–wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' April 2019 għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (C9-0028/2019),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu[1],
–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku[2],
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE[3],
–wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0007/2019),
A.billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jibgħat il-proposta tiegħu lill-Parlament għall-approvazzjoni tal-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tiegħu u li l-Viċi President għandu jintgħażel minn fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE;
B.billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;
C.billi fit-22 ta' Novembru 2012, il-Kunsill Ewropew ħatar lil Yves Mersch bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta' tmien snin mill-15 ta' Diċembru 2012 b'konformità mal-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
D.billi f'ittra tad-9 ta' April 2019 il-BĊE ressaq proposta lill-Parlament għall-ħatra ta' Yves Mersch bħala l-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE għall-bqija tal-mandat tiegħu bħala membru tal-Bord Eżekuttiv sal-14 ta' Diċembru 2020;
E.billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda għall-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament (EU) Nru 1024/2013;
F.billi l-Kumitat, fl-4 ta' Settembru 2019, organizza seduta ta' smigħ mal-kandidat propost, li matulha l-kandidat għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet imressqa mill-membri tal-Kumitat;
1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Yves Mersch bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni
2.7.2019
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
ECON
15.7.2019
Rapporteurs
Data tal-ħatra
Roberto Gualtieri
18.7.2019
Eżami fil-kumitat
4.9.2019
Data tal-adozzjoni
4.9.2019
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
35
14
4
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Gunnar Beck, Stefan Berger, Gilles Boyer, Cristian-Silviu Buşoi, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Sven Giegold, Neena Gill, Valentino Grant, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Herve Juvin, Othmar Karas, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Georgios Kyrtsos, Aušra Maldeikienė, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Dragoş Pîslaru, Luisa Porritt, Jake Pugh, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Alfred Sant, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Marco Zanni
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Gerolf Annemans, Manon Aubry, Carmen Avram, Niels Fuglsang, Eugen Jurzyca, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Ville Niinistö, Irene Tinagli
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali