id-dettalji li jindikaw konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3); |

(d) evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 5(1) jew (2); |
(d) evidenza tat-traċċabbiltà li tagħti prova li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2); |
(e) deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi; |
(e) deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, il-kontribut tiegħu għall-iżvilupp sostenibbli, il-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi; |
(f) dettalji li jistabbilixxu dan li ġej: |
(f) dettalji li jistabbilixxu dan li ġej: |
(i) ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); jew |
(i) fir-rigward tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta, ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); id-dettalji dwar il-fatturi umani ta' dak l-ambjent ġeografiku jistgħu, fejn rilevanti, ikunu limitati għal deskrizzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tal-pajsaġġ, prattiki ta' kultivazzjoni jew kontribut uman ieħor rilevanti għall-manteniment tal-fatturi naturali tal-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); |
(ii) fejn ikun oppoprtun, ir-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2); |
(ii) fir-rigward ta' indikazzjoni ġeografika protetta, ir-rabta bejn kwalità determinata, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott, u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2); |
(g) l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, l-isem u l-indirizz tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 37 u l-kompiti speċifiċi tagħhom; |

(h) kwalunkwe regola ta' ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat. |
(h) kwalunkwe regola ta' ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat. |
2. Biex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 56 li jistipulaw regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex ikunu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni. |

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&qid=1552998368854&from=MT)
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(4a) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti ta' pajjiżi terzi li huma protetti fl-Unjoni taħt ftehim internazzjonali li għalih l-Unjoni tkun Parti Kontraenti jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru. Sakemm ma jkunux identifikati b'mod speċifiku fit-tali ftehim bħala denominazzjonijiet ta' oriġini protetti taħt dan ir-Regolament, tali ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. |
"2. L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti ta' pajjiżi terzi li huma protetti fl-Unjoni taħt ftehim internazzjonali li għalih l-Unjoni tkun Parti Kontraenti jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru jekk il-ftehim jipprevedi dan. Sakemm ma jkunux identifikati b'mod speċifiku fit-tali ftehim bħala denominazzjonijiet ta' oriġini protetti taħt dan ir-Regolament, tali ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&qid=1553006931263&from=MT)
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 12
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(4b) L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 12 |
"Artikolu 12 |
Ismijiet, simboli u indikazzjonijiet |
Ismijiet, simboli u indikazzjonijiet |
1. Id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti. |

2. Għandhom jiġu stabbiliti simboli tal-Unjoni maħsubin biex jippubbliċizzaw denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. |
2. Għandhom jiġu stabbiliti simboli tal-Unjoni maħsubin biex jippubbliċizzaw denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. |
3. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom għandhom jidhru fuq it-tikketta. Barra minn hekk, l-isem irreġistrat tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta' viżjoni. L-indikazzjonijiet "denominazzjoni ta' oriġini protetta" jew "indikazzjoni ġeografika protetta" jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti "DOP" jew "IĠP" jistgħu jidhru fuq it-tikketta. |
3. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom għandhom jidhru fuq it-tikketta, il-materjal ta' riklamar u d-dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, l-isem irreġistrat tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta' viżjoni u f'post prominenti, sabiex ikun jidher faċilment, jinqara b'mod ċar u, jekk applikabbli, ma jitħassarx. Ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun moħbi, oskurat, jew interrott minn xi element ieħor miktub jew fil-forma ta' stampa jew minn kwalunkwe dokument intermedjarju ieħor. L-indikazzjonijiet "denominazzjoni ta' oriġini protetta" jew "indikazzjoni ġeografika protetta" jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti "DOP" jew "IĠP" jistgħu jidhru fuq it-tikketta. |
4. Barra minn hekk, dan li ġej jista' jidher ukoll fuq it-tikketta: xbihat taż-żona ġeografika tal-oriġini, kif imsemmija fl-Artikolu 5, u test, grafika jew simboli li jirreferu għall-Istat Membru u/jew ir-reġjun li fih tinsab dik iż-żona ġeografika tal-oriġini. |

5. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, il-marki ġeografiċi kollettivi msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/95/KE jistgħu jintużaw fuq it-tikketti, flimkien mad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta. |

6. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi, li jiġu kkummerċjalizzati taħt isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom jistgħu jidhru fuq it-tikketta. |
6. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi, li jiġu kkummerċjalizzati taħt isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom jistgħu jidhru fuq it-tikketta. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi protetti minn ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti tiegħu u li mhumiex ikkummerċjalizzati taħt isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom m'għandhomx jidhru fuq it-tikketta. |
7. Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni adatta, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu s-simboli tal-Unjoni. |

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi r-regoli dwar il-verżjonijiet lingwistiċi adatti li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi r-regoli dwar il-verżjonijiet lingwistiċi adatti li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&qid=1553006931263&from=MT)
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 13 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: |
imħassar |
"4. Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll fir-rigward ta' merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta' merkanzija mibjugħa permezz tal-kummerċ elettroniku.; ’ |
|
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 13
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 13 |
"Artikolu 13 |
Protezzjoni |
Protezzjoni |
1. L-ismijiet irreġistrati għandhom ikunu protetti kontra: |
1. L-ismijiet irreġistrati għandhom ikunu protetti kontra: |
(a) kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem irreġistrat fir-rigward ta' prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż f'każijiet meta dawn il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti; |
(a) kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem irreġistrat fir-rigward ta' prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta r-reputazzjoni, idgħajjef jew jiddilwixxi l-isem protett, inkluż f'każijiet meta dawn il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti; |
(b) kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew tas-servizzi hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat b'espressjoni bħal "stil", "tip", "metodu", "kif prodott fi", "imitazzjoni" jew xi espressjoni simili, inkluż il-każ meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent; |

(c) kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li tintuża fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta' riklamar jew fuq dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f'kontenitur li jista' jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu; |

(d) kwalunkwe prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott. |
(d) kwalunkwe prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott. |
|
(da) kwalunkwe reġistrazzjoni, in mala fede, ta' isem ta' dominju simili jew li tista' tikkawża konfużjoni, għalkollox jew parzjalment, ma' isem protett. |
Fejn denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta jkollha fiha l-isem ta' prodott li jitqies bħala ġeneriku, l-użu ta' dak l-isem ġeneriku m'għandux jitqies bħala użu li jmur kontra l-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu. |

2. Id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi. |
2. Id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi. |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji adatti biex jimpedixxu jew iwaqqfu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li huma prodotti jew kummerċjalizzati f'dak l-Istat Membru. |

3a. Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tapplika wkoll għal merkanzija fi tranżitu skont it-tifsira tal-punt 44 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625 li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta' merkanzija mibjugħa permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod; |
Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawn il-passi f'konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali. |
Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawn il-passi f'konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali. |
Dawn l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom. |
Dawn l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&qid=1553006931263&from=MT)
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 15 – paragrafi 1 u 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej: |
imħassar |
(a) fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
"Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).; " |
|
(b) fil-paragrafu 2, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej: |
|
"Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-każijiet ġustifikati fejn jintwera li:"; |
|
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 15
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(6a) L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 15 |
"Artikolu 15 |
Perijodi transizzjonali għall-użu ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti |
Perijodi transizzjonali għall-użu ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perijodu transizzjonali sa ħames snin biex jippermettu prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 13(1) biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkumerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta' oppożizzjoni taħt l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li: |

(a) ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta' isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku; jew |
(a) ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta' isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku; jew |
(b) dawn il-prodotti jkunu ilhom jiġu kkummerċjalizzati legalment b'dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). |
(b) dawn il-prodotti jkunu ilhom jiġu kkummerċjalizzati legalment b'dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2). |
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perijodu transizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal 15-il sena f'każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li: |

(a) id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun ilha tintuża legalment b'mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni; |

(b) l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma kien, fl-ebda waqt, għal profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott. |

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). |
3. Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidherfuq it-tikketta b'mod ċar u viżibbli. |
3. Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidherfuq it-tikketta b'mod ċar u viżibbli. |
4. Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fuq perijodu fit-tul, ikun żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, Stat Membru jista' jagħti perijodu transizzjonali ta' mhux aktar minn 10 snin, b'effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkumerċjalizzaw legalment il-prodotti kkonċernati u jkunu użaw l-ismijiet ikkonċernati b'mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru u jkunu għamlu dak il-punt fil-proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3). |
4. Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fuq perijodu fit-tul, ikun żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, Stat Membru jista' jagħti perijodu transizzjonali ta' mhux aktar minn 10 snin, b'effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkummerċjalizzaw legalment il-prodotti kkonċernati u jkunu użaw l-ismijiet ikkonċernati b'mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel it-tnedija ta' oppożizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3) u jkunu għamlu dak il-punt f'dik il-proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali. |
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal denominazzjoni ta' oriġini protetta li tirriferi għal żona ġeografika li tinsab f'pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta' oppożizzjoni. |
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal denominazzjoni ta' oriġini protetta li tirreferi għal żona ġeografika li tinsab f'pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta' oppożizzjoni. |
Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2). |
Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&qid=1553006931263&from=MT)
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 18 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Fl-Artikolu 18, jitħassar il-paragrafu 3. |
Ġustifikazzjoni
L-emenda tfittex li ssaħħaħ il-protezzjoni għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti sabiex jiġi prevenut li prodotti b'isem simili li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjoni ta' speċjalità tradizzjonali garantita reġistrata jkunu kummerċjalizzati u għaldaqstant jieħdu r-reputazzjoni tal-prodotti taħt l-ispeċjalità tradizzjonali garantita reġistrata.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 23 – paragrafu 3
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(8a) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li huma kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita li hija rreġistrata f'konformità ma' dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jidher fuq it-tikketta. Barra minn hekk, l-isem tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta' viżjoni. L-indikazzjoni "speċjalità tradizzjonali garantita" jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti "TSG" jistgħu jidhru wkoll fuq it-tikketta. |
“3. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li huma kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita li hija rreġistrata f'konformità ma' dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jidher fuq it-tikketta, il-materjal ta' riklamar u d-dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, l-isem tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta' viżjoni u f'post prominenti, sabiex ikun jidher faċilment, jinqara b'mod ċar u, jekk applikabbli, ma jitħassarx. Ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun moħbi, oskurat, jew interrott minn xi element ieħor miktub jew fil-forma ta' stampi jew minn kwalunkwe dokument intermedjarju ieħor. L-indikazzjoni "speċjalità tradizzjonali garantita" jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti "TSG" jistgħu jidhru wkoll fuq it-tikketta." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&from=en)
Ġustifikazzjoni
L-emenda tfittex li tipprevjeni l-abbużi li qed iseħħu bħalissa u li tipproponi li l-isem protett jidher b'mod viżibbli u li jinqara u mingħajr ebda ostaklu li jagħmilha diffiċli għall-konsumatur li jarah fuq it-tikketta tal-prodott, kif ukoll fuq il-materjal tal-bejgħ mill-bogħod, ir-riklamar u d-dokumenti inklużi mal-prodotti.
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 24a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).; |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). |
Ġustifikazzjoni
L-emenda tfittex li żżomm il-proċess li ssir referenza għall-kumitat tal-Istati Membri fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami.
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 9a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 33a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 33a |
|
Regoli addizzjonali dwar l-użu ta' terminu ta' kwalità fakultattiv "prodott tal-muntanji" |
|
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid ta' prodott, bl-użu tat-terminu ta' kwalità fakultattiv "prodott tal-muntanji", jekk ir-regoli għall-produzzjoni tiegħu ma jkunux qed jiksru r-rekwiżiti tal-produzzjoni u t-tikkettar ta' prodott tal-muntanji fil-pajjiż speċifiku, jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu jeżistu." |
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 49 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk tinbeda xi proċedura quddiem qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor, dwar applikazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni, f'konformità mal-paragrafu 4. |
8. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk tinbeda xi proċedura quddiem qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor dwar deċiżjoni finali mill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar applikazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni, f'konformità mal-paragrafu 4. |
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 49 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-iskrutinju tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 sakemm qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor tkun iddeċidiet fuq kontestazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni meta l-Istat Membru jkun ħa deċiżjoni favorevoli fi proċedura nazzjonali skont il-paragrafu 4. |
imħassar |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).; |
|
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 50
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
"Artikolu 50 |
"Artikolu 50 |
Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni |
Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni |
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni li hi tirċievi skont l-Artikolu 49(4) u (5). Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjonijiet għal żbalji evidenti, b'kont meħud tal-eżitu tal-proċedura ta' skrutinju u ta' oppożizzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat |
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni li hi tirċievi skont l-Artikolu 49(4) u (5). Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjonijiet riċevuti wara l-iskrutinju u ta' oppożizzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat biex tara jekk ikunx fihom żbalji evidenti. |
L-iskrutinju mill-Kummissjoni jenħtieġ li ma jeċċedix perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' meta tkun waslet l-applikazzjoni mill-Istat Membru. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien. |
L-iskrutinju mill-Kummissjoni jenħtieġ li ma jeċċedix perijodu ta' sitt xhur mid-data ta' meta tkun waslet l-applikazzjoni mill-Istat Membru. Fejn jinqabeż dan il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien. |
Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta' ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom. |

2. Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 ikunu ssodisfati fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, jew li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (2) ġew issodisfati fir-rigward tal-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: |

(a) għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, id-Dokument Uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; |
(a) għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, id-Dokument Uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; |
(b) għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, l-Ispeċifikazzjoni."; |
(b) għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, l-Ispeċifikazzjoni."; |
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 53 – paragrafi 2 u 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
[...] |
imħassar |
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Artikolu 53
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(14a) L-Artikolu 53 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 53 |
"Artikolu 53 |
Emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott |
Emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott |
1. Grupp li jkollu interess leġittimu jista' japplika għall-approvazzjoni ta' emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott. |
1. Grupp li jkollu interess leġittimu jista' japplika għall-approvazzjoni ta' emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott. |
L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin. |
L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin. |
2. Fejn l-emenda tkun tinvolvi emenda waħda jew aktar għall-ispeċifikazzjoni li ma jkunux minuri, l-applikazzjoni għall-emenda għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52. |
2. L-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott għandhom ikunu kklassifikati f'żewġ kategoriji f'dak li jirrigwarda l-importanza tagħhom: L-emendi tal-Unjoni, li jeħtieġu proċedura ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni, u l-emendi standard li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-pajjiż terz. |
|
Emenda għandha titqies bħala emenda tal-Unjoni meta: |
|
(a) tinkludi bdil fl-isem ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta, ta' indikazzjoni ġeografika protetta jew ta' speċjalità tradizzjonali garantita; |
|
(b) hemm ir-riskju li tgħawweġ ir-rabtiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) għal denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u fl-Artikolu 5(2) għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; |
|
(c) tintroduċi bidliet għall-metodu tal-produzzjoni jew għall-użu ta' materja prima u ingredjenti li jiddevjaw mill-prattika u l-użi tradizzjonali għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti; |
|
(d) tinvolvi restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
|
L-emendi l-oħra kollha għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu kkunsidrati bħala emendi standard. Emenda temporanja li tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew emenda temporanja meħtieġa minħabba diżastru naturali jew kundizzjonijiet tat-temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti huma meqjusa wkoll bħala emendi standard. |
|
L-emendi tal-Unjoni għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-proċedura tal-approvazzjoni għandha ssegwi, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52. |
Madankolllu, jekk l-emendi proposti jkunu minuri, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-applikazzjoni. Fil-każ ta' approvazzjoni ta' emendi li jimplikaw modifika tal-elementi msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-elementi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
L-emendi standard għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat u jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-pajjiżi terzi għandhom japprovaw l-emendi standard f'konformità mal-liġi applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. |
Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, din ma għandhiex: |
|
(a) tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott; |
|
(b) tibdel ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1); |
|
(c) tinkludi bidla fl-isem, jew f'xi parti tal-isem, tal-prodott; |
|
(d) taffettwa ż-żona ġeografika definita; jew |
|
(e) tirrappreżenta żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu. |
|
Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu III, din ma għandhiex: |
|
(a) tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott; |
|
(b) tintroduċi bidliet essenzjali fil-metodu ta' produzzjoni; or |
|
(c) tinkludi bidla fl-isem, jew f'xi parti tal-isem, tal-prodott; |
|
L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta. |
L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta. |
|
2a. L-Artikolu 15 japplika wkoll għat-talbiet tal-Unjoni għal emendi u emendi standard għal speċifikazzjoni. |
3. Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv ta' applikazzjoni għal emenda, inkluż fejn l-emenda ma tinvolvix xi bidla lid-dokument uniku u fejn tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta' applikazzjoni għal emenda. |
3. Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv ta' emendi tal-Unjoni u emendi standard għall-ispeċifikazzjoni ta' prodott, inkluż fejn l-emenda ma tinvolvi l-ebda tibdil lid-Dokument Uniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta' applikazzjoni għal emenda. |
|
3a. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jistabbilixxu l-kriterji u metodoloġija komuni għall-applikazzjoni u l-konformità tal-ipproċessar amministrattiv tal-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, kemm tal-Unjoni kif ukoll dawk normali, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni ta' emendi normali fil-livell nazzjonali. Sa … [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni inizjali tal-effikaċja tal-ipproċessar amministrattiv tal-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, kemm dawk tal-Unjoni kif ukoll dawk normali, biex jiġu vvalutati l-impatt u l-konsistenza tal-applikazzjoni tar-riforma fil-livell nazzjonali. Wara l-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda u dwar in-notifika tal-emendi standard lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32012R1151&qid=1553006931263&from=MT)
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15
Regolament (UE) Nru 1151/2012
Anness I – parti I – inċiż 22a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- xama' tan-naħal. |
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 3
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3a) L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 3 |
"Artikolu 3 |
Definizzjoni u klassifikazzjoni ta' prodotti tal-inbid aromatizzat |
Definizzjoni u klassifikazzjoni ta' prodotti tal-inbid aromatizzat |
1. Prodotti tal-inbid aromatizzat huma prodotti miksubin minn prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ngħataw togħma. Dawn huma klassifikati fil-kategoriji li ġejjin: |

(a) inbejjed aromatizzati, |
(a) inbejjed aromatizzati, |
(b) xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat, |
(b) xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat, |
(c) cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid. |
(c) cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid. |
|
(ca) prodotti tal-inbid aromatizzat dealkoħolizzat; |
2. Inbid aromatizzat huwa xarba: |
2. Inbid aromatizzat huwa xarba: |
(a) miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew aktar definit/i fil-punt 5 tal-Parti IV tal-Anness II u fil-punti 1 u 3 sa 9 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni tal-inbid 'Retsina'; |

(b) li fiha l-prodotti tad-dielja msemmijin fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-volum totali; |
(b) li fiha l-prodotti tad-dielja msemmijin fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-volum totali; |
(c) li magħha seta' ġie miżjud l-alkoħol; |
(c) li magħha seta' ġie miżjud l-alkoħol; |
(d) li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri; |
(d) li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri; |
(e) li magħha seta' ġie miżjud il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew it-tnejn li huma; |
(e) li magħha seta' ġie miżjud il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew it-tnejn li huma; |
(f) li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa; |
(f) li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa; |
(g) li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 14,5 % vol. u inqas minn 22 % vol. u qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta'mhux inqas minn 17,5 % vol. |
(g) li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 14,5 % vol. u inqas minn 22 % vol. u qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta'mhux inqas minn 17,5 % vol. |
3. Xorb b'bażi ta' nbid aromatizzat huwa xarba: |
3. Xorb b'bażi ta' nbid aromatizzat huwa xarba: |
(a) miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew iżjed definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 9 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni ta' nbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u l-inbid 'Retsina'; |

(b) li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali; |
(b) li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali; |
(c) li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol, ħlief fil-każijiet fejn l-Anness II jipprevedi mod ieħor; |
(c) li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol, ħlief fil-każijiet fejn l-Anness II jipprevedi mod ieħor; |
(d) li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri; |
(d) li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri; |
(e) li magħha seta' ġie miżjud il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew it-tnejn li huma; |
(e) li magħha seta' ġie miżjud il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew it-tnejn li huma; |
(f) li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa; |
(f) li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa; |
(g) li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 4,5 % vol. u inqas minn 14,5 % vol. |
(g) li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 4,5 % vol. u inqas minn 14,5 % vol. |
4. Cocktail aromatizzat magħmul minn prodotti tal-inbid huwa xarba: |
4. Cocktail aromatizzat magħmul minn prodotti tal-inbid huwa xarba: |
(a) miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew aktar kif definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 11 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni ta' nbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u l-inbid 'Retsina'; |
(a) miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew aktar kif definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 11 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni ta' nbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u l-inbid 'Retsina'; |
(b) li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali; |
(b) li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali; |
(c) li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol; |
(c) li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol; |
(d) li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri; |
(d) li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri; |
(e) li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa; |
(e) li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa; |
(f) li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' aktar minn 1,2 % vol. u inqas minn 10 % vol.. |
(f) li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' aktar minn 1,2 % vol. u inqas minn 10 % vol.. |
|
4a. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "prodott tal-inbid aromatizzat dealkoħolizzat" għandu jitqies bħala xarba: |
|
(a) miksuba skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2, 3 jew 4; |
|
(b) sarilha trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; |
|
(c) li għandha qawwa alkoħolika reali skont il-volum ta' inqas minn 0,5 %. |
|
4b. Il-prattiki enoloġiċi definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2009 kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1961 tat-2 ta' Awwissu 2017 għandhom japplikaw għall-prodotti tal-inbid aromatizzat. " |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0251&qid=1553072283950&from=MT)
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 4
Ir-Regolament (UE) 251/2014.
Artikolu 5 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
imħassar |
"4. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika ta' prodott tal-inbid aromatizzat protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 5
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(4a) L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 5 |
"Artikolu 5 |
Denominazzjonijiet tal-bejgħ |
Denominazzjonijiet tal-bejgħ |
1. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti fl-Anness II għandhom jintużaw għal kwalunkwe prodott tal-inbid aromatizzat imqiegħed fis-suq fl-Unjoni, sakemm ikun konformi mar-rekwiżiti għad-denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti stabbiliti f'dak l-Anness. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati b'isem tradizzjonali kif definit fl-Artikolu 2(2)(o) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. |

2. Fejn il-prodotti tal-inbid aromatizzat jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda, l-użu ta' waħda biss minn dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ huwa awtorizzat, ħlief fejn l-Anness II jipprevedi mod ieħor. |

3. Xarba alkoħolika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi deskritta, ippreżentata jew tikkettata bl-assoċjazzjoni ta' kliem jew frażijiet bħal "bħal", "tat-tip", "stil", "magħmul", "bit-togħma" jew kwalunkwe terminu ieħor simili għal kwalunkwe mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ. |

4. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika protetta taħt dan ir-Regolament. |
4. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika ta' prodott tal-inbid aromatizzat protett taħt ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26, id-denominazzjonijiet tal-bejgħ ma għandhomx ikunu supplimentati bid-denominazzjonijiet tal-oriġini jew bl-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti permessi għall-prodotti tal-inbid. |

5a. Meta l-prodotti tal-inbid aromatizzat jiġu esportati lejn pajjiżi terzi, l-Istati Membri jistgħu jippermettu denominazzjonijiet tal-bejgħ minbarra dawk stabbiliti fl-Anness II jekk dawn id-denominazzjonijiet tal-bejgħ ikunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz konċernat. Dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jidhru wkoll b'lingwi oħra apparti l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. |
|
5b. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 biex tissupplimenta l-Anness II għal dan ir-Regolament sabiex tqis il-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq, is-saħħa tal-konsumaturi jew il-ħtieġa tal-konsumatur għall-informazzjoni." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0251&qid=1553072283950&from=MT)
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 4b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"(3a) L-annata tista' tidher fuq it-tikketti tal-prodotti dment li l-prodott tad-dielja jirrappreżenta mill-inqas 75 % tal-volum totali u li mill-inqas 85 % tal-għeneb użat biex isiru dawk il-prodotti jkun inqata' fis-sena konċernata." |
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 3c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4c) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 7a |
|
Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni |
|
1. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzati, li tista' tkun limitata biss għall-valur enerġetiku, trid tiġi indikata fuq it-tikketta. |
|
2. Il-valur tal-enerġija għandu jkun: |
|
(a) espress b'numri u kliem jew simboli, u b'mod partikolari s-simbolu (E) għall-Enerġija; |
|
(b) ikkalkulat bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011; |
|
(c) espress bħala valuri medji f'kcal abbażi ta': |
|
(i) l-analiżi tal-produttur tal-prodott tal-inbid aromatizzat; jew |
|
(ii) kalkolu minn data stabbilita u aċċettata b'mod ġenerali. |
|
(d) espress għal kull 100 ml. Barra minn hekk, jista' jiġi espress għal kull unità ta' konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumatur, dment li l-unità użata tkun ikkwantifikata fuq it-tikketta u li n-numru ta' unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun iddikjarat. ” |
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – punt 4d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 7b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4d) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 7b |
|
Lista tal-ingredjenti |
|
1. Il-lista ta' ingredjenti tal-prodotti tal-inbid aromatizzat għandha tiġi indikata fuq it-tikketta jew b'mezzi oħra li mhumiex fuq it-tikketta mwaħħla fuq il-flixkun jew fuq kwalunkwe tip ieħor ta' kontenitur, sakemm ikun hemm rabta ċara u diretta fuq it-tikketta. M'għandhiex tintwera ma' informazzjoni oħra maħsuba għal finijiet ta' bejgħ jew ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 biex tagħti aktar dettalji dwar ir-regoli għall-indikazzjoni tal-lista tal-ingredjenti tal-prodotti tal-inbid aromatizzat. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara … [d-data tad-dħul fi-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 7a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Anness I – paragrafu 1 – parti a – punt iiia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Fl-ewwel paragrafu tal-Parti (a) tal-Anness I, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(iiia) Spirti (mhux aktar minn 1 % tal-volum totali)." |
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 7b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Anness I – paragrafu 2 – punt f
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7b) Fil-paragrafu 2 tal-Anness 1, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(f) kwalunkwe sustanza karboidrata oħra naturali li għandha effett simili għal dawk il-prodotti. |
"(f) kwalunkwe sustanza oħra naturali li għandha effett simili għal dawk il-prodotti," |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0251&from=MT)
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – punt 7c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Anness II − parti A - paragrafu 3 − inċiż 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7c) Fl-Anness II, parti A, paragrafu 3, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej: |
– li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu, u |
" – li jaf jiġi miżjud l-alkoħol miegħu, u" |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0251&qid=1553072283950&from=MT)
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 7d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Anness II − parti B - paragrafu 8 − inċiż 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7d) Fl-Anness II, parti B, paragrafu 8, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej: |
– li jinkiseb esklussivament minn inbid aħmar jew abjad, |
"– li jinkiseb esklussivament minn inbid aħmar u/jew abjad," |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0251&qid=1553072283950&from=MT)
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 7e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Anness XIII – parti Ca (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7e) Fl-Anness II, tiżdied il-parti li ġejja: |
|
"Parti Ca |
|
PRODOTTI TAL-INBID AROMATIZZAT DEALKOĦOLIZZAT |
|
(1) Prodott tal-inbid aromatizzat dealkoħolizzat jew (l-isem tal-prodott tal-inbid aromatizzat użat għall-produzzjoni tiegħu) dealkoħolizzat |
|
Prodotti li jikkonformaw mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(4a)." |
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 22a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fil-Kapitolu V, jiżdied l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 22a |
|
Ftehimiet interprofessjonali |
|
1. B'deroga mill-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li topera f'reġjun ultraperiferiku u meqjusa li hi rappreżentattiva tal-produzzjoni jew il-kummerċ jew l-ipproċessar ta' prodott speċifikat wieħed jew aktar, l-Istat Membru kkonċernat jista', fuq talba ta' dik l-organizzazzjoni, jagħmilha obbligatorja, għal perijodu ta' sena li jista' jiġġedded, li jkun hemm ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma maħruġa minn dik l-organizzazzjoni għal operaturi oħra, kemm jekk ikunu individwi u kemm jekk ma jkunux, li joperaw fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat u li ma jkunux membri ta' dik l-organizzazzjoni. |
|
2. Meta r-regoli ta' organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont il-paragrafu 1 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta' operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu prodotti destinati unikament għas-suq lokali tal-istess reġjun ultraperiferiku, l-Istat Membru jista', wara li jikkonsulta l-partijiet konċernati rilevanti, jiddeċiedi li l-operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda joperaw fis-suq konċernat għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha jew parti minnhom li jitħallsu mill-membri tagħha safejn tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru l-ispejjeż imġarrba diretti b'riżultat tat-twettiq tal-attivitajiet konċernati. |
|
3. L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ftehim li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jiġi estiż skont dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni
L-emenda tfittex li taġġusta r-regoli dwar l-estensjoni tar-regoli interprofessjonali biex jirriflettu s-sitwazzjonijiet reali tar-reġjuni ultraperiferiċi. Dawn l-organizzazzjonijiet huma operaturi li huma vitali għall-iżvilupp tal-industriji fir-reġjuni ultraperiferiċi, li s-swieq tagħhom huma esposti għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet. L-organizzazzjonijiet iwettqu azzjonijiet biex jiġbru jew ixerrdu data, u għandu jkun possibbli għall-Istat Membru li jestendi l-kontribuzzjonijiet riċevuti taħt dawn il-ftehimiet għall-prodotti agrikoli kollha mqiegħda fis-suq lokali, mingħajr distinzjoni abbażi tal-provenjenza tagħhom.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV, sa somma annwali massima ta': |
2. Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa somma annwali massima ekwivalenti għal dan li ġej: |
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 267 580 000. |
— fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 278 410 000 |
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Azores u Madeira: EUR 102 080 000. |
— Azores u Madeira: EUR 106 210 000 |
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— il-Gżejjer Kanarji: EUR 257 970 000. |
— il-Gżejjer Kanarji: EUR 268 420 000 |
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 3 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 25 900 000. |
— fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 26 900 000. |
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 3 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Azores u Madeira: EUR 20 400 000. |
— Azores u Madeira: EUR 21 200 000. |
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 3 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— il-Gżejjer Kanarji: EUR 69 900 000. |
— il-Gżejjer Kanarji: EUR 72 700 000. |
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 32 – paragrafu 4
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
L-Artikolu 32(4) huwa emendat kif ġej: |
4. Il-Kummissjoni għandha tinkludi kapitolu speċifiku fl-analiżijiet, l-istudji u l-valutazzjonijiet li twettaq fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali u tal-politika agrikola komuni fejn ikun involut qasam li jkun ta' interess partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi. |
‘4. Qabel il-ftuħ ta' kwalunkwe negozjar kummerċjali li jista' jkollu implikazzjonijiet għall-agrikoltura tar-reġjuni ultraperiferiċi, l-Unjoni għandha twettaq studji, analiżijiet u valutazzjonijiet tal-impatt tal-konsegwenzi possibbli ta' dawn in-negozjati u tadatta l-mandat ta' negozjar tagħha sabiex tqis ir-restrizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u tevita kwalunkwe impatt negattiv f'dawk ir-reġjuni. Il-Kummissjoni, bħala kriterji għal dawn l-istudji tal-impatt, għandha żżomm dawk definiti f'dan il-qasam min-NU." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R0228&from=MT)
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 229/2013
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont massimu ta' EUR 23 000 000. |
2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont massimu ta' EUR 23 930 000. |
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 229/2013
Artikolu 18 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma għandux ikun ta' aktar minn EUR 6 830 000. |
3. L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma għandux ikun ta' aktar minn EUR 7 110 000. |
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. L-inbejjed li jitqiegħdu fuq is-suq jew ittikkettati qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli u li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tikkonċerna l-inbejjed ittikkettati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid, b'mod partikolari l-parti tiegħu li tirrigwarda l-obbligi l-ġodda ta' ttikkettar.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-punt (ga) tal-Artiklu 119(1) u l-Artikolu 119(3a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu japplika minn… [18-il xahar wara d-data tad-dħul ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-punt (gb) tal-Artikolu 119(1) u l-Artikolu 119(3b) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013 għandu japplika mill-bidu tat-tieni sena sħiħa ta' kummerċjalizzazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-punt (va) tal-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 7 - paragrafu 2c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 għandu japplika minn … [18-il xahar wara … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2d (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Artikolu 7b tar-Regolament Nru 251/2014 għandu japplika mill-bidu tat-tieni sena sħiħa ta' kummerċjalizzazzjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi f'dak l-Artikolu. |
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 7a |
|
Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva li testendi r-regoli għal lista ta' ingredjenti u dikjarazzjoni nutrizzjonali tal-prodotti tal-inbid għax-xarbiet alkoħoliċi l-oħra. |
NOTA SPJEGATTIVA
L-abbozz ta' riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) proposta mill-Kummissjoni ma tindirizzax l-isfidi b'mod adegwat. Mill-2014 'il hawn, il-kriżi tal-introjtu agrikolu qed tolqot il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni li qed taffettwa xi ftit aktar it-tiġdid ġenerazzjonali fil-popolazzjoni tal-biedja. Il-konsumaturi Ewropej qatt ma taw daqstant importanza lill-kontenut tal-platt tagħhom u ma jifhmux li l-Unjoni ma tagħtix aktar garanzija lill-kwalità tal-prodotti milli tagħti lid-dinjità ta' dawk li jipproduċuhom.
Wasal iż-żmien li jsir rendikont tal-ħrejjef tas-snin 1990 meta l-orjentament tas-suq kien mibni taħt il-PAK filwaqt li l-konċentrazzjoni monopolistika ta' agroprovvista, tal-agroalimentari u tad-distribuzzjoni qatt ma kienet daqshekk b'saħħitha. Fi żmien meta l-multilateraliżmu qed imajna u qed jagħmel il-wisgħa għal gwerra kummerċjali mingħajr preċedent, l-Unjoni għandha tagħti lilha nnifisha awtonomija strateġika u tikseb mill-ġdid l-attributi tas-sovranità tagħha tal-ikel, inkella in-nuqqas ta' effikaċja tagħha se tkun qed tifrex is-sodda ta' dawk li jridu jqajmu dubji dwar il-kostruzzjoni Ewropea.
Mingħajr l-ebda illużjoni dwar il-possibbiltà li n-negozjati jiġu konklużi qabel tmiem il-mandat, minħabba dewmien biex inbdew u inċertezzi dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, ir-Rapporteur iddeċieda li jieħu vantaġġ tal-proposta tal-Kummissjoni, li kienet wisq insuffiċjenti, sabiex titressaq l-idea tal-bżonn li ssir riforma fundamentali tar-regolament tal-OKS sabiex isir regolament ġenwin għall-ġestjoni tal-kriżijiet agrikoli.
It-tmiem, propost mill-Kummissjoni, tas-sussidji għall-esportazzjoni huwa meħtieġ fid-dawl tal-impenji internazzjonali tagħna. Madankollu, li ma nibqgħux nesportaw l-iżbilanċi tas-suq intern tagħna jimplika li verament irid ikollna għad-dispożizzjoni tagħna lievi ta' azzjoni biex niġġestixxu l-kriżijiet. L-għodod diġà jinsabu fir-Regolament, peress li r-riforma tal-2013 ippermettiet li jiġu msaħħa. L-introduzzjoni ta' appoġġ għat-tnaqqis volontarju tal-produzzjoni tal-ħalib fl-2016 uriet li dan it-tip ta' għodda huwa effettiv u jista' jġib konsensus fl-Unjoni. Madankollu, ir-rispons fil-mobilizzazzjoni tal-għodod fis-servizz ta' tmexxija ġenwina tas-suq komuni jrid jittejjeb, u r-reviżjoni proposta mill-Kummissjoni tar-riżerva għall-kriżijiet se tikkontribwixxi għal dan. Għar-Rapporteur, mhijiex kwistjoni li jiġu limitati l-prerogattivi tal-Kummissjoni u li nerġgħu lura għall-iskattar awtomatiku tal-għodod, anzi għall-kuntrarju: il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa billi tkun tista', bħal kull awtorità ta' ġestjoni, tfassal strateġija ta' azzjoni f'qafas ta' prestazzjoni li jkun il-bażi ta' djalogu mal-Parlament u mal-Kunsill.
L-intervent pubbliku (ħażna pubblika) għandu jkompli jipprovdi xibka ta' sikurezza bħala l-aħħar istanza meta l-prezzijiet huma wisq aktar baxxi mil-livell tagħhom ta' ekwilibriju, iżda l-mobilizzazzjoni ta' għodod oħra għandha tippermetti li jiġi evitat il-ħolqien ta' stokkijiet kbar wisq. Ir-Rapporteur jipproponi li l-biċċa l-kbira tal-produzzjonijiet eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin privat għandha tkun tista' wkoll tibbenefika mix-xibka ta' sikurezza pubblika. Barra minn hekk, jipproponi kriterju ġdid skattatur tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni sabiex jippermetti l-aġġornament tal-prezzijiet u l-volumi skattaturi li ilhom ma jinbidlu għal aktar minn għoxrin sena.
Sabiex jinbeda t-tfassil tal-istrateġija ta' azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżi, ir-Rapporteur jitlob li jitfasslu żewġ rapporti: l-ewwel wieħed dwar ir-reazzjonijiet li għandhom jingħataw għall-kriżijiet ta' wara l-Brexit; it-tieni wieħed dwar l-identifikazzjoni tat-tipi differenti ta' kriżijiet fis-swieq agrikoli.
Ma jistax ikun li l-PAK kollha tintbagħat lura lill-Istati Membri u lill-pjanijiet strateġiċi nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tibqa' l-garanti tal-integrità tas-suq komuni quddiem il-kriżijiet. Fuq kollox, mingħajr ma jittejbu b'mod sinifikanti l-kundizzjonijiet ta' remunerazzjoni tal-bdiewa permezz ta' regolamentazzjoni aħjar tas-swieq biex tassigura lill-bdiewa fit-tranżizzjoni ambjentali, il-PAK se tkompli tkun ineffettiva fuq il-pjan ambjentali u quddiem it-tibdil fil-klima.
Ir-Rapporteur jappoġġja l-orjentament tal-Kummissjoni favur ir-responsabbilizzazzjoni akbar tal-Istati Membri u tal-bdiewa, b'mod partikolari permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi aktar b'saħħithom. Iżda dan m'għandux isir askapitu tar-Reġjuni u l-Kummissjoni għandha tiddefinixxi r-rwol tagħha fil-ġestjoni pubblika tal-kriżijiet sabiex tinstab komplementarjetà tajba mal-ġestjoni privata tar-riskji assigurata mill-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tagħhom. Soluzzjonijiet tat-tip assikurattiv bħalma huma l-assigurazzjonijiet u l-fondi mutwi ma jistgħux jieħdu post l-intervent pubbliku għax ma huma tal-ebda għajnuna quddiem swieq permanentement depressi jew li ma jiffunzjonawx tajjeb minħabba żbilanċi fis-setgħa ta' negozjar.
Sabiex isir progress fir-responsabbilizzazzjoni tal-atturi ekonomiċi, ir-Rapporteur jipproponi, fil-kontinwità tax-xogħol sinifikanti imwettaq mill-Parlament fin-negozjati tar-Regolament Omnibus, li jitneħħew l-inċertezzi l-aktar reċenti fir-rigward tal-possibbiltajiet mogħtija lill-bdiewa li jorganizzaw lilhom infushom aħjar, b'rabta mal-każistika tal-"Indivja". Min-naħa l-oħra, ir-Rapporteur jitlob li jitħassar l-Artikolu 222, imsejjaħ "favur il-kartell", għax li kartelli jiġu awtorizzati, anke b'mod temporanju, jirrimedjaw il-konsegwenzi tad-deregolamentazzjoni eċċessiva mhijiex ħaġa aċċettabbli.
Ir-Rapporteur jipproponi li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-offerta, li huma attwalment fis-seħħ, jiġu estiżi għall-ġobniet, għall-prieżet u għall-inbid, għall-prodotti kollha b'denominazzjoni ta' oriġini protetta u b'indikazzjoni ta' oriġini protetta iżda wkoll għall-prodotti kollha li jkollhom marka uffiċjali tal-kwalità (marka...) u għal kwalunkwe terminu riżervat fakultattiv supplimentari marbut b'mod partikolari mas-saħħa.
Produtturi organizzati aħjar se jkunu jistgħu jipparteċipaw fi qsim aktar ġust tal-valur miżjud fi ħdan is-setturi. Il-komplementarjetà bejn il-ġestjoni privata tar-riskju u l-ġestjoni pubblika tal-kriżijiet pubbliċi għandha twassal għal funzjonament aħjar tas-swieq u b'hekk biex jiżdied is-sehem tal-introjtu tal-azjendi agrikoli mill-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti.
Ir-Rapporteur, għalhekk, jipproponi klawżola ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu fit-30 ta' Ġunju 2024 biex jittejbu il-koerenza u l-effiċjenza ġenerali tar-regolamenti, tal-pjanijiet strateġiċi u tal-OKS. Se tkun kwistjoni ta' kunsiderazzjoni tar-rotot ta' ħruġ mill-għajnuniet diżakkoppjati li se jkompli jiġu dejjem aktar ikkritikati mis-sħab tagħna internazzjonali bħal fil-każ tal-attakk reċenti mill-Istati Uniti kontra ż-żebbuġ tal-mejda Spanjol. Għall-ġejjieni aktar 'il bogħod, dan ikun ifisser li noħorġu mil-loġika tas-silos sabiex jinġiebu koerenti bejniethom il-lievi kollha li jippermettu tmexxija antiċiklika tas-swieq u tal-introjtu, inkluż programm ta' għajnuna tal-ikel imsaħħaħ b'mod sinifikanti u politika tal-agrokarburanti magħmula flessibbli biex is-sigurtà tal-ikel tingħata prijorità fuq l-użu mhux għall-ikel u biex iservu ta' lqugħ quddiem l-instabbiltà tas-swieq agrikoli.
Ir-Rapporteur jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni ma fiha l-ebda dispożizzjonijiet dwar il-bidliet regolatorji introdotti bir-reviżjoni tad-direttivi u r-regolamenti finanzjarji (id-Direttivi Barnier), filwaqt li l-materja prima agrikola issa tagħmel parti mill-qafas ta' superviżjoni kopert mill-awtoritajiet responsabbli għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji. L-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 596/2014 u l-Artikolu 79(7) tad-Direttiva 65/2014, madankollu, isemmu r-Regolament preżenti u jiddisponu għal obbligi ta' kooperazzjoni għall-Kummissjoni fir-rigward tal-prodotti agrikoli.
Bħala kumpens għal dan id-difett karatteristiku tal-marġinalizzazzjoni tas-servizzi responsabbli għall-agrikoltura fi ħdan il-Kummissjoni, ir-Rapporteur jipproponi li ssir referenza għal dan l-obbligu ta' kooperazzjoni u li jiżdiedu dispożizzjonijiet li jagħmlu awtomatiku t-trasferiment ta' informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, b'mod partikolari dik relatata maċ-ċertifikati tal-importazzjoni jew mal-istokkijiet pubbliċi. Hemm il-ħtieġa wkoll li l-Artikolu 223 jiġi kkomplementat billi l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li timponi l-użu ta' pjattaformi elettroniċi tal-kummerċ biex iżżid it-trasparenza tas-swieq mhux uffiċjali l-aktar opaki.
B'mod aktar ġenerali, ir-Rapporteur qed jitlob l-abbozzar ta' rapport dwar l-użu ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u b'mod partikolari t-teknoloġija blockchain, biex jittejjeb il-funzjonament tas-swieq u jitnaqqas il-piż amministrattiv. Filwaqt li r-rapport tat-Task Force dwar il-funzjonament tas-swieq agrikoli ġibed l-attenzjoni għal dan is-suġġett fl-2016, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda proposta f'dan il-qasam għalkemm is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni suppost li huma l-motto.
Ir-Rapporteur jagħmel proposti wkoll biex jiġu estiżi l-prerogattivi tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-qasam tat-trasparenza u tal-kwalità. B'konnessjoni mal-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rispett tal-istandards Komunitarji għall-inbejjed fi tranżitu, ir-Rapporteur jipproponi li jiżdied in-numru ta' prodotti koperti mir-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex noqorbu lejn ugwaljanza akbar fit-trattament bejn il-produtturi Ewropej u dawk ta' pajjiżi terzi.
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-settur tal-vitikultura, ir-Rapporteur jitlob li l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tkompli għaddejja lil hinn mill-2030, filwaqt li jinżamm l-obbligu ta' evalwazzjoni fl-2023 ħalli l-organizzazzjonijiet professjonali jkunu jistgħu jesprimu l-fehma tagħhom. Ir-Rapporteur jopponi l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi emendata d-definizzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetta billi tallinjaha ma' dik li tinsab fil-Ftehim TRIPS u jitlob li tiġi adottata d-definizzjoni tal-Ftehim Internazzjonali ta' Lisbona. Ir-Rapporteur japprova l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi awtorizzat l-użu ta' varjetajiet ġodda ta' għeneb tal-inbid, inkluż għall-inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini.
Ir-Rapporteur iqis li l-inbejjed dealkoħolizzati ma jistgħux jibbenefikaw mill-istess skema bħall-inbid peress li ma jikkorrispondux għad-definizzjoni prevista fl-Anness VII, il-Parti II tar-Regolament dwar l-OKS. In-nuqqas għalkollox ta' alkoħol irid jiġi kkumpensat biż-żieda ta' aromatizzanti artifiċjali, ħaġa li tinvolvi proċess industrijali. Ir-Rapporteur iqis li huwa importanti li tiġi ssodisfata d-domanda għat-trasparenza min-naħa tal-konsumaturi. L-informazzjoni dwar il-kaloriji u l-ingredjenti tal-inbid trid tkun tista' tidher fuq it-tikketta jew, għal dak li jirrigwarda l-ingredjenti, anke f'sura dematerjalizzata.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (12.2.2019)
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew
(COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Maria Heubuch
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-impenn tal-UE għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp huwa kodifikat fl-Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona. F'dan l-artikolu, l-UE twiegħed li tqis l-objettivi tal-iżvilupp fil-politiki kollha li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u tevita l-kontradizzjonijiet bejn dawn il-politiki. Is-sigurtà tal-ikel u l-agrikoltura sostenibbli huma oqsma ta' prijorità tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE. Il-qafas ta' politika rilevanti tal-UE[3] (2010) jenfasizza l-importanza tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) għas-sigurtà tal-ikel globali u jindividwa l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE.
Għalkemm tnaqqset l-inkoerenza tal-PAK mal-objettivi tal-iżvilupp, speċjalment mindu ġew eliminati s-sussidji għall-esportazzjoni, għad baqa' problemi ta' inkoerenza. Effetti negattivi għall-iżvilupp, fost l-oħrajn, huma kkawżati minn miżuri ta' appoġġ għas-suq tal-PAK, li huma maħsuba biex jirregolaw u jsaħħu s-suq tal-UE iżda jfixklu l-kummerċ u jagħmlu ħsara lis-swieq agrikoli tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.
Dan ir-Regolament emendatorju jbiddel sett ta' regolamenti eżistenti li huma elementi tal-PAK, inkluż ir-Regolament 1308/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (OKS), li jorganizza l-OKS unika Ewropea. Il-miżuri jinkludu l-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat; miżuri eċċezzjonali fil-każ ta' tfixkil fis-suq inklużi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni; standards ta' kummerċjalizzazzjoni; eċċ. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ma tbiddilx il-biċċa l-kbira tar-Regolament dwar l-OKS. L-analiżi tal-proposta leġiżlattiva l-ġdida minn perspettiva ta' PCD turi li l-impenn għall-PCD għadu mhux espliċitu u li l-lezzjonijiet li ttieħdu minn kriżijiet tas-suq passati ta' produzzjoni żejda u ta' prattiki ta' stil dumping ma tqisux b'mod suffiċjenti.
Pereżempju fis-settur tal-ħalib tal-UE, il-produzzjoni żejda kkawżat kriżijiet b'mod regolari, li għalihom il-PAK irreaġixxiet b'miżura ta' xibka ta' sikurezza li tipprovdi għajnuna għall-ħżin tat-trab tal-ħalib. Dan is-sussidju flimkien ma' żieda fl-esportazzjonijiet tat-trab tal-ħalib lejn l-Afrika tal-Punent: fil-Burkina Faso, il-ħalib tal-UE sar tliet darbiet irħas mill-ħalib lokali. Għalhekk, tweġibiet bħal dawn kienu inkoerenti mal-għanijiet ta' żvilupp, b'mod partikolari l-SDG 2, billi dawn qerdu s-swieq lokali u heddew l-għajxien ta' produtturi iżgħar.
Ir-rapporteur tipproponi li jiġi emendat ir-regolament biex jiġi introdott impenn aktar b'saħħtu għall-PCD, tiġi indirizzata l-provvista żejda fis-swieq Ewropej u jiġu evitati l-kriżijiet:
- Impenn aktar b'saħħtu għall-PCD, l-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;
- L-indirizzar tal-provvista żejda bi Skema ta' Tnaqqis tal-Volum Volontarju li tibda f'każ ta' tfixkil serju fis-suq;
- L-antiċipazzjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet fis-settur tal-ħalib billi jespandi r-rwol ta' monitoraġġ tal-osservatorju tas-suq tal-ħalib tal-UE u mekkaniżmu ta' kriżi li jintuża fil-każ li jinstab bilanċ ħażin.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 114, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 u l-Artikolu 349 tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 114, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 u l-Artikolu 349 kif ukoll l-Artikolu 208 tiegħu, |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" 'stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tagħti spinta, f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, li tipproduċi ikel tajjeb għas-saħħa u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll id-dimensjoni globali tal-PAK u tiddikjara l-impenn tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp Sostenibbli (PCSD). |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Sabiex jiġu indirizzati d-dimensjoni globali u l-implikazzjonijiet tal-PAK, jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità mal-politiki u l-istrumenti esterni l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u fil-kummerċ. L-impenn tal-Unjoni għall-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp jirrikjedi li jitqiesu l-objettivi u l-prinċipji tal-iżvilupp meta jitfasslu l-politiki agrikoli, speċjalment biex jiġi żgurat li jkunu konformi mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u mal-Ftehim ta' Pariġi. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jintħieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ iġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat. |
(2) Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jenħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), l-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri jintlaħqu u dwar l-effetti tal-azzjonijiet tagħhom fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Bi qbil mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-PAK tkun koerenti mal-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluża, inter alia, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. F'konformità ma' din il-koerenza tal-politiki, il-miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipperikolaw la l-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fuq terminu twil tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati, u lanqas il-kisba tal-obbligi tal-Unjoni fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi. |
Ġustifikazzjoni
Skont l-Artikolu 208 TFUE, il-politiki kollha tal-UE li possibbilment jaffettwaw il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, għandhom jikkunsidraw l-objettivi dwar l-iżvilupp. Objettivi ewlenin tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE huma li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp agrikolu tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u li tissaħħaħ is-sigurtà globali tal-ikel. Il-PAK tinfluwenza l-kummerċ agrikolu b'mod partikolari. Il-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp jirrikjedi li jiġu monitorjati l-impatti fuq is-swieq agrikoli lokali u fuq il-produtturi lokali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u, fejn possibbli, jiġu evitati.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi ċerti definizzjonijiet dwar setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Id-definizzjonijiet tas-settur taz-zokkor stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti II ta' dak l-Anness jenħtieġ jitħassru minħabba li ma għadhomx applikabbli. Sabiex taġġorna d-definizzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra msemmija f'dak l-Anness, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku ġdid jew żviluppi tas-suq ġodda, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dawk id-definizzjonijiet. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Konsegwentement, l-għoti tas-setgħa individwali ddelegata lill-Kummissjoni fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Parti II ta' dak l-Anness għall-emendar tad-definizzjoni tal-ġulepp tal-inulina jenħtieġ jitħassar. |
(4) L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi ċerti definizzjonijiet dwar setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Id-definizzjonijiet tas-settur taz-zokkor stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti II ta' dak l-Anness jenħtieġ li jitħassru minħabba li ma għadhomx applikabbli. Sabiex taġġorna d-definizzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra msemmija f'dak l-Anness, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku ġdid jew żviluppi tas-suq ġodda, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dawk id-definizzjonijiet. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u mas-sħab f'pajjiżi terzi. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Konsegwentement, l-għoti tas-setgħa individwali ddelegata lill-Kummissjoni fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Parti II ta' dak l-Anness għall-emendar tad-definizzjoni tal-ġulepp tal-inulina jenħtieġ li jitħassar. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Is-sħab fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jenħtieġ, għalhekk, li jiġu megħjuna biex jiżviluppaw sistema ta' indikazzjonijiet u tikketti ġeografiċi. Dawn jenħtieġ li mbagħad jiġu rikonoxxuti wkoll mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għal data u fatti li jpoġġuhom fl-aħjar pożizzjoni biex jivverifikaw jekk l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hijiex korretta u vera. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ jiggarantixxu li r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, li għandu jiġi rreġistrat f'dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ikun affidabbli u preċiż. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni. |
(15) Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għal data u fatti li jpoġġuhom fl-aħjar pożizzjoni biex jivverifikaw jekk l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hijiex korretta u vera. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiggarantixxu li r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, li għandu jiġi rreġistrat f'dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ikun affidabbli u preċiż. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni u barra l-Unjoni. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 27
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Fir-rigward tal-krediti tal-esportazzjoni, il-garanziji tal-krediti tal-esportazzjoni u l-programmi tal-assigurazzjoni, tal-intrapriżi kummerċjali Statali tal-esportazzjoni agrikola u tal-għajnuna internazzjonali tal-ikel, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali li jirrispettaw i-dritt tal-Unjoni. Billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Membri tad-WTO, dawn il-miżuri nazzjonali jenħtieġ ikunu konformi wkoll mar-regoli stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO tad-19 ta' Diċembru 2015, bħala kwistjoni ta' dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali. |
(27) Fir-rigward tal-krediti tal-esportazzjoni, il-garanziji tal-krediti tal-esportazzjoni u l-programmi tal-assigurazzjoni, tal-intrapriżi kummerċjali Statali tal-esportazzjoni agrikola u tal-għajnuna internazzjonali tal-ikel, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-TFUE u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Membri tad-WTO, dawn il-miżuri nazzjonali jenħtieġ li jkunu konformi wkoll mar-regoli stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO tad-19 ta' Diċembru 2015, bħala kwistjoni ta' dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali. F'dan ir-rigward, il-PCD dejjem għandha tiġi ssalvagwardjata u għandu jiġi żgurat li l-miżuri ma jkunux għad-detriment tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tad-distorsjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Il-Politika ta' Koerenza għall-Iżvilupp (PCD) tirrikjedi li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki, li aktarx jolqtu lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Il-politika agrikola tal-UE għandha effetti esterni, b'influwenza b'mod partikolari fuq il-kummerċ agrikolu. L-intrapriża kummerċjali tal-istat tal-esportazzjoni agrikola u l-għajnuna alimentari internazzjonali għandhom implikazzjonijiet diretti għall-kundizzjonijiet tas-suq internazzjonali. Għalhekk, għandhom jiġu kkunsidrati r-riperkussjonijiet ta' dawn il-bidliet fuq is-swieq agrikoli li qed jiżviluppaw.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1) Fil-Parti I, jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej: |
|
Artikolu 2a |
|
Il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp |
|
F'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, inklużi dawk maqbula fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, għandhom jiġu kkunsidrati fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament m'għandhomx jipperikolaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fuq terminu twil ta' pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs). |
|
L-intervent pubbliku u ż-żamma ta' stokkijiet privati ma għandux ikollhom impatt negattiv fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-PCD. Għaldaqstant, bejgħ sussegwenti ta' prodotti li ġew affettwati minn intervent pubbliku u miż-żamma ta' stokkijiet privati m'għandux ikollu impatt negattiv fuq is-swieq fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. |
Ġustifikazzjoni
According to Article 208 TFEU, all policies which are likely to affect developing countries must take EU development policy objectives into account. Facilitating developing countries' agricultural development and enhancing global food security are major objectives of EU development cooperation. The EU's agricultural policy has external effects, influencing in particular trade in agriculture. The PCD principle would requires that potential repercussions on local agricultural markets and local producers in developing countries to be monitored and, wherever possible, avoided.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 7a |
|
Tnaqqis volontarju tal-kwantitajiet |
|
Għandha tiġi introdotta l-possibbiltà ta' tnaqqis volontarju tal-kwantitajiet. Dan l-intervent għandu jkun possibbli meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li jkun hemm tfixkil serju tas-suq f'settur (mil-lista fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament 1308/2013). Il-produtturi jistgħu mbagħad inaqqsu b'mod volontarju l-volum tal-produzzjoni tagħhom fuq perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-istess perjodu tas-sena preċedenti. |
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi dan li ġej: |
|
– Il-kwantitajiet/volumi massimi ta' provvista |
|
– Id-durata tal-produzzjoni mnaqqsa |
|
– Il-livell ta' kumpens għal produtturi li jnaqqsu l-kwantitajiet |
|
– Il-livell tal-penali għal produtturi li jżidu l-produzzjoni tagħhom matul dak il-perjodu |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 16 – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3b) L-Artikolu 16(1) għandu jinbidel b'dan li ġej: |
1. Id-disponiment ta' prodotti mixtrijin b'xiri sfurzat b'intervent pubbliku għandu jsir b'mod li: |
1. Id-disponiment ta' prodotti mixtrijin b'xiri sfurzat b'intervent pubbliku għandu jsir b'mod li: |
(a) jevita kwalunkwe tfixkil tas-suq, |
(a) jevita kwalunkwe tfixkil tas-suq tal-Unjoni jew tas-swieq ta' pajjiżi terzi, |
(b) jiżgura aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja, u |
(b) jiżgura aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja, |
(c) ikun konformi mal-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE. |
(c) jikkonforma mal-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE, u |
|
(ca) jikkonforma mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-TFUE. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20180101)
Ġustifikazzjoni
Jiżdiedu aktar dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li d-disponiment minn intervent pubbliku jsir f'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, li jeħtieġ Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (e). B'mod speċifiku, ir-rimi ta' prodotti ma jridx jiddisturba s-swieq ta' pajjiżi terzi, kif ukoll is-suq tal-Unjoni (a). Fl-aħħar nett, il-prodotti ma għandhomx jiġu disposti bi prezz inqas minn dak tal-intervent pubbliku rilevanti - kemm jekk ikun prezz fiss skont l-Artikolu 15(1)(a) kif ukoll jekk ikun il-prezz massimu skont l-Artikolu 15(1)(b).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Kapitolu VIIa – Artikolu 205a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26a) Fil-Parti III, jiddaħħal il-Kapitolu VIIa li ġej: |
|
Il-Kapitolu VIIa |
|
Artikolu 205a |
|
Monitoraġġ tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp |
|
1. F'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-impatt tal-PAK fuq is-sistemi tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel fuq terminu twil fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp għandu jkun soġġett għal valutazzjonijiet regolari u indipendenti. Dan il-monitoraġġ għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-impatt ta' flussi kummerċjali tal-ikel agrikolu bejn l-UE u pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fuq |
|
(i) il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, |
|
(ii) il-produtturi żgħar lokali u l-bdiewa nisa |
|
(iii) il-prodotti meqjusa sensittivi minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; |
|
(iv) il-prodotti minn setturi fejn ingħataw pagamenti akkoppjati tal-PAK u fejn intużaw miżuri tal-maniġġjar tal-kriżijiet tal-PAK. |
|
2. Il-valutazzjoni għandha teżamina data minn osservatorji tas-suq tal-Unjoni, studji tal-każ, rapportar dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll evidenza pprovduta minn pajjiżi sħab u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn bħal organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili. Għal dan il-għan, il-kamp ta' applikazzjoni settorjali u ġeografiku tal-osservatorji tas-suq tal-Unjoni għandu jkun imwessa' għal prodotti meqjusa sensittivi minn pajjiżi sħab u sabiex ikopri l-pajjiżi l-anqas żviluppati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni u l-proċedura għall-valutazzjoni. |
|
3. Jekk id-data mmonitorjata tindika riskju ta' effett negattiv fuq il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-ikel agrikolu jew is-sikurezza tal-ikel ta' pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp, għandha tinħareġ twissija bikrija mill-Kummissjoni Ewropea, li tqanqal konsultazzjoni bejn l-Unjoni u komunitajiet ta' biedja affettwati kif ukoll gvernijiet tal-pajjiżi sħab sabiex jiftiehmu fuq miżuri. Għandha tkun disponibbli salvagwardja soċjali għall-partijiet affettwati. |
|
4. Jekk ma tinħareġ l-ebda twissija bikrija iżda l-effetti negattivi jseħħu, il-parti affettwata tista' tressaq ilment. L-ilmenti għandhom jaslu għand ir-Rapporteur Permanenti tal-Parlament Ewropew għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp u l-ilment għandu jiġi ttrattat mill-Uffiċjali tas-Seduta fil-Kummissjoni Ewropea. Tista' titressaq evidenza mill-gruppi affettwati u minn partijiet ikkonċernati oħra. |
|
5. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni, l-evidenza miġjuba u r-reazzjoni politika tal-Unjoni. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 225 – paragrafu 1 – punti a sa d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Fl-Artikolu 225, il-punti (a) sa (d) jitħassru; |
(27) Fl-Artikolu 225, il-punti (a), (c) u (d) huma mħassra; |
Ġustifikazzjoni
Is-suq tal-ħalib għadu jeħtieġ monitoraġġ, u r-rekwiżiti ta' rappurtar msemmija m'għandhomx jitħassru
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 225 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(27a) L-Artikolu 225, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(b) sat-30 ta' Ġunju 2014 u sal-31 ta' Diċembru 2018 dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b'mod partikolari dwar il-funzjonament tal-Artikoli 148 sa 151, l-Artikolu 152(3) u l-Artikolu 157(3), li jivvaluta b'mod partikolari, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġati, b'rabta mal-objettiv ġenerali li tiġi sostnuta l-produzzjoni f'tali reġjuni, u li jkopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta' produzzjoni konġunta flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta. |
(b) kull erba' snin u għall-ewwel darba sat-30 ta' Ġunju 2022, dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b'mod partikolari dwar il-funzjonament tal-Artikoli 148 sa 151, l-Artikolu 152(3) u l-Artikolu 157(3), li jivvaluta b'mod partikolari, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġati, b'rabta mal-objettiv ġenerali li tiġi sostnuta l-produzzjoni f'tali reġjuni, u li jkopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta' produzzjoni konġunta flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20180101)
Ġustifikazzjoni
Is-suq tal-ħalib għadu jeħtieġ monitoraġġ, u r-rekwiżiti ta' rappurtar msemmija għandhom jiġu aġġornati.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew |
|||
Referenzi |
COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 11.6.2018 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 5.7.2018 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Maria Heubuch 11.7.2018 |
|||
Eżami fil-kumitat |
19.11.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
7.2.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 0 2 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Charles Goerens, Maria Heubuch, György Hölvényi, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Mirja Vehkaperä, Anna Záborská |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Stefan Gehrold, Bernd Lucke, Judith Sargentini |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Asim Ademov, Czesław Hoc, Monika Hohlmeier, John Howarth, Tom Vandenkendelaere, Josef Weidenholzer, Bogdan Andrzej Zdrojewski |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
20 |
+ |
ALDE |
Beatriz Becerra Basterrechea, Charles Goerens, Mirja Vehkaperä |
EFDD |
Ignazio Corrao |
PPE |
Asim Ademov, Stefan Gehrold, Monika Hohlmeier, György Hölvényi, Bogusław Sonik, Tom Vandenkendelaere, Anna Záborská, Bogdan Andrzej Zdrojewski |
S&D |
John Howarth, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elly Schlein, Josef Weidenholzer |
VERTS/ALE |
Maria Heubuch, Judith Sargentini |
0 |
- |
|
|
2 |
0 |
ECR |
Czesław Hoc, Bernd Lucke |
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (26.11.2018)
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew
(COM(2018)0394 – C8‑0246/2018 – 2018/0218(COD))
Għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: Tomáš Zdechovský Rapporteur għal opinjoni:
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jippreżenta lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, l-emenda li ġejja:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" 'stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali (inkluż permezz ta' iktar iffukar fuq l-agriforestrija), biex tittaffa l-ħela tal-ikel u tiġi promossa edukazzjoni dwar id-drawwiet ta' ikel tajbin għas-saħħa, u li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jintħieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ iġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat. |
(2) Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jintħieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), u filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu bħala fokus ewlieni l-għan li jiġi pprovdut dħul sostenibbli għall-produtturi, l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi. l-Istati Membri jenħtieġ li jġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat. |
Ġustifikazzjoni
Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jingħataw iktar awtonomija fil-mod kif iqassmu l-finanzi tal-PAK, uħud għadhom qed jużaw sistema inġusta bbażata fuq iż-żona, mingħajr ma jitqiesu dawk l-iktar fil-bżonn, jiġifieri l-bdiewa ż-żgħar.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Ir-regoli għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid mill-Isati Membri jenħtieġ jiġu mmodifikati biex jinkludu l-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont, li qabel kienu esklużi. Biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni tiżviluppa reżistenza ikbar għall-mard u li tuża varjetajiet ta' dwieli aktar adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu, jenħtieġ ikun hemm provvedimenti li jippermetti l-varjetajiet Vitis Labrusca u l-varjetajiet li jirriżultaw minn inkroċjar bejn Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis li għandhom jitħawlu għall-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni. |
(9) Ir-regoli għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid mill-Isati Membri jenħtieġ jiġu mmodifikati biex jinkludu l-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont, li qabel kienu esklużi. Biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni tiżviluppa reżistenza ikbar għall-mard u li tuża varjetajiet ta' dwieli aktar adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu, jenħtieġ ikun hemm provvedimenti li jippermetti l-varjetajiet Vitis Labrusca u l-varjetajiet li jirriżultaw minn inkroċjar bejn Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis li għandhom jitħawlu għall-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni. Jenħtieġ li ma ssir l-ebda dispożizzjoni, madankollu, għal varjetajiet modifikati ġenetikament. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 61 – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(4a) fl-Artikolu 61, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
L-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2030, b'reviżjoni ta' nofs it-terminu li għandha ssir mill-Kummissjoni biex tevalwa l-operazzjoni tal-iskema u tagħmel proposti, jekk ikun adatt. |
"Il-Kummissjoni għandha tirrevedi iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu fl-2023 biex tevalwa l-operazzjoni tagħha u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposti għat-titjib tal-effikaċja tagħha." |
Ġustifikazzjoni
L-introduzzjoni, permezz tar-riforma fl-2013, tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, li tissostitwixxi s-sistema tad-drittijiet ta' taħwil, kienet sodisfaċenti. L-iskema għandha għalhekk tiġi stabbilita fuq bażi permanenti, filwaqt li jinżamm ir-rekwiżit tal-evalwazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat it-titjib tagħha jekk ikun meħtieġ. Id-data tal-evalwazzjoni magħżula hija biżżejjed bil-quddiem tal-perjodu operazzjonali li jmiss biex tippermetti li r-riżultati tal-evalwazzjoni jitqiesu fit-tħejjija għal dak il-perjodu.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 226 a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) L-Artikolu li ġej huwa miżjud: |
|
Artikolu 226a |
|
Qafas ta' prestazzjoni |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni tal-kriżijiet, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħha matul l-implimentazzjoni tal-pjan. |
|
2. Il-qafas ta' prestazzjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin: |
|
(a) sett komuni ta' indikaturi tal-kuntest, tal-output, tar-riżultati u tal-impatt, li fuqhom għandhom ikunu bbażati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni; |
|
(b) miri u stadji importanti annwali stabbiliti għall-objettivi speċifiċi rilevanti, bl-użu ta' indikaturi tar-riżultati; |
|
(c) il-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tad-data; |
|
(d) rapporti annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-pjan ta' ġestjoni tal-kriżijiet għal kull wieħed mill-outputs affettwati matul is-sena; |
|
(e) miżuri tal-potenzjal għal razzjonalizzazzjoni fl-użu ġenerali tal-FAEG; |
|
3. L-għan tal-qafas ta' prestazzjoni għandu jkun li: |
|
(a) jevalwa l-impatt, l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-PAK; |
|
(b) jagħti rendikont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu tal-prerogattivi mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet; |
|
(c) jitbiegħed mir-raġunament attwali għall-infiq tal-FAEG; |
|
(d) irawwem approċċ kontroċikliku fil-gwida tas-swieq u tad-dħul agrikoli, fejn ir-regolatur tas-settur agrikolu, jiġifieri l-Kummissjoni, jagħmel l-aħjar użu mill-finanzjament pubbliku b'reazzjoni għal ċikli ekonomiċi, inċidenti relatati mal-klima u tensjonijiet ġeopolitiċi. |
Ġustifikazzjoni
Dan jiġbor fil-qosor l-Artikoli 91 u 113 tal-abbozz ta' Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi skont liema l-Istati Membri jridu jissottomettu l-għażliet tagħhom lill-Kummissjoni u jiġġustifikawhom. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-istrateġija tagħha f'każ ta' kriżijiet sabiex tkun tista' tagħti rendikont lill-Parlament u lill-Kunsill. Il-kjarifika tal-istrateġija tagħha hija prekundizzjoni essenzjali sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu, min-naħa tagħhom, jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħhom.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (31.1.2019)
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew
(COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Herbert Dorfmann
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" 'stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Skont l-Artikolu 208 tat-TFUE, l-UE jeħtieġ tqis l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki rilevanti kollha. Il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp agrikoli tal-LDCs u t-titjib tas-sigurtà tal-ikel globali huma objettivi ewlenin tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE. Il-PAK tinfluwenza l-kummerċ agrikolu b'mod partikolari. Il-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp jirrikjedi li jitqiesu u jiġu monitorjati r-riperkussjonijiet potenzjali fuq is-swieq agrikoli lokali u fuq il-produtturi lokali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u, fejn possibbli, jiġu evitati.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) L-iżvilupp tal-ftehimiet kummerċjali jwassal, minn naħa waħda, għal aktar kompetizzjoni għall-produtturi agrikoli fuq livell internazzjonali, filwaqt li, min-naħa l-oħra, jiftaħ perspettivi ġodda għalihom. Sabiex tinżamm kompetizzjoni ġusta u biex tiġi żgurata r-reċiproċità fil-kummerċ internazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha tinforza standards tal-produzzjoni f'konformità ma' dawk stabbiliti għall-produtturi tagħha stess, b'mod partikolari fi kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa, soġġetti għar-reċiproċità. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Bi qbil mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-PAK tkun koerenti mal-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluża, inter alia, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. F'konformità ma' din il-koerenza tal-politiki, il-miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament m'għandhom jipperikolaw la l-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fuq terminu twil tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), u lanqas il-kisba tal-obbligi tal-Unjoni fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi. |
Ġustifikazzjoni
Skont l-Artikolu 208 tat-TFUE, il-politiki kollha tal-UE li possibbilment jaffettwaw lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iridu jqisu l-objettivi għall-iżvilupp. Objettivi ewlenin tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE huma li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp agrikolu tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u li tissaħħaħ is-sigurtà globali tal-ikel. Il-PAK tinfluwenza l-kummerċ agrikolu b'mod partikolari. Il-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp jirrikjedi li jiġu monitorjati l-impatti fuq is-swieq agrikoli lokali u fuq il-produtturi lokali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u, fejn possibbli, jiġu evitati.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jużaw varjetajiet tad-dwieli li huma iktar adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li dejjem jinbidlu u b'reżistenza ikbar għall-mard, jenħtieġ ikun hemm provvedimenti għall-prodotti li jużaw id-denominazzjonijiet tal-oriġini mhux biss minn varjetajiet ta' dwieli li jappartjenu għall-ispeċi Vitis vinifera iżda wkoll minn varjetajiet ta' dwieli li ġejjin minn inkroċjar bejn Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis. |
(10) Sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jużaw varjetajiet tad-dwieli li huma iktar adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li dejjem jinbidlu u b'reżistenza ikbar għall-mard, jenħtieġ ikun hemm provvedimenti għall-prodotti li jużaw id-denominazzjonijiet tal-oriġini mhux biss minn varjetajiet ta' dwieli li jappartjenu għall-ispeċi Vitis vinifera iżda wkoll minn speċijiet oħra tal-ġenus Vitis, kif ukoll minn varjetajiet ta' dwieli li ġejjin minn inkroċjar bejn speċijiet differenti tal-ġenus Vitis. |
Ġustifikazzjoni
Ma hemm ebda ġustifikazzjoni valida biex jiġu esklużi l-varjetajiet li ma jappartjenux għall-ispeċi Vitis vinifera milli jibbenefikaw mid-denominazzjonijiet tal-oriġini. Varjetajiet magħrufa sew bħal "Uhudler" jew "fragolino" huma tradizzjonalment ikkultivati f'reġjuni speċifiċi tal-Ewropa, fejn għandhom għeruq tajbin f'kulturi lokali u huma ta' importanza soċjoekonomika. Dawn il-varjetajiet għandhom ikunu protetti minn kwalunkwe forma ta' miżapproprjazzjoni permezz ta' speċifikazzjonijiet preċiżi tal-produzzjoni, u dan ikollu l-benefiċċju ulterjuri li jiżgura standards ta' kwalità għolja.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Id-definizzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jenħtieġ tiġi allinjata mad-definizzjoni fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ12 ("il-Ftehim TRIPS"), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE13 b'mod partikolari, mal-Artikolu 22(1) tiegħu, jiġifieri li l-isem huwa biex il-prodott jiġi identifikat li joriġina f'reġjun speċifiku jew f'post speċifiku. |
imħassar |
__________________ |
|
12 Iċ-ċiklu ta' Negozjati Kummerċjali Multilaterali tal-Urugwaj (1986-1994) - l-Anness 1 - l-Anness 1C - Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali relatati mal-kummerċ (WTO) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 214). |
|
13 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1). |
|
Ġustifikazzjoni
Peress li żammejna d-definizzjoni ta' denominazzjoni tal-oriġini prevista fl-Arranġament Internazzjonali ta' Lisbona, din il-premessa ma tibqax xierqa għax tirreferi għal definizzjoni oħra tad-denominazzjoni tal-oriġini inkluża fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) Sabiex tiġi żgurata biżżejjed informazzjoni għall-konsumaturi, ikun xieraq li tiġi stabbilita dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u l-lista ta' ingredjenti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 bħala dettalji obbligatorji għat-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-inbid. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' ċarezza u konsistenza, ikun aħjar li l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni u l-ingredjenti tal-inbid tiġi rregolata fir-Regolament dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (ir-Regolament (UE) 1169/2011).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) Ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet regoli komuni għat-tikkettar tal-ingredjenti u l-valuri nutrizzjonali għax-xorb alkoħoliku, kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u r-Rapport tal-Kummissjoni COM (2017) 58 final, il-prodotti kollha tad-dwieli jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-valuri nutrizzjonali fuq it-tikketta. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 27
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Fir-rigward tal-krediti tal-esportazzjoni, il-garanziji tal-krediti tal-esportazzjoni u l-programmi tal-assigurazzjoni, tal-intrapriżi kummerċjali Statali tal-esportazzjoni agrikola u tal-għajnuna internazzjonali tal-ikel, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali li jirrispettaw i-dritt tal-Unjoni. Billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Membri tad-WTO, dawn il-miżuri nazzjonali jenħtieġ ikunu konformi wkoll mar-regoli stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO tad-19 ta' Diċembru 2015, bħala kwistjoni ta' dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali. |
(27) Fir-rigward tal-krediti tal-esportazzjoni, il-garanziji tal-krediti tal-esportazzjoni u l-programmi tal-assigurazzjoni, tal-intrapriżi kummerċjali Statali tal-esportazzjoni agrikola u tal-għajnuna internazzjonali tal-ikel, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni, inkluża koerenza tal-politika għall-iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-TFUE u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Membri tad-WTO, dawn il-miżuri nazzjonali jenħtieġ ikunu konformi wkoll mar-regoli stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO tad-19 ta' Diċembru 2015, bħala kwistjoni ta' dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31a) Fir-rapport tagħha ta' Marzu 2017 dwar it-tikkettar obbligatorju tal-lista tal-ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tax-xorb alkoħoliku, il-Kummissjoni ddikjarat li ma identifikatx raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-ingredjenti u informazzjoni dwar in-nutrizzjoni u stiednet lill-industrija biex tiżviluppa, fi żmien sena, proposta awtoregolatorja bil-għan li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-ingredjenti u n-nutrizzjoni tax-xorb alkoħoliku kollu. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, l-approċċ awtoregolatorju jenħtieġ li, bħala minimu, jassigura li l-ingredjenti u l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tiġi pprovduta fuq tikketta u li tali informazzjoni tkun konformi mal-istipulazzjonijiet dwar "Informazzjoni Volontarja dwar l-Ikel" kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-proposti tal-industrija u tippubblika rapport, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva, b'eżenzjonijiet xierqa għall-mikroprodutturi. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1) jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 2a |
|
Koerenza tal-politiki għall-iżvilupp |
|
F'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inklużi dawk approvati fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, għandhom jiġu kkunsidrati fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Miżuri meħuda skont dan ir-Regolament m'għandhomx jipperikolaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fit-tul tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs), u għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-impenji tal-Unjoni rigward il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima." |
Ġustifikazzjoni
Skont l-Artikolu 208 tat-TFUE, il-politiki kollha li aktarx jaffetwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw iridu jqisu l-objettivi dwar l-iżvilupp. L-iffaċilitar tal-iżvilupp agrikolu tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u t-titjieb tas-sigurtà globali tal-ikel huma objettivi ewlenin tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE. Il-politika agrikola tal-UE għandha effetti esterni, b'influwenza b'mod partikolari fuq il-kummerċ fl-agrikoltura. Il-prinċipju PCD jitlob li r-riperkussjonijiet potenzjali fuq is-swieq agrikoli lokali u l-produtturi lokali f'pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu mmonitorjati u fejn possibbli, evitati.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 63 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena l-awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid li jikkorrispondi ma': |
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena l-awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid għall-produzzjoni tal-inbid li jikkorrispondi ma': |
Ġustifikazzjoni
L-awtorizzazzjonijiet għal taħwil jikkonċernaw varjetajiet ta' għeneb tal-inbid maħsuba għall-produzzjoni tal-inbid, u mhux għal skopijiet oħrajn bħal meraq tal-għeneb.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jew 1 % taż-żona totali attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel; jew |
(a) jew 1 % taż-żona totali attwalment imħawla bid-dwieli għall-produzzjoni tal-inbid fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel; jew |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) 1 % ta' żona li tinkludi ż-żona attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fit-31 ta' Lulju 2015, u ż-żona koperta mid-drittijiet għat-tħawwil mogħtijin lill-produtturi fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament."; |
(b) 1 % ta' żona li tinkludi ż-żona attwalment imħawla bid-dwieli għall-produzzjoni tal-inbid fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju 2015, u ż-żona koperta mid-drittijiet għat-tħawwil mogħtijin lill-produtturi fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament.; |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) "L-Artikolu 64, paragrafu 2, punt b huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(b) żoni fejn il-vinji jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent; |
"(b) żoni fejn il-vinji jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent jew għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-varjetajiet tad-dwieli;" |
Ġustifikazzjoni
Il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi għandha tiġi inkluża wkoll bħala kriterju li fuqu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet, jekk l-applikazzjonijiet eliġibbli f'sena partikolari jaqbżu ż-żona disponibbli għal tħawwil ġdid tad-dwieli.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 81 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
"2. Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid. |
"2. Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid. |
L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid meta: |
L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid meta: |
(a) il-varjetà kkonċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew Vitis Labrusca; jew |
(a) il-varjetà kkonċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera; jew |
(b) il-varjetà kkonċernata tkun ġejja minn tlaqqim bejn l-ispeċijiet Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis. |
(b) il-varjetà kkonċernata tkun ġejja minn tlaqqim bejn l-ispeċijiet Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis. |
Meta varjetà ta' għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta' dwieli ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha. |
Meta varjetà ta' għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta' dwieli ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha; |
|
B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tħawwil mill-ġdid ta' Vitis Labrusca f'vinji storiċi eżistenti sakemm is-superfiċje mħawla eżistenti ta' Vitis Labrusca ma tiżdiedx."; |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 92 – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(8a) Fl-Artikolu 92, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: |
"1. Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII." |
"1. Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw biss għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII." |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 93 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "denominazzjoni tal-oriġini" tfisser isem li jidentifika prodott, imsemmi fl-Artikolu 92(1): |
(a) "denominazzjoni tal-oriġini" tfisser l-isem ta' reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikabbli, pajjiż użat biex jiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 92(1) li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li tirkupra l-approċċ ġenerali tad-definizzjoni attwali billi tissottolinja li nbid DOP huwa bbażat fuq l-isem ta' reġjun jew post speċifiku u li l-fatturi umani huma fattur inerenti għall-kunċett ta' DOP. L-Emenda żżomm valida l-proposta għall-flessibilizzazzjoni tal-varjetajiet ta' użu għall-produzzjoni tal-inbejjed DOP.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 93 – paragrafu 1 – punt a – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u fejn relevanti l-fatturi umani; |
(i) li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u l-fatturi umani; |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 96 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-eżami tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 97(2) sakemm qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor tkun iddeċidiet dwar oġġezzjoni għal applikazzjoni għall-protezzjoni meta l-Istat Membru jkun ikkunsidra li r-rekwiżiti huma ssodisfati fi proċedura nazzjonali preliminari skont il-paragrafu 5. |
imħassar |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3)."; |
|
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni, li jkollha l-effett li trendi s-sistema ta' DPO/IĠ aktar ibbażata fuq il-qorti u tkun tista' timblokka s-sistema sħiħa minħabba ż-żmien meħtieġ għall-proċedimenti ġudizzjarji. Minbarra li joħolqu inċertezza legali għall-operaturi, dan imur kontra l-prinċipju li l-azzjonijiet għal annullament quddiem il-qrati nazzjonali jew Ewropej ma għandhomx effett sospensiv.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 – punt aa (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 119 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(ga) dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, li tista' tkun limitata għall-valur enerġetiku biss;" |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 – punt ab (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 119 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(gb) Il-prodotti tad-dwieli dealkoħolizzati li fihom inqas minn 1,2 % skont il-volum tal-alkoħol iridu, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, ikollhom l-informazzjoni obbligatorja fuq it-tikketta." |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 – punt ba (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 119 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"4a. Il-valur tal-enerġija għandu jkun: |
|
(a) espress b'numri u kliem jew simboli; |
|
(b) ikkalkulat bl-użu tal-fattur ta' konverżjoni elenkat fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi; |
|
(c) espress għal kull 100 ml. Barra minn hekk, jista' jiġi espress għal kull unità ta' konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumatur, dment li l-unità użata tkun ikkwantifikata fuq it-tikketta u li n-numru ta' unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun iddikjarat. |
|
(d) valuri medji bbażati fuq: |
|
(i) L-analiżi tal-produttur tal-inbid; jew |
|
(ii) Kalkolu minn data ġeneralment stabbilita u aċċettata bbażata fuq il-valuri medji ta' nbejjed tipiċi u karatteristiċi." |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt aa (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 122 – paragrafu 1 – punt b – punt va (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) fil-paragrafu 1 jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(va) id-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni u dwar il-kalkolu tal-valur enerġetiku;" |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 149 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22a) L-Artikolu 149, paragrafu 2, il-punt c huwa emendat kif ġej: |
(c) dment li, għal organizzazzjoni tal-produtturi partikolari jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: (i) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert b'tali negozjati ma jaqbiżx it-3,5 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni |
"(c) dment li, għal organizzazzjoni tal-produtturi partikolari jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: (i) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert b'tali negozjati ma jaqbiżx is-7,5 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni |
(ii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru, u |
(ii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx l-45 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru, u |
(iii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi kkonsenjat fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru; |
(iii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi kkonsenjat fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx l-45 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru;" |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R1308&from=EN)
Ġustifikazzjoni
Operaturi li qegħdin 'il fuq fil-katina tal-provvista mhumiex soġġetti għal dawn ir-restrizzjonijiet stretti fuq il-konċentrazzjoni, u f'ħafna Stati Membri u żoni hemm konċentrazzjoni sinifikanti, pereżempju, fi proċessuri. Konsegwentement, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu permessi jiġbru flimkien perċentwal miżjud ta' produzzjoni, sabiex jingħataw aktar saħħa f'negozjati kuntrattwali.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 149 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22b) Fl-Artikolu 149, paragrafu 2, il-punt d huwa mħassar |
(d) bil-kundizzjoni li l-bdiewa konċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni oħra ta' produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f'isimhom; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każi ġġustifikati kif dovut fejn il-bdiewa jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti |
|
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R1308&from=EN)
Ġustifikazzjoni
Il-membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma għandhomx jiġu esklużi mill-possibbiltajiet li jiġbru flimkien il-produzzjoni tagħhom f'negozjati kuntrattwali.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 149 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(22c) Fl-Artikolu 149, paragrafu 2, il-punt e huwa mħassar |
(e) dment li l-ħalib mhux ipproċessat ma jkunx kopert minn obbligu ta' konsenja li jirriżulta mis-sħubija li bidwi jkollu f'kooperattiva skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom; u |
|
|
|
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R1308&from=EN)
Ġustifikazzjoni
Proporzjon sinifikanti tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Unjoni jingħata mill-membri lill-kooperattivi tagħhom. Il-membri tal-kooperattivi ma għandhomx jiġu esklużi mill-possibbiltajiet li jiġbru flimkien il-produzzjoni tagħhom f'negozjati kuntrattwali.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 152 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22d) fl-Artikolu 152, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
"(1a) Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni, tqiegħed fis-suq u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta' prodotti agrikoli, f'isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali kollha tagħhom jew għal parti minnha." |
Ġustifikazzjoni
Il-ftehimiet, il-prattiki u d-deċiżjonijiet li jiffurmaw parti mill-kompiti u l-għanijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif definiti mil-leġiżlatur fl-OKS, kif innotat il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-"kawża Endives", huma esklużi mir-regoli dwar il-kompetizzjoni. Din hija kwistjoni ta' esklużjoni li tirriżulta mit-twettiq meħtieġ tal-kompiti fdati lill-atturi ewlenin fl-OKS mil-leġiżlatur. Ir-referenza għall-Artikolu 101(1) ġiet imħassra peress li m'għadhiex tagħmel sens. Din l-emenda u l-emenda għall-Artikolu 206, l-ewwel subparagrafu, huma komplementari.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22e (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 152 – paragrafu 1 – punt c – punt viia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22e) fl-Artikolu 152(1)(c) jiddaħħal il-punt li ġej: |
|
"(viia) l-iżvilupp ta' inizjattivi li jistimulaw il-valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji u tal-flussi residwi;" |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari, għandhom isiru sforzi mhux biss biex jiġu ġestiti u jitnaqqsu l-prodotti sekondarji u l-iskart, iżda wkoll biex jinstabu modi innovattivi kif jiġu valorizzati.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22f (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 157 – paragrafu 1 – punt c – punt viia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22f) fl-Artikolu 157(1)(c) jiddaħħal il-punt li ġej: |
|
"(viia) l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, tiġi innovata, razzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi ta' prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent; l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, tiġi innovata, razzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi ta' prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent, il-klima u l-benessri tal-annimali; |
Ġustifikazzjoni
Il-konsumaturi qed jistennew dejjem aktar lill-produtturi biex jagħmlu sforzi kontinwi biex itejbu l-benessri tal-annimali u biex jipprevjenu u jtaffu t-tibdil fil-klima (eż. sforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2). L-omissjoni fil-lista hija b'dan ikkoreġuta.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22g (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 157 – paragrafu 1 – punt c – punt xiva (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22g) fl-Artikolu 157, paragrafu 1, punt c, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(xiva) l-istabbiliment ta' klawżoli standard għall-kumpens ġust tal-ispejjeż imġarrba mill-bdiewa biex jissodisfaw rekwiżiti extralegali fir-rigward tal-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-annimali, l-ambjent u l-klima, inklużi metodi kif jiġu kkalkulati dawn l-ispejjeż;" |
Ġustifikazzjoni
Minbarra klawżoli ta' kondiviżjoni tal-valur standard, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu wkoll jistabbilixxu klawżoli standard li jipprovdu elementi aktar speċifiċi fir-rigward tal-kontenut tal-kuntratti standard attwali biex jiġi żgurat kumpens xieraq, inkluż kif jiġi kkalkulat kumpens raġonevoli tal-ispejjeż żejda involuti biex isiru prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti extralegali fir-rigward tal-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-annimali, l-ambjent u l-klima.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22h (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 157 – paragrafu 1 – punt c – punt xivb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22h) fl-Artikolu 157, paragrafu 1, punt c, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(xivb) l-iżvilupp ta' inizjattivi li jistimulaw il-valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji u tal-flussi residwi;" |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari, għandhom jiżdiedu u jsiru possibbli sforzi, mhux biss biex jiġu ġestiti u jitnaqqsu l-prodotti sekondarji u l-iskart, iżda wkoll biex jinstabu modi innovattivi kif jiġu valorizzati.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22i (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 164 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22i) fl-Artikolu 164(4) jiddaħħal il-punt li ġej: |
|
"(ca) it-tfassil ta' kuntratti u klawżoli standard, b'mod partikolari għal kondiviżjoni tal-valur u kumpens ġust, li jkunu kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni" |
Ġustifikazzjoni
L-iskop ta' din l-emenda huwa li jiġi permess lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali jitolbu għall-estensjoni ta' klawżoli standard għall-kondiviżjoni tal-valuri u ta' klawżoli standard ta' kumpens sabiex tiġi żgurata aktar trasparenza f'relazzjonijiet kuntrattwali fi ħdan is-setturi.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22j (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 188a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22j) Fil-Kapitolu III, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 188a |
|
Prodotti agrikoli u agroalimentari jistgħu jiġu importati minn pajjiżi terzi biss jekk jikkonformaw mal-istandards u l-obbligi tal-produzzjoni f'konformità ma' dawk adottati, b'mod partikolari fl-oqsma tal-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa, għall-istess prodotti maħsuda fl-Unjoni jew ipproċessati minn tali prodotti. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli ta' konformità applikabbli għall-operaturi fir-rigward tal-importazzjonijiet, filwaqt li tqis il-ftehimiet reċiproċi ma' pajjiżi terzi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). " |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 18 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) It-terminu "dealkoħolizzat" jista' jintuża flimkien mal-isem tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9, meta l-prodott: |
(18) "Inbid dealkoħolizzat" jew "dealkoħolizzat (segwit bl-isem tal-kategorija tal-prodott tad-dwieli użat għall-produzzjoni tiegħu)" tfisser prodott li: |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 18 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jinkiseb minn inbid kif definit fil-punt 1, l-inbid frizzanti kif definit fil-punt 4, l-inbid frizzanti ta' kwalità kif definit fil-punt 5, l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità għolja kif definit fil-punt 6, l-inbid frizzanti bil-gass kif definit fil-punt 7, l-inbid semifrizzanti kif definit fil-punt 8, jew minn inbid semifrizzanti bil-gass kif definit fil-punt 9; |
(a) mhuwiex protett minn indikazzjoni ġeografika (IĠ) u jinkiseb minn inbid, l-inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni, l-inbid likur, l-inbid frizzanti, l-inbid frizzanti ta' kwalità, l-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, l-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid semifrizzanti, l-inbid semifrizzanti bil-gass, l-inbid minn għeneb imqadded, jew mill-inbid minn għeneb misjur; |
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li tinkludi dawn il-prodotti innovattivi fl-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq bħala kategorija ġdida, biex tippermetti ċertu grad ta' flessibbiltà meta tiżviluppa regoli aktar dettaljati dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u l-proċessi ta' produzzjoni awtorizzati tagħhom.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 18 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u |
(b) sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 19 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) It-terminu "parzjalment dealkoħolizzat" jista' jintuża flimkien mal-isem tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9, meta l-prodott: |
(19) "Inbid parzjalment dealkoħolizzat" jew "Parzjalment dealkoħolizzat (segwit bl-isem tal-kategorija tal-prodotti tad-dwieli użata għall-produzzjoni tiegħu)" tfisser il-prodott li: |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 19 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jinkiseb minn inbid kif definit fil-punt 1, l-inbid frizzanti kif definit fil-punt 4, l-inbid frizzanti ta' kwalità kif definit fil-punt 5, l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità għolja kif definit fil-punt 6, l-inbid frizzanti bil-gass kif definit fil-punt 7, l-inbid semifrizzanti kif definit fil-punt 8, jew minn inbid semifrizzanti bil-gass kif definit fil-punt 9; |
(a) mhuwiex protett minn indikazzjoni ġeografika (IĠ) u jinkiseb minn inbid, l-inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni, l-inbid likur, l-inbid frizzanti, l-inbid frizzanti ta' kwalità, l-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, l-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid semifrizzanti, l-inbid semifrizzanti bil-gass, l-inbid minn għeneb imqadded, jew mill-inbid minn għeneb misjur; |
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li tinkludi dawn il-prodotti innovattivi fl-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq bħala kategorija ġdida, biex tippermetti ċertu grad ta' flessibbiltà meta tiżviluppa regoli aktar dettaljati dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u l-proċessi ta' produzzjoni awtorizzati tagħhom.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Anness VII – Parti II – punt 19 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u |
(b) sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) fl-Artikolu 3, paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(ca) prodotti tal-inbid aromatizzati dealkoħolizzati:" |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 3b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"4a. Prodott tal-inbid Aromatizzat Dealkoħolizzat huwa xarba: |
|
(a) miksuba skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2, 3 u 4; |
|
(b) li għaddiet minn trattament għad-dealkoħolizzazzjoni; |
|
(c) li għandha qawwa alkoħolika reali skont il-volum ta' inqas minn 0,5 %." |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 3c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3c) fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"4a. Il-prattiki enoloġiċi definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2009 għandhom japplikaw għall-prodotti tal-inbid aromatizzat". |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) fl-Artikolu 5 jiżdied il-paragrafu ġdid li ġej: |
|
"5a. Meta l-prodotti tal-inbid aromatizzat jiġu esportati, l-Istati Membri jistgħu jippermettu denominazzjonijiet tal-bejgħ minbarra dawk stabbiliti fl-Anness II jekk dawn id-denominazzjonijiet tal-bejgħ ikunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz inkwistjoni. Dawn id-dettalji jistgħu jidhru wkoll b'lingwi oħra li mhumiex il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni." |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 4b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 5 – paragrafu 5b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"5b. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 biex temenda l-Anness II għal dan ir-Regolament sabiex tqis il-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq, is-saħħa tal-konsumaturi jew il-ħtieġa tal-konsumatur għall-informazzjoni." |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 4c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4c) fl-Artikolu 6, paragrafu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"3a. Is-sena inizjali tista' tidher fuq it-tikketti tal-prodotti dment li l-prodott tad-dwieli jirrappreżenta mill-inqas 75 % tal-volum totali u li mill-inqas 85 % tal-għeneb użati biex isiru dawk il-prodotti jkun inqata' fis-sena inkwistjoni." |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 4d (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Artikolu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4d) Jiddaħħal Artikolu 7a ġdid: |
|
"Artikolu 7a |
|
Lista tal-ingredjenti |
|
1. Il-lista ta' ingredjenti tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, għandha tiġi indikata fuq it-tikketta jew b'mezzi oħra għajr fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketta. |
|
2. Meta l-lista ta' ingredjenti tiġi pprovduta b'mezzi oħra minbarra fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketta, l-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli u speċifika, u viżwalment separata mill-kontenut tal-kummerċjalizzazzjoni għall-inbid. |
|
3. L-ingredjenti għandhom ikunu deżinjati bl-isem speċifiku tagħhom. L-inbid bażi użat għandu jitqies bħala prodott bażiku uniku. Bħala konsegwenza, l-elenkar tal-ingredjenti tiegħu ma għandux ikun meħtieġ. |
|
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 biex tagħti aktar dettalji dwar ir-regoli għall-indikazzjoni tal-lista tal-ingredjenti tal-prodotti tal-inbid aromatizzat." |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 7a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Anness I – paragrafu 1 – punt a – punt iiia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) fl-Anness I, paragrafu 1, punt a, jiżdied il-punt iiia li ġej: |
|
"(iiia) Xorb spirituż (mhux aktar minn 1 % tal-kwantità totali)." |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 7b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Anness II – Taqsima B – punt 8
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7b) Fit-Taqsima B tal-Anness II, il-punt 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(8) Glühwein |
"(8) Glühwein |
Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat |
Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat |
– li jinkiseb esklussivament minn inbid aħmar jew abjad, |
– li jinkiseb esklussivament minn inbid aħmar u/jew abjad, |
– li jingħata togħma prinċipalment mill-kannella u/jew l-imsiemer tal-qronfol, u |
– li jingħata togħma prinċipalment mill-kannella u/jew l-imsiemer tal-qronfol, u |
– għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 7 % vol. |
– għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 7 % vol. |
Mingħajr ħsara għall-kwantitajiet tal-ilma li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Anness I, punt 2, iż-żieda tal-ilma hija projbita. |
Mingħajr ħsara għall-kwantitajiet tal-ilma li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Anness I, punt 2, iż-żieda tal-ilma hija projbita. |
Fejn dan jiġi preparat bl-inbid abjad, id-denominazzjoni tal-bejgħ "Glühwein" għandha tkun supplimentata bi kliem li jindikaw inbid abjad, bħall-kelma "abjad". |
Fejn dan jiġi preparat bl-inbid abjad, id-denominazzjoni tal-bejgħ "Glühwein" għandha tkun supplimentata bi kliem li jindikaw inbid abjad, bħall-kelma "abjad"." |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 7c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 251/2014
Anness II – Taqsima Ca (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7c) Fl-Anness IIa tiżdied taqsima ġdida: |
|
"Ca. PRODOTTI TAL-INBID AROMATIZZATI DEALKOĦOLIZZATI |
|
(1) Prodott tal-inbid aromatizzat dealkoħolizzat jew dealkoħolizzat (segwit mill-isem tal-prodott tal-inbid aromatizzat użat għall-produzzjoni tiegħu)" Prodotti li jikkonformaw mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(5)." |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. L-inbejjed li jitqiegħdu fuq is-suq jew ittikkettati qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tikkonċerna l-inbejjed li ġew ittikkettati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid u b'mod partikolari l-parti li tikkonċerna r-rekwiżiti l-ġodda ta' ittikkettar.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Artikolu 119, il-paragrafu 1, il-punt i, l-Artikolu 119, il-paragrafu 4, u l-Artikolu 122, il-paragrafu 1, il-punt b, il-punt vi, għandhom japplikaw minn [5 snin] wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew |
|||
Referenzi |
COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 11.6.2018 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 11.6.2018 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Herbert Dorfmann 10.7.2018 |
|||
Eżami fil-kumitat |
26.11.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
29.1.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 7 4 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Michèle Rivasi, Davor Škrlec, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Herbert Dorfmann, Fredrick Federley, Eleonora Forenza, Christophe Hansen, Babette Winter, Carlos Zorrinho |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
José Blanco López, Andor Deli |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
44 |
+ |
ALDE : |
Catherine Bearder, Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis |
ECR: |
Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha |
GUE/NGL : |
Eleonora Forenza |
NI : |
Zoltán Balczó |
PPE: |
Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin Langen, Andor Deli, Herbert Dorfmann, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Christophe Hansen, Giovanni La Via, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Ivica Tolić, Adina Ioana Vălean |
S&D: |
José Blanco López, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Babette Winter, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho |
7 |
- |
EFDD: |
Julia Reid |
VERTS/ALE: |
Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec |
4 |
0 |
ECR: |
John Procter |
EFDD : |
Sylvie Goddyn |
ENF : |
Jean-François Jalkh |
PPE : |
Renate Sommer |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (21.1.2019)
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew
(COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Younous Omarjee
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mill-introjtu vijabbli għall-bdiewa, biex tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jintħieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ iġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat. |
(2) Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jenħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK fuq diversi livelli, li jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati u li jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), l-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) F'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-implimentazzjoni tal-PAK hija koerenti mal-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-PAK, l-interventi kollha tal-PAK futura jenħtieġ ikunu parti minn pjan ta' appoġġ strateġiku li jkun jinkludi ċerti interventi settorjali li ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10. |
(3) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-PAK, l-interventi kollha tal-PAK futura jeħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza tal-ġeneri u d-drittijiet fundamentali u li jkunu parti minn pjan ta' appoġġ strateġiku li jkun jinkludi ċerti interventi settorjali li ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10. |
_________________ |
_________________ |
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24a) L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni tal-produtturi li topera f'diversi setturi dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 154(1) ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Fl-Artikolu 16, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
3a. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar l-identità tal-intrapriżi li jkunu użaw l-intervent pubbliku kif ukoll dwar xerrejja tal-istokkijiet ta' intervent pubbliku. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 81 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid meta: |
L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 81 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-varjetà kkonċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew Vitis Labrusca; jew |
(a) il-varjetà kkunsidrata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew tkun ġejja minn tilqim bejn l-istess speċi u speċijiet oħra tal-genus Vitis; |
Ġustifikazzjoni
Il-Vitis labrusca hija għenba ta' kwalità ferm inferjuri għal dik tal-Vitis vinifera li tagħti għeneb li ġeneralment jiġi skartat għall-finijiet ta' produzzjoni tal-inbid. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' materjal veġetali ġdid jista' jxerred mard aktar gravi minn dak li huwa destinat li jiġġieled bħal ma ġara fl-imgħoddi bil-phylloxera introdotta fl-Ewropa preċiżament bl-iskop li tinkiseb reżistenza għall-mard fungali.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) Nru 1038/2013
Artikolu 81 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-varjetà kkonċernata tkun ġejja minn tlaqqim bejn l-ispeċijiet Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis. |
(b) il-varjetà ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont. |
Ġustifikazzjoni
Il-Vitis labrusca hija għenba ta' kwalità ferm inferjuri għal dik tal-Vitis vinifera li tagħti għeneb li ġeneralment jiġi skartat għall-finijiet ta' produzzjoni tal-inbid. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' materjal veġetali ġdid jista' jxerred mard aktar gravi minn dak li huwa destinat li jiġġieled bħal ma ġara fl-imgħoddi bil-phylloxera introdotta fl-Ewropa preċiżament bl-iskop li tinkiseb reżistenza għall-mard fungali.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 222 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
26a. Fl-Artikolu 222, jiżdied il-paragrafu 1a li ġej: |
|
1a. Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet adottati fid-dawl tal-paragrafu preċedenti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti jistgħu jiġu prorogati, kif previst fl-Artikolu 164, mingħajr mal-ftehimiet ikollhom xi wieħed mill-għanijiet previsti fil-paragrafu 4 ta' dan l-artikolu u taħt il-kundizzjonijiet iffissati mill-Istat Membru. |
Ġustifikazzjoni
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 222 għal sitwazzjonijiet ta' kriżi serja.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 228/2013
Premessa 20a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Tiżdied il-Premessa 20a: |
|
"(20a) L-organizzazzjonijiet agrikoli interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 tar-Regolament 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli huma operaturi essenzjali għall-iżvilupp ta' setturi agrikoli għad-diversifikazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi, b'mod partikolari fis-setturi tat-trobbija tal-bhejjem. Fir-realtà, minħabba d-daqs żgħir tagħhom u l-insularità tagħhom, is-swieq lokali fir-reġjuni ultraperiferiċi huma partikolarment esposti għall-varjazzjonijiet fil-prezz marbuta mal-flussi ta' importazzjonijiet mill-bqija tal-kontinent jew minn pajjiżi terzi. L-organizzazzjonijiet agrikoli interprofessjonali jġibu flimkien l-operaturi kollha, minn upstream għal downstream, li huma attivi fis-suq. Bħala tali, għandhom jistabbilixxu azzjonijiet kollettivi li jippermettu li l-produzzjoni lokali tibqa' fis-suq tagħha, b'mod partikolari permezz ta' ġbir ta' data jew tixrid ta' informazzjoni. Għal dan il-għan, minkejja l-Artikoli 28, 29 u 110 tat-TFUE, il-ftehimiet interprofessjonali u l-kontribuzzjonijiet miġbura minn dawn l-organizzazzjonijiet skont dawn il-ftehimiet għandhom ikunu jistgħu jiġu estiżi mill-Istat Membru kkonċernat għall-prodotti agrikoli kollha mqiegħda fis-suq lokali, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, inkluż meta l-introjtu minn dawn il-kontribuzzjonijiet jiffinanzja azzjonijiet favur il-produzzjoni lokali biss jew meta tali kontribuzzjonijiet jiġu imposti f'livell kummerċjali differenti." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R0228&from=MT)
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu -1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 22a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jiddaħħal l-Artikolu 22a li ġej: |
|
"Artikolu 22a |
|
Ftehimiet interprofessjonali |
|
1. Stat Membru jista', wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jestendi ftehim interprofessjonali u jrendi responsabbli lill-operaturi ekonomiċi individwali jew lill-gruppi ta' operaturi attivi fis-suq ta' reġjun ultraperiferiku għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifikament determinati f'dak il-ftehim, dment li: |
|
– Il-ftehim interprofessjonali jiġi adottat minn organizzazzjoni interprofessjonali agrikola rikonoxxuta skont l-Artikolu 157 tar-Regolament 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u li joperaw f'reġjun ultraperiferiku, u |
|
– Il-ftehim interprofessjonali jipprevedi produzzjoni agrikola maħsuba biss għas-suq lokali f'dak l-istess reġjun ultraperiferiku. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji huma maħsuba biex ikopru l-ispejjeż assoċjati mat-twettiq tal-attivitajiet imsemmija f'dan il-ftehim interprofessjonali, inkluż għall-produzzjoni lokali biss. |
|
2. L-estensjoni tal-ftehim għandha tkun valida għall-perjodu ta' sena, li jista' jiġġedded. |
|
3. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim estiż skont dan l-Artikolu." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R0228&from=MT)
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 267 580 000; |
— fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 278 410 000; |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Azores u Madeira: EUR 102 080 000; |
— Azores u Madeira: EUR 106 210 000; |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— il-Gżejjer Kanarji: EUR 257 970 000. |
— il-Gżejjer Kanarji: EUR 268 420 000. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 25 900 000; |
— fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 35 000 000; |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Azores u Madeira: EUR 20 400 000; |
— Azores u Madeira: EUR 21 200 000; |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— il-Gżejjer Kanarji: EUR 69 900 000. |
— il-Gżejjer Kanarji: EUR 72 700 000. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu -1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 228/2013
Artikolu 32 – paragrafu 4
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
L-Artikolu 32(4) huwa emendat kif ġej: |
4. Il-Kummissjoni għandha tinkludi kapitolu speċifiku fl-analiżijiet, l-istudji u l-valutazzjonijiet li twettaq fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali u tal-politika agrikola komuni fejn ikun involut qasam li jkun ta' interess partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi. |
"4. Qabel il-ftuħ ta' kwalunkwe negozjati kummerċjali li jista' jkollhom implikazzjonijiet għall-agrikoltura tar-reġjuni ultraperiferiċi, l-Unjoni għandha twettaq studji, analiżijiet u valutazzjonijiet tal-impatt tal-konsegwenzi possibbli ta' dawn in-negozjati u tadatta l-mandat ta' negozjar tagħha sabiex tqis ir-restrizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u tevita kwalunkwe impatt negattiv f'dawk ir-reġjuni. Il-Kummissjoni, bħala kriterji għal dawn l-istudji tal-impatt, għandha żżomm dawk definiti f'dan il-qasam min-NU." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R0228&from=MT)
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 229/2013
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont massimu ta' EUR 23 000 000. |
2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont massimu ta' EUR 23 930 000. |
Ġustifikazzjoni
L-emenda titlob li jinżamm kif inhu l-pakkett attwali.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 229/2013
Artikolu 18 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma għandux ikun ta' aktar minn EUR 6 830 000." |
3. L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma għandux ikun ta' aktar minn EUR 7 110 000." |
Ġustifikazzjoni
L-emenda titlob li jinżamm kif inhu l-pakkett attwali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew |
|||
Referenzi |
COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 11.6.2018 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 11.6.2018 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Younous Omarjee 20.6.2018 |
|||
Eżami fil-kumitat |
13.12.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.1.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 1 3 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pascal Arimont, Franc Bogovič, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivana Maletić, Bronis Ropė, Maria Gabriela Zoană, Damiano Zoffoli |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
30 |
+ |
ALDE |
Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg |
EFDD |
Rosa D'Amato |
GUE/NGL |
Martina Michels, Younous Omarjee |
PPE |
Pascal Arimont, Franc Bogovič, Tamás Deutsch, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller |
S&D |
Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Maria Gabriela Zoană, Damiano Zoffoli |
VERTS/ALE |
Bronis Ropė, Monika Vana |
1 |
- |
NI |
Konstantinos Papadakis |
3 |
0 |
ECR |
Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew |
|||
Referenzi |
COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
1.6.2018 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 11.6.2018 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 5.7.2018 |
BUDG 11.6.2018 |
CONT 5.7.2018 |
ENVI 11.6.2018 |
|
REGI 11.6.2018 |
PECH 5.7.2018 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 28.6.2018 |
PECH 20.6.2018 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Eric Andrieu 28.6.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
1.4.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 7 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, James Nicholson, Marijana Petir, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Marco Zullo |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Paul Brannen, Maria Heubuch, Karin Kadenbach, Annie Schreijer-Pierik, Giancarlo Scottà, Thomas Waitz |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
João Pimenta Lopes |
|||
Data tat-tressiq |
7.5.2019 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
29 |
+ |
ECR |
Jørn Dohrmann, James Nicholson |
GUE/NGL |
Luke Ming Flanagan |
NI |
Diane Dodds |
PPE |
Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Annie Schreijer‑Pierik, Czesław Adam Siekierski |
S&D |
Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Paul Brannen, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Karine Gloanec Maurin, Karin Kadenbach, Ricardo Serrão Santos, Marc Tarabella |
Verts/ALE |
Maria Heubuch, Martin Häusling, Thomas Waitz |
7 |
- |
EFDD |
Marco Zullo |
ENF |
John Stuart Agnew, Philippe Loiseau, Giancarlo Scottà |
GUE/NGL |
Matt Carthy, João Pimenta Lopes, Maria Lidia Senra Rodríguez |
1 |
0 |
ALDE |
Jan Huitema |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 62, 15.2.2019, p. 214.
- [2] ĠU C 86, 7.3.2019, p. 173.
- [3] Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Qafas ta' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel. COM(2010)127 final. Brussell, KE, 31 ta' Marzu 2010.