IT-TIENI RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017
30.9.2019 - (2018/2208(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju[1],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0098/2019),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019[3] li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
_ wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0011/2019),
1. Jiċħad il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2017;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju[9],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[10] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0098/2019),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019[11] li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0011/2019),
1. Jirrimarka li l-proposta għall-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017 għandha titressaq f'sessjoni parzjali sussegwenti;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0011/2019),
A. billi l-istituzzjonijiet deċentralizzati kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala korpi tal-Unjoni;
B. billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regolament Finanzjarju Strutturali;
1. Jenfasizza l-importanza ta' aġir responsabbli u trasparenti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
2. Ifakkar fir-rwol tal-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza, kif regolata mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli ta' Proċedura tiegħu;
Bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2017
3. Ifakkar li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), l-istanzi materjali u sistematiċi ta' nonkonformità tal-pagamenti mar-Regolament Finanzjarju tal-EASO u ma' regoli u dispożizzjonijiet applikabbli oħra huma prinċipalment relatati mal-proċeduri ta' reklutaġġ u akkwist pubbliku li fuqhom huma bbażati l-pagamenti; jiddispjaċih, barra minn hekk, li n-natura sistematika tan-nonkonformità turi sistema ta' kontroll intern inadegwata; jiddispjaċih ħafna li s-somma kkombinata ta' żbalji li jirriżultaw minn pagamenti irregolari tammonta għal mill-inqas EUR 7,7 miljun jew 10,3 % tal-pagamenti totali magħmula mill-Uffiċċju fl-2017;
L-eżitu tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)
4. Jiddeplora l-irregolaritajiet li sab l-OLAF b'rabta ma' ksur fil-proċeduri ta' akkwist, miżapproprjazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, amministrazzjoni ħażina, abbuż tal-poter fi kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani, ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, fastidju u mġiba mhux xierqa fil-konfront tal-membri tal-persunal fl-2017; itenni l-appell tiegħu biex l-Uffiċċju jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar is-segwitu tal-miżuri proposti mill-OLAF; jifhem it-talba tal-Uffiċċju li jirrapporta f'aktar dettall fil-post opportun minħabba kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data;
5. Jilqa' d-deċiżjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 tal-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju li jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga tiegħu b'effett immedjat; jenfasizza, madankollu, li l-baġit għas-sena finanzjarja 2017 ġie implimentat taħt is-superviżjoni tal-amministrazzjoni preċedenti tal-Uffiċċju; jenfasizza li dan ir-rapport jirrigwarda l-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017; jilqa' l-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv ad interim fis-6 ta' Ġunju 2018 u l-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv ġdid fis-16 ta' Ġunju 2019; jirrikonoxxi l-impenn tad-Direttur Eżekuttiv il-ġdid li jwettaq riformi sinifikanti li jiżguraw governanza soda; japprezza l-messaġġ pożittiv li esprima d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid fis-seduta ta' smigħ pubbliku tal-4 ta' Settembru 2019, kif ukoll l-intenzjoni tal-Uffiċċju li jikkoopera mill-qrib fil-futur;
Segwitu għall-kwittanza tal-2016 u għar-rapport tal-ewwel kwittanza tal-2017
6. Ifakkar fid-deċiżjoni motivata tal-24 ta' Ottubru 2018[17] li fiha l-Parlament Ewropew irrifjuta li jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2016; ifakkar li, fis-26 ta' Marzu 2019, il-Parlament Ewropew iddeċieda li jipposponi d-deċiżjoni dwar il-kwittanza tal-Uffiċċju għall-2017;
7. Jilqa' r-rapport ta' segwitu min-naħa tal-Uffiċċju dwar l-osservazzjonijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2017, partikolarment il-miżuri korrettivi meħuda mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju, id-Direttur Eżekuttiv ad interim u d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid sabiex isir titjib fl-istruttura ta' governanza u l-effiċjenza tal-Uffiċċju, tinġieb lura t-trasparenza u tissaħħaħ il-fiduċja; jappoġġja u japprezza l-miżuri mħabbra fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza tal-EASO għall-2019; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jinforma regolarment u pubblikament lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;
8. Jirrikonoxxi l-isforzi u japprezza l-progress li sar fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern, li jinkludu kontrolli fuq l-operazzjonijiet relatati mal-akkwist u mal-infiq; jappoġġja d-deċiżjoni li, bil-ħolqien ta' servizz legali intern, l-esternalizzazzjoni tal-konsulenza legali tonqos u ma ddumx ma tispiċċa; jappoġġja l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-bżonn ta' aktar azzjonijiet korrettivi;
9. Jinnota b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni ta' żewġ terzi tal-azzjonijiet korrettivi tal-Uffiċċju f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri ta' akkwist, b'mod partikolari rigward il-pagamenti fi proċessi ta' akkwist irregolari, kif ukoll it-tlestija ta' proċeduri miftuħa ġodda, li ġew awditjati mill-Qorti mingħajr ma tqajjem ebda kumment;
10. Jilqa' l-pjan ta' reklutaġġ ambizzjuż li ġie implimentat u l-impatt pożittiv tiegħu fuq il-mili ta' pożizzjonijiet maniġerjali u pożizzjonijiet vakanti oħrajn; jinnota b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni ta' miżuri ġodda li huma mmirati lejn il-prevenzjoni tal-fastidju, iż-żieda fil-benessri tal-persunal u t-tnaqqis fit-tibdil kontinwu tal-ħaddiema; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jfittex jiffinalizza r-reklutaġġ – f'konformità sħiħa mal-proċeduri legali rilevanti – u jipprovdi segwitu regolari dwar ir-riżultati miksuba;
11. Jinnota b'sodisfazzjon li l-maġġoranza tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija ppubblikaw id-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curricula vitae tagħhom fis-sit web tal-Uffiċċju; jitlob li l-membri li għadhom ma ppubblikawx is-CVs tagħhom jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli; jilqa' l-impenn tat-tmexxija l-ġdida li tqajjem kuxjenza, tipprevjeni, tidentifika u tindirizza kwalunkwe sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess li jista' jkun hemm; jistieden lill-Uffiċċju biex, f'dan is-sens, fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza li jmiss, jiżviluppa u jimplimenta strateġija komprensiva li tispjega dan l-impenn, u jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-riżultati li jinkisbu;
12. Jinnota b'sodisfazzjon il-miżuri maħsuba mit-tmexxija l-ġdida tal-Uffiċċju biex l-informaturi jingħataw kuraġġ u protezzjoni; ifakkar li ambjent sikur għall-informaturi huwa element kruċjali għall-prevenzjoni, il-kxif u l-indirizzar ta' prattiki irregolari u illegali; jistenna l-adozzjoni rapida ta' regoli u linji gwida interni fir-rigward ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u "revolving doors" u jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta aktar fid-dettall dwar ir-riżultati miksuba;
o
o o
13. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019[18] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
25.9.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 6 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Tamás Deutsch, Raffaele Fitto, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Cristian Ghinea, Michael Heaver, Monika Hohlmeier, Joachim Kuhs, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Sabrina Pignedoli, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Katalin Cseh, Derk Jan Eppink, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu, Viola Von Cramon-Taubadel, Lucia Vuolo |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
21 |
+ |
ECR |
Derk Jan Eppink, Raffaele Fitto |
ID |
Matteo Adinolfi, Joachim Kuhs, Lucia Vuolo |
NI |
Michael Heaver, Sabrina Pignedoli |
PPE |
Lefteris Christoforou, Tamás Deutsch, Monika Hohlmeier, Markus Pieper, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský |
RENEW |
Olivier Chastel, Katalin Cseh, Cristian Ghinea, Ramona Strugariu |
VERTS/ALE |
Daniel Freund, Mikuláš Peksa, Viola Von Cramon-Taubadel |
0 |
- |
|
|
6 |
0 |
S&D |
Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.
- [2] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.
- [3] Testi adottati, P8_TA(2019)0261.
- [4] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [5] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [6] ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
- [7] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [8] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [9] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.
- [10] ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.
- [11] Testi adottati, P8_TA(2019)0261.
- [12] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [13] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [14] ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
- [15] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [16] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [17] ĠU L 331, 28.12.2018, p. 213.
- [18] Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.