RAPPORT dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-rifuġjati u għat-theddid għas-sigurtà
3.10.2019 - (COM(2019)0600 – C9-0029/2019 – 2019/2039(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: John Howarth
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-rifuġjati u għat-theddid għas-sigurtà (COM(2019)0600 – C9-0029/2019 – 2019/2039(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0600 – C9-0029/2019),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà[1],
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2018[2],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[5],
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019, adottat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0610),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9‑0013/2019),
A. billi fl-2019 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jimmobilizzaw l-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 1 164 miljun: EUR 179 miljun għall-Intestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) biex jissaħħu l-programmi ewlenin tal-kompetittività (jiġifieri Orizzont 2020 u Erasmus+), u EUR 985,6 miljun għall-Intestatura 3 kif propost mill-Kummissjoni;
B. billi l-Kummissjoni pproponiet l-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019 li jinkludi tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kemm għall-Intestatura 1a kif ukoll għall-Intestatura 3 u, għaldaqstant, inaqqas il-ħtieġa li jintuża l-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2019;
C. billi, għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet li taġġusta skont dan l-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għal EUR 1090 miljun, li minnhom EUR 160 miljun għall-Intestatura 1a u EUR 930 miljun għall-Intestatura 3;
D. billi d-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni proposta temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tat-12 ta' Diċembru 2018[6];
E. billi, b'riżultat tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019, l-aġġustamenti proposti saru nulli;
1. Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 rigward l-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[7], u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) L-Istrument ta' Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta' intestatura jew intestaturi oħra.
(2) Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà jlaħħaq is-EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013[8], miżjud, fejn applikabbli b'ammonti li skadew li saru disponibbli f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.
(3) Fit-12 ta' Diċembru 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni (UE) 2019/276[9] li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibbiltà għas-sena finanzjarja 2019 lil hinn mil-limitu massimu tal-Intestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) bl-ammont ta' EUR 178 715 475 biex jissaħħu l-programmi ewlenin ta' kompetittività u lil hinn mil-limitu massimu tal-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) bl-ammont ta' EUR 985 629 138 biex jiġu ffinanzjati l-miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, ir-rifuġjati u s-sigurtà.
(4) Il-Baġit Emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 jinkludi tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kemm għall-Intestatura 1a kif ukoll għall-Intestatura 3 u għaldaqstant inaqqas il-ħtieġa li jintuża l-Istrument ta' Flessibbiltà. Għaldaqstant huwa xieraq li l-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/276 jiġu aġġustati skont dan. Huwa xieraq ukoll li jiġi aġġustat il-profil tal-pagament mistenni.
(5) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/276, għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/276 huwa emendat kif ġej:
(1) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a) iċ-ċifra "EUR 178 715 475" tinbidel biċ-ċifra "EUR 160 195 475";
(b) iċ-ċifra "EUR 985 629 138" tinbidel biċ-ċifra "EUR 930 188 138".
(2) Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e) jinbidlu b'dawn il-punti li ġejjin:
"(a) EUR 511 468 976 fl-2019;
(b) EUR 242 308 256 fl-2020;
(c) EUR 126 300 853 fl-2021;
(d) EUR 131 990 641 fl-2022;
(e) EUR 78 314 887 fl-2023."
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi […],
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
1.10.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 4 3 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Jonathan Bullock, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Valerie Hayer, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, John Howarth, Mislav Kolakušić, Joachim Kuhs, Ioannis Lagos, Pierre Larrouturou, Rupert Lowe, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Henrik Overgaard Nielsen, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Damian Boeselager, Dinesh Dhamija, Henrike Hahn, Eva Kaili |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sara Cerdas |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
30 |
+ |
ECR |
Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt |
NI |
Mislav Kolakušić |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig |
RENEW |
Clotilde Armand, Olivier Chastel, Dinesh Dhamija, Valerie Hayer, Nils Torvalds, Nicolae Ştefănuță |
S&D |
Robert Biedroń, Sara Cerdas, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, John Howarth, Eva Kaili, Pierre Larrouturou, Nils Ušakovs |
VERTS/ALE |
Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Henrike Hahn |
4 |
- |
NI |
Jonathan Bullock, Ioannis Lagos, Rupert Lowe, Henrik Overgaard Nielsen |
3 |
0 |
ID |
Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3.
- [2] ĠU L 67, 7.3.2019.
- [3] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
- [4] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
- [5] ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
- [6] Id-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3).
- [7] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
- [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
- [9] Id-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3).