RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

15.10.2019 - (11734/2019 – C9‑0119/2019 – 2019/2028(BUD))

Parti 1: Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Kumitat għall-Baġits
Rapporteurs:  Monika Hohlmeier (Taqsima III – Il-Kummissjoni)
 Eider Gardiazabal Rubial (Taqsimiet oħra)


Proċedura : 2019/2028(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0017/2019
Testi mressqa :
A9-0017/2019
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(11734/2019 – C9‑0119/2019 – 2019/2028(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[1],

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[2],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3] ("ir-Regolament dwar il-QFP"),

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2020, Taqsima III – Kummissjoni[5],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Marzu 2019 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2020[6],

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0400) (l-"AB"),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2019 (11734/2019 – C9-0119/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 2.1c tal-Ftehim ta' Pariġi, ratifikat mill-Unjoni Ewropea fil-5 ta' Ottubru 2016,

 wara li kkunsidra l-analiżi panoramika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titlu "Azzjoni tal-UE f'dak li jirrigwarda l-enerġija u t-tibdil fil-klima" (2017),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu "Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima" (COM(2018)0773),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9‑0017/2019),

Taqsima III

Ħarsa ġenerali

1. Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2020, il-Parlament iddefinixxa prijoritajiet politiċi ċari għall-baġit 2020 bħala pont għall-Ewropa futura u biex jipprovdi valur miżjud Ewropew; jerġa' jafferma l-impenn qawwi tiegħu għal dawk il-prijoritajiet u jistabbilixxi l-pożizzjoni li ġejja biex jiżgura livell xieraq ta' finanzjament biex jintlaħqu;

2. Itenni l-opinjoni tal-Parlament li l-baġit 2020 għandu jwitti t-triq għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 u jagħmilha ta' punt tat-tluq sod għat-tnedija tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi u politiki tal-Unjoni; ifakkar, barra minn hekk, li l-2020 hija l-aħħar sena tal-QFP attwali u, għalhekk, l-aħħar opportunità għall-Unjoni biex toqrob lejn l-impenji politiċi stabbiliti għal dak il-perjodu, inkluż biex jintlaħaq l-objettiv tal-UE dwar il-klima, jiġu implimentati l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u biex jitwettaq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jenfasizza, f'dak il-kuntest, li l-baġit tal-Unjoni jrid jevalwa u jintegra l-impatt sħiħ tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (ibbaġitjar skont il-ġeneru), u b'hekk jippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs;

3. Jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-AB, li tnaqqas EUR 1,51 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni; iqis li t-tnaqqis tal-Kunsill jikkontradixxi għalkollox il-prijoritajiet tal-Unjoni, mhuwiex ġustifikat mill-kapaċità ta' assorbiment u huwa maħsub biex jannulla ż-żidiet speċifiċi kollha mitluba u miksuba mill-Parlament fis-snin baġitarji preċedenti; jiddeċiedi għalhekk, bħala regola ġenerali, li jerġa' jġib l-approprjazzjonijiet kif kienu fuq il-linji kollha mnaqqsa mill-Kunsill għal-livell tal-AB, kemm għan-nefqa operattiva kif ukoll għal dik amministrattiva, u biex jieħu l-AB bħala l-punt tat-tluq biex jibni l-pożizzjoni tiegħu;

4. Jemmen bis-sħiħ li huwa imperattiv li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u jitħares l-ambjent b'tali mod li jagħti spinta lill-impjiegi, joħloq oħrajn ġodda, isaħħaħ il-kompetittività, jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u jiżgura l-prosperità soċjali; jissottolinja r-rwol ewlieni li għandhom it-teknoloġiji ġodda u emerġenti biex jinkiseb dak l-objettiv; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni tmexxi bl-eżempju u tispira pajjiżi oħra madwar id-dinja biex jinvestu aktar fin-nefqa relatata mal-klima; jilqa' t-talbiet qawwija li saru mill-mexxejja tal-Unjoni fis-summit reċenti tan-NU dwar it-tibdil fil-klima u l-impenji li ħadu dan l-aħħar diversi Stati Membri biex iżidu l-infiq f'oqsma bħall-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, it-trasport sostenibbli u l-infrastruttura tal-enerġija; jemmen li tali dikjarazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn azzjoni konkreta mill-Istati Membri inkluż meta jkunu qed jiddeliberaw bħala Kunsill;

5.  Ifakkar fl-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi u l-impenn tagħha li tilħaq objettiv ta' 20 % tan-nefqa tal-Unjoni relatata mal-klima għall-perjodu 2014-2020; jinnota li 21,0 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn proposti fl-AB għall-2020 huma relatati mal-klima u li mill-inqas EUR 3,5 biljun addizzjonali għandhom ikunu ddedikati għan-nefqa relatata mal-klima sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' 20 %; jiddispjaċih li, fl-ambitu tal-QFP attwali, il-baġit tal-Unjoni għandu mezzi limitati biex jindirizza l-isfida klimatika waħdu u jindika ħtiġijiet ferm akbar għall-investiment f'dan il-qasam, stmat mill-Kummissjoni fil-medda ta' bejn EUR 175 biljun u EUR 290 biljun fis-sena;

6.  Jissottolinja li l-baġit 2020 għandu jħejji lill-Unjoni tilħaq objettiv ta' integrazzjoni tal-kwistjonijiet klimatiċi u tal-bijodiversità saħansitra aktar ambizzjuż fil-QFP 2021-2027, sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi taċ-ċittadini Ewropej; jitlob metodoloġija aktar trasparenti, rigoruża u komprensiva, stabbilita f'konformità ma' metodoloġiji stabbiliti fuq livell internazzjonali, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni riformati għad-definizzjoni u t-traċċar tan-nefqa marbuta mal-klima u mal-bijodiversità; jistenna b'interess l-proposta konkreta dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif deskritt fil-linji gwida politiċi tal-President elett tal-Kummissjoni li jmiss; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-impenn qawwi tiegħu favur ir-riforma tas-sistemi tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, inkluża l-introduzzjoni ta' basket ta' riżorsi proprji ġodda li huma allinjati aħjar mal-prijoritajiet ewlenin tal-politika tal-Unjoni, u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

7. Jipproponi, għaldaqstant, baġit 2020 li jagħti kontribut importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima u li jnaqqas kemm jista' jkun ix-xogħol b'lura eżistenti biex jintlaħaq l-objettiv ta' 20 % tan-nefqa tal-Unjoni relatata mal-klima għall-perjodu 2014-2020; jipproponi żieda sinifikanti ta' aktar minn EUR 2 biljun 'il fuq mil-livelli tal-AB għal linji baġitarji f'Intestaturi differenti, u b'mod prevalenti fis-Subintestatura 1a, li jagħtu kontribut kbir għall-objettiv tan-nefqa relatata mal-klima; jimmira b'attenzjoni dawk iż-żidiet lejn linji li għandhom rata ta' implimentazzjoni eċċellenti u l-kapaċità operattiva li jassorbu l-approprjazzjonijiet addizzjonali fl-2020;

8. Jenfasizza li ż-żgħażagħ jibqgħu prijorità ewlenija għall-baġit tal-Unjoni; jenfasizza li minkejja x-xejriet pożittivi lejn tnaqqis fir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni, in-nuqqas ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ fil-futur jirrappreżenta emerġenza soċjali reali f'ċerti nħawi tal-Unjoni, b'disparitajiet sinifikanti fost l-Istati Membri u r-reġjuni; jiddeċiedi għalhekk li jżid l-approprjazzjonijiet tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) 'il fuq mil-livell propost mill-Kummissjoni, anke sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) fil-QFP li jmiss;

9. Iżid ir-riżorsi finanzjarji biex tiġi ssodisfata d-domanda futura għal Erasmus+, il-programm prinċipali għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa; jenfasizza li Erasmus+ huwa programm emblematiku tal-Unjoni li huwa magħruf sew fost iċ-ċittadini tagħha u ta riżultati tanġibbli b'valur miżjud Ewropew ċar; ifakkar fl-impenn tiegħu li jittriplika l-finanzjament għal dan il-programm fil-QFP 2021-2027; jenfasizza l-ħtieġa li l-azzjoni preparatorja DiscoverEU titkompla u tissaħħaħ aktar, fid-dawl tal-integrazzjoni programmata tagħha fil-programm Erasmus+ 2021-2027; jitlob li ssir enfasi speċjali fuq l-azzjonijiet ta' mobilità fl-edukazzjoni tal-adulti, b'mod partikolari għall-popolazzjoni anzjana fil-programm Erasmus+;

10. Jipproponi żidiet immirati ulterjuri għal linji baġitarji oħra relatati mal-prijoritajiet tal-Parlament, f'oqsma bħall-SMEs, id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, ir-riċerka dwar il-kanċer, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u l-ġustizzja, id-dwana, il-migrazzjoni u l-politika esterna, inklużi l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja;

11. Japprova, bħala regola ġenerali, l-estimi tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji deċentralizzati; iqis, għalhekk, li kwalunkwe tnaqqis propost mill-Kunsill jipperikola l-funzjonament xieraq tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti tagħhom; jipproponi żidiet immirati għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' aġenziji li se jkunu qed jittrattaw kompiti addizzjonali jew li qed iħabbtu wiċċhom ma' żieda fl-ammont ta' xogħol minħabba sfidi emerġenti;

12. Jikkonkludi li, bil-għan li jiġu ffinanzjati b'mod adegwat il-prijoritajiet urġenti espressi hawn fuq, u meta jitqiesu l-marġnijiet stretti ħafna jew ineżistenti taħt ċerti Intestaturi fl-2020, jeħtieġ li l-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Marġni Globali għall-Impenji jiġu mobilizzati bis-sħiħ, li l-Marġni ta' Kontinġenza jiġi mobilizzat, filwaqt li parti minnu tibqa' wkoll disponibbli għall-finanzjament ta' avvenimenti mhux previsti li jistgħu jinqalgħu s-sena d-dieħla; ifakkar ukoll li l-flessibbiltajiet stabbiliti fir-Regolament dwar il-QFP se jiskadu fl-aħħar ta' dak il-perjodu;

13.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li d-diżimpenji għal riċerka jerġgħu jintużaw bis-sħiħ kif stabbilit fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih ħafna li l-Kunsill jirrifjuta għal darb'oħra l-applikazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni leġiżlattiva li l-Kummissjoni pproponiet li tattiva parzjalment fl-AB; jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jinsisti fuq il-pożizzjoni tiegħu li tirrifletti kemm il-kelma kif ukoll l-ispirtu tar-Regolament Finanzjarju; beħsiebu jsolvi din il-kwistjoni fil-konċiljazzjoni baġitarja ta' din is-sena; jipproponi l-użu mill-ġdid bis-sħiħ ta' dawn id-diżimpenji biex jissaħħu l-erba' linji baġitarji tal-programm Orizzont 2020 bl-ogħla livell ta' attività ta' riċerka relatata mal-klima;

14. Jistabbilixxi l-livell ġenerali ta' approprjazzjonijiet għall-baġit 2020 (it-taqsimiet kollha) għal EUR 170 971 519 973 f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li jirrappreżenta żieda ta' EUR 2 699 813 994 meta mqabbel mal-AB; jiddeċiedi, barra minn hekk, li jagħmel disponibbli ammont ta' EUR 280 700 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn apparti d-diżimpenji skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju; jistabbilixxi l-livell ġenerali ta' approprjazzjonijiet għall-baġit 2020 (it-taqsimiet kollha) għal EUR 159 146 168 195 f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

15. Jirrimarka li Orizzont 2020 joffri valur miżjud Ewropew b'saħħtu ħafna u jagħti kontribut vitali għall-iżvilupp tat-teknoloġija ekoloġika u l-innovazzjoni li tirrispetta l-klima u l-ambjent, sabiex jinbnew il-pedamenti għal ġejjieni dekarbonizzat u tiġi appoġġjata bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza tal-programm għal oqsma sinifikanti oħra tar-riċerka Ewropea bħad-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u r-riċerka dwar il-kanċer; iżid b'mod sinifikanti, għalhekk, l-allokazzjoni ta' Orizzont 2020 fuq il-livell tal-AB b'EUR 737,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn; barra minn hekk, skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju, jagħmel disponibbli l-ammont sħiħ ta' EUR 280,7 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn diżimpenjati fl-2018 bħala riżultat ta' nuqqas ta' implimentazzjoni ta' proġetti ta' riċerka, għal-linji baġitarji ta' Orizzont 2020 li huma l-aktar rilevanti għal proġetti ta' riċerka relatata mal-klima, u jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lit-tqassim ġeografiku ġust ta' dawk il-fondi;

16. Jinsab konvint li l-ġlieda kontra l-kanċer għandha tkun prijorità assoluta għall-Unjoni, u li jeħtieġ li l-isforzi sinifikanti jiżdiedu f'din id-direzzjoni; jissottolinja l-fatt li r-riċerka dwar il-kanċer hija pilastru importanti f'dan il-proċess; jadotta, għalhekk, żieda ta' riżorsi finanzjarji li għandhom jiġu allokati għar-riċerka dwar il-kanċer fil-linji baġitarji rilevanti ta' Orizzont 2020 li juru wkoll eżekuzzjoni baġitarja għolja ħafna; jisħaq fuq il-fatt li r-riċerka f'dan il-qasam tiġi intensifikata mingħajr ebda dewmien, anki fid-dawl tal-investimenti aktar sostanzjali antiċipati fil-QFP li jmiss;

17. Ifakkar fil-fatt li l-pożizzjoni tal-Ewropa bħala fornitur ewlieni għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) tiddependi mir-riżorsi għall-iżvilupp u l-ittestjar ta' teknoloġiji ġodda tal-ICT kif ukoll għall-għoti ta' assistenza lil negozji ġodda u lil intrapriżi tat-teknoloġija sabiex tiżdied il-kapaċità rilevanti tas-suq; itenni, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu pprovduti fondi addizzjonali għall-faċilitajiet tar-riċerka Ewropej u n-negozji tal-SMEs b'enfasi fuq l-iżvilupp u l-progress tat-teknoloġiji bħall-magni tat-tiftix, is-servizzi tat-traduzzjoni u t-teknoloġiji innovattivi simili;

18. Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) fit-trawwim tal-iżvilupp strateġiku ta' netwerk trans-Ewropew bi prestazzjoni għolja li jkun sostenibbli u interkonness fil-qasam tat-trasport, b'enfasi speċjali fuq in-netwerk ferrovjarju inklużi l-ferroviji ta' bil-lejl, u fl-oqsma tal-enerġija u tal-infrastrutturi tal-ICT, u li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali f'termini klimatiċi; jipproponi għalhekk li jiżdied il-finanzjament għall-oqsma tat-trasport u l-enerġija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa b'ammont totali ta' EUR 545 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn 'il fuq mil-livelli tal-AB;

19. Iqis li jeħtieġ ukoll li jissaħħu aktar il-prijoritajiet importanti f'din is-Subintestatura; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, lejn l-SMEs, li huma parti essenzjali mill-ekonomija tal-Unjoni u jiżvolġu rwol kruċjali fit-twettiq ta' investimenti ta' kwalità eċċellenti u fil-ħolqien tal-impjiegi fl-Istati Membri kollha; jadotta, f'dan il-kuntest, żieda għall-programm COSME, sabiex jissaħħaħ aktar il-potenzjal tal-programm fil-promozzjoni tal-intraprenditorija, inkluża l-intraprenditorija tan-nisa, it-titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq tal-intrapriżi tal-Unjoni, u jitlob li ssir enfasi fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-SMEs; ifakkar li l-allokazzjoni proposta fl-AB għall-COSME kienet saħansitra inqas minn dak li kien previst fl-ipprogrammar finanzjarju u jadotta żieda ta' EUR 50 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn 'il fuq mil-livelli tal-AB;

20. Jenfasizza li Erasmus+ jibqa' programm ferm apprezzat u popolari immens, b'volum ta' applikazzjonijiet li jaqbeż sew il-finanzjament disponibbli, u li jgħin biex jitrawwem sens qawwi ta' identità Ewropea kondiviża; jadotta, għaldaqstant, żieda ta' EUR 123,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn 'il fuq mil-livelli tal-AB, sabiex jiġu miġġielda r-rati baxxi ta' suċċess u aktar nies ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-programm;

21.  Jipproponi żidiet immirati għal-livell ta' approprjazzjonijiet għall-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), u l-livell ta' approprjazzjonijiet u l-persunal għall-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER);

22. Iżid għaldaqstant il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għas-Subintestatura 1a b'EUR 1 503 766 221 'il fuq mill-AB (esklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji), li għandhom jiġu ffinanzjati bl-użu tal-marġni disponibbli u l-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali; barra minn hekk, f'din is-Subintestatura jagħmel disponibbli ammont ta' EUR 280 700 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn apparti d-diżimpenji skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju;

Subintestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

23. Ifakkar li tkabbir sostenibbli u investiment immirat tajjeb huma kruċjali biex jinħolqu impjiegi ta' kwalità u tiżdied il-prosperità għal kulħadd u dan hu għalhekk meħtieġ biex il-fondi strutturali u l-investimenti jiġu diretti b'mod iktar effettiv lejn il-promozzjoni tat-tkabbir inklużiv, it-tnaqqis fl-inugwaljanzi u t-tisħiħ tal-konverġenza soċjali għall-aħjar;

24. Jiddispjaċih għal-livell ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, li f'April 2019 ġie stmat għal 14,2 %, u li għadu għoli b'mod inaċċettabbli u jibqa' partikolarment gravi f'xi Stati Membri u reġjuni tal-Unjoni; jissottolinja l-importanza li jissaħħu l-impjegabbiltà u l-kapaċità intraprenditorjali taż-żgħażagħ filwaqt li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi; jinsab konvint li l-ġlieda kontra l-qgħad tirrikjedi sforzi finanzjarji sostanzjali; huwa determinat li jiżgura finanzjament addizzjonali għall-programm tal-YEI fl-aħħar sena tal-QFP attwali; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi aċċelerata l-implimentazzjoni ta' dak il-programm u li tittejjeb aktar l-effiċjenza tiegħu, bil-għan li jiġi żgurat li jġib aktar valur miżjud Ewropew għall-politiki nazzjonali dwar l-impjiegi; jipproponi għalhekk żieda ta' EUR 363,3 miljun 'il fuq mil-livelli tal-AB f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-YEI;

25. Iżid il-finanzjament għall-assistenza teknika, biex tiġi indirizzata l-kumplessità tal-proċeduri ta' ġestjoni tal-proġetti, sa mit-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-ġestjoni finanzjarja u l-monitoraġġ tal-impatt, li huwa ostaklu kbir għal assorbiment aħjar ta' "Fondi Strutturali";

26. Iżid il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għas-Subintestatura 1b bi EUR 373 278 264 'l fuq mill-AB (esklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji), li għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali;

Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

27. Jinnota bi tħassib li għal darb'oħra 8,3 % biss tal-impenji totali marbuta ma' miżuri maħsuba biex ireġġgħu lura d-deklin tal-bijodiversità, li huwa l-perċentwal l-iktar baxx mill-2015, minkejja r-rata ta' estinzjoni mingħajr preċedent u aċċelerata tal-ispeċijiet li qiegħda tiġi osservata; jitlob li jiġu allokati aktar riżorsi suffiċjenti u traċċabbli għall-protezzjoni fit-tul u koerenti tal-bijodiversità fl-Unjoni kollha; f'konformità mal-prijorità ġenerali biex jiġi indirizzat t-tibdil fil-klima, jiffoka żidiet sostanzjali b'valur ta' EUR 233 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fuq linji baġitarji relatati mal-programm LIFE+ fit-Titoli 7 u 34; jistenna li l-Kummissjoni tiggarantixxi l-kapaċità ta' assorbiment neċessarja għal użu effikaċi ta' dawn ir-riżorsi addizzjonali u tiżgura distribuzzjoni ġeografika aktar ekwa ta' tali fondi favur l-ambjent, bħal fil-każ tal-programmi tal-QFP li jmiss;

28. Jipproponi żidiet neċessarji għal-linji baġitarji magħżula, b'mod partikolari għall-finanzjament ta' miżuri li jindirizzaw l-impatt tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'diversi Stati Membri; jinnota l-gravità ta' dan l-impatt u l-għadd kbir ta' tifqigħat irreġistrati sa mill-bidu tal-2019, bil-konsegwenza tal-qtil ta' għexieren ta' eluf ta' annimali; josserva li xi pajjiżi terzi investew fir-riċerka għal finijiet tal-iżvilupp ta' vaċċin kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer u huwa tal-fehma li l-Unjoni wkoll imissha tinvesti fir-riċerka u fl-iżvilupp ta' vaċċin li jgħin biex iwaqqaf fl-iqsar żmien possibbli l-firxa u l-okkorrenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer;

29. Ifakkar li l-livell ta' approprjazzjonijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għad irid jiġi aġġustat billi jitqies id-dħul assenjat li mistenni jkun disponibbli fl-2020 kif ikkomunikat fl-Ittra Emendatorja tal-Kummissjoni;

30.  Jipproponi żieda mmirata fil-livell ta' approprjazzjonijiet u tal-persunal għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

31. Fil-qosor, iżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 267,3 miljun fl-Intestatura 2 (esklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji), li għandhom jiġu ffinanzjati bl-użu tal-marġni disponibbli taħt il-limitu massimu; jinsisti li m'għandu jkun hemm ebda tnaqqis ulterjuri fil-baġit tal-agrikoltura, peress li s-settur agrikolu ta' spiss jiġi affettwat minn kriżijiet li jirrikjedu risposta baġitarja;

Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza

32. Iżid, fid-dawl ta' limitu massimu irrealistikament baxx mill-bidu tal-QFP attwali, il-finanzjamenti għall-prijoritajiet tal-Parlament fl-oqsma tas-sigurtà interna, tal-migrazzjoni, tad-drittijiet fundamentali u tar-rispett tal-istat tad-dritt kif ukoll għall-promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza u għall-ġlieda kontra l-vjolenza sessista; jopponi bil-qawwa t-tnaqqis li għamel il-Kunsill lill-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u lill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u jirrifjuta l-proposta tal-Kunsill li jiġu trasferiti f'riżerva EUR 400 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn AMIF sa ma jsir progress fir-riforma tar-Regolament ta' Dublin III[7], billi dan ikun jimpedixxi lill-Istati Membri l-aktar esposti li jirċievu sostenn biex jiġġestixxu b'mod uman il-pressjoni migratorja;

33. Jissottolinja l-importanza assoluta li jsir investiment f'finanzjamenti u f'livelli ta' persunal adegwati għall-aġenziji kollha li joperaw fl-oqsma tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tal-kontroll fil-fruntieri u tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-Europol, l-Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-Frontex u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA); jenfasizza li l-UPPE jeħtieġlu jkun mgħammar bil-mezzi neċessarji biex ikun jista' jwettaq investigazzjoni bir-reqqa u prosekuzzjoni tal-attivitajiet kriminali transfruntieri;

34. Jistieden lill-Kummissjoni toħloq b'urġenza fond dirett għas-sostenn favur l-operazzjonijiet ta' riċerka u salvataġġ bil-għan li tiġi garantita preżenza qawwija ta' SAR fil-Mediterran;

35.  Itenni r-rieda tiegħu li juża l-baġit tal-Unjoni bħala strument biex ikunu miġġielda b'mod effikaċi l-inugwaljanzi eżistenti u tkun promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari jiġu ddestinati aktar riżorsi għall-objettiv Daphne tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u għall-iżvilupp tal-bniedem fil-qafas tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp; jenfasizza li huma meħtieġa finanzjamenti adegwati għall-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet rifuġjati u ta' kategoriji vulnerabbli oħrajn, bħall-persuni LGBTQI+;

36. Jipproponi żieda ta' 10 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn għas-sottoprogrammi MEDIA u Kultura tal-programm Ewropa Kreattiva, sabiex jiġu rimedjati s-sottofinanzjament kroniku tagħhom u r-rati ta' suċċess baxxi tal-applikazzjoni; iżid ukoll l-approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet multimedjali, li huma kruċjali biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni u jiġi promoss il-ġurnaliżmu indipendenti;

37.  Jipproponi wkoll żieda mmirata tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni ddestinata għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini;

38. Iżid għalhekk l-Intestatura 3 b'EUR 121 799 746 f'approprjazzjonijiet ta' impenn 'il fuq mil-livelli tal-AB (esklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji), li għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' mobilizzazzjoni ulterjuri ta' strumenti speċjali;

Intestatura 4 – Ewropa Globali

39. Jissottolinja l-ħtieġa li l-baġit tal-Unjoni jikkontribwixxi aktar għall-miżuri ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta' adattament għalih kif ukoll għad-diplomazija klimatika fil-pajjiżi koperti mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili; jindika l-possibbiltà li l-baġit tal-Unjoni jagħti assistenza finanzjarja għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u jimmobilizza strumenti finanzjarji innovattivi, inkluż il-pjan tal-UE għall-investimenti esterni, biex jingħata sostenn lit-tħejjija u lill-finanzjament ta' proġetti ta' żvilupp relatati mal-klima fl-Afrika;

40. Jipproponi żieda sostanzjali fil-finanzjamenti għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, speċjalment fl-oqsma tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-amministrazzjoni pubblika; jissottolinja l-importanza ta' finanzjamenti sinifikattivi fid-dawl tal-bosta sfidi li l-Unjoni se jkollha tħabbat wiċċha magħhom flimkien mal-Istati Membri fil-Viċinat Ewropew biex issostni r-riformi politiċi u l-allinjament mal-acquis fil-Balkani tal-Punent;

41. Ifakkar li, minħabba t-theddid persistenti għas-sigurtà u d-deterjorament tal-kundizzjonijiet ta' sigurtà fil-fruntieri tal-Lvant tal-Unjoni, kif ukoll ir-riformi impenjattivi li s-sħab tal-Ewropa tal-Lvant jiffaċċjaw, huwa importanti li jiġi pprovdut finanzjament suffiċjenti li jappoġġja l-prevenzjoni tal-kriżijiet u tal-kunflitti, l-istabbiltà, id-demokrazija u t-tisħiħ tal-fiduċja u li jiġu intensifikati l-isforzi sabiex jiġu appoġġjati t-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun; ifakkar ukoll li l-pajjiżi tal-viċinat tan-Nofsinhar għandhom bżonn appoġġ finanzjarju addizzjonali billi qegħdin jaffrontaw pressjoni enormi, inklużi l-kunflitti fis-Sirja u fil-Libja, il-qawmien tal-estremiżmu u l-movimenti relatati tar-rifuġjati u tal-migranti;

42. Iqis li hemm bżonn jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja għall-Komunità Ċiprijotta Torka, bl-iskop li jingħata kontribut b'mod deċiżiv għat-tkomplija u għall-intensifikazzjoni tal-missjoni tal-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f'Ċipru, għall-benesseri tal-Maroniti li jkunu jixtiequ risistemazzjoni u dik tal-persuni li jinsabu f'enklavi kif miftiehem fit-tielet Ftehim ta' Vjenna, u li jingħata appoġġ lill-Kumitat Tekniku dwar il-Patrimonju Kulturali taż-żewġ komunitajiet (TCCH), biex b'hekk jiġu promossi l-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ komunitajiet;

43. Jisħaq fuq ir-responsabbiltà tal-Unjoni li tappoġġja l-protezzjoni tal-Artiku; jissottolinja l-importanza li jsir investiment f'politika tal-UE għall-Artiku li tkun aktar koerenti;

44. Jitlob żieda fil-finanzjamenti għall-proġetti ċċentrati fuq l-appoġġ għar-rifuġjati mill-Venezwela li jkunu ħarbu lejn il-pajjiżi ġirien inklużi t-territorji tal-Istati Membri fil-Karibew;

45. Jemmen li, fid-dawl tat-tentattivi gravi u persistenti min-naħa tat-Turkija li tikkomprometti l-istabbiltà reġjonali u tal-aġir aggressiv tagħha fil-konfront tal-Istati Membri, kif ukoll tan-nuqqasijiet tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mad-demokrazija, mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet fundamentali, huwa ġustifikat li jitnaqqsu ulterjorment l-approprjazzjonijiet għat-Turkija fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni; jiddeċiedi, għalhekk, li ma jannullax it-tnaqqis li sar mill-Kunsill għall-finanzjament favur it-Turkija, li jnaqqas dak il-finanzjament b'EUR 5 miljun addizzjonali, u li jqiegħed EUR 100 miljun ta' dan il-finanzjament f'riżerva;

46. Jiddeplora r-rwol limitat tal-Parlament fis-superviżjoni u fil-governanza tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika (EUTF); iqis li huwa fundamentali li l-Parlament jista' jissorvelja l-attivitajiet tal-Kumitat Operattiv u jistieden lill-Kummissjoni tforni informazzjoni dettaljata dwar id-deċiżjonijiet meħuda f'dan il-Kumitat u tiżgura li l-Parlament ikun irrappreżentat fil-laqgħat tal-Kumitat;

47. Iżid l-Intestatura 4 b'total ta' EUR 257 217 394 'l fuq mill-AB (esklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji), li għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' mobilizzazzjoni ulterjuri ta' strumenti speċjali;

Intestatura 5 – Amministrazzjoni; Intestaturi oħra - nefqa amministrattiva u ta' sostenn għar-riċerka

48. Jerġa' jġib il-livelli tal-AB għal-linji tan-nefqa amministrattiva kif kienu, inkluża n-nefqa ta' sostenn amministrattiv u għar-riċerka fl-Intestaturi 1 sa 4; jipproponi żieda ta' EUR 5,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn 'il fuq mill-AB għal Konferenza dwar id-Demokrazija Ewropea/il-Futur tal-Ewropa; jirrimarka li l-Konferenza għandha tkun tista' topera bil-livell meħtieġ ta' awtonomija u li l-Parlament għandu jkun involut fuq bażi ugwali mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra; jenfasizza, barra minn hekk, li l-Konferenza għandha tippermetti l-parteċipazzjoni u l-impenn ta' firxa wiesgħa ta' ċittadini inklużi ż-żgħażagħ;

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)

49. Ifakkar fl-importanza tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji (PP-AP) bħala għodod għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u għall-introduzzjoni ta' inizjattivi ġodda li għandhom il-potenzjal li jinbidlu f'attivitajiet u programmi permanenti tal-Unjoni; jenfasizza f'dan ir-rigward li, fil-każ tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji li jwittu t-triq għal programmi ġodda sostnuti mill-President tal-Kummissjoni attwali u mill-Parlament, bħall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Kummissjoni għandha toqgħod partikolarment attenta li timplimentahom f'forma li tkun tikseb l-akbar appoġġ min-naħa tal-Parlament; wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proposti kollha mressqa u kkunsidra bis-sħiħ il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġuridiċi u l-implimentabbiltà tagħhom, jadotta pakkett ibbilanċjat ta' PP-AP li jirrifletti l-prijoritajiet politiċi tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta malajr il-PP-AP u tipprovdi feedback dwar il-prestazzjonijiet u r-riżultati tagħhom fuq il-post;

Pagamenti

50. Jiġbed l-attenzjoni għall-marġni mingħajr preċedent ta' EUR 20 067,6 miljun li kien baqa' taħt il-limitu massimu għall-pagamenti fl-AB, minħabba l-bidu tard ħafna tal-programmi 2014-2020 u l-akkumulu korrispondenti ta' pagamenti mhux użati, b'mod partikolari fis-Subintestatura 1b; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat akkumulu enormi ta' talbiet għal pagamenti fil-bidu tal-QFP li jmiss li jista' jwassal għal kriżi oħra tal-pagamenti fil-baġit tal-Unjoni, kif kien il-każ fil-perjodu li għaddej bħalissa, u li jista' jimpedixxi l-bidu ordnat tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi għall-2021-2027;

51. Iżid, għaldaqstant, il-pagamenti għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'total ta' EUR 3 biljun u jistenna li l-Istati Membri se jkomplu jaċċeleraw l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom fl-aħħar sena tal-QFP attwali, u jirrispettaw aktar it-tbassir tagħhom stess; iżid il-proviżjonament tal-fond ta' garanzija tal-FEIS b'EUR 948 miljun sabiex jiġu riportati għall-2020, b'mod newtrali għall-baġit, dawk il-pagamenti akkont annwali li s'issa kienu ppjanati għas-snin 2021 sal-2023, jiġifieri meta l-pressjoni fuq il-pagamenti tkun mistennija li tkun ogħla; fl-aħħar nett, iżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament fuq dawk il-linji li għalihom hemm żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn;

Taqsimiet oħrajn

Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

52. Jerġa' jġib l-approprjazzjonijiet stabbiliti fl-estimi kif kienu fuq il-bażi ta' analiżi bir-reqqa u responsabbli tal-bżonnijiet tal-Parlament għall-2020 u adottati b'maġġoranza kbira mill-Plenarja fir-riżoluzzjoni tiegħu li ssemmiet hawn fuq tal-28 ta' Marzu 2019; huwa konxju li l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-Kummissjoni taġġusta l-abbozz tal-estimi tal-Istituzzjonijiet l-oħra; jesprimi madankollu s-sorpriża u t-tħassib serju tiegħu rigward it-tnaqqis tal-Kummissjoni fil-baġit tal-Parlament, li jikser it-tradizzjoni ta' kooperazzjoni tajba bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

53. Iżid żewġ linji 'l fuq mill-AB, minħabba elementi ġodda li għandhom impatt fuq l-allowances tranżitorji għall-baġit 2020, li ma kienx possibbli li jiġu evitati, jiġifieri: ir-rata ogħla ta' Membri li ma reġgħux ġew eletti fl-elezzjonijiet Ewropej (63 %, meta għall-kalkolu kienet intużat medja ta' 50 %) u l-posponiment tal-Brexit għall-31 ta' Ottubru 2019; iżid ukoll il-linja dwar il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, peress li xogħolhom huwa kruċjali fil-promozzjoni tad-demokrazija u l-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni;

54. F'konformità mal-estimi li adotta l-Parlament:

-  jitlob lill-Bureau jaħdem fuq soluzzjoni teknika li tippermetti lill-Membri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw anki meta jibbenefikaw mil-liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-mard għal żmien twil;

- itenni l-appell tiegħu favur proċess deċiżjonali trasparenti fil-qasam tal-politika immobiljari; ma jaqbilx, għalhekk, mal-prattika kurrenti tat-"trasferiment ta' tlaqqit" ta' tmiem is-sena biex tikkontribwixxi għall-proġetti immobiljari ta' bħalissa, trasferiment li sistematikament isir fl-istess kapitoli u l-istess titoli u, spiss, eżattament fl-istess linji baġitarji; iqis li l-politika immobiljari għandha tkun iffinanzjata b'mod trasparenti mil-linji baġitarji ddedikati għaliha;

-  ifakkar fit-talba tiegħu lill-Bureau biex jieħu azzjoni ħalli jallinja b'mod sħiħ, mill-1 ta' Jannar 2020, l-ammonti tal-allowances imħallsa lill-uffiċjali, lill-aġenti l-oħrajn u lill-assistenti parlamentari akkreditati (APA) għall-ispejjeż imġarrba waqt l-ivvjaġġar fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament;

-  itenni t-talba tiegħu lill-Konferenza tal-President u lill-Bureau biex jirrevedu d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u tal-missjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea; jissottolinja l-fatt li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-APA, suġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament;

-  jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta malajr ir-regoli ta' implimentazzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet statutorji tal-APA sabiex tiġi evitata interpretazzjoni diskrezzjonali u l-inugwaljanzi attwali li jimpedixxu l-eżerċizzju sħiħ ta' xogħolhom kif iddikjarat fl-ambitu tal-Istatuti tal-Membri u tal-Assistenti;

-  jitlob li jiġu implimentati bis-sħiħ il-miżuri li l-Parlament irrakkomanda fir-riżoluzzjoni tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-Unjoni Ewropea[8], jiġifieri l-implimentazzjoni ta' taħriġ kontra l-fastidju għall-persunal u l-Membri kollha, l-awditjar estern għaż-żewġ kumitati eżistenti kontra l-fastidju kif ukoll ir-ristrutturar taż-żewġ kumitati eżistenti f'kumitat wieħed indipendenti, fejn bħala membri permanenti jkun hemm tobba u avukati; jitlob aktar appoġġ biex ikopri l-kost ta' persunal addizzjonali li jkun kompetenti biex jittratta l-każijiet ta' fastidju fi ħdan il-Parlament, li jlaqqa' flimkien f'servizz ad hoc persunal b'kompetenzi esperti fil-qasam mediku, psikoloġiku, ġuridiku u ta' ġestjoni tar-riżorsi umani u li jkopri l-ispejjeż legali u mediċi tal-vittmi ta' fastidju skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal;

-  itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jippreżenta stimi dettaljati u qsim analitiku tal-kostijiet tax-xogħlijiet tekniċi preparatorji fil-binja SPAAK fid-dawl tar-rinnovazzjoni tagħha, ivvalutati fi EUR 12,4-il miljun;

- jitlob mill-ġdid li jsir aktar użu tal-vidjokonferenzi u ta' teknoloġiji oħra biex jitħares l-ambjent u jiġu ffrankati r-riżorsi, b'mod partikolari biex jonqsu l-vjaġġi tal-persunal bejn it-tliet postijiet tax-xogħol;

Taqsimiet oħra (Taqsimiet IV-X)

55.  Jinnota li, sostanzjalment, l-AB jirrifletti l-estimi tal-istituzzjonijiet varji li jaqgħu taħt it-taqsimiet l-oħra tal-baġit u għalhekk jaqbel, b'xi eċċezzjonijiet, mar-rekwiżiti finanzjarji tagħhom; iqis li t-tnaqqis propost mill-Kunsill għalhekk ikollu effett deleterju fuq il-funzjonament tal-istituzzjonijiet ikkonċernati, u konsegwentement fuq il-kontribut vitali li jagħtu għall-funzjonament tal-Unjoni; jipproponi, għal din ir-raġuni, li jinġiebu lura l-livelli tal-AB kif kienu fi kważi l-każijiet kollha, inkluż fir-rigward tat-tabelli tal-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; ma jimmodifikax, konformement mal-gentlemen's agreement, il-qari tal-Kunsill li jikkonċerna l-Kunsill u l-Kunsill Ewropew;

56. Iqis li, f'għadd limitat ta' każijiet u b'kont meħud tal-estimi tal-istituzzjonijiet, huwa meħtieġ li jiżdiedu l-linji 'l fuq mill-AB u li jiġu ssuġġeriti postijiet tax-xogħol addizzjonali; jipproponi għaldaqstant:

a) fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja, u minħabba l-ammont ta' xogħol dejjem jiżdied tagħha, li jiġu jiddaħħlu l-11-il post tax-xogħol proposti mill-Qorti fl-estimi tagħha (7 postijiet AD u 4 AST), li l-Kummissjoni ma inkludietx fl-AB, u li jiġu previsti l-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-remunerazzjonijiet u l-allowances;

b) fir-rigward tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni, li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet 'il fuq mill-AB għal xi linji, sabiex jinżamm livell ta' approprjazzjonijiet simili għal tas-sena l-oħra;

c) fir-rigward tal-Ombudsman Ewropew, li jiżdiedu żewġ postijiet AD 'il fuq mill-AB, flimkien ma' tnaqqis ċkejken għal tliet linji baġitarji, sabiex l-ammonti jinġiebu lura għal żewġ linji oħra;

 

o

o o

57. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi għall-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (1.10.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Michael Gahler

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jinnota bi tħassib it-tnaqqis ta' aktar minn EUR 1 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Intestatura 4 (Ewropa Globali), li jirriżulta f'baġit għal azzjoni esterna aktar baxxa minn matul kwalunkwe waħda mit-tliet snin preċedenti; jemmen li fil-kuntest internazzjonali attwali, jeħtieġ li l-UE, bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri tagħha, tieħu aktar, mhux inqas responsabbiltà u li għandha tkun mogħnija bir-riżorsi finanzjarji neċessarji fid-dawl tad-diversi sfidi fil-Viċinat Ewropew u lil hinn minnu; jitlob li jiġi allokat il-marġini ta' aktar minn EUR 200 miljun fl-Intestatura 4, inkluż għar-rispons għall-kriżijiet, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżijiet;

2. Jemmen li hija meħtieġa żieda ulterjuri fil-finanzjament għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), speċjalment fl-oqsma tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-amministrazzjoni pubblika; jinnota li l-Kummissjoni rrakkomandat il-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Albanija u l-Maċedonja ta' Fuq; jisħaq li huwa importanti li tinżamm dik il-wegħda u li jinbdew negozjati ta' adeżjoni diġà fl-2019; f'dan ir-rigward, ma japprovax it-tnaqqis propost tal-fondi ddedikati għall-appoġġ tar-riformi politiċi u l-allinjament mal-acquis fil-Balkani tal-Punent u minflok jitlob żieda sostanzjali;

3. Jinnota li l-allokazzjonijiet għat-Turkija għadhom f'livell imnaqqas u jemmen li dan huwa ġġustifikat min-nuqqasijiet serji u persistenti fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fit-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni u, jekk jitqies neċessarju, taġġusta l-appoġġ finanzjarju, filwaqt li tibqa' kollegata maċ-ċittadini tat-Turkija; jilqa' ż-żieda fl-enfasi fuq l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari fl-oqsma tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u l-bidla kontinwa lejn ġestjoni diretta u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef aktar dak ir-riekwilibriju;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-istabbiltà tal-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu appoġġati pajjiżi ewlenin, bħall-Ukrajna, il-Moldova, it-Tuneżija u l-Georgia, li kollha wrew progress sinifikanti li għandu jiġi rikonoxxut u appoġġat; ifakkar fl-importanza li jinżamm livell għoli ta' appoġġ u involviment tal-UE għal Viċinat Ewropew stabbli, filwaqt li jitqies l-impenn tal-pajjiżi sħab lejn l-aġenda ta' riforma komprensiva tagħhom, speċjalment fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; ifakkar ukoll li minħabba t-theddid persistenti għas-sigurtà u d-deterjorament fl-ambjent tas-sigurtà fil-fruntieri tal-Lvant tal-UE, huwa importanti li jitkompla l-bini tal-fiduċja mas-sħab tal-Lvant u li jiġi pprovdut finanzjament suffiċjenti biex jappoġġa l-istabbiltà u l-bini tad-demokrazija fir-reġjun, b'mod partikolari fir-rigward tal-Ukrajna u s-sitwazzjoni ta' kunflitt persistenti maħluqa mir-Russja fil-Lvant tal-Ukrajna; jappoġġa rwol imsaħħaħ u aktar viżibbli għall-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-UE fil-Georgia, fid-dawl ta' żieda fl-aggressjoni tar-Russja lejn il-Georgia; jissottolinja li fil-każ tal-Moldova, l-UE għandha tibni fuq il-momentum politiku u tiżgura appoġġ finanzjarju qawwi sabiex isiru r-riformi demokratiċi, ekonomiċi u soċjali meħtieġa;

5. Jitlob li jkun hemm aktar finanzjament iddedikat għall-ġlieda kontra l-kampanji ta' diżinformazzjoni li jheddu l-proċessi demokratiċi fil-Viċinat tal-Unjoni;

6. Ifakkar li l-pajjiżi fil-Viċinat tan-Nofsinhar qed jiffaċċjaw pressjoni enormi minħabba żviluppi mqanqla fir-reġjun, inklużi l-kunflitti fis-Sirja u fil-Libja, iż-żieda fl-estremiżmu u l-movimenti relatati ta' refuġjati u migranti, u jemmen li aktar sforzi u finanzjament għal miżuri ta' bini ta' fiduċja jistgħu jkunu mod kif jiġu indirizzati l-problemi attwali; jitlob li jitreġġa' lura t-tnaqqis baġitarju propost għall-pajjiżi fil-Viċinat tan-Nofsinhar taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI); itenni li l-kontribuzzjonijiet mill-ENI għall-wegħda tas-Sirja u l-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika m'għandhomx isiru għad-detriment tal-prijoritajiet ewlenin tal-ENI u jitlob li dawn l-impenji addizzjonali jiġu kkumpensati bis-sħiħ permezz ta' rinforzi;

7.  Jilqa' l-wegħdiet li saru fil-Konferenza ta' Brussell III "Nappoġġaw il-futur tas-Sirja u r-Reġjun" u jenfasizza li lil hinn mill-EUR 560 miljun allokati, l-UE trid timpenja ruħha għal involviment fit-tul u stabbli fir-reġjun; jissottolinja l-isforzi ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq il-ġbir ta' evidenza fis-Sirja u jitlob li l-evidenza ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità mwettqa min-naħat kollha tal-kunflitt jinżammu bħala prijorità fundamentali;

8.  Jitlob appoġġ imsaħħaħ tal-UE għall-vijabbiltà ta' soluzzjoni ta' żewġ stati, l-Awtorità Palestinjana, is-soċjetà ċivili kemm fl-Iżrael kif ukoll fil-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA); jinnota bi tħassib l-allegazzjonijiet reċenti ta' abbuż ta' poter fi ħdan it-tmexxija tal-UNRWA u jistenna li jsiru investigazzjoni sħiħa u trasparenti u skrutinju estern dwar dawn il-kwistjonijiet; jibqa' mħasseb dwar it-tkomplija tal-qerda u l-konfiska ta' assistenza umanitarja ffinanzjata mill-UE fix-Xatt tal-Punent;

9. Jitlob li jerġa' jiddaħħal il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran, li jmexxi l-impenn tal-UE mar-reġjun u li jipprovdi viżibbiltà akbar tal-UE;

10.  Jitlob għal aktar finanzjament għall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk li jinsabu l-aktar fir-riskju, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem (ProtectDefenders.eu);

11. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi appoġġata u protetta l-komunità LGBTI+ madwar id-dinja; jitlob l-allokazzjoni ta' fondi tal-UE biex jiġu appoġġati l-komunitajiet LGBTI+ f'pajjiżi fejn id-drittijiet tagħhom ikunu mhedda;

12.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali (MOE) tal-UE fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u għall-bini tal-fiduċja pubblika fil-proċessi elettorali, u b'hekk tiġi promossa l-istabbiltà u jissaħħu objettivi oħra tal-politika barranija, fosthom il-bini tal-paċi; jindika l-importanza li jissaħħu l-MOE u li jiżdied il-finanzjament tagħhom; jinnota li ż-żieda proposta għandu jkollha, b'mod partikolari, l-għan li ssaħħaħ l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali lokali bbażati fuq is-soċjetà ċivili, b'massimu ta' 25 % tal-baġit totali tal-EIDHR li għandu jiġi allokat għall-finanzjament tal-MOE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni trawwem aktar kompetizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi bħala mod kif jiżdiedu l-effikaċja u l-effiċjenza;

13.  Jisħaq fuq l-importanza ta' tfassil progressiv tal-politika ta' difiża komuni tal-UE u l-ħtieġa li jingħata appoġġ għal aktar finanzjament biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħha; jafferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP) u jilqa' l-EUR 255 miljun allokati fl-Abbozz ta' Baġit; ifakkar fir-rwol importanti li l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) irid ikollu f'baġits futuri, b'mod partikolari l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu akbar minn dawn l-opportunitajiet ta' finanzjament;

14. Itenni l-fehma tiegħu li l-finanzjament tan-nefqiet amministrattivi u operattivi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u ta' kooperazzjoni strutturata permanenti mill-baġit tal-Unjoni huwa l-unika għażla skont it-Trattati;

15. Jemmen li għandhom jiġu ddedikati aktar fondi għall-isforzi ta' prevenzjoni tal-kunflitti ċivili, ta' medjazzjoni u ta' rikonċiljazzjoni, speċjalment fil-Viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-UE;

16. Jenfasizza l-konsegwenzi li se jkollu t-tibdil fil-klima fuq l-azzjoni esterna tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-emerġenza klimatika titqabbel ma' żieda sostanzjali fl-għadd ta' fondi ddedikati għall-objettivi tal-klima u d-diplomazija dwar il-klima;

17. Jisħaq fuq ir-responsabbiltà tal-UE li tappoġġa l-protezzjoni tal-Artiku; jissottolinja l-importanza li jsir investiment f'politika tal-UE aktar koerenti għall-Artiku;

18. Jisħaq fuq il-ħtieġa kritika li tinqered il-vjolenza sesswali u sessista, billi jiġi indirizzat l-użu mifrux u sistemiku tagħha bħala arma tal-gwerra; jitlob li l-fondi tal-UE jintużaw biex jiġu appoġġati l-vittmi ta' vjolenza sessista u d-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja biex ikollhom aċċess għall-abort sikur u legali;

19. Jitlob li jkun hemm żieda fil-finanzjament għal proġetti li jiffukaw fuq l-appoġġ għar-refuġjati mill-Venezwela li jkunu ħarbu lejn il-pajjiżi ġirien inklużi t-territorji tal-Istati Membri fil-Karibew;

20. Jinsab diżappuntat bl-għadd baxx ta' nisa f'pożizzjonijiet ta' maniġment intermedju u ta' maniġment superjuri fis-SEAE (25 % u 13 % rispettivament); jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tagħmel impenn bil-miktub rigward il-preżenza tan-nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali, inkluża l-mira ta' 50 % nisa bħala Kapijiet ta' Delegazzjoni sal-2024;

21. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li kriżijiet mhux previsti jirrikjedu flessibbiltà u lok għal manuvrar fil-baġit u għalhekk ifakkar dwar il-ħtieġa li jkun hemm tħejjija u kapaċità ta' azzjoni b'ħeffa u b'mod effettiv jekk ikun meħtieġ;

22. Ifakkar li l-proposta tal-baġit attwali hija bbażata fuq baġit b'kontribuzzjonijiet sħaħ mir-Renju Unit matul l-2020.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.10.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

12

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Petras Auštrevičius, Traian Băsescu, Phil Bennion, Lars Patrick Berg, Anna Bonfrisco, Reinhard Bütikofer, Fabio Massimo Castaldo, Włodzimierz Cimoszewicz, Tanja Fajon, Michael Gahler, Giorgos Georgiou, Nathan Gill, Raphaël Glucksmann, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Sandra Kalniete, Stelios Kouloglou, David Lega, Nathalie Loiseau, Antonio López-Istúriz White, Jaak Madison, Claudiu Manda, Thierry Mariani, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Sven Mikser, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Sergei Stanishev, Hermann Tertsch, Idoia Villanueva Ruiz, Viola Von Cramon-Taubadel, Irina Von Wiese, Isabel Wiseler-Lima, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Attila Ara-Kovács, Vladimír Bilčík, Loucas Fourlas, Neena Gill, Markéta Gregorová, Roman Haider, Sergey Lagodinsky, Hannah Neumann, Bert-Jan Ruissen, Tineke Strik, Mick Wallace

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Bloss, Liudas Mažylis, Philippe Olivier

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ECR

Hermann Tertsch

NI

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Traian Băsescu, Vladimír Bilčík, Loucas Fourlas, Michael Gahler, Sandra Kalniete, David Lega, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Liudas Mažylis, Vangelis Meimarakis, Francisco José Millán Mon, Isabel Wiseler-Lima, Željana Zovko

RENEW

Petras Auštrevičius, Phil Bennion, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Nathalie Loiseau, Javier Nart, Irina Von Wiese

S&D

Attila Ara-Kovács, Maria Arena, Włodzimierz Cimoszewicz, Tanja Fajon, Neena Gill, Raphaël Glucksmann, Claudiu Manda, Sven Mikser, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos

VERTS/ALE

Michael Bloss, Reinhard Bütikofer, Markéta Gregorová, Sergey Lagodinsky, Hannah Neumann, Tineke Strik, Viola Von Cramon-Taubadel

 

12

-

ECR

Bert-Jan Ruissen

GUE/NGL

Giorgos Georgiou, Stelios Kouloglou, Idoia Villanueva Ruiz, Mick Wallace

ID

Lars Patrick Berg, Anna Bonfrisco, Roman Haider, Jaak Madison, Thierry Mariani, Philippe Olivier

NI

Nathan Gill

 

1

0

S&D

Sergei Stanishev

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (9.10.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Charles Goerens

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jissottolinja l-bżonn li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jikkontribwixxi b'mod adegwat għat-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha u għall-objettiv tal-qerda tal-faqar kif inhu stabbilit fl-Artikoli 3 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-SDGs għandhom ikunu prijorità strateġika u li l-implimentazzjoni tagħhom għandha tinkorpora l-politiki interni u esterni kollha tal-Unjoni Ewropea; ifakkar li, skont in-Nazzjonijiet Uniti, it-twettiq tal-SDGs se jeħtieġ bejn USD 5 u 7 triljun fis-sena (li minnhom bejn 2,5 u 3 triljuni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw); jisħaq fuq il-fatt li biex tkun attur kredibbli fix-xena internazzjonali, l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha tiżvolġi rwol ta' tmexxija fit-twettiq tal-SDGs u tintensifika l-Koerenza tagħha tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD); jisħaq fuq l-importanza li jiġi stabbilit djalogu kif ukoll jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' involviment u ta' sjieda inklużivi fil-livell lokali, u li l-għajnuna tal-UE tasal għand il-popolazzjonijiet; jissottolinja li l-SDGs huma interkonnessi u indiviżibbli, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-SDG 3 dwar is-saħħa, l-SDG 4 dwar l-edukazzjoni, l-SDG 5 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-SDG 13 dwar l-azzjoni klimatika u l-SDG 16 dwar il-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b'saħħithom iridu jkunu riflessi b'mod aktar ċar fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2020;

2. Jenfasizza li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom l-obbligu li jonoraw l-impenn kollettiv tagħhom, ikkonfermat mill-ġdid fl-2015, li jżidu l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) għal 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tagħhom sal-2030; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippreżentaw kalendarju vinkolanti għal żidiet progressivi biex jintlaħaq dan il-livell; ifakkar fl-impenn kollettiv tal-Unjoni li tagħti 0,20 % tal-ING allokat għall-ODA lill-pajjiżi l-inqas żviluppati; itenni l-impenn li ħadet il-Kummissjoni li tiddedika tal-inqas 20 % tal-ODA totali tagħha għall-iżvilupp tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali; jenfasizza l-bżonn ta' promozzjoni u ta' protezzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;

3. Itenni t-tħassib tiegħu rigward l-użu ta' fondi ta' żvilupp għal objettivi li m'għandhomx x'jaqsmu mal-iżvilupp u jissottolinja li l-finanzjament li ma jissodisfax il-kriterji tal-ODA jrid jiġi minn strumenti oħra u mhux mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); jissottolinja li jiġi żgurat ir-rispett tal-istandards fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha ta' kooperazzjoni fl-ambitu tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u jinsisti li biex jiġi miġġieled b'suċċess il-faqar fit-tul, l-UE jeħtiġilha tindirizza l-kawżi tal-faqar u tal-inugwaljanzi; itenni l-appoġġ tiegħu biex il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ikun inkluż fil-baġit u jinsisti li jkun hemm biżżejjed skrutinju parlamentari fuq il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea favur l-iżvilupp;

4.  Jappella għat-teħid ta' approċċ ibbażat fuq ir-riżultati, għall-applikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' rapportar, għall-effiċjenza u għall-monitoraġġ tal-fondi allokati għall-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE;

5. Jesprimi tħassib serju bil-mod li bih qiegħed jintuża l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika (EUTF); josserva, b'mod partikolari, li l-prijorità mogħtija lill-finanzjament tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-fruntieri spiss titneħħa mill-objettivi biex jonqos il-faqar u jiġu indirizzati l-kawżi profondi tal-migrazzjoni, u li dan jista' jkollu effetti negattivi; iqis li jkun inopportun, pereżempju, li dan l-istrument jintuża biex jiffinanzja l-Gwardja tal-Kosta Libjana mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem li qiegħed jiġi kommess fil-Libja;

6. Jissottolinja l-approċċ fil-qasam tal-iżvilupp ibbażat fuq id-drittijiet kif ukoll il-prinċipju skont liema ħadd ma jitħalla lura; jinsisti li l-politiki u l-programmi tal-Unjoni jridu jiżguraw ir-rispett tal-istandards fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni persistenti, fuq skala dinjija, abbażi ta' fatturi bħall-introjtu, l-etnija, is-sess, l-età, id-diżabilitajiet, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru; jenfasizza l-bżonn li jingħata appoġġ lin-nondiskriminazzjoni u lill-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

7. Jiddeplora r-rwol limitat li l-Parlament Ewropew għandu fis-superviżjoni u fil-governanza tal-EUTF; iqis li huwa partikolarment importanti li l-Parlament ikun jista' jissorvelja l-attivitajiet tal-Kumitat Operattiv u jistieden lill-Kummissjoni tforni informazzjoni dettaljata dwar id-deċiżjonijiet meħuda f'dan il-Kumitat u tiżgura li l-Parlament Ewropew ikun irrappreżentat fil-laqgħat tal-Kumitat;

8. Jinsisti fuq il-bżonn li jsir progress fl-SDG 5 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jitlob aktar azzjoni konkreta fil-politika esterna tal-Unjoni, inklużi azzjonijiet immirati u miżuri favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jinsisti fuq il-bżonn li tkun miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u jkunu promossi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;

9. Jissottolinja l-SDG 16 u s-sostenn għad-demokrazija, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tas-sostenn lid-djalogu, tas-sjieda inklużiva fil-livell lokali, u għall-ħolqien ta' kuntest favorevoli għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jissottolinja l-importanza taż-żgħażagħ u tan-nisa bħala aġenti kruċjali tal-bidla; jisħaq fuq l-importanza li n-nisa jkunu inklużi fil-proċessi ta' paċifikazzjoni u ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti;

10. Jisħaq fuq l-importanza li jingħata sostenn liċ-ċivili fiż-żoni ta' kunflitt u li jerġgħu jinbnew is-soċjetajiet li joħorġu minn sitwazzjonijiet ta' kunflitt; jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni tal-gruppi ta' minoranzi Kurdi, Yazidi u Nsara u ta' minoranzi etniċi u reliġjużi oħrajn fil-Lvant Nofsani; jisħaq fuq l-importanza li l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) tkun operattiva u tibbenefika minn biżżejjed sostenn fi żminijiet ta' sostenn imnaqqas mill-atturi globali l-oħrajn;

11. Jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiċċara d-duttrina li se tapplika fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-Istati li jiksru l-prinċipji tal-politika esterna tal-Unjoni Ewropea;

12. Huwa tal-fehma li l-baġit ta' żvilupp għall-2020 għandu jirrifletti b'mod aktar konsistenti l-enfasi tal-UE fuq il-pajjiżi l-anqas żviluppati fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-impjieg taż-żgħażagħ, tal-bniet u tan-nisa li jġarrbu vjolenza sessista, u tal-aċċess universali għall-ilma;

13. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-attivitajiet ta' adattament għat-tibdil fil-klima u ta' attivitajiet oħrajn marbuta mal-klima fil-pajjiżi terzi jikkomplementa l-finanzjament tal-attivitajiet fil-qafas tal-istrumenti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp; jirrimarka li t-tibdil fil-klima jista' jolqot b'mod eħrex lill-pajjiżi li diġà huma vulnerabbli u jista' jwassal għal passi lura f'dak li hu l-progress li sar fil-qasam tal-ġlieda kontra l-faqar u l-ġuħ; jinsab inkwetat bil-fatt li t-tibdil fil-klima jista' jiġġenera numru esponenzjali ta' konsegwenzi negattivi li jwasslu għal kriżijiet umanitarji ġodda, pereżempju jfaqqgħu kunflitti u gwerer ġodda;

14. Jisħaq fuq l-importanza li jiġi promoss il-ħolqien ta' aktar impjiegi dinjitużi u ekokompatibbli, f'konformità mal-SDG 8; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rabtiet bejn il-kummerċ u l-iżvilupp u jistieden lill-Unjoni tappoġġa b'mod aħjar lill-pajjiżi biex jipparteċipaw fil-kummerċ internazzjonali u biex jisiltu b'mod sħiħ vantaġġi minnu; jisħaq fuq l-importanza li jiġi promoss id-djalogu bejn is-sħab soċjali u, f'dan ir-rigward, jevidenzja xi inizjattivi bħall-Ftehim Globali dwar ix-Xogħol Dinjituż u t-Tkabbir Inklużiv; jissottolinja l-importanza li jiġu garantiti d-drittijiet tax-xogħol fil-ktajjen ta' valur mondjali u li jiġi promoss xogħol dinjituż fuq il-bażi tal-istandards tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

15. Huwa tal-fehma li trid tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati l-kriżijiet umanitarji, b'enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni, it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, bil-għan li tinstab soluzzjoni għan-nuqqas ta' finanzjamenti għall-azzjoni umanitarja fil-livell dinji; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kooperazzjoni għandha titqawwa bejn il-gvernijiet, is-soċjetà ċivili u s-settur privat; jinsisti fuq il-bżonn li jiżdiedu konsiderevolment il-fondi allokati għal-linji baġitarji ddedikati għall-għajnuna umanitarja bil-għan li nkunu mħejjija naffaċċjaw diżastri u katastrofijiet ġodda, minflok ma nkopru biss il-kriżijiet li għaddejjin bħalissa, filwaqt li, fl-istess ħin, ikun garantit biżżejjed finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp fit-tul favur soċjetajiet b'saħħithom, reżiljenti u inklużivi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-numru ta' kriżijiet x'aktarx li mhux se jonqos u li dawn qegħdin idumu dejjem aktar; jisħaq fuq l-importanza ta' kollegamenti tajbin bejn l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

16. Jisħaq fuq l-importanza li jinżammu l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-kapitolu dwar l-għajnuna umanitarja tal-anqas fl-istess livell bħall-approprjazzjonijiet ta' impenn, biex ikun evitat dewmien fil-pagamenti li jaf iħalli effetti negattivi sostanzjali fuq il-persuni u s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

17. Jinsisti fuq il-fatt li l-Unjoni ma tistax tmur lura mill-pożizzjoni tagħha bħala attur mutur tal-multilateraliżmu u tal-kooperazzjoni globali u jitlob li finanzjament suffiċjenti jkun allokat lill-kooperazzjoni għall-iżvilupp u għall-għajnuna umanitarja fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

8.10.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hildegard Bentele, Udo Bullmann, Ryszard Czarnecki, Gianna Gancia, Mónica Silvana González, Pierrette Herzberger-Fofana, György Hölvényi, Martin Horwood, Rasa Juknevičienė, Pierfrancesco Majorino, Lukas Mandl, Marc Tarabella, Tomas Tobé, Chrysoula Zacharopoulou

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manon Aubry, Stéphane Bijoux, Ellie Chowns, Ewa Kopacz, María Soraya Rodríguez Ramos

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sándor Rónai

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ECR

Ryszard Czarnecki

GUE/NGL

Manon Aubry

ID

Gianna Gancia

PPE

Hildegard Bentele, György Hölvényi, Rasa Juknevičienė, Ewa Kopacz, Lukas Mandl, Tomas Tobé

Renew

Stéphane Bijoux, Martin Horwood, María Soraya Rodríguez Ramos, Chrysoula Zacharopoulou

S&D

Udo Bullmann, Mónica Silvana González, Pierfrancesco Majorino, Sándor Rónai, Marc Tarabella

Verts/ALE

Ellie Chowns, Pierrette Herzberger-Fofana

 

2

-

NI

Louis Stedman-Bryce, James Wells

 

2

0

ID

Dominique Bilde, Bernhard Zimniok

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (26.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Corina Crețu

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Ġestjoni finanzjarja

1. Ifakkar li l-punt (c) tal-Artikolu 247(1) tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi l-obbligu li l-Kummissjoni, fil-31 ta' Lulju ta' kull sena, tikkomunika sett ta' rapporti finanzjarji u kontabilistiċi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża previżjoni fit-tul tal-flussi tal-flus deħlin u ħerġin li jkopru l-ħames snin sussegwenti.

2. Jinsisti li dawn ir-rapporti janalizzaw l-impatt tal-impenji fir-rigward tal-volum tal-arretrati tal-pagamenti ta' Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) partikolari;

Dikjarazzjonijiet tal-infiq operattiv tal-programmi li jakkumpanjaw il-baġit

3. Jilqa' d-dikjarazzjonijiet tal-infiq operattiv tal-programmi li jakkumpanjaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (baġit għall-2020) li, skont il-punt (h) tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju, jipprovdu informazzjoni dwar kull wieħed mill-programmi ta' nfiq;

4. Jilqa' l-fatt li d-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi tal-2020 jirreferu għall-ksib tal-objettivi ta' politika trasversali bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-integrazzjoni tal-bijodiversità; japprezza li l-Kummissjoni tippreżenta wkoll il-programmi ta' nfiq rilevanti li jikkontribwixxu għall-ksib tal-prijoritajiet ta' Europa 2020 u jenfasizza l-iktar inizjattivi reċenti u rilevanti li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli fil-politika ta' kooperazzjoni u żvilupp, minkejja li spiss dan isir b'mod indirett u mhux kwantifikabbli;

5. Jappella lill-Kumitat għall-Baġits biex, f'koordinazzjoni mal-kumitati settorjali ta' dan il-Parlament, jippromwovi kultura reali ta' "orjentazzjoni lejn ir-riżultati" immirata lejn l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-fondi, filwaqt li janalizza r-raġunijiet li jwasslu għal programmi bi prestazzjoni baxxa u jħeġġeġ miżuri għal titjib fl-assorbiment u l-prestazzjoni;

Rappurtar dwar il-prestazzjoni

6. Ifakkar li l-qafas ta' prestazzjoni attwali tal-programmi rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi jinkludi 'il fuq minn 700 indikatur li jkejlu l-prestazzjoni fl-isfond ta' iżjed minn 60 objettiv ġenerali u 220 speċifiċi;

7. Jistaqsi għalfejn il-Kummissjoni tuża żewġ settijiet ta' objettivi u indikaturi biex tkejjel il-prestazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja; fuq naħa waħda, id-Diretturi‑Ġenerali tal-Kummissjoni jevalwaw il-kisba tal-objettivi definiti fil-pjanijiet ta' ġestjoni tagħhom fl-objettivi u l-indikatur fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom, u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tkejjel il-prestazzjoni ta' programmi ta' nfiq permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-programm tal-infiq operattiv annessi mal-abbozz ta' baġit; jistieden lill-Kummissjoni tibbaża r-rappurtar tagħha fuq sett uniku ta' objettivi u ta' indikaturi;

8. Jiddispjaċih li fir-rapporti tal-prestazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma spjegatx kif użat informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-proċess tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

9. Jappella lill-Kummissjoni biex:

(a) tissemplifika r-rapportar dwar il-prestazzjoni billi:

 tkompli tnaqqas l-għadd ta' objettivi u indikaturi li hija tuża għad-diversi rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni, u tiffoka fuq dawk li jkejlu bl-aħjar mod il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

 tippreżenta informazzjoni finanzjarja b'mod li jagħmilha komparabbli mal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, sabiex ir-rabta bejn l-infiq u l-prestazzjoni tkun ċara;

(b) tindika l-mod kif l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li tikkonċerna l-baġit tal-Unjoni tkun intużat fil-proċess deċiżjonali tagħha;

(c) tiżviluppa metodi ta' pproċessar tad-data għall-kwantitajiet kbar ta' data maħluqa bir-rappurtar dwar il-prestazzjoni, bl-iskop li tagħti stampa fil-pront, ġusta u reali tar-riżultati miksuba; tinsisti fuq il-fatt li r-rappurtar dwar il-prestazzjoni għandu jintuża biex jiġu adottati miżuri korrettivi meta l-objettivi tal-programmi ma jintlaħqux;

(d) tibbilanċja aħjar ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni billi tippreżenta b'mod ċar l-informazzjoni dwar l-isfidi ewlenin li għad iridu jingħelbu;

Assorbiment f'waqtu

10. Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-preċiżjoni tal-previżjoni tal-pagamenti u tuża l-esperjenza meħuda mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti sabiex tindirizza l-arretrati fil-pagamenti u tevita l-effett negattiv tagħhom fuq il-QFP li jmiss, kif ukoll tippreżenta l-pjan ta' azzjoni dwar it-tnaqqis tal-arretrati fil-pagamenti matul il-QFP 2021-2027;

11. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti għajnuna teknika xierqa lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri sabiex dawn ikunu jistgħu jużaw l-ammonti allokati;

12. Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Unjoni ma jistax jirreġistra defiċit u li l-għadd dejjem ogħla ta' arretrati fil-pagamenti jirrappreżenta fil-fatt dejn finanzjarju;

Tibdil fil-klima

13. Jirrimarka li l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li 20 % tal-baġit tagħha jkun relatat mal-klima; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni sabiex tintlaħaq din il-mira ta' 20 %;

Migrazzjoni, Protezzjoni tal-Fruntieri u Drittijiet tal-Bniedem

14. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, għal skopijiet ta' ġestjoni u rapportar, mod kif tiġi rreġistrata n-nefqa baġitarja tal-Unjoni li jagħmilha possibbli li jsir rapport dwar il-finanzjamenti kollha relatati mal-kwistjonijiet migratorji tar-rifuġjati, kif ukoll għall-politika futura tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-flussi migratorji u l-integrazzjoni;

Orizzont 2020

15. Jirrimarka li l-Programm Orizzont 2020 igawdi l-appoġġ politiku tal-Istati Membri; jinnota li r-riċerka hija forma ta' investiment dirett fi tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li jrawwem l-impjiegi; hu tal-fehma li permezz tal-adozzjoni ta' baġit ambizzjuż biss l-Unjoni se tkun tista' tiżviluppa tmexxija xjentifika biex tilqa' l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom is-soċjetà f'termini ta' impjiegi, tranżizzjoni enerġetika, diġitalizzazzjoni u riċerka medika u farmaċewtika;

16. Ifakkar li kull kriżi ta' migrazzjoni fiha element umanitarju li essenzjalment jinvolvi miżuri ta' emerġenza; jistieden lill-Kummissjoni ssib mezzi biex tirreaġixxi b'ħeffa għall-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjonijiet umanitarji li jinsabu fl-isfond ta' dan;

17. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar riżorsi għall-Istati Membri l-aktar esposti li jittrattaw il-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, sabiex jirreaġixxu b'mod aktar effikaċi għal dik il-kriżi tal-migrazzjoni;

18. Itenni t-talba tiegħu li jkun hemm linja baġitarja separata għall-objettiv speċifiku tal-programm Daphne, li jifforma parti mill-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, sabiex jintwera l-impenn tal-Unjoni li għandu l-għan li tiġi miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet; jappella għal aktar riżorsi fi ħdan din il-linja baġitarja u li jiġi invertit it-tnaqqis tal-fondi ddedikati lill-objettiv tal-programm Daphne matul il-perjodu 2014-2020; jissuġġerixxi li fil-QFP li jmiss, jiżdied il-baġit għall-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri l-ġdid li se jinkludi wkoll il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza; jappella għal sforz kostanti biex jiżdied l-għarfien dwar l-għotjiet inklużi fl-objettiv speċifiku tal-programm Daphne flimkien mal-miżuri li jagħmlu l-proċeduri amministrattivi relatati aktar faċli għall-utent;

Sigurtà u difiża

19. Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi intestatura separata għas-Sigurtà u d-Difiża, sabiex jingħata skrutinju aktar trasparenti;

20. Jenfasizza r-riskju baġitarju u organizzattiv sinifikanti assoċjat ma' espansjoni kbira ta' aġenziji bħal dik proposta taħt il-QFP 2021-27 għall-Frontex. Sabiex jiġi ġestit dan ir-riskju baġitarju, iħeġġeġ l-iżvilupp, ir-rapportar u l-iskrutinju ta' programm dettaljat u ta' espansjoni gradwali fi ħdan il-bażi ġuridika approvata għall-QFP li jiddetermina u jiġġustifika l-arranġamenti baġitarji fis-snin li ġejjin.

Strumenti finanzjarji u Fondi fiduċjarji

21. Jinsisti flimkien mal-Qorti tal-Awdituri dwar il-ħtieġa għal rappurtar aktar dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni preċiża u kompleta dwar l-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża wara l-għeluq li tindika l-ammonti ritornati lill-baġit tal-Unjoni u dawk l-ammonti li jibqgħu fl-Istati Membri;

22. Jirrimarka li l-għajnuna lill-pajjiżi terzi użat dejjem aktar il-mudelli ta' finanzjament alternattivi - bħall-fondi fiduċjarji u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija - u dan iżid il-kumplessità tal-istrutturi finanzjarji eżistenti;

23. Jirrimarka li l-ġbir f'fondi fiduċjarji ta' riżorsi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mill-baġit tal-Unjoni u minn donaturi oħrajn, m'għandux jirriżulta f'sitwazzjoni fejn l-ammonti ta' flus iddestinati għall-politika ta' żvilupp u kooperazzjoni ma jsegwux l-objettivi oriġinali tagħhom, bħall-qerda tal-faqar u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali;

24. Jenfasizza li l-fondi fiduċjarji għandhom jinħolqu biss jekk l-użu tagħhom ikun ġustifikat u l-azzjoni meħtieġa ma tkunx tista' ssir b'mezzi ta' finanzjament eżistenti oħrajn; jistieden ukoll lill-Kummissjoni, f'konformità mal-prinċipju tal-unità baġitarja, tikkunsidra li tagħlaq il-fondi fiduċjarji li ma jkunux kapaċi jattiraw kontribut mingħand donaturi oħrajn jew li ma jiġġenerawx valur miżjud meta mqabbla ma' strumenti esterni tal-Unjoni "tradizzjonali";

25. Jemmen li l-operat u l-kontabilità tal-Fondi fiduċjarji tal-Unjoni jinkisbu l-aħjar billi jiġu ġestiti b'mod trasparenti bħala parti mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni.

UPPE

26. Jinsisti li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu jiġi ffinanzjat b'mod adegwat u jkollu biżżejjed persunal; jirrimarka li l-UPPE diġà għandu jkun operattiv minn Novembru 2020; jenfasizza l-importanza li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti u koordinazzjoni tajba bejn l-UPPE u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);

27. Ifakkar fl-importanza tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol;

28. Jinnota li fl-abbozz ta' baġit għall-2020, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tammonta għal total ta' EUR 8 372 000;

29. Ifakkar fl-importanza li l-OLAF, il-Europol u l-Eurojust jingħataw riżorsi u persunal adegwati sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tagħhom li jikkooperaw b'mod effikaċi mal-UPPE u li tiġi ssodisfata l-missjoni komuni li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis fil-persunal irrapportat mill-OLAF fir-Rapport Annwali tiegħu għall-2018, filwaqt li l-ammont ta' xogħol tal-Uffiċċju żdied strutturalment.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Tamás Deutsch, Raffaele Fitto, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Cristian Ghinea, Michael Heaver, Monika Hohlmeier, Joachim Kuhs, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Sabrina Pignedoli, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Katalin Cseh, Derk Jan Eppink, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu, Viola Von Cramon-Taubadel, Lucia Vuolo

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ID

NI

EPP

Renew

S&D

Verts/ALE

Matteo Adinolfi, Joachim Kuhs, Lucia Vuolo

Sabrina Pignedoli

Lefteris Christoforou, Tamás Deutsch, Monika Hohlmeier, Markus Pieper, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

Olivier Chastel, Katalin Cseh, Cristian Ghinea, Ramona Strugariu

Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters

Daniel Freund, Mikuláš Peksa, Viola Von Cramon-Taubadel

 

2

-

ECR

NI

Derk Jan Eppink

Michael Heaver

 

0

ECR

Raffaele Fitto

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (6.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Siegfried Mureşan

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jappella biex il-baġit 2020 jikkontribwixxi għat-twettiq tal-prijoritajiet deskritti fis-Semestru Ewropew, b'mod partikolari t-twettiq ta' investimenti privati u pubbliċi ta' kwalità għolja, bħal pereżempju fl-istart-ups u fl-SMEs u ta' riformi li jżidu l-kompetittività kif ukoll it-tkabbir sostenibbli, inklużiv u koeżiv, filwaqt li jirrispetta l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u d-dispożizzjonijiet tiegħu rigward il-flessibbiltà; ifakkar fl-importanza li jkomplu jkunu żgurati l-istabbiltà makrofinanzjarja u l-finanzi pubbliċi sodi, l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali bilanċjati, l-approfondiment u t-tisħiħ tas-Suq Uniku, inkluż il-komponent diġitali, kif ukoll it-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM);

2. Iqis li l-baġit tal-UE għandu jkompli jappoġġa l-irkupru ekonomiku fl-Unjoni Ewropea u jipprovdi biżżejjed riżorsi biex jintlaqgħu l-isfidi transnazzjonali bħat-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni;

3. Jenfasizza l-importanza li jkunu żgurati riżorsi suffiċjenti għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki makroekonomiċi, il-kriminalità finanzjarja, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u r-rispett tal-qafas ta' governanza ekonomika kif ukoll komunikazzjoni trasparenti u sensibilizzazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini tal-UE dwar dawn il-miżuri; ifakkar fil-ħtieġa li jittejbu, b'mod kostanti, il-kwalità u l-għażla tal-lingwa tal-informazzjoni ppreżentata online, sabiex tirrifletti aktar mill-qrib il-mistoqsijiet frekwenti taċ-ċittadini;

4. Jissottolinja l-ħtieġa li tingħata spinta lill-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment ibbilanċjat filwaqt li jitqiesu t-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà filwaqt li jiġu segwiti riformi strutturali biex jiġu mmodernizzati l-ekonomiji Ewropej u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs, inkluż billi jiġu ssodisfati l-prijoritajiet baġitarji relatati magħhom;

5. Jitlob ukoll li l-baġit jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-prijoritajiet ta' politika f'dak li hu l-ikkompletar tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, inkluż it-trawwim ta' ambjent ta' investiment li jtejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-parteċipanti tas-suq, b'mod partikolari l-SMEs u l-istart-ups;

6. Jappella għal riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) fid-dawl tal-kompiti u s-setgħat ġodda assenjati lilhom li jirriżultaw mill-adozzjoni tar-reviżjoni tal-Regolament li jistabbilixxi l-ASE 2017/0230(COD); jissottolinja li l-ASE għandhom ikomplu jfittxu li jżidu l-effiċjenza tagħhom inklużi l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll il-monitoraġġ tal-attività kreditizja mhux bankarja mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità ta' xogħolhom b'enfasi fuq ir-rivalutazzjoni kontinwa tal-metodi ta' ħidma u tal-użu effettiv u trasparenti tar-riżorsi umani u finanzjarji; jenfasizza l-importanza li jiġi promoss il-bilanċ bejn is-sessi, b'mod partikolari fil-livell tal-maniġment fl-ASE; jenfasizza li fl-interess ta' użu prudenti tal-baġits tagħhom, l-ASE jridu f'kull mument iżommu mal-kompiti u mal-mandat assenjati lilhom mil-leġiżlatur Ewropew b'kunsiderazzjoni sħiħa, fost l-oħrajn, għall-prinċipji ta' proporzjonalità u sussidjarjetà fl-attivitajiet ta' kuljum tagħhom; jirrimarka li l-ASE għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr għall-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw minn Brexit iebes;

7. Jenfasizza li għandu jitkompla l-finanzjament għall-entitajiet tal-kontabbiltà u għall-awtoritajiet tat-taxxa, b'mod partikolari biex ikollhom appoġġ fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u li dawk l-entitajiet għandu jkollhom l-obbligu ta' rendikont lejn il-Parlament Ewropew; għalhekk jitħasseb dwar il-proposta tal-Kunsill li titnaqqas in-nefqa tal-persunal fid-Direttorat Ġenerali Ewropew iddedikat għat-tassazzjoni, filwaqt li l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni li ġiet adottata reċentement għandha tiġi mmonitorjata u filwaqt li għadha għaddejja riforma tat-taxxa internazzjonali ġdida kemm fil-livell tal-G20 kif ukoll f'dak tal-Qafas Inklużiv; jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament adegwat għall-valutazzjoni xierqa tal-Kummissjoni Ewropea tal-istandards ta' kontra l-ħasil tal-flus mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi;

8. Jissottolinja l-importanza tal-obbligu ta' rendikont u tat-trasparenza minn dawk il-korpi li jirċievu finanzjament.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

12

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Beck, Stefan Berger, Gilles Boyer, Cristian-Silviu Buşoi, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Sven Giegold, Neena Gill, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Herve Juvin, Othmar Karas, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Georgios Kyrtsos, Aušra Maldeikienė, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Dragoş Pîslaru, Luisa Porritt, Jake Pugh, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Alfred Sant, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Manon Aubry, Carmen Avram, Niels Fuglsang, Eugen Jurzyca, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Ville Niinistö, Irene Tinagli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alice Kuhnke

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

PPE

Stefan Berger, Cristian-Silviu Buşoi, Markus Ferber, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Aušra Maldeikienė, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Lídia Pereira, Inese Vaidere

RENEW

Gilles Boyer, Engin Eroglu, Luis Garicano, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Dragoş Pîslaru, Luisa Porritt, Stéphanie Yon-Courtin

S&D

Carmen Avram, Jonás Fernández, Niels Fuglsang, Neena Gill, Eero Heinäluoma, Margarida Marques, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Evelyn Regner, Alfred Sant, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Irene Tinagli

VERTS/ALE

Sven Giegold, Stasys Jakeliūnas, Alice Kuhnke, Ville Niinistö, Ernest Urtasun

 

12

-

ECR

Derk Jan Eppink, Eugen Jurzyca

GUE/NGL

Manon Aubry, José Gusmão, Dimitrios Papadimoulis

ID

Gerolf Annemans, Gunnar Beck, Herve Juvin, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

NI

Jake Pugh

PPE

Enikő Győri

 

2

0

ECR

Johan Van Overtveldt

NI

Piernicola Pedicini

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (27.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Lucia Ďuriš Nicholsonová

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li kwalunkwe titjib effettiv u studjat sewwa fil-politika dwar l-impjiegi jrid jikkunsidra l-isfidi relatati mal-aspett soċjoekonomiku, it-tibdil demografiku u l-awtomatizzazzjoni, flimkien mal-isfidi għall-impenn tal-Unjoni favur id-dekarbonizzazzjoni, u li dawn il-politiki għandhom ikunu akkumpanjati minn strateġiji ta' investiment immirati tajjeb u jkomplu jikkostitwixxu prekundizzjoni importanti għal tkabbir sostenibbli, li huwa l-fattur ewlieni biex jinħolqu impjiegi ta' kwalità, jitnaqqsu l-inugwaljanzi u jkun hemm spinta favur aktar koeżjoni u konverġenza soċjali għall-aħjar;

2. Jilqa' l-iżviluppi li kien hemm fil-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali matul it-tmien leġiżlatura, iżda jenfasizza li l-inizjattivi politiċi jirrikjedu finanzjament adegwat u f'waqtu biex jitwettqu;

3. Jenfasizza li l-baġit għall-2020 għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri ta' Ewropa 2020 fil-qasam soċjali u tal-impjiegi, li fir-rigward tal-mira tar-rata tal-impjieg jidhru fattibbli iżda fir-rigward tal-mira li jitnaqqas l-għadd ta' persuni fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fadlilhom ħafna biex jintlaħqu, peress li, b'mod partikolari, qed jiżdied ir-riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu;

4.  Jenfasizza wkoll il-bżonn li l-orjentazzjoni strateġika tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni tiġi allinjata progressivament mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-prinċipji soċjali elenkati mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR), li għandhom jiġu integrati bis-sħiħ fid-dispożizzjonijiet tal-fondi tal-UE u tas-Semestru Ewropew;

5.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-bżonn ta' riformi politiċi komprensivi u approċċi integrati li jsaħħu l-inklużjoni soċjali u jiġġieldu l-qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kwistjoni tal-impjegabbiltà tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità, li sikwit tiġi ttraskurata;

6.  Jissottolinja, f'dan l-isfond, l-importanza ta' finanzjament adegwat għall-programmi u l-inizjattivi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020 li għandhom l-għan li jippromwovu tkabbir inklużiv, jiġġieldu l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, inaqqsu l-inugwaljanzi u jagħtu spinta lil konverġenza soċjali għall-aħjar, speċjalment dawk immirati lejn l-aktar persuni żvantaġġati fis-soċjetà;

7.  Jenfasizza l-bżonn li tali programmi u inizjattivi jibbenefikaw minn livell adegwat ta' finanzjament fl-2020 u sa meta tidħol fis-seħħ il-fażi ta' programmazzjoni tal-QFP li jmiss;

8.  Jopponi, għalhekk, kwalunkwe tnaqqis fil-programmazzjoni baġitarja għal-linji 04 01 01, 04 01 02 01, 04 01 03, 04 03 02 01, 04 03 12, 04 03 13, 08 02 03 06 u 13 08 01;

9.  Ifakkar ukoll li jrid jintlaħaq bilanċ xieraq bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament sabiex tali programmi u inizjattivi jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom;

10. Jinsisti li l-parteċipazzjoni u l-inklużjoni tal-ħaddiema fl-affarijiet tal-kumpanija għandhom impatt pożittiv sinifikanti fuq il-produttività, is-saħħa u l-benessri tal-impjegati, il-kwalità tal-impjiegi u l-livell tal-pagi; jenfasizza, barra minn hekk, li l-linji baġitarji ddedikati għad-djalogu soċjali fl-Unjoni huma ta' importanza fundamentali f'dak li għandu x'jaqsam mat-tisħiħ tal-involviment tas-sħab soċjali, pereżempju fis-Semestru Ewropew u fl-implimentazzjoni tal-EPSR; jitlob żieda, għalhekk, fl-approprjazzjonijiet relatati mar-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali;

11. Jenfasizza l-importanza tar-responsabbiltà u l-prijoritizzazzjoni mil-lat baġitarju biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw valur veru għal flushom, anke b'enfasi aktar b'saħħitha fuq tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza u attenzjoni speċjali għall-inugwaljanzi soċjali, reġjonali u territorjali;

12.  Jemmen li l-prinċipju tal-valur miżjud Ewropew għandu jkun il-pedament tal-infiq kollu fil-futur; jenfasizza, għaldaqstant, li l-finanzjament tal-Unjoni għandu jirrifletti mudell ta' bbaġitjar pubbliku bbażat fuq ir-rendiment li jipprevedi li kull linja baġitarja tkun akkumpanjata minn objettivi u outputs kwantifikabbli; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza tar-responsabbiltà u t-trasparenza għall-korpi ffinanzjati mill-UE;

13. Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) u jtenni li dawn il-fondi għandhom joħolqu sinerġiji biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-diverġenzi soċjali u jiġi żgurat li l-ebda grupp ta' persuni fil-mira ma jibqa' lura fil-proċess; iwissi li kwalunkwe tnaqqis fil-baġit f'dawn l-oqsma jista' joħloq diffikultajiet biex dawn il-politiki jkunu effettivi u jilħqu l-miri tagħhom;

14.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li jridu jiġu kkunsidrati r-realtajiet ta' Stati Membri żgħar u reġjuni remoti, fosthom ir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE; jenfasizza, b'mod partikolari, li għandu jittejjeb l-aċċess għall-fondi min-naħa tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej, li għandhom għarfien espert u riżorsi amministrattivi limitati minħabba d-daqs u l-istatus speċjali tagħhom; jemmen, b'mod speċjali, li l-FEG irid jirrifletti r-realtajiet tas-swieq tax-xogħol iż-żgħar, kif ukoll tas-swieq tal-Istati Membri ż-żgħar, partikolarment fir-rigward ta' applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, u meta s-sensji u l-ispostamenti tal-impjiegi jkollhom impatt serju fuq ir-rata tal-impjieg u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali;

15.  Jenfasizza li l-attivitajiet implimentati fil-qafas ta' tali fondi u programmi għandhom dejjem jirriżultaw f'miżuri strateġiċi b'objettivi u miri definiti b'mod ċar u li nfiq effiċjenti u effettiv huwa importanti daqs il-limiti massimi tal-baġit totali; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' kultura tassew "orjentata lejn ir-riżultati" li permezz tagħha jsir l-aħjar użu mill-fondi, jiġu analizzati r-raġunijiet li jwasslu biex programmi ma jkollhomx rendiment tajjeb u jsiru sforzi favur miżuri għal titjib;

16.  Jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-isforzi li saru biex tiżdied it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-proċeduri fit-talbiet għall-fondi fil-baġit tal-2020;

17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippermettu l-flessibbiltà meħtieġa fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni għall-2020, partikolarment il-FEG, biex jiġi newtralizzat l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq il-ħaddiema u l-entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni li temenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-programm tal-FEG attwali biex ikun jista' jingħata appoġġ lill-ħaddiema spostati minħabba t-tfixkil ikkawżat mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

18. Jieħu nota tal-fużjoni tal-FSE, il-YEI, il-FEAD, l-EaSI u l-Programm Ewropew tas-Saħħa attwali fl-ambitu tal-FSE+ mill-2021 'il quddiem; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-baġit tal-FSE+ jiżdied għal EUR 120 457 000 000 fi prezzijiet kurrenti fil-qafas tal-QFP 2021-2027; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-informazzjoni finanzjarja u l-allokazzjoni baġitarja b'tali mod li ċ-ċifri u s-subintestaturi tal-FSE+ għal dawn il-programmi jkunu jistgħu jitqabblu mal-pakketti attwali; jopponi t-tnaqqis sostanzjali (b'EUR 5 miljun) propost mill-Kunsill għall-assi PROGRESS tal-EaSI għall-2020 u jirrakkomanda li l-baġit tiegħu jkun tal-anqas daqs dak propost mill-Kummissjoni; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li kull reviżjoni leġiżlattiva u baġitarja għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza u fuq l-għarfien tal-impatt tagħha, tkun konformi mal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar, tirrikjedi riżultati kwantifikabbli u komparabbli minflok sempliċi kejl tal-output, u tkun ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

19. Jissottolinja li, fil-kuntest tar-restrizzjonijiet baġitarji attwali, hu kruċjali li l-baġit ġenerali għall-2020 jintuża bl-aħjar mod possibbli, speċjalment fir-rigward ta' politiki li kapaċi jappoġġjaw tkabbir ekonomiku sostenibbli u ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, bħal politiki dwar il-ħiliet tal-futur, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), politiki dwar it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, politiki u miżuri li jappoġġjaw is-swieq tax-xogħol u aġġustament aħjar għat-tibdil demografiku, partikolarment b'titjib fl-integrazzjoni ta' gruppi vulnerabbli u żvantaġġati fis-suq tax-xogħol – fosthom l-anzjani u l-persuni b'diżabilità – u bl-implimentazzjoni ta' miżuri biex tiżdied l-integrazzjoni u jonqos il-faqar; jinnota li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ppropona diversi proġetti pilota (PPs) u azzjonijiet preparatorji (PAs) immirati lejn il-komunitajiet li huma esklużi mis-soċjetà;

20. Jinkoraġġixxi bil-qawwa kull investiment fl-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda fis-setturi kollha tal-ekonomija u l-produzzjoni industrijali, b'attenzjoni partikolari għal programmi speċifiċi mmirati biex titħaffef it-tranżizzjoni f'waqtha tal-forza tax-xogħol u jitnaqqsu l-effetti sekondarji potenzjalment dannużi ta' tali tranżizzjoni, bħall-qgħad strutturali, l-inugwaljanza dejjem akbar fl-introjtu u l-inugwaljanzi reġjonali u territorjali; jinnota, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-istrumenti tal-Unjoni fl-appoġġ għall-kumpaniji u l-ħaddiema fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija diġitali u aktar ekoloġika;

21.  Itenni l-importanza tal-VET fl-era tad-diġitalizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tesplora aktar opportunitajiet biex jingħata appoġġ lil programmi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, speċjalment fl-oqsma tal-iżvilupp tas-softwer u l-informatika;

22. Jenfasizza li minkejja x-xejriet pożittivi lejn tnaqqis fir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni, in-nuqqas ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ fil-futur jirrappreżenta emerġenza soċjali reali f'ċerti partijiet tal-Unjoni – b'differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri u r-reġjuni – u li ż-żgħażagħ għadhom f'riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali u ekonomika; jinsisti li dan jirrikjedi soluzzjonijiet innovattivi u ffukati – u li jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih – sabiex isir titjib konkret f'qasir żmien; jistenna, għalhekk, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprijoritizzaw il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u li l-baġit tal-2020 għandu jirrifletti din il-prijorità;

23.  Itenni, għaldaqstant, l-importanza tal-fondi u l-istrumenti l-oħra li jippromwovu miżuri li jindirizzaw l-inugwaljanzi u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, jiġifieri l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-YEI, il-FSE u l-programm Erasmus+;

24.   Jenfasizza, partikolarment, ir-rwol tal-YEI fl-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex l-allokazzjonijiet tal-YEI jiżdiedu b'EUR 116-il miljun fl-2020; iqis, madankollu, li din iċ-ċifra mhix biżżejjed; jitlob, għalhekk, żieda ta' EUR 600 miljun fl-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-YEI;

25.  Jilqa' wkoll l-impenn meħud mill-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, li fil-linji gwida politiċi tagħha ntrabtet li tara li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tissaħħaħ billi tinbidel fi strument permanenti b'baġit akbar u b'rappurtar regolari;

26. Jiddeplora l-fatt li aktar minn kwart tat-tfal kollha fl-Unjoni qegħdin f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali;

27.  Jistenna l-pubblikazzjoni tal-istudju tal-fattibbiltà dwar il-Garanzija għat-Tfal, li għandu jikkostitwixxi bażi għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet addizzjonali, iżda jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra bis-sħiħ il-proposti għall-implimentazzjoni tal-PAs dwar il-Garanzija għat-Tfal li ġew adottati fil-baġits annwali għall-2017, l-2018 u l-2019 u li għandhom livell ta' finanzjament li jippermetti l-implimentazzjoni ta' fażi sperimentali adegwata għall-Garanzija għat-Tfal fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, jiġifieri dak għall-2021-2027;

28.  Jilqa', f'dan ir-rigward, l-impenn tal-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, li fil-linji gwida politiċi tagħha kkommettiet ruħha favur il-ħolqien ta' Garanzija għat-Tfal fil-livell Ewropew sabiex jiġi żgurat li kull tifel u tifla fl-Unjoni li jkunu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali jkollhom aċċess għall-aktar sett bażiku ta' drittijiet bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni;

29.  Jenfasizza l-bżonn li titħeġġeġ l-inklużjoni soċjali ta' tfal vulnerabbli u, speċjalment, li jinstab rimedju għas-sitwazzjoni tat-tfal Rom, partikolarment billi jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-iskejjel; jinnota li PP ikun għodda xierqa biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;

30. Jissottolinja l-kontribut importanti tal-aġenziji fl-indirizzar ta' firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet relatati mal-impjiegi, l-aspett soċjali u l-ġbir tad-data; jenfasizza li l-kompiti tagħhom qed jevolvu u jikbru l-ħin kollu u li għalhekk iridu jingħataw ir-riżorsi meħtieġa biex iwettquhom u jiżguraw l-aqwa riżultati possibbli b'appoġġ għall-objettivi leġiżlattivi u politiċi tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, li ssir valutazzjoni bir-reqqa tar-rendiment ġenerali tal-aġenziji u l-kompiti l-ġodda assenjati lilhom, bil-ħsieb li jiġu żgurati allokazzjonijiet baġitarji xierqa u effiċjenti biss;

31.  Jinnota l-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA), li mistennija tibda topera fl-2019; jenfasizza l-bżonn li jingħatawlha biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex titwaqqaf; jinsisti li dan il-finanzjament ma jistax isir b'riallokazzjoni ta' fondi mill-aġenziji u l-linji baġitarji l-oħra tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali u li l-ELA, bħala korp ġdid, ikollha bżonn riżorsi ġodda biex taħdem bla xkiel; jenfasizza, partikolarment, li t-twaqqif tal-ELA m'għandux jirriżulta fi tnaqqis fir-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-EURES, li għandu rwol ċentrali fl-iffaċilitar tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni u joffri servizzi u sħubijiet għal dawk li qed ifittxu x-xogħol kif ukoll għal min iħaddem, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali; jenfasizza l-bżonn, għalhekk, li jinżammu linji baġitarji ċari u separati għall-ELA u l-EURES;

32. Itenni li l-PPs u l-PAs, dment li jitħejjew bir-reqqa, huma għodod utli ħafna biex jingħata bidu għal attivitajiet u politiki ġodda fl-oqsma tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali – partikolarment biex jitjieb l-impjieg taż-żgħażagħ – u jistgħu jintużaw għall-ġbir ta' data u evidenza biex isir titjib fil-politiki futuri tal-Unjoni dwar l-impjiegi; jinnota li bosta ideat tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ġew implimentati b'suċċess fil-passat bħala PPs jew PAs; jistieden lill-awtorità baġitarja biex, fil-baġit għall-2020, tinkludi t-tmien PPs u PAs proposti mill-Kumitat u li għandhom x'jaqsmu mal-inklużjoni soċjali ta' gruppi partikolarment vulnerabbli (ir-Rom, speċjalment it-tfal Rom, kif ukoll iż-żgħażagħ żvantaġġati, il-familji bi dħul baxx u l-anzjani), il-qgħad fost iż-żgħażagħ, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-paga minima; jinkoraġġixxi l-użu sħiħ ta' kull marġni disponibbli fl-intestaturi kollha;

33. Jinnota li hu ta' importanza kbira li l-Parlament jingħata aġġornamenti regolari dwar l-istadji differenti fl-implimentazzjoni tal-PPs u l-PAs min-naħa tal-Kummissjoni, fosthom evalwazzjoni xierqa tar-riżultati u l-valur miżjud tagħhom għaċ-ċittadini Ewropej; jenfasizza l-importanza ta' approċċ trasparenti min-naħa tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-PPs u l-PAs.

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Jane Brophy, Sylvie Brunet, David Casa, Leila Chaibi, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Chiara Gemma, Helmut Geuking, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Radan Kanev, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Elena Lizzi, Radka Maxová, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Matthew Patten, Sandra Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Alexandra Louise Rosenfield Phillips, Dragoş Pîslaru, Manuel Pizarro, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Guido Reil, Daniela Rondinelli, Mounir Satouri, Monica Semedo, Beata Szydło, Eugen Tomac, Romana Tomc, Yana Toom, Nikolaj Villumsen, Marianne Vind, Maria Walsh, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alex Agius Saliba, José Gusmão, Jeroen Lenaers, Pierfrancesco Majorino, Anne Sander, Birgit Sippel

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ECR

Lucia Ďuriš Nicholsonová, Helmut Geuking, Elżbieta Rafalska, Beata Szydło

NI

Chiara Gemma, Daniela Rondinelli

PPE

David Casa, Rosa Estaràs Ferragut, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Radan Kanev, Stelios Kympouropoulos, Jeroen Lenaers, Dennis Radtke, Anne Sander, Eugen Tomac, Romana Tomc, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský

RENEW

Abir Al-Sahlani, Atidzhe Alieva-Veli, Jane Brophy, Sylvie Brunet, Radka Maxová, Dragoş Pîslaru, Monica Semedo, Yana Toom

S&D

Alex Agius Saliba, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Estrella Durá Ferrandis, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, Pierfrancesco Majorino, Manuel Pizarro, Birgit Sippel, Marianne Vind

VERTS/ALE

Katrin Langensiepen, Kira Marie Peter-Hansen, Alexandra Louise Rosenfield Phillips, Mounir Satouri, Tatjana Ždanoka

 

9

-

GUE/NGL

Leila Chaibi, José Gusmão, Sandra Pereira, Nikolaj Villumsen

ID

Nicolaus Fest, France Jamet, Elena Lizzi, Guido Reil

NI

Lefteris Nikolaou-Alavanos

 

1

0

NI

Matthew Patten

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (5.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Pascal Canfin

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jenfasizza li 21,0 % tal-impenji totali fl-abbozz ta' baġit għall-2020 (AB 2020) huma marbuta mal-klima; jiddispjaċih li x-xejra baġitarja tal-Unjoni se twassal għal 19,7 % biss għall-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali filwaqt li l-objettiv miftiehem qabel l-2014 jistipula "tal-inqas 20 %" għall-perjodu 2014-2020; jenfasizza li, skont il-Kummissjoni, fil-baġit tal-2020 ser ikun hemm bżonn ta' EUR 3,5 biljun addizzjonali f'infiq relatat mal-klima sabiex tintlaħaq il-mira ta' 20 %; jenfasizza li għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li l-mira globali tal-baġit tal-Unjoni tintlaħaq sa tmiem l-2020; itenni l-appell tiegħu biex ikun hemm integrazzjoni tal-klima aktar ambizzjuża, li tiġi stabbilita għal 40 %, filwaqt li jinnota li l-Parlament ħeġġeġ 30 % fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Novembru 2018, metodoloġija u verifika mtejba tas-segwitu tal-azzjoni klimatika fil-perjodu tal-QFP li jmiss u biex dawn jiġu allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-għanijiet tal-Unjoni għall-azzjoni klimatika; jinsisti li l-QFP li jmiss għandu jiddependi fuq metodoloġija robusta, stabbilita skont metodoloġiji internazzjonali stabbiliti, sabiex jiġi segwit il-finanzjament tal-azzjoni klimatika u biex jiġi evitat ir-riskju ta' sopravalutazzjoni tal-azzjoni klimatika; jemmen li l-ibbaġitjar ekoloġiku tal-QFP li jmiss huwa kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tagħna;

2. Jinnota bi tħassib li għal darb'oħra 8,3 % biss tal-impenji totali marbuta mar-restawr tal-bijodiversità, li huwa l-proporzjon l-iktar baxx mill-2015, minkejja r-rata ta' estinzjoni mingħajr preċedent u aċċellerata tal-ispeċijiet li qiegħda tiġi osservata; jitlob li jiġu allokati aktar riżorsi suffiċjenti u traċċabbli għall-protezzjoni fit-tul u koerenti tal-bijodiversità fl-Unjoni kollha; jinsisti li l-QFP li jmiss għandu jiddependi fuq metodoloġija robusta, stabbilita skont metodoloġiji internazzjonali stabbiliti, sabiex tiġi segwita l-bijodiversità u jiġi evitat ir-riskju ta' sopravalutazzjoni tal-azzjoni favur il-bijodiversità;

3. Jemmen li, b'mod partikolari fl-aħħar sena tal-QFP, huwa meħtieġ baġit ambizzjuż għall-programmi relatati mal-azzjoni klimatika u għall-protezzjoni tal-bijodiversità sabiex jintrabat mal-QFP li jmiss, li huwa mistenni jkollu bidu kajman sakemm il-programmi l-ġodda kollha jkunu kompletament operattivi;

4. Jappella lill-Unjoni talloka biżżejjed fondi għall-implimentazzjoni sħiħa u effiċjenti tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (European Green Deal) futur;

5. Jenfasizza li, barra minn hekk, fil-kuntest tal-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li Jmiss, imnedija mill-President elett tal-Kummissjoni, hemm urġenza assoluta biex jitħaffef il-pass tat-tnaqqis tal-emissjonijiet;

6. F'konformità mal-Aġenda 2030 u mal-impenji miksuba mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha fi ħdan l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi fil-baġit 2020 sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli;

7. Jinnota ż-żieda ta' EUR 21,5 miljun f'impenji għal LIFE (+3,9 %); jinsab konvint li l-baġit 2020 għal LIFE mhuwiex biżżejjed (EUR 529,6 miljun); jappella għal żidiet sinifikanti fl-2020 sabiex inkunu ppreparati u, skont it-talbiet tal-Parlament, tiġi rdoppjata l-allokazzjoni ta' LIFE fil-QFP ta' wara l-2020; jiddispjaċih bis-sħiħ li LIFE jirrappreżenta biss 0,3 % tal-AB 2020;

8. Jilqa' b'sodisfazzjon li l-programm il-ġdid rescEU ser jirċievi EUR 156,2 miljun sabiex ikun jista' jindirizza aħjar it-terremoti, in-nirien, in-nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra; jisħaq fuq il-ħtieġa għal strumenti bħall-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili u l-Fond ta' Solidarjetà biex jiġu koperti l-katastrofi ambjentali u biex tiġi vvalorizzata l-ħsara lill-ambjent;

9. Jieħu nota tal-ammont ta' EUR 69,7 miljun propost f'impenji (+2,0 %) u ta' EUR 64,2 miljun f'pagamenti (+4,7 %) għas-saħħa; jiddispjaċih li dan l-ammont huwa biss 0,04 % tal-AB 2020 u 1,9 % tal-Intestatura 3 (f'impenji);

10. Jissottolinja li għandhom jiġu allokati riżorsi adegwati fil-baġit biex jiġi elaborat u implimentat il-Patt Ewropew futur għall-ġlieda kontra l-kanċer; jisħaq li dan il-pjan huwa essenzjali għall-promozzjoni u t-titjib tal-prevenzjoni, ir-riċerka, l-aċċess għall-innovazzjoni u r-riintegrazzjoni;

11. Jieħu nota tal-ammont ta' EUR 280,0 miljun propost f'impenji (-3,3 %) u ta' EUR 244,7 miljun f'pagamenti (2,3 %) għall-ikel u l-għalf; jiddispjaċih li dan l-ammont huwa biss 0,17 % tal-AB 2020 u 7,5 % tal-Intestatura 3 (f'impenji);

12. Jieħu nota tal-ammont ta' EUR 156,2 miljun propost f'impenji (+4,4 %) u ta' EUR 77,0 miljun f'pagamenti (-5,7 %) għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li huwa l-pedament tas-solidarjetà tal-Unjoni;

13. Jinnota li l-postijiet permanenti u temporanji awtorizzati skont l-AB 2020 baqgħu l-istess meta mqabbla mal-baġit tal-2019 għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), filwaqt li kien hemm żieda f'dawk il-postijiet fl-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (+34, wara reviżjoni tal-liġi dwar l-ikel ġenerali), u fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (+1) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (+2); jenfasizza li, fejn xieraq, iridu jiġu allokati aktar riżorsi umani u finanzjarji lil dawk l-aġenziji sabiex jissodisfaw il-mandat tagħhom u jwettqu l-kompiti tagħhom, u sabiex jiġi promoss approċċ ibbażat fuq ix-xjenza fl-Unjoni; jenfasizza li koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji tottimizza l-ħidma tagħhom, kif ukoll l-użu ta' fondi pubbliċi;

14. Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta malajr kemm jista' jkun proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP);

15. Jirrimarka li l-PP-AP għandhom jiġu allinjati mal-miri klimatiċi u għandhom jirċievu finanzjament sostanzjali matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jħejju l-pedamenti għall-adozzjoni ta' miżuri futuri.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

60

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bartosz Arłukowicz, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Aurelia Beigneux, Monika Beňová, Malin Björk, Delara Burkhardt, Cristian-Silviu Buşoi, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Nathalie Colin-Oesterlé, Miriam Dalli, Seb Dance, Esther de Lange, Marco Dreosto, Eleonora Evi, Agnès Evren, Fredrick Federley, Pietro Fiocchi, James Alexander Glancy, Andreas Glück, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Petros Kokkalis, Athanasios Konstantinou, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Liudas Mažylis, Anthea McIntyre, Aileen McLeod, Tilly Metz, Silvia Modig, Alessandra Moretti, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Rory Palmer, Jutta Paulus, Rovana Plumb, Jessica Polfjärd, Frédérique Ries, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Caroline Voaden, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Michal Wiezik, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Bloss, Christophe Hansen, Lídia Pereira, Susana Solís Pérez, Nikolaj Villumsen

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

60

+

ECR

Pietro Fiocchi, Joanna Kopcińska, Alexandr Vondra, Anna Zalewska

GUE/NGL

Malin Björk, Petros Kokkalis, Silvia Modig, Nikolaj Villumsen, Mick Wallace

NI

Eleonora Evi, Athanasios Konstantinou

PPE

Bartosz Arłukowicz, Cristian-Silviu Buşoi, Nathalie Colin-Oesterlé, Agnès Evren, Christophe Hansen, Ewa Kopacz, Esther de Lange, Peter Liese, Liudas Mažylis, Ljudmila Novak, Lídia Pereira, Jessica Polfjärd, Christine Schneider, Edina Tóth, Michal Wiezik

RENEW

Pascal Canfin, Catherine Chabaud, Fredrick Federley, Andreas Glück, Jan Huitema, Frédérique Ries, Susana Solís Pérez, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Véronique Trillet-Lenoir, Caroline Voaden

S&D

Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Rory Palmer, Rovana Plumb, Sándor Rónai, Günther Sidl

VERTS/ALE

Margrete Auken, Michael Bloss, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Aileen McLeod, Tilly Metz, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus

 

10

-

ECR

Anthea McIntyre, Rob Rooken

ID

Simona Baldassarre, Aurelia Beigneux, Marco Dreosto, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Sylvia Limmer, Silvia Sardone

NI

James Alexander Glancy

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (26.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jiddispjaċih li l-baġit propost mill-Kummissjoni huwa ta' EUR 474,6 miljun taħt il-limitu massimu għall-Intestatura 1a, minkejja li l-programmi rilevanti huma sovraskritti u jistgħu faċilment jassorbu fondi addizzjonali; jaċċentwa l-importanza kbira tal-programmi tal-Intestatura 1a biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku xprunat mill-innovazzjoni u jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali għall-klima b'mod konformi mal-Ftehim ta' Pariġi;

2. Jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp tat-tmexxija fl-innovazzjoni u ta' riċerka inkrementali u fixkiela f'teknoloġiji avvanzati biex jiksbu l-għanijiet politiċi tal-Unjoni, jirrifjuta b'hekk it-tnaqqis mill-Kunsill ta' total ta' EUR 747,4 miljun fl-Intestatura 1a, inklużi EUR 424,9 miljun għall-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, speċjalment f'linji baġitarji rilevanti fuq it-tisħiħ tar-riċerka fil-futur u teknoloġiji emerġenti, it-tisħiħ tal-infrastruttura Ewropea ta' riċerka, inklużi infrastrutturi elettroniċi u t-tmexxija fit-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni, inklużi wkoll EUR 28 miljun għall-fergħa tal-ICT tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u EUR 20 miljun għal COSME, li jirriskja li jdgħajjef l-isforzi tal-Unjoni għall-ħolqien tat-tkabbir sostenibbli u tal-impjiegi ta' kwalità għolja, kif ukoll l-isforzi tal-Unjoni biex tilħaq l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u tinkiseb ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra l-aktar tard sal-2050, filwaqt li ħadd ma jaqa' lura;

3. Jemmen li, b'mod partikolari matul l-aħħar sena tal-QFP, huwa meħtieġ baġit ambizzjuż fl-Intestatura 1a b'rabta mal-QFP li jmiss, li l-programmi ġodda kollha fi ħdanu ser jieħdu ż-żmien biex isiru kompletament operattivi, sabiex tiġi żgurata l-funzjonalità sħiħa ta' dawn il-programmi biex tkun tista' titkompla l-kisba tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

4. Jappella, għaldaqstant, biex il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn ikunu sal-limitu massimu għall-Intestatura 1a u barra minn hekk biex jintużaw l-istrumenti ta' flessibbiltà possibbli kollha li huma disponibbli skont ir-Regolament QFP flimkien mad-dispożizzjoni speċjali dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi rilaxxati għal proġetti ta' riċerka stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Baġit 2020;

5. Ifakkar l-importanza tar-riċerka u tal-innovazzjoni biex jiġu indirizzati sfidi soċjetali u jikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli, jinnota s-sovraskrizzjoni ta' diversi programmi bħal Orizzont 2020 u COSME li tirriżulta f'rata aktar baxxa ta' suċċess għall-applikazzjonijiet f'Orizzont 2020 meta mqabbel mal-perjodu QFP preċedenti, li jfisser li ħafna proġetti oħra ta' kwalità għolja fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni setgħu jiġu ffinanzjati kieku ġie pprovdut finanzjament suffiċjenti mill-Unjoni; jisħaq fuq li din jeħtiġilha tiġi indirizzata permezz ta' Baġit 2020 aktar ambizzjuż; u billi jissaħħu komplementarjetajiet ma' fondi oħra tal-Unjoni, strumenti finanzjarji, programmi nazzjonali u investimenti privati; jemmen li l-finanzjament tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jappoġġja b'mod partikolari l-oqsma li qegħdin isofru minn falliment serju tas-suq u sfidi soċjetali li mhumiex jingħataw importanza; jemmen, għalhekk, li fondi diżimpenjati għandhom jerġgħu jsiru disponibbli skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju; ifakkar il-pożizzjoni tiegħu li għall-inqas EUR 120 miljun fi prezzijiet tal-2018 huma meħtieġa għal Orizzont Ewropa fil-QFP li jmiss;

6 Jissottolinja li l-SMEs huma parti essenzjali tal-ekonomija tal-Unjoni peress li jipprovdu numru kbir ta' impjiegi fi ħdan l-Unjoni; jara l-ħtieġa li jinħoloq ambjent tan-negozju favorevoli għall-SMEs, kif ukoll li jiġu appoġġjati l-clusters u n-netwerks tal-SMEs; jilqa', b'hekk, iż-żieda fl-istrument tal-SME; jinnota bi tħassib it-tnaqqis tal-Kunsill fuq aktar innovazzjoni għall-SMEs, li jibagħtu sinjal kontradittorju lin-negozji tal-Unjoni;

7. Jissottolinja l-importanza li jintlaħqu l-għanijiet tas-Suq Uniku Diġitali biex jitjiebu d-diġitalizzazzjoni tal-Unjoni u l-inklużjoni diġitali tal-ekonomija, is-settur pubbliku u ċ-ċittadini tal-Unjoni; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' inizjattivi bħall-WiFi4EU; jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kunsill għal din l-inizjattiva;

8 Jissottolinja l-ħtieġa li s-settur tal-mobilità tal-Unjoni jiġi riformat biex ikun hemm trasport sostenibbli, nadif u kompetittiv fl-Unjoni, biex l-industrija tal-karozzi tal-Unjoni tkun adatta għall-futur u jintlaħqu l-għanijiet tagħna dwar il-klima; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, li jkun hemm biżżejjed fondi għall-programmi li jappoġġjaw dawn l-għanijiet, bħal Orizzont, FNE Trasport u l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH 2); huwa, għalhekk, ikkonċernat dwar l-effett tat-tnaqqis propost mill-Kunsill dwar il-kisba ta' sistema tat-trasport tal-Unjoni li hija effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika;

9 Jiddispjaċih ħafna li l-baġit propost mill-Kummissjoni huwa, għal darb'oħra, ħafna aktar baxx minn dak mitlub mill-ACER u li dan joħloq ir-riskju li jipperikola l-funzjonament tal-ACER u l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti tagħha ta' monitoraġġ u ta' trasparenza tas-suq, aħseb u ara l-kompiti addizzjonali mogħtija lilha permezz ta' leġiżlazzjoni reċenti;

10 Itenni li l-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni jeħtieġu li jiżdiedu bil-għan li jitjieb l-aċċess għall-għarfien, jitrawwem l-iżvilupp soċjali u tiżdied il-kwalità tal-istandards tal-għajxien.

11 Jappella, fir-rigward tal-aġenziji kollha li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu (ACER, BEREC, ENISA u GSA), għal livell ta' approprjazzjonijiet u persunal hekk kif mitlub minn dawn l-aġenziji; jinsisti li r-riżorsi finanzjarji u tal-persunal jiżdiedu skont l-espansjoni tal-kompiti tal-aġenziji kkonċernati u fi preparazzjoni tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida u bil-ħtieġa ta' ippjanar ta' rwoli u responsabbiltajiet futuri; jinnota li l-GSA tiffaċċja sfidi ġodda relatati mas-sigurtà u ma' oqsma sensittivi oħra, fejn l-esternalizzazzjoni x'aktarx tnaqqas is-sigurtà u l-kosteffiċjenza filwaqt li twassal għal telf ta' għarfien espert; huwa għaldaqstant neċessarju li jiġu rreklutati u miżmuma esperti li huma speċjalizzati ħafna;

12 Ifakkar fl-impenn li sar mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni f'Dikjarazzjoni Konġunta annessa għar-Regolament (UE) 2017/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9] bil-għan li jiġi żgurat finanzjament globali ta' EUR 120 miljun għall-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali fuq perjodu ta' tliet snin biex l-inizjattiva tkun suċċess Ewropew reali għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali u taċ-ċittadini; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li wara żewġ sejħiet għal applikazzjonijiet, aktar minn 23 000 muniċipalità minn madwar l-Unjoni kollha rreġistraw għall-WiFi4EU Portal u li 6 200 muniċipalità diġà ngħataw vouchers tal-WiFi4EU, ilkoll xhieda tas-suċċess ta' din l-inizjattiva;

13. Jappella għal fondi addizzjonali biex jiġi aċċellerat l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji aktar nodfa, kif ukoll fondi addizzjonali biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta tar-reġjuni tal-faħam u li huma intensivi fil-faħam biex jgħinu jintlaħqu l-impenji li l-Unjoni ħadet skont il-Ftehim ta' Pariġi, inkluż permezz tat-tkomplija ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti u t-tnedija ta' oħrajn ġodda; itenni l-proposta tal-Parlament Ewropew biex jiġi stabbilit l-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 biex jiġu indirizzati l-impatti soċjetali, soċjoekonomiċi u ambjentali fuq il-ħaddiema u l-komunitajiet milquta negattivament mit-tranżizzjoni mid-dipendenza fuq il-faħam u l-karbonju; jisħaq fuq il-bżonn li r-reġjuni tal-faħam u li huma intensivi fil-faħam jibqgħu jiġu appoġġjati fl-Unjoni, biex ikunu ppreparati biex jibbenifikaw minn Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija li jkun ġdid;

14. Jisħaq fuq li r-riċerka u l-innovazzjoni huma xpruni ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli u jfakkar l-impenn li sar mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jilqa' l-istima tal-Kummissjoni li n-nefqa fuq it-tibdil fil-klima ser tilħaq 21 % tal-baġit 2020 u jfakkar li dawn l-isforzi jeħtiġilhom jiżdiedu; jiddispjaċih li huwa probabbli ħafna li l-baġit propost għal Orizzont 2020 ma jilħaqx il-miri stabbiliti tan-nefqa fuq il-klima u s-sostenibbiltà u b'hekk għall-perjodu kollu tal-QFP attwali; jisħaq fuq il-pożizzjoni tiegħu li, skont l-impenn tal-Unjoni taħt il-Ftehim ta' Pariġi, in-nefqa relatata mal-klima għandha tiżdied b'mod adegwat; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel", kif ukoll il-mira li l-Unjoni tkun fuq quddiem nett fl-enerġija rinnovabbli;

15. Jappella għal approprjazzjonijiet addizzjonali għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, b'mod partikolari għall-fergħat tal-enerġija sostenibbli u tal-ICT tagħha, biex tiġi kkompletata l-Unjoni tal-Enerġija u jiġi żgurat li swieq iżolati jiġu konnessi u jitneħħew l-ostakli li għad fadal, kif ukoll netwerk tal-enerġija tal-UE li huwa lest għall-ġejjieni.

16. Huwa mħasseb ħafna dwar l-inċertezza li hemm fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea; jissottolinja li huma meħtieġa prekawzjonijiet finanzjarji f'każ li r-Renju Unit ma jikkontribwixxix bis-sħiħ jew parzjalment għall-Baġit 2020, jitlob għalhekk li l-Istati Membri l-oħra kollha jintervjenu u jikkumpensaw bis-sħiħ il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit peress li l-programmi kollha qegħdin fil-fażi finali tagħhom u r-reċipjenti tal-fondi tal-Unjoni jeħtieġu ċ-ċertezza li l-Unjoni ser tonora l-impenji tagħha.

17. Jenfasizza li n-nuqqas tal-Unjoni milli tirrispetta l-impenji legali u politiċi tagħha b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' pagament jikkomprometti serjament l-affidabbiltà tagħha u jkollu impatt negattiv serju fuq il-fiduċja fil-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jwettqu r-rwoli tagħhom; jenfasizza li din il-kwistjoni hija aktar serja minħabba l-fatt li l-Unjoni qiegħda toqrob lejn tmiem il-perjodu tal-QFP attwali u li, għaldaqstant, il-programmi pluriennali jeħtieġ jiġu implimentati malajr.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

6

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Michael Bloss, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Klaus Buchner, Carlo Calenda, Andrea Caroppo, Maria Da Graça Carvalho, Katalin Cseh, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Pilar del Castillo Vera, Martina Dlabajová, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Jens Geier, Nicolás González Casares, Christophe Grudler, András Gyürk, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Eva Kaili, Seán Kelly, Łukasz Kohut, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Thierry Mariani, Marisa Matias, Eva Maydell, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Ville Niinistö, Mauri Pekkarinen, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, John David Edward Tennant, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Isabella Tovaglieri, Adina-Ioana Vălean, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Marco Dreosto, Giorgos Georgiou, Klemen Grošelj, Alicia Homs Ginel, Adam Jarubas, Janusz Lewandowski, Jutta Paulus, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Edina Tóth

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hannes Heide

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

54

+

ECR

Evžen Tošenovský

ID

Thierry Mariani, Joëlle Mélin

PPE

François-Xavier Bellamy, Maria Da Graça Carvalho, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, András Gyürk, Adam Jarubas, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Janusz Lewandowski, Eva Maydell, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Edina Tóth, Adina-Ioana Vălean, Henna Virkkunen, Pernille Weiss

RENEW

Nicola Beer, Katalin Cseh, Martina Dlabajová, Valter Flego, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Dominique Riquet

S&D

Carlo Calenda, Josianne Cutajar, Niels Fuglsang, Jens Geier, Nicolás González Casares, Robert Hajšel, Hannes Heide, Alicia Homs Ginel, Ivo Hristov, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Miapetra Kumpula-Natri, Dan Nica, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

François Alfonsi, Rasmus Andresen, Michael Bloss, Klaus Buchner, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Jutta Paulus

 

6

-

ECR

Jessica Stegrud

ID

Paolo Borchia, Andrea Caroppo, Marco Dreosto, Isabella Tovaglieri

NI

John David Edward Tennant

 

6

0

ECR

Grzegorz Tobiszowski

GUE/NGL

Manuel Bompard, Marc Botenga, Giorgos Georgiou, Marisa Matias

ID

Markus Buchheit

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (3.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Svenja Hahn

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jinnota li r-responsabbiltà tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) fil-proċedura tal-baġit tkopri l-linji baġitarji fit-titoli 2 (Suq intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs), 14 (Tassazzjoni u Unjoni doganali) u 33 (Ġustizzja u Konsumaturi);

2. Jenfasizza li s-suq intern jibqa' wieħed mill-akbar u l-aktar kisbiet tanġibbli tal-Unjoni, li joħloq benefiċċji għall-impriżi, inklużi l-mikroimpriżi u l-impriżi ż-żgħar, il-konsumaturi u ċ-ċittadini fl-Ewropa kollha; iqis li l-approfondiment ulterjuri tas-Suq Uniku, bi tnaqqis tal-piżijiet burokratiċi li jostakolaw il-moviment liberu tal-prodotti, tal-kapital, tas-servizzi u tax-xogħol, kif ukoll l-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali għandhom jitqiesu prijoritarji fil-Baġit 2020 biex jinżammu l-kompetittività tal-impriżi tal-Unjoni u l-ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni kollha; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza li l-progress f'dan il-qasam jiġi mmonitorjat b'mod sistematiku, jiġu identifikati l-kwistjonijiet emerġenti u jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet ta' politika għall-iżvilupp ulterjuri tas-Suq Uniku Diġitali;

3. Jisħaq fuq l-importanza ta' suq intern tas-servizzi; jappella lill-Unjoni talloka aktar finanzjamenti għat-tlestija tas-suq intern tas-servizzi u tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' servizzi ġodda u innovattivi;

4. Jappella li l-Baġit 2020 jikkontribwixxi għat-twettiq tal-prijoritajiet definiti fis-Semestru Ewropew, b'mod partikolari biex jitwettqu investimenti ta' kwalità għolja u riformi li jżidu l-kompetittività u l-produttività tal-impriżi, inklużi l-mikroimpriżi u l-impriżi ż-żgħar filwaqt li jitkompla l-approfondiment tas-Suq Uniku u l-iżvilupp ulterjuri tas-Suq Uniku Diġitali;

5. Jilqa' l-fatt li fl-Abbozz ta' Baġit tagħha l-Kummissjoni allokat baġit adegwat għall-parti l-kbira tal-prijoritajiet ewlenin tal-Kumitat IMCO, inkluż is-suq intern tal-prodotti u tas-servizzi, l-appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-ħarsien tal-konsumatur u l-kompetittività, u jistieden lill-Kunsill u lill-Parlament jaqblu dwar dawn l-approprjazzjonijiet fil-Baġit 2020;

6. Jilqa' pożittivament iż-żieda fl-approprjazzjonijiet favur il-linja "Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern ta' oġġetti u servizzi" (linja baġitarja 02 03 01), għall-fini tas-sorveljanza tas-suq u l-istabbiliment tan-Netwerk ta' Konformità tal-Prodott tal-UE, kif ukoll favur il-linja "Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal impriżi żgħar u medji" (linja baġitarja 02 02 02) kif ukoll favur il-linja "Nefqa ta' sostenn għall-COSME" (linja baġitarja 02 01 04 01) billi dawn it-tliet azzjonijiet huma kruċjali biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni; jiddispjaċih ħafna bit-tnaqqis min-naħa tal-Kunsill fil-linji baġitarji 02 03 01 u 02 02 02;

7. Jaċċentwa f'dan ir-rigward il-fatt li l-SMEs huma parti essenzjali mill-ekonomija tal-Unjoni u jiżvolġu rwol kruċjali fil-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni kollha u jqis li huwa neċessarju li jinħoloq u jiġi promoss aktar ambjent kummerċjali li huwa favorevoli għall-SMEs; jissottolinja għaldaqstant li t-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzi jibqa' prijorità ewlenija għall-Kumitat IMCO fil-Baġit 2020;

8. Jisħaq fuq il-fatt li l-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (COSME) huwa għodda kruċjali biex titħeġġeġ il-kultura imprenditorjali, jiġu appoġġjati l-SMEs eżistenti u jiġu żgurati l-kompetittività, is-sostenibbiltà u t-tkabbir; jappella b'mod partikolari għal tisħiħ tal-Aċċeleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (strument tal-SMEs) billi dan jipprovdi appoġġ deċiżiv għall-SMEs b'ideat radikalment ġodda u b'soluzzjonijiet innovattivi kummerċjalizzabbli; iqis li l-baġit tal-Unjoni u l-aċċess għal finanzjament appoġġjat minnha, huwa għodda ewlenija sabiex l-istart-ups, il-mikroimpriżi u l-SMEs isiru aktar kompetittivi, aktar innovattivi u titrawwem l-imprenditorija fl-Unjoni;

9. Jissottolinja l-importanza ta' politika tal-konsumatur soda u implimentata b'mod effiċjenti li lill-konsumaturi toffrilhom protezzjoni u prevedibbiltà, tiġġieled kontra l-prattiki kummerċjali żleali kemm offline kif ukoll online, tippermetti lill-impriżi jfornu b'kunfidenza l-prodotti u s-servizzi tagħhom fis-suq intern kollu u tiggarantixxi r-rispett u l-infurzar tad-dritt tal-UE u nazzjonali, filwaqt li l-piżijiet burokratiċi għall-SMEs jinżammu sal-minimu; jenfasizza li għad hemm sfidi fl-ambitu tal-ħarsien tal-konsumatur, kemm fl-isfera diġitali kif ukoll f'dik fiżika, u għaldaqstant huwa tal-akbar importanza li jiġu intensifikati l-isforzi biex tiżdied l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u taċ-ċittadini;

10. Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għal "Salvagwardja tal-interess tal-konsumaturi u titjib tas-sikurezza u informazzjoni għalihom" (linja baġitarja 33 04 01), peress li t-titjib tad-drittijiet tal-konsumatur u l-promozzjoni tal-għarfien tad-drittijiet tal-konsumatur huma mod importanti kif tingħata spinta lill-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern u fil-kapaċità tal-UE li tikseb benefiċċji tanġibbli;

11. Jenfasizza l-importanza ta' finanzjament xieraq tat-tranżizzjoni għal operazzjoni doganali kompletament awtomatizzata, fl-interessi ta' effiċjenza akbar għall-kumpaniji Ewropej, ta' kompetizzjoni ġusta u ta' protezzjoni aħjar għall-konsumaturi; għal dan l-għan huwa essenzjali li jiżdied il-finanzjament tal-programm Dwana 2020, li fih mekkaniżmi ta' kooperazzjoni li jippermettu lill-awtoritajiet u lill-uffiċjali tad-dwana tal-Unjoni kollha jiskambjaw u jikkondividu informazzjoni u l-aħjar prattiki, kif ukoll li jiġu żgurati l-finanzjamenti għall-akkwist u l-manutenzjoni ta' tagħmir modern u effiċjenti għall-kontrolli doganali;

12. Ifakkar li l-Kummissjoni u l-Istati Membri diġà akkumulaw dewmien fl-implimentazzjoni programmata tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u b'konsegwenza t'hekk jiddeplora bil-qawwa t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet tal-baġit għas-"Sostenn għall-funzjonament u l-immodernizzar tal-unjoni doganali" (linja baġitarja 14 02 01), li jista' jwassal għal aktar dewmien, jikkomprometti t-tisħiħ tal-effiċjenza tal-kontrolli doganali fl-Unjoni kollha u jostakola l-funzjonament tas-suq intern; ifakkar li l-implimentazzjoni sħiħa u uniformi tal-Kodiċi hija essenzjali biex jitħarsu aħjar iċ-ċittadini u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li d-dwana elettronika tikkostitwixxi politika prijoritarja għall-funzjonament aħjar tas-suq intern;

13. Jirrikonoxxi li l-2020 hija l-aħħar sena fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ, fil-Baġit 2020, tal-marġni disponibbli tal-QFP fl-oqsma ta' politika taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat IMCO;

14. Jisħaq fuq l-importanza tal-fatt li l-Kummissjoni tirrispetta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fl-interess ta' baġit aktar effikaċi u li jipprovdi valur akbar għaċ-ċittadini Ewropej;

15. Jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji kollha approvati mill-Kumitat IMCO.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alex Agius Saliba, Andrus Ansip, Pablo Arias Echeverría, Alessandra Basso, Adam Bielan, Hynek Blaško, Vlad-Marius Botoş, Markus Buchheit, Dita Charanzová, David Cormand, Petra De Sutter, Dinesh Dhamija, Carlo Fidanza, Alexandra Geese, Svenja Hahn, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Andrey Kovatchev, Maria Manuel Leitão Marques, Morten Løkkegaard, Adriana Maldonado López, Antonius Manders, Beata Mazurek, Leszek Miller, Brian Monteith, Dan-Ştefan Motreanu, Kris Peeters, Anne-Sophie Pelletier, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Aguilera, Claudia Gamon, Lucy Elizabeth Harris, John Howarth

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Delara Burkhardt, Predrag Fred Matić

 

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ECR

Adam Bielan, Carlo Fidanza, Eugen Jurzyca, Beata Mazurek

GUE/NGL

Anne-Sophie Pelletier

NI

Marco Zullo

PPE

Pablo Arias Echeverría, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Dan-Ştefan Motreanu, Kris Peeters, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Marion Walsmann

RENEW

Andrus Ansip, Vlad-Marius Botoş, Dita Charanzová, Dinesh Dhamija, Claudia Gamon, Svenja Hahn, Morten Løkkegaard

S&D

Alex Agius Saliba, Clara Aguilera, Delara Burkhardt, John Howarth, Maria Manuel Leitão Marques, Adriana Maldonado López, Predrag Fred Matić, Leszek Miller, Christel Schaldemose

VERTS/ALE

David Cormand, Petra De Sutter, Alexandra Geese, Marcel Kolaja, Kim Van Sparrentak

 

6

-

ID

Alessandra Basso, Hynek Blaško, Markus Buchheit, Virginie Joron

NI

Lucy Elizabeth Harris, Brian Monteith

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (26.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Daniel Freund

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit propost mill-Kummissjoni fil-qasam tat-trasport; jiddispjaċih bit-tnaqqis indiskriminat mitlub mill-Kunsill; jinsisti fuq baġit ambizzjuż għas-settur tat-trasport tal-UE, li jqis l-isfidi emerġenti u l-prijoritajiet politiċi attwali relatati mal-politika tat-trasport tal-UE;

2. Jemmen li wasal iż-żmien għal tfassil mill-ġdid aktar fundamentali tal-finanzjament tat-trasport tal-UE sabiex jinħoloq settur tat-trasport b'emissjonijiet żero f'termini netti sal-2050 u biex ikun garantit allinjament sħiħ mal-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza li livell għoli ta' finanzjament, użu tal-fondi b'mod effiċjenti u orjentat fuq ir-riżultati fil-portafoll tat-trasport ta' Orizzont 2020, programmi u impriżi konġunti li jwettqu dawn l-objettivi huma tal-akbar importanza; jenfasizza l-importanza ta' proġetti u programmi fl-oqsma tad-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, jitlob finanzjament adegwat u jitlob li jingħataw prijorità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi d-diġitalizzazzjoni fil-loġistika; jemmen li din ir-riforma trid tqis għalkollox il-bżonnijiet ta' gruppi soċjali u reġjuni vulnerabbli, biex it-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva; jenfasizza li l-finanzjament irid jiżgura effiċjenza u konnettività tat-trasport imtejba;

3. Jinsisti li l-politika tat-trasport tal-UE hija essenzjali għas-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali u għalhekk għandha tingħata prijorità lill-kwalità u lis-sostenibbiltà tal-proġetti, u s-siwi tagħhom għaċ-ċittadini u n-negozji, aktar milli lill-kwantità jew lid-daqs tagħhom; jenfasizza li l-politika tat-trasport tal-UE teħtieġ finanzjament adegwat u suffiċjenti sabiex tiżgura t-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività fl-Ewropa, inkluż fiż-żoni ġeografiċi l-aktar remoti, aktar investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, koeżjoni soċjali u territorjali; jissottolinja li t-trasversalità bejn il-politika, il-finanzi u l-proċedura amministrattiva għandha tkun żviluppata għall-fini li jinkisbu żidiet fl-effiċjenza fil-proġetti infrastrutturali maġġuri;

4. Jenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom il-politika tat-trasport tal-UE u l-investimenti fil-promozzjoni u t-titjib tal-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika fl-UE, u fl-iżgurar tal-aċċessibilità u l-interkonnettività territorjali tar-reġjuni kollha tal-UE, fosthom ir-reġjuni remoti, ir-reġjuni ultraperiferiċi, il-gżejjer, ir-reġjuni periferiċi, ir-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni tal-fruntiera, kif ukoll iż-żoni depopolati u dawk skarsament popolati;

5. Jindika li l-investimenti pubbliċi fit-trasport bit-triq, bil-ferroviji, bl-ajru u bil-baħar għandhom impatt pożittiv fuq is-suq intern u l-ekonomija Ewropea, li jeħtieġ li tieħu rwol ta' tmexxija f'livell globali;

6. Jenfasizza li l-politika tal-infrastruttura tat-trasport tal-UE trid tagħmel enfasi integrattiva aktar qawwija fuq dawn it-tliet aspetti li ġejjin:

- l-interkonnettività bejn il-kurituri u n-netwerk komprensiv u l-konnessjonijiet transfruntiera trid tkun prijorità,

- l-intermodalità għandha tkun bażi għad-deċiżjonijiet dwar il-proġetti, u

- l-interoperabilità trid tkun kundizzjoni għall-kofinanzjament ta' proġetti tat-trasport;

 

7. Itenni li l-ftehim provviżorju dwar ir-regolament li jistabbilixxi l-Programm InvestEU[10] jinkludi dispożizzjoni ġenerali - applikabbli għall-finanzjamenti kollha relatati mat-trasport - li tiżgura li "Proġetti li ma jkunux konsistenti mal-kisba tal-għanijiet klimatiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ" u li l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment "għandhom jiġu eżaminati biex jiddeterminaw jekk għandhomx impatt ambjentali, klimatiku jew soċjali u jekk dan ikun minnu, għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar tas-sostenibbiltà klimatika, ambjentali u soċjali"; ifakkar il-fatt li l-Fond InvestEU għandu jappoġġa investimenti li jikkontribwixxu għal koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali akbar fl-Unjoni, u li, sabiex jiġi massimizzati l-impatt u l-valur miżjud tal-appoġġ ta' finanzjament tal-UE, ikun xieraq li jiġu massimizzati "s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni f'oqsma bħat-trasport, l-enerġija u d-diġitalizzazzjoni";

8. Jisħaq fuq il-fatt li lil hinn mir-rwol ewlieni tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u tal-Programm InvestEU, huwa vitali li r-reviżjoni tal-politika tat-trasport tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li għandha ssir fl-2020, twitti t-triq għal reviżjoni sostanzjali aktar fundamentali tal-finanzjament tat-trasport tal-Bank; ifakkar li l-BEI pprovda madwar €140 biljun f'self għal proġetti tat-trasport fil-perjodu bejn l-2007 u l-2018, li 80 % minnhom huma marbuta ma' infrastrutturi stradali[11]; jistieden lill-BEI jirrapporta lill-Parlament dwar il-fażijiet kollha tar-reviżjoni tal-politika tat-trasport fi żmien xieraq;

9. Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) fit-trawwim tal-iżvilupp ta' netwerk trans-Ewropew(TEN-T) ta' prestazzjoni għolja li jkun sostenibbli u interkonness fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, tal-enerġija u tas-servizzi diġitali; itenni li t-tlestija veloċi tat-TEN-T se tagħti kontribut sinifikanti għall-koeżjoni soċjoekonomika u territorjali fl-UE, u għall-promozzjoni tal-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tal-UE; jissottolinja li l-FNE hi vitali għall-investiment fl-innovazzjoni, il-koeżjoni, il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fit-tul fl-UE;

10. Jemmen li n-nefqa tal-FNE fil-qasam tat-trasport tista' titjieb billi jiżdied aktar is-sehem ta' finanzjament għall-mezzi ta' trasport b'emissjonijiet żero; ifakkar li l-FNE hi strument finanzjarju estremament importanti u vitali fis-settur tat-trasport, u l-ippjanar tal-infiq fuq medda qasira u twila taż-żmien għandu jqis approċċ orjentat fuq ir-riżultati u jfittex valur miżjud tal-UE, speċjalment rigward l-iżvilupp u t-tlestija tan-netwerks ewlenin u komprensivi TEN-T; jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni li tikkofinanzja l-istabbiliment mill-ġdid tal-kollegamenti ferrovjarji transfruntiera reġjonali li kienu żarmati jew abbandunati[12], u jħeġġeġ lill-Istati Membri, lir-reġjuni transfruntiera u lill-Kummissjoni jkomplu jintensifikaw dawn il-proġetti maħsuba minn isfel għal fuq, li jikkontribwixxu biex jerġgħu jinfetħu l-fruntieri fi ħdan l-UE, fejn tali fruntieri għadhom jeżistu; jistieden lill-Kummissjoni żżid b'mod sinifikanti l-ammont riservat fi ħdan il-linja baġitarja tal-FNE sabiex jiffinanzja l-istabbiliment mill-ġdid ta' kollegamenti ferrovjarji reġjonali li ġew żarmati jew abbandunati, filwaqt li tagħti prijorità liż-żoni ġeografikament żvantaġġjati; jistieden lill-Kummissjoni tqis id-diverġenzi, li għadhom kbar, fl-infrastrutturi tat-trasport fl-UE kollha kemm hi; l-elettrifikazzjoni ulterjuri tal-infrastruttura ferrovjarja trid tiġi intensifikata u hija meħtieġa introduzzjoni aktar rapida tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS); il-baġit tal-FNE għandu jqis ukoll il-miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju kkawżat mill-ferroviji tal-merkanzija sabiex tiġi żgurata sistema tat-trasport tal-merkanzija li tkun sostenibbli u effiċjenti; hu tal-fehma li l-FNE għandha tagħmel aktar biex tintegra u tippromwovi t-trasport marittimu; jitlob li l-finanzjament għall-FNE jkun protett meta l-fondi disponibbli għat-trasport jiġu allokati;

11. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sa tmiem l-2019, evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġetti kuntrattati kollha, fosthom is-sitwazzjoni attwali u l-previżjonijiet rigward it-tlestija tal-proġetti u l-proposti biex jippermettu livell ta' nfiq ta' 100 %, inkluż trasferiment tal-fondi;

12. Ifakkar li l-finanzjament tal-politika tal-koeżjoni għall-infrastruttura tat-trasport għandu jimmira li jsegwi l-għan imsejjes fuq it-Trattat ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jenfasizza li l-approċċi deċentralizzati huma importanti u l-konnettività u l-aċċessibilità taż-żoni rurali jibqgħu sfida li trid tiġi indirizzata b'urġenza; jesprimi tħassib dwar il-fatt li ftit ingħatat attenzjoni lill-bidla modali fl-użu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK); jissottolinja l-ħtieġa ta' dekarbonizzazzjoni tal-fondi tal-UE anke fir-rigward tas-settur tat-trasport; jirrakkomanda li jiżdied l-investiment fiċ-ċikliżmu u fil-mixi, u jtenni t-talba, li ilu jagħmel, għal trasparenza tal-finanzjament tal-UE fis-settur tat-trasport, b'mod partikolari ta' riżorsi ta' ġestjoni kondiviża; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli b'mod komprensiv informazzjoni dwar il-proġetti tat-trasport li rċevew finanzjament mill-FEŻR u l-FK;

13. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta, sa tmiem is-sena, evalwazzjoni tal-użu tal-flus tal-UE mill-FNE, il-FK u l-FEŻR għall-proġetti tat-trasport, inkluż il-livell ta' konformità mal-istrateġiji tat-trasport u l-kundizzjonalitajiet ex ante provduti fil-Ftehimiet ta' Sħubija;

14. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sa tmiem l-2019, evalwazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-infiq tal-ammonti allokati għall-istrumenti finanzjarji, il-previżjonijiet rigward il-livell finali ta' assorbiment u l-proposti li għandhom jiġu applikati biex jinkiseb livell ta' 100 %, inkluż riorjentament lejn linji baġitarji oħra tal-FNE;

15. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta evalwazzjoni tal-użu tal-ammonti allokati għall-introduzzjoni tas-SESAR, is-sitwazzjoni attwali, l-azzjonijiet ġejjiena u l-kontribut tal-proġetti ffinanzjati minn dawn l-ammonti għall-introduzzjoni tas-SESAR fl-Istati Membri;

16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi r-rivitalizzazzjoni ta' ferroviji Ewropej ta' bil-lejl komdi bħala alternattiva possibbli u sostenibbli għat-titjiriet fuq distanza qasira u għall-ivvjaġġar bil-karozza fuq distanzi twal; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-għażliet ta' taħlitiet possibbli tal-kofinanzjament tan-netwerk EuroVelo man-netwerk ferrovjarju komprensiv;

17. Huwa tal-fehma li t-trasport marittimu joffri alternattiva għall-approċċ "kollox bit-triq"; jikkunsidra li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13] li jistabbilix xu limiti fuq il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwils marittimi se jtejbu s-sostenibbiltà ta' din il-forma tat-trasport u li għad hemm lok ta' aktar progress fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur; jinnota li l-portijiet Ewropej huma ċentri multimodali u l-punt tad-dħul għal aktar minn 90% tal-importazzjonijiet tal-merkanzija fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel aktar biex tippromwovi u tiffinanzja dan it-tip ta' trasport;

18. Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tista' tagħmel it-trasport fl-UE aktar inklużiv, innovattiv, interkonness u sostenibbli; ifakkar lill-Kummissjoni kemm hu importanti li tfassal strateġija ġdida tal-UE, li l-prijoritajiet tagħha jridu jkunu tranżizzjoni ġusta u taħriġ mill-ġdid għal persuni li l-impjiegi tagħhom intilfu minħabba d-diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport;

19. Fid-dawl tal-għadd, li għadu kbir ħafna, ta' mwiet u ta' korrimenti kkawżati minn inċidenti tat-traffiku, u d-Direttiva l-ġdida dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza fl-Infrastruttura tat-Toroq bid-dispożizzjoni tagħha li tiżgura li "L-Istati Membri għandhom jiżguraw li (...) jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti vulnerabbli tat-triq", jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu prijorità akbar lill-finanzjament tas-sikurezza tat-trasport tal-passiġġieri f'mezzi differenti ta' trasport u jiffukaw fuq is-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-triq, bħall-persuni mexjin, il-persuni b'diżabilità, iċ-ċiklisti u utenti oħra tal-mikromobilità kif ukoll il-bidla modali lejn mezzi tat-trasport iktar sikuri u iktar nodfa, bħat-trasport ferrovjarju; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa lill-Istati Membri rigward il-miżuri adegwati ta' manutenzjoni tat-toroq eżistenti fil-pjanijiet komprensivi rispettivi tat-trasport tagħhom, sabiex tiżdied il-kwalità u s-sikurezza tat-toroq;

20. Iqis li huwa essenzjali li jkun hemm artikolazzjoni aktar b'saħħitha tal-finanzjament tat-trasport urban bi Pjanijiet ta' Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPS) biex tagħti spinta lit-trasformazzjoni tal-mobilità urbana; jitlob li dawn il-pjanijiet tal-mobilità urbana jrawmu l-multimodalità fost diversi modi sostenibbli tat-trasport, b'arranġamenti soċjoekonomiċi bbilanċjati biex ikun żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini tal-UE;

21. Jenfasizza li l-arranġamenti tal-mobilità urbana jridu jagħmlu l-parti tagħhom biex inaqqsu t-tul tal-vjaġġi (bejn il-post tax-xogħol u d-dar), jiżguraw l-interoperabbiltà, jagħmlu t-trasport pubbliku aktar attraenti għall-popolazzjonijiet u jnaqqsu l-prevalenza tat-trasport privat, u b'hekk ikattru s-sostenibbiltà ambjentali u klimatika u l-iżvilupp tas-soċjetà; iqis li, minħabba d-diversità tal-mezzi tat-trasport pubbliku fiż-żoni metropolitani tal-UE (li wħud minnhom għandhom sistemi tat-trasport sparpaljati u sistemi tal-biljetti diżorganizzati, bir-riżultat li jogħla l-prezz tagħhom għall-utenti), il-baġit tal-2020 għandu jfittex li jiffoka fuq il-problemi li jinħolqu minħabba trasport pubbliku b'sistemi ta' biljetti kumplessi u jappoġġa l-introduzzjoni ta' pjan ta' azzjoni biex tiġi implimentata sistema ta' biljetti multimodali uniċi;

22. Jappella għal trasparenza totali f'dak li hu x-xenarju tal-finanzjamenti kif ukoll għal aktar trasparenza fil-valutazzjonijiet tal-proġetti, b'attenzjoni partikolari għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u l-NGOs fi proċess deċiżjonali trasparenti u l-monitoraġġ tal-iżvilupp ta' proġetti kbar b'volum ta' investiment totali ta' aktar minn EUR 1 biljun; iqis li l-finanzjament għandu jiffoka fuq għanijiet li jiggaratixxu valur miżjud reali għall-Istati Membri, speċjalment fil-livell soċjali u ambjentali;

23. Ifakkar li l-investiment pubbliku fl-infrastruttura huwa partikolarment sensittiv għall-korruzzjoni; jenfasizza l-importanza li jkun garantit proċess ta' sejħa għall-offerti trasparenti u kompetittiv għal proġetti ta' infrastruttura tat-trasport fuq skala kbira ffinanzjati mill-UE; jinsisti li l-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti għal dawn il-proġetti fuq skala kbira jridu jidħlu f'Patti ta' Integrità li skonthom partijiet terzi jimmonitorjaw il-konformità tagħhom mal-impenji marbuta mal-aħjar prattika u t-trasparenza; ifakkar li l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità primarja għall-istabbiliment ta' sistema ta' ġestjoni, li timmira li tiżgura t-twettiq effikaċi u effiċjenti tal-proġetti ta' investiment, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-appoġġ amministrattiv u tekniku meħtieġ biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħhom; jindika li huwa importanti wkoll li fil-proċeduri ta' akkwist jitqiesu l-kundizzjonijiet soċjali għall-ħaddiema; jindika li llum il-ġurnata, is-settur kollu tat-trasport qed isibha diffiċli biex jirrekluta l-persunal, u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol iridu jittejbu sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-persunal;

24. Iqis li l-analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji għall-proġetti tat-trasport ma jistgħux jibqgħu ffukati aktar fuq analiżijiet ekonomiċi iżda fuq il-fehim komprensiv tal-kostijiet esterni kollha ta' terminu qasir u twil, iggwidati minn studju reċenti dwar l-esternalitajiet u l-internalizzazzjoni tal-kostijiet ikkommissjonati mill-Kummissjoni, li żvelaw li d-daqs globali tal-kostijiet esterni tat-trasport huma stmati li jqarrbu l-EUR 1 000 biljun fis-sena[14];

25. Jistieden lill-Kummissjoni jkollha approċċ aktar orjentat lejn ir-riżultati, tfittex valur miżjud tal-UE u tiffoka aktar fuq l-objettivi politiċi filwaqt li tiddefinixxi l-kriterji għas-selezzjoni tal-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, u jfakkar fl-importanza tal-implimentazzjoni xierqa tagħhom;

26. Itenni l-bżonn ta' Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) soda, bil-livell xieraq ta' finanzjament biex tiżgura u tmexxi globalment is-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE (pereżempju l-isfidi ta' teknoloġiji ġodda, it-theddidiet ċibernetiċi, l-interferenzi tal-GNSS) kif ukoll is-sostenibbiltà ambjentali tas-settur tat-trasport bl-ajru permezz tat-titjib tal-impronta ambjentali tiegħu (inqas storbju u emissjonijiet, id-dekarbonizzazzjoni, l-ekonomija ċirkolari), il-promozzjoni tal-protezzjoni ambjentali (miżuri ta' mitigazzjoni), l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi u sostenibbli (droni, inġenji tal-ajru elettriċi u ibridi, fjuwils sostenibbli tal-avjazzjoni), programm ta' ekotikketti u mobilità multimodali (pereżempju interkonnessjonijiet bejn l-infrastruttura ferrovjarja u dik tal-ajruporti);

27. Jiddispjaċih għall-fatt li l-kompiti mwessgħin tal-aġenziji tal-UE relatati mat-trasport, jiġifieri l-EASA, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EMSA) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA), ma tqisux għall-Baġit 2020, filwaqt li għandha titqies il-ħtieġa dejjem akbar ta' riżorsi finanzjarji u umani, sabiex tiġi żgurata l-introduzzjoni kompluta tal-kompiti tagħhom; ifakkar il-fatt li, skont opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, iċ-ċentralizzazzjoni tax-xogħol tal-ERA f'sede waħda tista' tnaqqas l-ispejjeż imġarrba mill-baġit tal-UE;

28. Jissottolinja l-importanza ta' proġetti li jrawmu l-promozzjoni tat-turiżmu, settur li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-PDG tal-Istati Membri u għandu impatt ekonomiku fuq it-tkabbir, il-kompetittività, l-impjiegi u l-iżvilupp soċjali; jiddispjaċih li l-baġit ma jinkludix it-turiżmu bħala qasam individwali tal-politika, u jtenni t-talba tiegħu għal finanzjament speċifiku u ddedikat taħt linja baġitarja separata fi ħdan il-qafas finanzjarju li jmiss li jkun iddedikat esklużivament għat-turiżmu; jindika li l-Istati Membri jħabbtu wiċċhom ma' sfidi komuni fis-settur tat-turiżmu, bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, il-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi, is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tat-turiżmu, it-tisħiħ ta' komunitajiet lokali u iżolati u t-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr emissjonijiet ta' karbonju, u li għaldaqstant, il-politiki komuni Ewropej jipprovdu valur miżjud sostanzjali.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI
LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR GĦAL OPINJONI RĊIEVA KONTRIBUT

 

 

 

 

Entità u/jew persuna -

Federazzjoni Ewropea tat-Trasport u l-Ambjent - 58744833263-19

 

 

Komunità tal-Ferroviji Ewropej u tal-Impriżi Infrastrutturali- 7574621118-27

 

 

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Johan Danielsson, Andor Deli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Mario Furore, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Caroline Nagtegaal, Bill Newton Dunn, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Sven Schulze, Vera Tax, Cristian Terheş, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Petar Vitanov, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paolo Borchia, Gina Dowding, Ilhan Kyuchyuk, Ljudmila Novak, Andrey Novakov, Anne-Sophie Pelletier, Catherine Rowett

 

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Anne-Sophie Pelletier

NI

Mario Furore

PPE

Andor Deli, Gheorghe Falcă, Jens Gieseke, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Ljudmila Novak, Andrey Novakov, Sven Schulze, Barbara Thaler

RENEW

José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Ilhan Kyuchyuk, Caroline Nagtegaal, Bill Newton Dunn, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Johan Danielsson, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Bogusław Liberadzki, Vera Tax, Cristian Terheş, István Ujhelyi, Petar Vitanov

VERTS/ALE

Ciarán Cuffe, Anna Deparnay-Grunenberg, Gina Dowding, Tilly Metz, Catherine Rowett

 

6

-

ECR

Peter Lundgren

ID

Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Julie Lechanteux, Philippe Olivier, Lucia Vuolo

 

3

0

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (7.10.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Younous Omarjee

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li l-koeżjoni hija wieħed mill-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hija definita fl-Artikolu 174 tat-TFUE u hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri; jissottolinja li l-politika ta' koeżjoni hija waħda mill-aktar politiki importanti tal-Unjoni u l-politika ewlenija ta' investiment pubbliku tagħha, b'baġit ta' EUR 351,8 biljun għall-QFP 2014-2020, jiġifieri terz tal-QFP, li għandu jkompli jkun hekk fil-QFP li jmiss mingħajr ebda tnaqqis ulterjuri u li inizjattivi ġodda tal-Unjoni jridu jkunu akkumpanjati minn riżorsi finanzjarji ġodda u adegwati u jiġu ttrattati fil-qafas tal-proċedura ta' kodeċiżjoni;

2. Jissottolinja li l-politika ta' koeżjoni hija bbażata fuq politika ta' solidarjetà li ssegwi l-objettiv tagħha, stabbilit mit-Trattat, li tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp armonjuż ġenerali tal-Istati Membri u r-reġjuni, li tippromwovi l-kooperazzjoni interreġjonali u tfittex li tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali bejn ir-reġjuni tal-Unjoni u fi ħdanhom, sabiex tiżgura li l-ebda reġjun ma jibqa' lura hekk kif jittieħed kont tal-isfidi demografiċi; iqis li l-politika ta' koeżjoni toħloq tkabbir u impjiegi madwar l-Unjoni kif ukoll twettaq objettivi u prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, inklużi l-miri tagħha fil-qasam tal-klima u l-enerġija, kif ukoll it-tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; josserva li l-addizzjonalità tista' tirriżulta f'użu bbilanċjat tal-fondi strutturali flimkien mas-sorsi disponibbli kollha, inklużi l-istrumenti finanzjarji;

3. Jilqa' l-fatt li m'hemmx aktar ħtiġijiet ta' pagament għall-2007-2013 u li l-eżekuzzjoni mtejba tal-pagamenti u ż-żieda fir-rata tal-għażla tal-proġetti qed jipproċedu kif suppost għal dak li jikkonċerna r-rapidità u li r-ritmu tal-għażla tal-proġetti fil-post finalment intlaħaq u kompla jaqbeż il-livelli tal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, b'rata ta' 83 % minn Settembru 2019; josserva, madankollu, disparitajiet kbar bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' din ir-rata u jistieden lill-Kummissjoni tassisti ulterjorment lill-Istati Membri li jinsabu lura biex itejbu r-riżultati tagħhom;

4. Jinnota ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn b'2,5 % għas-Subintestatura 1b fl-abbozz ta' baġit għall-2020 meta mqabbel mal-baġit tal-UE għall-2019, filwaqt li l-approprjazzjonijiet ta' pagament kollha kemm huma żdiedu b'6,4 %;

5. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkunsidraw it-tagħlimiet misluta minn dan il-perjodu ta' programmazzjoni u jevitaw kwalunkwe kriżi ulterjuri ta' pagament u dewmien ulterjuri ta' pagament; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dewmien fit-tnedija tal-programmi u l-implimentazzjoni wassal għall-akkumulazzjoni ta' talbiet għal pagamenti;

6. Jissottolinja li r-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fl-Artikolu 349 tat-TFUE jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi, b'mod partikolari fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni, għal dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-fondi, neċessarji u indispensabbli, biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli tagħhom u għalhekk biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tagħhom, l-impatt strutturali qawwi tal-periferiċità ġeografika tagħhom u l-espożizzjoni speċifika tagħhom għall-effetti assoċjati mat-tibdil fil-klima;

7. Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni hija wieħed mill-aktar strumenti importanti li jindirizzaw il-prijoritajiet deskritti fl-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni għall-2020; jissottolinja r-redditu fuq l-investimenti tal-politika ta' koeżjoni, peress li kull EUR 1 investit iwassal għal riżultat ta' EUR 2,74 fi tkabbir u ħolqien ta' impjiegi;

8. Itenni li, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni, l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet oħra jeħtieġu jaħdmu flimkien u jistabbilixxu djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-gruppi li jirrappreżentaw id-diversità etnika, reliġjuża, jew dik marbuta mal-età, il-persuni b'diżabbiltà, l-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru;

9. Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni hija strument utli biex ikunu sostnuti l-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti u jinsisti fuq il-fatt li l-baġit tal-UE għall-2020 għandu jindirizza l-isfidi marbutin mal-migrazzjoni fi spirtu ta' solidarjetà;

10. Jitlob li jsir eżerċizzju ġdid ta' riprogrammazzjoni għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, insegwitu tal-ftehim fil-proċedura baġitarja tal-2019 li jiżdied b'mod konsiderevoli l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn; jinsisti fuq il-finanzjament ta' miżuri speċifiċi maħsuba biex jillimitaw l-eżodu taż-żgħażagħ minn reġjuni anqas żviluppati;

11. Jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi tal-possibbiltà ta' Brexit ta' ebda ftehim u speċjalment dwar impatti negattivi potenzjali fuq il-politika ta' koeżjoni u r-reġjuni transfruntiera; jenfasizza l-importanza tan-negozjati dwar il-QFP li jmiss u jħeġġeġ f'dak il-kuntest li r-riperkussjonijiet baġitarji tal-Brexit fuq il-politika ta' koeżjoni jkunu limitati kemm jista' jkun;

12. Itenni l-importanza li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li din tikkostitwixxi element fundamentali għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-proġetti fuq il-post;

13. Jinnota li s-sena baġitarja 2020 hija l-aħħar waħda tal-perjodu tal-QFP attwali u għaldaqstant jisħaq fuq l-importanza ta' preparazzjoni u adattament bla xkiel għall-perjodu finanzjarju l-ġdid;

14. Jinsab imħasseb bil-fatt li l-objettiv ta' 20 % ta' nfiq għall-klima tal-baġit tal-UE għall-QFP 2014-2020 mhuwiex se jintlaħaq, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid b'mod sinifikanti l-persentaġġ għall-infiq għall-klima għall-2020; jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni jieħdu kont xieraq tal-kontribut importanti tal-politika ta' koeżjoni għall-investiment fil-protezzjoni tal-klima u għall-ilħuq tal-mira tal-infiq tal-Unjoni għall-klima filwaqt li jissottolinja l-ħtieġa li jingħalaq id-distakk fil-baġit għall-klima ta' EUR 3,5 biljun u l-ħtieġa li jiġi evitat l-infiq tal-flus pubbliku fuq il-fjuwils fossili sabiex ikompli jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'mod li jiġi rispettat il-Ftehim ta' Pariġi;

15. Jikkunsidra li għandu jingħata biżżejjed sostenn lill-azzjonijiet b'fokus speċjali fuq l-aspetti tas-saħħa u tal-ambjent, li jistgħu ukoll jidderivaw minn rekwiżiti relatati mat-tranżizzjoni enerġetika, bħad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari; ifakkar il-ħtieġa li jiġu dekarbonizzati l-41 reġjun dipendenti fuq il-faħam permezz ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema fis-settur tal-faħam, u li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal ekonomija sostenibbli permezz tal-istabbiliment ta' Fond għal Tranżizzjoni Ġusta li jalloka riżorsi suffiċjenti fil-baġit sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u ekwa għal ekonomija mingħajr karbonju sal-2050;

16. Jinnota li, għat-trasferimenti għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, is-sena 2020 se tkun it-tieni sena li fiha jista' jintalab prefinanzjament ulterjuri għal azzjonijiet mibdija fl-2014, fl-2015 jew fl-2016, u l-aħħar sena għar-riallokazzjoni ta' riżorsi mhux użati;

17. Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni m'għandha tgħaddi mill-ebda trasferiment li jaf jikkomprometti l-kapaċità tal-fondi strutturali u ta' investiment li jilħqu l-miri tagħhom;

18. Jinnota li l-finanzjament tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali se jiġi ffinanzjat bl-użu tal-Marġini Globali għall-Impenji; iwissi li ż-żidiet fil-finanzjament m'għandhomx isiru għad-detriment tal-politika ta' koeżjoni; ifakkar li l-inizjattivi l-ġodda tal-Unjoni għandhom ikunu ffinanzjati b'riżorsi addizzjonali ġodda u mhux għad-detriment tal-politiki fit-tul tal-Unjoni; jinnota li l-politika ta' koeżjoni u l-governanza ekonomika jista' jkollhom objettivi differenti u li r-riformi għandhom jieħdu kont xieraq tal-impatti territorjali;

19. Jiddeplora t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet tal-Fond ta' Koeżjoni meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti u jieħu att tar-riskji li jitwessgħu d-distakki ta' żvilupp f'termini ta' infrastrutturi bażiċi, b'mod partikolari l-infrastruttura tat-trasport; jappella għal mekkaniżmi baġitarji aktar flessibbli li jiffaċilitaw ir-riallokazzjoni tal-finanzjamenti għal investimenti addizzjonali fl-infrastrutturi bażiċi, b'mod partikolari l-infrastrutturi TEN-T, inkwantu l-mutur tal-inklużjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-livell tal-Unjoni f'dawk l-Istati Membri fejn jidher b'mod ċar li l-iżvilupp tagħhom għadu lura;

20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-użu trasparenti, ekwu u responsabbli tar-riżorsi tal-Unjoni.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

2.10.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mathilde Androuët, Pascal Arimont, Adrian-Dragoş Benea, Isabel Benjumea Benjumea, Tom Berendsen, Stéphane Bijoux, Franc Bogovič, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Francesca Donato, Jill Evans, Raffaele Fitto, Cristian Ghinea, Mircea-Gheorghe Hava, Krzysztof Hetman, Manolis Kefalogiannis, Ondřej Knotek, Constanze Krehl, Elżbieta Kruk, Naomi Long, Cristina Maestre Martín De Almagro, Pedro Marques, Martina Michels, Andżelika Anna Możdżanowska, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Alessandro Panza, Tsvetelina Penkova, Caroline Roose, André Rougé, Susana Solís Pérez, Monika Vana, Julie Ward

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ciarán Cuffe, Barbara Ann Gibson, Tomislav Sokol, Maria Spyraki

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ECR

Raffaele Fitto, Elżbieta Kruk, Andżelika Anna Możdżanowska

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee

ID

Mathilde Androuët, Francesca Donato, Alessandro Panza, André Rougé

NI

Rosa D'Amato

PPE

Pascal Arimont, Isabel Benjumea Benjumea, Tom Berendsen, Franc Bogovič, Mircea-Gheorghe Hava, Krzysztof Hetman, Manolis Kefalogiannis, Andrey Novakov, Tomislav Sokol, Maria Spyraki

RENEW

Stéphane Bijoux, Cristian Ghinea, Barbara Ann Gibson, Ondřej Knotek, Naomi Long, Susana Solís Pérez

S&D

Adrian-Dragoş Benea, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Constanze Krehl, Cristina Maestre Martín De Almagro, Pedro Marques, Tsvetelina Penkova, Julie Ward

VERTS/ALE

Ciarán Cuffe, Jill Evans, Caroline Roose, Monika Vana

 

0

-

 

 

 

1

0

PPE

Tamás Deutsch

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (6.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Paolo De Castro

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jieħu nota tad-EUR 59 994,9 miljun f'impenji u tat-EUR 58 014,3 miljun f'pagamenti li l-Kummissjoni tipproponi fl-Abbozz tal-Baġit 2020 għall-Intestatura 2, li minnhom l-approprjazzjonijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija huma kemxejn miżjuda għal EUR 43 531,8 miljun f'impenji (+ 0,8 %) u għal EUR 43 501,7 miljun f'pagamenti (+ 0,9 %) meta mqabbla mal-Baġit 2019; jiddispjaċih ħafna li l-approprjazzjonijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) huma mnaqqsa għal EUR 14 708,7 miljun f'impenji (-0,1 %) u EUR 13 141,2 miljun (-0,1 %) f'pagamenti meta mqabbla mal-Baġit 2019, l-aktar minħabba staġnar fit-terminu nominali tal-FAEŻR u tnaqqis qawwi fin-Nefqa ta' Appoġġ;

2. Jinsisti li kull dħul għall-baġit tal-Unjoni li huwa derivat minn kwalunkwe dħul assenjat jew rimborżi ta' irregolaritajiet mill-agrikoltura fis-snin ta' qabel għandhom jibqgħu taħt l-Intestatura 2;

3. Jinsisti li m'għandu jkun hemm ebda tnaqqis ulterjuri fil-baġit tal-agrikoltura, speċjalment minħabba l-fatt li s-settur agrikolu ta' spiss jiġi affettwat minn kriżijiet li jirrikjedu rispons baġitarju;

4. Jinnota li s-sena baġitarja 2020 hija l-aħħar waħda tal-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kurrenti u għaldaqstant jisħaq fuq l-importanza ta' preparazzjoni u adattament bla xkiel għall-perjodu finanzjarju l-ġdid fejn irid jiġi żgurat standard ġust għall-għajxien tal-bdiewa;

5. Jinsab imħasseb ħafna dwar il-konsegwenzi baġitarji ta' "Brexit ta' ebda ftehim" u, billi l-bdiewa jeħtieġu jippjanaw minn qabel l-attivitajiet tagħhom, jopponi bil-qawwa kwalunkwe tnaqqis mhux mistenni tal-allokazzjonijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) fl-2020 f'każ li ma jintlaħaq ebda ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit;

6. Jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni irid ikun koerenti mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, adottata f'Diċembru 2015;

7. Jirrifjuta t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni għall-organizzazzjonijiet produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix (-EUR 14,6 miljun), li jista' jkollhom effett negattiv fuq il-kontribut dejjem akbar tagħhom biex is-setgħa ta' negozjar fil-katina tal-provvista tal-ikel terġa' tiġi bbilanċjata mill-ġdid, billi l-bdiewa jiġu affettwati b'mod dirett; f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pagamenti għal dan is-settur mhux se jitnaqqsu; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' approprjazzjonijiet għas-settur tal-laħam tat-tjur u jissuġġerixxi l-allokazzjoni ta' fondi fit-taqsima "Miżuri oħra għall-majjal, pollam, bajd, apikoltura, prodotti oħra mill-annimali" bħala appoġġ għas-settur tat-tjur li jbati minn distorsjoni inġusta fil-kummerċ mal-Ukrajna;

8. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' kumpens għat-tnaqqis ta' approprjazzjonijiet propost mill-Kummissjoni għall-produtturi tal-frott u l-ħaxix fl-Unjoni, li huwa settur li qiegħed jiffaċċja kriżi serja, minħabba aġenti erbivori jew patoloġiċi bħall-virus Tristeza għal-larinġ, il-Mal secco għal-lumi, it-Tuta absoluta għat-tadam u x-Xylella fastidiosa għas-siġar taż-żebbuġ; jitlob għaldaqstant li, minkejja t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet, jiġi previst pjan ta' finanzjament għaċ-ċitru sabiex jiġu appoġġjati l-ispejjeż tar-rikonverżjoni tal-imsaġar taċ-ċitru u taż-żebbuġ attwali ma' varjetajiet tal-istess pjanti li huma aktar reżistenti u li b'hekk jippermettu tnedija mill-ġdid reali tas-settur;

9. Jilqa' bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni li talloka EUR 50 miljun għal "Miżuri oħra għaċ-ċanga u l-vitella" sabiex jingħata appoġġ lis-settur taċ-ċanga fl-Irlanda f'każ ta' diffikultajiet tas-suq b'rabta mal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni; jisħaq li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu wkoll impatt negattiv sinifikanti f'diversi setturi tal-agrikoltura fl-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi pjan ta' appoġġ ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt xieraq, għal kull settur u għal kull Stat Membru, għas-setturi kollha tal-agrikoltura tal-Unjoni li x'aktarx jiġu affettwati mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u testendi dak il-pjan għall-Istati Membri affettwati skont il-grad tal-esponiment tagħhom; iqis li, sabiex ikun effikaċi, dan il-pjan irid jinkludi miżuri strutturali maħsuba biex isaħħu l-organizzazzjoni ta' dawk is-setturi u jippromwovu d-diversifikazzjoni tal-flussi kummerċjali;

10. Iqis li l-ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni u l-Mercosur ser joħloq stress addizzjonali għal dawk is-setturi tal-agrikoltura u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi fid-dettall sa tmiem l-2019 il-kontenut tal-pjan ta' appoġġ tal-Unjoni, b'valur ta' EUR 1 biljun imħabbar fit-28 ta' Ġunju 2019, maħsub sabiex is-setturi agrikoli sensittivi tal-Unjoni jkunu jistgħu jassorbu l-impatt negattiv potenzjali ta' dak il-ftehim kummerċjali f'każ li jiġi rratifikat;

11. Jenfasizza l-ineffiċjenza baġitarja fl-appoġġ ta' setturi sensittivi filwaqt li fl-istess waqt din tesponihom għal aktar kompetizzjoni u riskju ta' instabbiltà tas-suq, b'mod partikolari permezz ta' ftehimiet bilaterali ta' kummerċ ħieles; jinnota barra minn hekk il-qerda fit-tul tar-riżorsi proprji tradizzjonali fil-baġit tal-Unjoni miġjuba, b'mod partikolari, mit-tnaqqis fid-dazji doganali bħala riżultat ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles;

12. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex tassisti l-bdiewa b'pakkett ta' appoġġ finanzjarju ta' EUR 1 biljun f'każ ta' tfixkil fis-suq minħabba l-ftehim kummerċjali tal-Unjoni mal-Mercosur; jinsisti li dawk il-fondi m'għandhom jiġu estratti minn ebda linja baġitarja tal-agrikoltura eżistenti;

13. Jinsab imħasseb dwar il-kriżi attwali fis-settur taz-zokkor wara t-tneħħija tas-sistema ta' kwoti u wara l-aħbar reċenti tal-għeluq ta' tmien fabbriki fl-Unjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' fondi allokati bħala appoġġ għal dak is-settur; iqis li, fin-nuqqas ta' intervent mill-awtoritajiet pubbliċi, l-atturi privati għandhom jitħallew jieħdu inizjattivi privati biex jirregolaw il-produzzjoni fuq bażi volontarja; jipproponi f'dan il-kuntest li l-Kummissjoni tivvaluta, fid-dawl tal-istaġun ta' produzzjoni ġdida, il-possibbiltà li jiġu attivati miżuri baġitarji newtrali, disponibbli fl-ambitu tal-Artikolu 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15] li jawtorizza lill-bdiewa, lill-organizzazzjonijiet tagħhom u lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali jidħlu fi ftehimiet kollettivi sabiex jirtiraw mis-suq, jaħżnu jew inaqqsu l-produzzjoni tagħhom b'mod ikkoordinat;

14. Jilqa' ż-żieda fil-finanzjament proposta mill-Kummissjoni għal miżuri ta' promozzjoni, li tikkonferma l-effikaċja tat-titjib li sar bl-aħħar riforma; iqis li l-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ il-kampanji ta' promozzjoni biex jinfetħu swieq ġodda għal prodotti ta' kwalità, peress li l-miżuri ta' promozzjoni huma essenzjali biex jespandu s-sehem tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni fis-swieq madwar id-dinja;

15. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' appoġġ għall-bdiewa għal miżuri, b'mod partikolari fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, li jiffaċċja diffikultajiet kontinwi fis-suq minħabba l-embargo fuq ir-Russja għall-importazzjoni ta' firxa ta' prodotti agrikoli tal-Unjoni ("l-embargo Russu");

16. Ifakkar li fl-aħħar ħames snin is-setturi Ewropej tal-agrikoltura batew mill-effetti tal-embargo fuq ir-Russja; jisħaq li kwalunkwe effett addizzjonali fuq il-flussi kummerċjali tal-agrikoltura marbut mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jista' jikkawża aktar tfixkil u jitlob għal aktar approprjazzjonijiet għal miżuri eċċezzjonali fejn meħtieġ;

17. Jemmen li l-UE tista' tagħmel kontribut vitali għall-promozzjoni ta' drawwiet tal-ikel li jagħmlu ġid lis-saħħa, speċjalment fost it-tfal, u għalhekk iqis li huwa essenzjali li jsir użu sħiħ tal-limiti massimi previsti għall-iskemi tal-Unjoni għall-iskejjel, kif ukoll biex jiġu żviluppati skemi addizzjonali għal konsum sostenibbli fir-Regolament kurrenti; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jsaħħu l-programmi nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw l-utilizzazzjoni sħiħa tal-allokazzjonijiet massimi disponibbli (EUR 250 miljun) billi jistabbilixxu programmi inqas burokratiċi;

18. Jilqa' bi pjaċir iż-żieda fis-sostenn għar-riċerka u l-innovazzjoni dedikata għall-provvista ta' ikel sikur u ta' kwalità għolja u s-sigurtà tal-ikel; jisħaq li huwa indispensabbli li l-fondi allokati għar-riċerka fis-settur agroalimentari, b'mod partikolari mill-baġit tal-Orizzont 2020, jibqgħu kompletament disponibbli bl-għan li tiġi stimolata l-innovazzjoni u s-soluzzjonijiet intelliġenti, b'mod partikolari permezz tar-riċerka agroekoloġika, b'approċċ ta' agroekosistema sħiħa, fis-setturi tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali; jissottolinja l-importanza tal-applikabbiltà prattika tar-riżultati fil-livell tal-azjendi agrikoli u r-rwol tas-servizzi ta' estensjoni agrikola; jenfasizza li l-politika ta' riċerka għandha żżomm koerenza mal-objettivi ta' politika dwar l-ambjent, klima, bijodiversità, saħħa u benessri, u tinċentiva u tappoġġja inizjattivi mfassla skont il-ħtiġijiet ta' azjendi agrikoli żgħar mingħajr ekonomiji ta' skala, sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda; jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-rabta bejn ir-riċerka u l-prattika, permezz tal-involviment tal-produtturi primarji u t-tixrid tal-għarfien u tal-aħjar prattiki;

19. Jappella lill-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed appoġġ finanzjarju għal aktar użu ta' soluzzjonijiet intelliġenti u innovattivi fis-settur tal-agrikoltura, minħabba l-benefiċċji ambjentali reġistrati tagħhom u l-ħtieġa għal aktar effiċjenza agrikola; iqis li biedja preċiża flimkien mal-użu tad-diġitizzazzjoni għandhom jiġu analizzati u promossi aktar;

20. Filwaqt li jitqies li l-Unjoni għadha vulnerabbli għal tifqigħat ta' mard tal-annimali u tal-pjanti, jiddeplora t-tnaqqis ta' 60 % fl-approprjazzjonijiet tal-fond għal miżuri ta' emerġenza relatati mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti;

21. Jinnota bi tħassib serju l-impatt qawwi tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ASF) f'diversi Stati Membri u l-għadd kbir ta' tifqigħat irreġistrati sa mill-bidu tal-2019; jinsab imħasseb li azjendi agrikoli kbar tal-ħnieżer ġew affettwati li wassal għall-qtil ta' eluf ta' annimali li ġew maqtula; jiddispjaċih għalhekk dwar in-nuqqas ta' allokazzjonijiet għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-ASF filwaqt li jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni għall-2019 alloka EUR 28 miljun għal dak il-għan; jisħaq li tal-anqas għandha tiġi inkluża allokazzjoni simili fil-baġit tal-Unjoni għall-2020; jieħu nota li pajjiżi terzi investew fir-riċerka għall-iżvilupp ta' tilqima kontra l-ASF; huwa tal-opinjoni li l-Unjoni għandha tinvesti fir-riċerka u fl-iżvilupp ta' vaċċin li jgħin biex jinqerdu l-firxa u l-okkorrenza tal-ASF fl-iqsar żmien possibbli;

22. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ għall-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ skont l-objettiv ta' kontribut aħjar sabiex aktar żgħażagħ ikunu bdiewa fl-Unjoni;

23. Jenfasizza l-importanza tal-impenji għall-iżvilupp rurali u tal-infiq għal miżuri agroambjentali u inġenerali għall-ekonomija rurali, b'mod partikolari l-importanza ta' inizjattivi dedikati għall-bdiewa żgħażagħ u sabiex jappoġġjawhom;

24. Jilqa' l-finanzjament ta' proġetti pilota ġodda li huma essenzjali għar-riflessjoni dwar il-futur tal-PAK, jiġifieri proġetti għall-iżvilupp ta' sett ta' għodod għall-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara għall-bdiewa, għall-promozzjoni ta' "Irħula Intelliġenti" u għall-istabbiliment ta' programm operazzjonali fis-settur tal-bhejjem;

25. Jitlob li l-approprjazzjonijiet għall-programmi POSEI jibqgħu jinżammu fil-livelli massimi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni biex b'hekk tiġi ssottolinjata r-rilevanza ta' dawk il-programmi għar-reżiljenza tal-produtturi agrikoli u jintefa' dawl fuq is-sitwazzjoni ekonomika fraġli tar-reġjuni ultraperiferiċi, li għadhom milquta mill-kriżi b'mod qawwi.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Álvaro Amaro, Eric Andrieu, Attila Ara-Kovács, Carmen Avram, Adrian-Dragoş Benea, Benoît Biteau, Mara Bizzotto, Daniel Buda, Matt Carthy, Asger Christensen, Dacian Cioloș, Ivan David, Paolo De Castro, Jérémy Decerle, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Dino Giarrusso, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Krzysztof Jurgiel, Jarosław Kalinowski, Elsi Katainen, Gilles Lebreton, Norbert Lins, Marlene Mortler, Ulrike Müller, Juozas Olekas, Sheila Ritchie, Bronis Ropė, Bert-Jan Ruissen, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Annie Schreijer-Pierik, Veronika Vrecionová, Sarah Wiener, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Atidzhe Alieva-Veli, Franc Bogovič, Lena Düpont, Estrella Dura Ferrandis, Ivo Hristov, Jan Huitema, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Daniela Rondinelli, Christine Schneider, Marc Tarabella, Irène Tolleret

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ECR

Mazaly Aguilar, Krzysztof Jurgiel, Anthea McIntyre, Veronika Vrecionová

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan

ID

Mara Bizzotto, Gilles Lebreton, Joëlle Mélin

NI

Diane Dodds, Dino Giarrusso

PPE

Álvaro Amaro, Franc Bogovič, Daniel Buda, Herbert Dorfmann, Lena Düpont, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Marlene Mortler, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Annie Schreijer‑Pierik, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Asger Christensen, Dacian Cioloș, Jérémy Decerle, Martin Hlaváček, Elsi Katainen, Ulrike Müller, Sheila Ritchie

S&D

Eric Andrieu, Attila Ara‑Kovács, Carmen Avram, Adrian‑Dragoş Benea, Paolo De Castro, Estrella Dura Ferrandis, Ivo Hristov, Juozas Olekas, Marc Tarabella

 

5

-

Verts/ALE

Benoît Biteau, Martin Häusling, Tilly Metz, Bronis Ropė, Sarah Wiener

 

1

0

ID

Ivan David

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (5.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Chris Davies

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li huma meħtieġa miżuri finanzjarji xierqa biex jiġi ggarantit settur tas-sajd ekonomikament fattibbli; jirrimarka li l-objettivi tal-PKS jistgħu jinkisbu biss jekk ikun hemm baġit suffiċjenti; jirrimarka li dak il-baġit huwa kkonċentrat fit-Taqsima III u fit-Titolu 11, "Affarijiet marittimi u sajd"; ifakkar li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-kontribuzzjonijiet obbligatorji lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u l-ftehimiet ta' sajd sostenibbli jikkostitwixxu l-biċċa l-kbira tal-baġit;

2. Jenfasizza li għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-prijoritajiet ambjentali u l-istabbiltà soċjoekonomika sabiex tinkiseb ekonomija blu sostenibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-komunitajiet li jiddependu mis-sajd kostali fuq skala żgħira;

3. Jenfasizza li l-objettivi ewlenin tal-PKS għandhom jibbilanċjaw il-fattibbiltà ekonomika ta' settur ta' importanza strateġika għall-Unjoni Ewropea mal-ħtieġa li jiġu ppreservati l-ekosistemi tal-baħar billi jiġi żviluppat sajd sostenibbli mil-lat ekonomiku u ambjentali.

4. Iqis li saru sforzi importanti biex jiżdied l-għarfien xjentifiku sod dwar ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Għalkemm l-għarfien tjieb, għadna 'l bogħod mil-livell ottimali biex tiġi prevista valutazzjoni xierqa; iqis li, għalhekk, il-fondi tal-Unjoni jridu jiżdiedu, biex l-organizzazzjonijiet tar-riċerka xjentifika kemm internazzjonali kif ukoll tal-Istati Membri jkomplu jtejbu l-evalwazzjoni tal-istokkijiet, u jiżdied l-għarfien dwar l-ambjent tal-baħar, anki billi jiġi studjat l-impatt tat-tibdil fil-klima u t-tniġġis fuq l-istokkijiet; f'sens aktar ġenerali, iqis li jeħtieġ li jiġi promoss il-kontribut tas-sajjieda għall-għarfien tal-ambjent tal-baħar, b'mod partikolari permezz tal-finanzjament ta' strumenti tal-kejl abbord;

5. Jirrimarka li aktar minn nofs il-provvista tal-Unjoni tal-prodotti tas-sajd tiġi minn ibħra internazzjonali u miż-żoni ekonomiċi esklużivi ta' pajjiżi terzi; jenfasizza li l-promozzjoni, min-naħa tal-UE, ta' sajd sostenibbli fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi hija essenzjali għall-flotta tal-UE u għall-prosperità tal-komunitajiet kostali tal-UE u tal-pajjiżi terzi, għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u tal-ambjent tal-baħar, l-iżvilupp tal-industriji lokali, l-impjiegi ġġenerati mis-sajd, l-ipproċessar u l-kummerċ, u l-kontribut tas-sajd għas-sigurtà tal-ikel; ifakkar fl-importanza strateġika tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u, b'mod aktar ġenerali, tad-dimensjoni esterna tal-PKS; iqis li, fil-baġit annwali għall-2020, iridu jiġu kkalkulati proviżjonijiet baġitarji adegwati u affidabbli u li l-baġit attwali m'għandux jitnaqqas, sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi tal-ftehim internazzjonali dwar is-sajd u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

6. Ifakkar li l-UE hija parti firmatarja ta' ftehimiet internazzjonali bħall-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-Għan nru 14 dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli, u li għandha tibqa' konsistenti mal-impenji tagħha meta tiżviluppa l-politiki tagħha, b'mod partikolari l-Politika Komuni tas-Sajd;

7. Ifakkar li wieħed mill-objettivi tal-PKS huwa li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fl-UE; ifakkar li proporzjon sinifikanti tal-prodotti tas-sajd li jiġu kkunsmati fl-UE huma prodotti importati; jenfasizza li l-akkwakultura qed issir dejjem aktar importanti biex jintlaħaq dan l-objettiv u biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd;

8. Jenfasizza li, fil-baġit tal-2020, għandha tingħata importanza speċjali lir-riżorsi finanzjarji magħżula li huma meħtieġa biex isostnu lis-settur tas-sajd waqt li jiġu implimentati l-iskemi tal-obbligu ta' ħatt l-art;

9. Itenni l-importanza tal-flotta kostali u dik artiġjanali żgħira; jenfasizza li s-settur jirrappreżenta kważi 75 % tal-bastimenti kollha tas-sajd irreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd u għalhekk huwa fattur importanti, mhux biss ekonomiku, imma anki soċjali f'ħafna komunitajiet kostali; jinnota li, għas-sors ewlieni tal-introjtu tagħhom, l-operaturi minn sajd kostali artiġjanali jiddependu minn stokkijiet tal-ħut b'saħħithom;

10. Jisħaq fuq l-importanza tad-dimensjoni soċjali u ekonomika tas-sajd għall-komunitajiet lokali u ċerti reġjuni marittimi, bħal dawk kostali u insulari, li huma partikolarment dipendenti mis-sajd; ifakkar li l-impriżi tas-sajd f'dawn ir-reġjuni spiss huma penalizzati minn kostijiet addizzjonali u minn żvantaġġi naturali permanenti, u għaldaqstant għandhom jiġu sostnuti minn riżorsi supplimentari;

11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-komunitajiet li jiddependu mis-sajd biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom f'attivitajiet marittimi oħra, pereżempju t-turiżmu, il-konservazzjoni tal-baħar, il-ġbir ta' data u r-riċerka, u jgħinuhom iżidu aktar il-valur tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom billi jingħatawlhom, pereżempju, l-inċentivi neċessarji;

12. Jirrimarka li l-adozzjoni tal-pjanijiet pluriennali attwali u l-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi ġodda li jikkontribwixxu għall-ksib ta' sajd f'livelli sostenibbli jirrikjedu politika ta' kontroll robusta sostnuta minn fondi adegwati;

13. Ifakkar fl-importanza u fil-ħtieġa tal-miżuri soċjoekonomiċi li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta' ġestjoni biex jitnaqqas l-isforz tas-sajd, bil-għan li jinżammu livelli adegwati ta' sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd;

14. Ifakkar li l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) tiżvolġi rwol fundamentali fil-koordinament u fl-implimentazzjoni tal-PKS u li għalhekk għandhom jinżammu l-livelli attwali ta' finanzjament;

15. Jenfasizza l-problema tal-iskart tal-plastik fil-baħar; jemmen li għandhom isiru sforzi addizzjonali u jiġu ggarantiti riżorsi suffiċjenti biex jiġi żgurat li jiġu implimentati regoli adegwati dwar it-tnaqqis tal-impatt tal-prodotti tal-plastik fil-baħar;

16. Jiġbed l-attenzjoni għall-intenzjoni attwali tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni li se jkollha impatt fuq l-implimentazzjoni tal-FEMS 2014-2020; jirrimarka li l-"Brexit" ikun ifisser li jeħtieġ li tingħata importanza kbira lit-twaqqif ta' qafas baġitarju finanzjarju ġdid għall-perjodu 2021-2027; iqis li huwa meħtieġ livell ogħla ta' flessibbiltà addizzjonali tal-baġit tal-Unjoni biex jindirizza sitwazzjoni bħal din; jirrimarka li l-Brexit ma għandu fl-ebda każ iwassal għal tnaqqis fil-fondi fir-rigward tal-FEMS attwali (2014-2027); anzi, jitlob li l-baġit 2021-2027 jiżdied sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jaffaċċjaw il-konsegwenzi serji tal-Brexit;

17. Jissottolinja li, sitt snin wara l-adozzjoni tal-Fond attwali, il-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS 2014-2020 huwa baxx ħafna u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom iħaffu l-proċessi ta' ġestjoni u kontroll u jtaffu l-piżijiet amministrattivi biex jiżguraw benefiċċji xierqa u f'waqthom għas-settur;

18. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji għall-Kunsilli Konsultattivi, fid-dawl tal-impenn akbar tagħhom għall-politiki ta' reġjonalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li huma dejjem aktar preżenti fil-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali, kif ukoll fir-Regolament il-ġdid dwar il-"miżuri tekniċi";

19. Ifakkar fir-rwol tas-sajjieda bħala "għassiesa tal-baħar" u jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi impenji finanzjarji adegwati sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd ma' servizzi ambjentali li jwasslu wkoll għal impatt iżgħar fuq l-istokkijiet tal-ħut, bħall-ġbir tal-plastik mill-baħar, it-teħid ta' kampjuni tal-ilma jew il-ġarr ta' riċerkaturi abbord.

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Aguilera, Christian Allard, Pietro Bartolo, Izaskun Bilbao Barandica, Rosanna Conte, Richard Corbett, Rosa D’Amato, Chris Davies, Filip De Man, Diane Dodds, João Ferreira, Søren Gade, Niclas Herbst, France Jamet, Predrag Fred Matić, Francisco José Millán Mon, Nosheena Mobarik, Grace O’Sullivan, Annie Schreijer-Pierik, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Theodoros Zagorakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Chabaud, Nicolás Gonzalez Casares, Ivo Hristov, Brian Monteith, June Alison Mummery, Manuel Pizarro, Caroline Roose, Raffaele Stancanelli, Maria Walsh

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ECR

Nosheena Mobarik, Ruža Tomašić

ID

Filip De Man, France Jamet

NI

Rosa D'Amato, Diane Dodds

PPE

Peter van Dalen, Niclas Herbst, Francisco José Millán Mon, Annie Schreijer-Pierik, Maria Walsh, Theodoros Zagorakis

RENEW

Izaskun Bilbao Barandica, Catherine Chabaud, Chris Davies, Søren Gade

S&D

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Richard Corbett, Nicolás Gonzalez Casares, Ivo Hristov, Predrag Fred Matić

VERTS/ALE

Christian Allard, Grace O'Sullivan, Caroline Roose

 

0

-

 

 

 

1

0

GUE/NGL

João Ferreira

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (2.10.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Petra Kammerevert

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li l-programm Erasmus+ huwa investiment strateġiku, primarjament fil-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-Ewropa, li jappoġġa opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa kollha, jgħin biex tiżdied il-koeżjoni soċjali u l-bini ta' sens Ewropew ta' appartenenza u, għalhekk, huwa investiment kruċjali fil-futur tal-Unjoni; jenfasizza l-fatt li, filwaqt li l-baġit tiegħu huwa relattivament żgħir, li jikkostitwixxi 1,8 % tal-QFP attwali, Erasmus+ huwa wieħed mill-programmi tal-Unjoni l-iktar magħrufa; jafferma mill-ġdid li żieda sostanzjali fil-baġit ta' Erasmus+ hija kritika biex jallinja aktar mad-domanda kbira għall-programm, kif juri l-volum ta' applikazzjonijiet riċevuti, li jaqbeż sew il-finanzjament disponibbli; jitlob, għalhekk, żieda ta' 10 % fil-finanzjament fuq l-abbozz ta' baġit għall-2020 fil-linji baġitarji kollha ta' Erasmus+ sabiex jiġu miġġielda r-rati baxxi ta' suċċess u biex aktar nies jingħataw l-opportunità li jibbenefikaw mill-programm; itenni l-appoġġ tal-Parlament biex jiġi ttripplikat il-baġit għall-programm Erasmus+ fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u l-intenzjoni tiegħu li jiġġieled għal dik iż-żieda;

2. Jopponi bis-saħħa t-tnaqqis propost mill-Kunsill għall-programm Ewropa Kreattiva, li jkompli jdgħajjef l-objettiv tiegħu fl-appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi tal-Unjoni u li b'hekk jitrawwem sens Ewropew ta' appartenenza, koeżjoni soċjali, impjiegi u tkabbir; jinsisti li l-livelli ta' finanzjament jenħtieġ li jaqblu mal-ambizzjonijiet tal-programm u jfakkar li l-programm ilu kronikament sottofinanzjat; konsegwentement, kontra t-tnaqqis, jitlob li l-linji baġitarji li jikkorrispondu mal-programm Ewropa Kreattiva jiżdiedu b'10 % tal-abbozz ta' baġit għall-2020 sabiex tingħata spinta lill-isforzi biex jissaħħu s-setturi kreattivi u kulturali; itenni l-appoġġ tal-Parlament biex jiġi rduppjat il-baġit għall-programm Ewropa Kreattiva fil-QFP li jmiss u l-intenzjoni tiegħu li jiġġieled għal dik iż-żieda; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa l-offerta multilingwi ta' pprogrammar televiżiv kulturali Ewropew ta' kwalità madwar l-Ewropa permezz tal-programm Ewropa Kreattiva;

3. Jirrikonoxxi li ġie rrispettat il-ftehim interistituzzjonali dwar il-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u ġie allokat baġit adegwat għall-funzjonament tal-programm; jirrikonoxxi li l-fergħa tal-volontarjat tal-programm wasslet għal interessi kbar fost il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet; 

4. Jenfasizza l-valur tal-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini biex jissaħħaħ il-fehim taċ-ċittadini tal-Unjoni u biex jitrawwem sens ta' ċittadinanza; għalhekk jiddeplora t-tnaqqis baġitarju propost mill-Kunsill; jitlob li l-linji baġitarji relatati jerġgħu jiġu kif kienu u jissaħħu sabiex jitħeġġu l-involviment ċiviku u l-parteċipazzjoni demokratika; jenfasizza li l-programm li jmiss tal-Ewropa għaċ-Ċittadini jeħtieġ finanzjament xieraq fil-QFP li jmiss li jkopri l-perjodu 2021-2027, għalkemm taħt il-qafas tal-programm taċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri; iqis li jenħtieġ li jkun hemm tisħiħ ulterjuri għall-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u globali sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex jinftiehem il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni u biex ikun hemm involviment bħala ċittadini attivi biex jiġu indirizzati l-isfidi dinjija u l-bidliet soċjopolitiċi internazzjonali attwali;

5. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-attenzjoni ġġenerata mis-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 biex tibni strateġija koerenti u sostenibbli fit-tul dwar il-promozzjoni u s-salvagwardja tal-wirt kulturali fl-Ewropa, inkluż permezz tar-riċerka, u biex talloka l-fondi meħtieġa għal dan il-għan fl-2020 u lil hinn; jitlob, f'dak ir-rigward, li fondi dedikati jsiru disponibbli permezz tal-programmi rilevanti tal-QFP;

6. Jilqa' l-fatt li proġetti u infrastruttura relatati mal-kultura u mal-edukazzjoni huma appoġġati f'firxa ta' programmi u strumenti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE, il-FEIS, u Orizzont 2020; jistieden lill-Kummissjoni għal darb'oħra biex trawwem sinerġiji koerenti fil-programmi tal-Unjoni – bħal Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Erasmus+, EaSI, Ewropa Kreattiva u COSME, FEIS u Fondi SIE – biex jissaħħaħ l-appoġġ għal proġetti fl-oqsma tal-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, u l-isport kif ukoll fis-setturi kulturali u kreattivi; jinsisti li s-sinerġiji jenħtieġ li ma jiġux interpretati bħala approvazzjoni mill-Parlament ta' kwalunkwe tqassim mill-ġdid jew tnaqqis baġitarju;

7. Filwaqt li jitqies li l-komponent tal-Isport tal-programm Erasmus+ irnexxa, huwa jappella lill-Kummissjoni biex tindirizza wkoll it-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri, li fihom jgħixu aktar minn ħames miljun ċittadin Ewropew. F'dan ir-rigward, hemm ħtieġa għal linji baġitarji realistiċi u adattati taħt il-QFP 2021-2027 għall-kapitolu tal-Isport, inkluż għal laqgħat transnazzjonali fi ħdan il-programm Erasmus+ Sport.

8. Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-komunikazzjoni esterna tagħha u l-komunikazzjoni tagħha maċ-ċittadini sabiex tindirizza l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni u ttejjeb l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza ta' azzjonijiet multimedjali fil-promozzjoni ta' sfera pubblika Ewropea komuni, kif ukoll il-multilingwiżmu; jirrikonoxxi li s-soċjetajiet Ewropej jeħtieġu ġurnaliżmu b'saħħtu u indipendenti li jipprovdilhom informazzjoni minn perspettiva Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżgura u żżid l-abbozz ta' baġit għall-2020 għall-azzjonijiet multimedjali; jappella f'dak ir-rigward għal żieda ta' 5 % fil-linja baġitarja ta' azzjoni multimedjali fuq l-abbozz ta' baġit għall-2020 biex tiġi żgurata l-ħidma kruċjali ta' Euranet Plus għall-bqija tal-QFP; fl-istess ħin, iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont fl-użu tal-baġit għall-azzjonijiet multimedjali, b'mod partikolari billi toħloq linji baġitarji speċifiċi relatati mal-azzjonijiet differenti, kif ukoll twettaq rieżami sħiħ tal-baġit użat għall-azzjonijiet multimedjali;

9. Huwa allarmat mill-konklużjonijiet tal-Analiżi rapida dwar każ speċifiku mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Euronews, li jenfasizza li l-Euronews issa huwa 85 % proprjetà ta' investituri privati u 15 % biss mix-xandara tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni u mill-awtoritajiet pubbliċi lokali, li l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni lil Euronews huwa nieqes mit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, li l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni mhumiex robusti biżżejjed u li l-Euronews mhuwiex aċċessibbli għall-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni; jinsab partikolarment imħasseb mill-fatt li, wara r-reviżjoni tal-2018 tar-Regolament Finanzjarju, li neħħiet ir-referenza għall-idea ta' korpi li jsegwu interess ġenerali tal-Unjoni, l-għotjiet għall-Euronews huma pprovduti taħt il-punti (c) u (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju (korpi b'monopolju de facto/kompetenza teknika speċifika) u mhux skont l-Artikolu 180 (azzjonijiet maħsuba biex jgħinu fil-kisba ta' objettiv ta' politika tal-Unjoni/korpi li jiffurmaw parti minn jew jappoġġaw politika tal-Unjoni), u dan jimplika li l-Euronews ma għadx għandu interess ġenerali tal-Unjoni; fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, iħeġġeġ lill-Kummissjoni twieġeb għat-tħassib kollu li qajmet il-Qorti tal-Awdituri bħala parti mill-monitoraġġ tagħha tal-fondi mogħtija lill-Euronews u biex tivvaluta mill-ġdid l-approċċ tagħha fil-kooperazzjoni mal-Euronews; barra minn hekk, fil-każ li l-kuntratt qafas mal-Euronews jiġi estiż lil hinn mill-2020, jitlob li t-tul tal-kuntratt ma jaqbiżx is-sentejn; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra modi ġodda kif tipprovdi informazzjoni indipendenti u komprensiva dwar l-affarijiet tal-Unjoni lil spettaturi Ewropej, filwaqt li tqis żviluppi teknoloġiċi ġodda u bidliet fid-drawwiet tal-konsumatur; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tinvesti f'taħlita diversifikata ta' strumenti ta' informazzjoni li jistgħu jinkludu l-Euronews.

10. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-potenzjal tal-Proġetti Pilota u l-Azzjonijiet Preparatorji (PPPA); jemmen li l-valutazzjoni minn qabel tal-PPPAs mill-Kummissjoni tħalli żmien limitat ħafna għal kumitati tal-għoti tal-opinjoni fil-Parlament Ewropew biex jiġu indirizzati l-klassifikazzjonijiet u l-kummenti; jiddispjaċih, barra minn hekk, li f'xi każijiet il-klassifikazzjonijiet u l-kummenti mogħtija mill-Kummissjoni mhumiex totalment oġġettivi, u jidher li ġew influwenzati minn preferenzi personali jew istituzzjonali; ifakkar li n-nuqqas li jiġi promulgat PPPA ġewwa l-Kummissjoni qatt ma jista' jkun raġuni għal grad baxx ta' valutazzjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi l-proċedura ta' valutazzjoni preliminari sabiex il-kumitat jingħata żmien biżżejjed biex jindirizza r-riżultati tal-valutazzjoni preliminari mill-Kummissjoni; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi feedback dwar l-implimentazzjoni tal-PPPA tal-kumitat b'enfasi fuq proġetti li jirnexxu u li ma jirnexxux.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.10.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Isabella Adinolfi, Christine Anderson, Andrea Bocskor, Judith Bunting, Gianantonio Da Re, Laurence Farreng, Claire Fox, Romeo Franz, Catherine Griset, Irena Joveva, Petra Kammerevert, Niyazi Kizilyürek, Ryszard Antoni Legutko, Predrag Fred Matić, Dace Melbārde, Shaffaq Mohammed, Niklas Nienaß, Peter Pollák, Domènec Ruiz Devesa, Andrey Slabakov, Massimiliano Smeriglio, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Julie Ward, Salima Yenbou, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabel Benjumea Benjumea, Ibán García Del Blanco, Iuliu Winkler

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ECR

Ryszard Antoni Legutko, Dace Melbārde, Andrey Slabakov

GUE/NGL

Niyazi Kizilyürek

NI

Isabella Adinolfi

PPE

Asim Ademov, Isabel Benjumea Benjumea, Andrea Bocskor, Peter Pollák, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Iuliu Winkler, Milan Zver

RENEW

Judith Bunting, Laurence Farreng, Irena Joveva, Shaffaq Mohammed

S&D

Ibán García Del Blanco, Petra Kammerevert, Predrag Fred Matić, Massimiliano Smeriglio, Julie Ward

VERTS/ALE

Romeo Franz, Niklas Nienaß, Salima Yenbou

 

4

-

ID

Christine Anderson, Gianantonio Da Re, Catherine Griset

NI

Claire Fox

 

1

0

S&D

Domènec Ruiz Devesa

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (9.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Gwendoline Delbos-Corfield

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jinnota t-tnaqqis ġenerali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-AMIF bi 15,4 % (jiġifieri b'EUR 172 miljun), meta mqabbel mal-2019; jiddispjaċih għat-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' impenn diretti għat-tisħiħ u l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) u għat-tisħiħ tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri (jiġifieri b'29,5 %) meta mqabbel mal-2019; jirrikonoxxi, madankollu, li l-approprjazzjonijiet ta' impenn għadhom 'l fuq sew mil-livell stabbilit fil-baġit 2018 u jagħraf li t-tnaqqis huwa, tal-anqas parzjalment, marbut mal-fatt li r-riforma tar-Regolament ta' Dublin ġiet imblukkata minħabba l-inerzja politika fil-Kunsill; ifakkar fl-importanza li jiġu garantiti standards ta' asil għoljin fl-Unjoni, kif ukoll li tiġi fornuta kapaċità finanzjarja xierqa bħala appoġġ għall-akkoljenza, l-għoti ta' kenn u l-integrazzjoni ta' dawk li jfittxu l-asil u tal-migranti fl-Istati Membri, strateġiji ta' ritorn effettivi, programmi ta' risistemazzjoni, l-effikaċja tal-eżamijiet ta' applikazzjonijiet għall-asil, l-infurzar ta' deċiżjonijiet rigward l-applikazzjoni għall-asil, u li jingħata rispons għall-bżonnijiet ta' assistenza ta' emerġenza tal-Istati Membri li jospitaw numri kbar ta' persuni li jfittxu l-asil u/jew tal-ewwel wasla; jirrimarka li l-baġit tal-AMIF ma jinkludix xi riżervi finanzjarji għall-finanzjament tal-leġiżlazzjoni riformata ta' Dublin u tal-iskemi ta' Risistemazzjoni l-ġodda f'każ ta' adozzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni matul l-2020; jipproponi li jiġi previst ammont ta' riżerva għal arranġamenti temporanji għall-iżbark fl-Unjoni u r-rilokazzjoni ta' persuni salvati fil-Mediterran; jissuġġerixxi li l-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika u l-programmi ta' protezzjoni għall-iżvilupp reġjonali għall-Afrika ta' Fuq li primarjament jappoġġjaw il-politiki esterni tal-Unjoni, jiġu ffinanzjati mill-Intestatura IV tal-baġit tal-Unjoni (Ewropa Globali) minflok mill-AMIF, fl-ambitu tal-Intestatura III (Sigurtà u Ċittadinanza), dan bil-għan li jinħelsu riżorsi finanzjarji; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi garantita koerenza bejn l-azzjonijiet imwettqa fl-ambitu tal-Intestatura III u tal-Intestatura IV;

2. Jistieden lill-Kummissjoni żżid in-numru ta' linji baġitarji fl-ambitu tal-AMIF, bil-għan li tiffaċilita aktar it-trasparenza dwar il-mod kif ir-riżorsi finanzjarji tal-Fond jiġu allokati għall-għanijiet differenti ta' dak il-Fond; jappella, b'mod partikolari, li ssir distinzjoni ċara bejn in-nefqa relatata mat-tisħiħ ta' strateġiji ta' ritorn ġusti u dik rigwrad il-migrazzjoni legali u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

3. Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi allokat ammont ta' riżorsi adegwat mill-baġit tal-Unjoni għat-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni u għall-iżgurar tal-protezzjoni adegwata tal-fruntieri esterni tal-Unjoni;

4. Jissottolinja l-ammont baxx previst għall-assistenza ta' emerġenza fil-fond tal-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) (EUR 8,5 miljun); jitlob lill-Kummissjoni biex, bir-reqqa u b'mod aktar realistiku, tevalwa mill-ġdid dan l-ammont, billi tqis il-bżonnijiet ta' assistenza ta' emerġenza possibbli tal-Istati Membri fil-qafas tal-FSI, bħal pereżempju l-ġestjoni ta' inċidenti relatati mas-sigurtà;

5. Jappella għal finanzjament ogħla għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", b'kunsiderazzjoni tar-rwol fundamentali li jaqdi biex isaħħaħ id-demos Ewropew u ċ-ċittadinanza tagħha;

6. Jinnota ż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' Aġenziji tal-ĠAI, bħall-EASO (41,5 %), l-EBCG (34,6 %), is-CEPOL (14 %), l-EMCDDA (7,7 %), il-FRA (5,4 %), il-Eurojust (5,2 %) u l-Europol (2,1 %) meta mqabbel mal-baġit 2019; jilqa' favorevolment iż-żieda ġenerali fil-fondi disponibbli permezz tal-Programm Ġustizzja; jiddispjaċih, madankollu, bit-tnaqqis fl-impenji għall-komponent dwar l-iffaċilitar u s-sostenn tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali (jiġifieri bi 23,6 %);

7. Jinnota li l-baġit tal-EBCG żdied b'34,8 % (jiġifieri b'EUR 108 miljun) fl-2020, wara l-adozzjoni tal-mandat il-ġdid tal-EBCG, li hija l-akbar żieda fost l-aġenziji tal-ĠAI kollha; ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri identifikat li l-Istati Membri fformulaw stima eċċessiva tal-bżonnijiet finanzjarji tal-EBCG fl-2017, bħala parti mill-kwittanza tal-baġit 2017; jinnota l-għan li l-EBCG tingħata aktar riżorsi umani (10 000 gwardja tal-fruntieri sal-2027), u l-fatt li n-numru ta' mwiet fuq il-baħar baqa' jiżdied minħabba n-nuqqas ta' mezzi ta' SAR fil-Mediterran; jissuġġerixxi li din iż-żieda fir-riżorsi għandha tintuża wkoll biex jiġu salvati l-ħajjiet fuq il-baħar; jistieden lill-Kummissjoni toħloq b'urġenza fond dirett għas-sostenn favur l-operazzjonijiet ta' riċerka u salvataġġ bil-għan li tiġi garantita preżenza qawwija ta' SAR fil-Mediterran; jiddispjaċih bid-differenza notevoli bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn allokati għall-EBCG (EUR 420 miljun) fl-2020 u l-ammont mogħti lill-EASO (EUR 133 miljun); jappella li l-EASO jiġi ttrasformat f'aġenzija deċentralizzata vera u proprja tal-Unjoni, b'mandat imsaħħaħ ħafna u jqis li l-baġit u l-persunal tal-EASO għandhom jiżdiedu sabiex l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-kompiti fdati lilha b'mod xieraq; jinnota t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-ISF b'6,1 % (jiġifieri bi EUR 32,6 miljun), meta mqabbel mal-2019; ifakkar fil-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali;

 8. Jilqa' favorevolment iż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-UPPE (70,5 %); ifakkar fl-importanza tar-rwol tal-UPPE fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' frodi li jinvolvu fondi tal-Unjoni u fil-ħtieġa li jiġu fornuti riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex l-UPPE jopera b'mod komplut qabel Diċembru 2020; jitlob lill-Kummissjoni tistudja aktar il-bżonnijiet finanzjarji biex ir-rwol tal-UPPE jiġi estiż ħalli jinkludi t-terroriżmu transfruntier, b'konformità mal-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Settembru 2018;

9. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tatx segwitu għat-talbiet baġitarji tal-Europol u tal-Eurojust, u ppropona li l-fondi tal-Europol u tal-Eurojust għall-2020, jitnaqqsu bi EUR 33,5 miljun u bi EUR 3,7 miljun rispettivament, meta mqabbel mal-għanijiet finanzjarji tagħhom; jissottolinja li dan it-tnaqqis jista' jkollu impatt fuq l-attivitajiet operazzjonali taż-żewġ aġenziji; jirrimarka li l-appoġġ tal-Europol kien kruċjali fl-investigazzjonijiet konġunti fl-Unjoni kollha u li l-Europol għandu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2020+ tal-Europol, li għandha l-għan li ssaħħaħ l-appoġġ operazzjonali u l-kapaċitajiet analitiċi tal-Europol għall-benefiċċju tal-Istati Membri, u jipproponi investimenti ġodda f'oqsma importanti tal-kriminalità, bħall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità finanzjarja; jinnota li t-tnaqqis ta' 18,7 % (jiġifieri b'EUR 55 miljun) fl-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-eu-LISA, huwa relatat mat-tmiem tal-iżvilupp tas-Sistema ta' Dħul u Ħruġ; itenni l-ħtieġa li jiġu garantiti appoġġ finanzjarju, persunal u taħriġ tal-persunal adegwati għall-aġenziji tal-ĠAI biex iwettqu b'effikaċja u bi trasparenza l-kompiti assenjati lilhom u bil-għan li tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera serja fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali;

10. Jilqa' favorevolment l-ammont allokat għall-EDPS (EUR 19-il miljun); jinnota li aktar minn 30 % ta' dan l-ammont jintużaw għall-forniment servizzi ta' segretarjat għall-EDPB; jenfasizza l-bżonn li l-EDPS jingħata riżorsi baġitarji u umani adegwati biex ikun jista' jwettaq il-kompiti addizzjonali li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data (GDPR), b'indipendenza sħiħa; jenfasizza għalhekk li l-baġit allokat huwa l-minimu assolut;

11. Jinsab imħasseb li l-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni għas-CEPOL (diskrepanza ta' finanzjament ta' EUR 1,5 miljun) ma jħallix lis-CEPOL tkopri b'mod suffiċjenti t-talba mill-Istati Membri rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-komunitajiet ta' infurzar tal-liġi fl-Unjoni u fil-viċinat tagħha; jiddispjaċih li c-CEPOL ma tirċevix finanzjament suffiċjenti biex tindirizza l-isfidi l-ġodda fid-dawl tas-sistemi ta' informazzjoni l-ġodda bħal SIS II, u li ma tistax toffri taħriġ lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi f'oqsma bħall-korruzzjoni u l-frodi tas-sisa, dan meta dawn iż-żewġt oqsma ġew identifikati bħala essenzjali għall-infurzar tal-liġi fuq il-livell tal-Unjoni fil-Valutazzjoni Strateġika tal-Ħtiġijiet ta' Taħriġ tal-UE; minflok, hija kellha tirrifjuta 54 talba ta' taħriġ valida u leġittima mill-Istati Membri fl-oqsma tat-tmexxija fl-infurzar tal-liġi, l-immigrazzjoni illegali, ir-reati ta' mibegħda u l-ħasil tal-flus, minħabba restrizzjonijiet baġitarji; jargumenta li t-talba baġitarja tas-CEPOL (EUR 12-il miljun) għall-2020 hija meħtieġa biex tiġi ssodisfata t-talba tal-Istati Membri, partikolarment fil-qasam taċ-ċiberkriminalità u d-diġitalizzazzjoni; jirrimarka li l-fiduċja, in-netwerks u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-komunitajiet tal-infurzar tal-liġi transfruntiera jistgħu jiġu mtejba aktar biż-żieda ta' komponent ta' xahar mal-Programm ta' Skambju tas-CEPOL u billi jiġu offruti żjarat fi ħdan il-Europol, kif ukoll programmi ta' skambju bejn l-uffiċjali operazzjonali mill-Istati Membri u mill-persunal tal-Europol; madankollu dan ikun jeħtieġ riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali għas-CEPOL;

12. Jinnota ż-żieda fir-reklutaġġ ta' "aġenti temporanji" meta mqabbel ma' "aġenti kuntrattwali" fl-aġenziji tal-Unjoni; jikkunsidra li s-sensittività ta' informazzjoni aċċessibbli għall-persunal tal-aġenziji fil-qasam tal-ĠAI tirrikjedi politika ta' kunfidenzjalità stretta, b'mod partikolari fir-rigward tar-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-persunal;

13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ għall-ġurnaliżmu investigattiv, inkluż il-ġurnaliżmu investigattiv transfruntier, u l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni bl-użu ta' fondi apposta, li jikkontribwixxu fost oqsma oħrajn, għall-iżvelar  tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha, kif ukoll għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni;

14. Ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-ġlieda kontra l-prattiki diskriminatorji, il-vjolenza abbażi tal-ġeneri, ir-reati ta' mibegħda, kif ukoll li jaħdem favur il-programmi li jiddefendu t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet, tal-ugwaljanza u tal-ġustizzja; jenfasizza r-rwol sinifikanti mwettaq mill-approprjazzjonijiet li ntefqu għal strumenti nondiskriminatorji, u għal programmi ta' appoġġ għall-ugwaljanza fl-infurzar tad-drittijiet tal-minoranzi, b'enfasi speċjali fuq id-drittijiet tan-nisa, tal-anzjani, tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni LGBTQI+;

15. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jimplimentaw ibbaġitjar abbażi tal-ġeneri fin-nefqa pubblika kollha, speċjalment fl-ippjanar, in-negozjar, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss; l-impenn għas-salvagwardja tal-promozzjoni u l-protezzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tan-nisa u tal-bniet fil-proċedura baġitarja 2020, huwa kruċjali; l-ibbaġitjar abbażi tal-ġeneri, għalhekk, għandu jiġi integrat fil-linji baġitarji kollha u għandu jsegwi: 1) il-promozzjoni tar-responsabbiltà u t-trasparenza fl-ippjanar fiskali; 2) iż-żieda fil-parteċipazzjoni sensittiva għall-ġeneri fil-proċess tal-baġit; u 3) id-difiża tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tad-drittijiet tan-nisa;

16. Jappella li jiġu stabbiliti parametri ta' referenza għall-finanzjament sostenibbli u xieraq għal azzjonijiet favur l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, bħala elementi ta' leġiżlazzjoni essenzjali fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, kif ukoll bl-għoti ta' appoġġ adegwat lill-vittmi, bil-ħolqien ta' qafas u approċċ legali komprensiv fil-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneri, għall-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-bini ta' infrastruttura statali xierqa li jkollha l-għan li tiġġieled vjolenza simili;

17. Jiddeplora l-fatt li mill-2015 lil hawn ma sar l-ebda progress evidenti f'termini ta' segwitu mogħti lill-impenji politiċi u ġuridiċi ta' livell għoli tal-Unjoni relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-ġeneri fil-proċess baġitarju u fid-deċiżjonijiet ta' nfiq, dan kien evidenzjat ukoll mill-fatt li ma ngħatatx kunsiderazzjoni għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri la fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020 u lanqas fil-proposta tal-Kummissjoni għall-2021-2027.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

5.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

10

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malik Azmani, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Saskia Bricmont, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Caterina Chinnici, Clare Daly, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Cornelia Ernst, Sylvie Guillaume, Balázs Hidvéghi, Antony Hook, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Marina Kaljurand, Fabienne Keller, Peter Kofod, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Magid Magid, Roberta Metsola, Claude Moraes, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Kostas Papadakis, Nicola Procaccini, Paulo Rangel, Terry Reintke, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Dragoş Tudorache, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Jadwiga Wiśniewska, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bartosz Arłukowicz, Gwendoline Delbos-Corfield, Claire Fox, Raphaël Glucksmann, Lívia Járóka, Kris Peeters, Anne-Sophie Pelletier, Sabrina Pignedoli, Loránt Vincze, Maria Walsh, Juan Ignacio Zoido Álvarez

 

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

46

+

NI

Sabrina Pignedoli

PPE

Bartosz Arłukowicz, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Lena Düpont, Balázs Hidvéghi, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Kris Peeters, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Loránt Vincze, Maria Walsh, Javier Zarzalejos, Juan Ignacio Zoido Álvarez

RENEW

Malik Azmani, Anna Júlia Donáth, Antony Hook, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache

S&D

Katarina Barley, Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Raphaël Glucksmann, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Marina Kaljurand, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Bettina Vollath

VERTS/ALE

Saskia Bricmont, Damien Carême, Gwendoline Delbos-Corfield, Alice Kuhnke, Magid Magid, Terry Reintke, Tineke Strik

 

10

-

GUE/NGL

Pernando Barrena Arza, Clare Daly, Cornelia Ernst, Anne-Sophie Pelletier

ID

Peter Kofod, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche

NI

Claire Fox, Kostas Papadakis, Milan Uhrík

 

4

0

ECR

Jorge Buxadé Villalba, Nicola Procaccini, Jadwiga Wiśniewska

PPE

Nadine Morano

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (4.9.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Antonio Tajani

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jilqa' ż-żieda proposta fil-finanzjament għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni b'1,9 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 2,2 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament, meta mqabbla mal-baġit tal-2019. Jenħtieġ li titrawwem komunikazzjoni maċ-ċittadini sabiex jiġi żgurat dibattitu pubbliku wiesa' u l-involviment taċ-ċittadini fid-diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa; ifakkar fil-benefiċċji li rriżultaw minn avvenimenti simili ta' konsultazzjoni taċ-ċittadini li diġà saru fi Stati Membri tal-UE;

2. Jilqa' għalhekk iż-żieda proposta fil-finanzjament tal-Komunikazzjoni tal-azzjonijiet tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni, tad-Djalogu taċ-Ċittadini u ta' "Sħubija" bi 8,8 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 7,9 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jiddispjaċih madankollu mill-pożizzjoni tal-Kunsill li jnaqqas il-finanzjament għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni;

3. Jenfasizza l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex jiġu miġġielda l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni b'livelli xierqa ta' finanzjament għal dawn l-attivitajiet, filwaqt li tiġi żgurata kooperazzjoni interistituzzjonali;

4. Jilqa' ż-żidiet proposti ta' 3,1 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn, iżda jiddispjaċih għat-tnaqqis ta' 3,8 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" (linja baġitarja: 18 04 01 01); Jikkundanna lill-Kunsill għall-pożizzjoni tiegħu li jnaqqas b'4,4 % l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal dak l-għan billi dan il-programm huwa ta' importanza istituzzjonali ewlenija għat-trawwim ta' Unjoni demokratika; Jilqa' ż-żieda ta' 5,3 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 21,3 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programm "Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza" iżda jiddispjaċih dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jitnaqqsu bi 3,5 %. jilqa' l-fatt li ammont iddedikat huwa allokat għal-linja baġitarja tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI);

5. Jissottolinja l-bżonn li s-Segretarjat Komuni tar-Reġistru ta' Trasparenza jingħata l-mezzi amministrattivi u finanzjarji suffiċjenti u adegwati sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, peress li għandu rwol ewlieni fl-iżgurar ta' attivitajiet ġusti u trasparenti tar-rappreżentanti tal-interessi;

6. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-proposti meħtieġa għall-finanzjament tal-Konferenza proposta dwar il-Futur tal-Ewropa; jirrimarka li l-Konferenza għandha tkun tista' tiffunzjona bil-livell meħtieġ ta' awtonomija u l-involviment tal-Parlament Ewropew fuq bażi ugwali mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra; jenfasizza, barra minn hekk, li l-Konferenza għandha tippermetti l-parteċipazzjoni u l-involviment ta' firxa wiesgħa ta' ċittadini inklużi ż-żgħażagħ;

7. Iqis li l-UE għandha bżonn tibni aktar għarfien u fiduċja fost iċ-ċittadini fil-baġit tal-UE u l-valur miżjud tagħha, billi tipprovdi analiżi baġitarja għal kull programm ġdid u kompitu ġdid f'termini ta' ffrankar li jsir fil-livell nazzjonali u valur miżjud iġġenerat fil-livell tal-UE; jemmen li billi nagħmlu dan, nistgħu nirbħu l-appoġġ taċ-ċittadini tal-UE u tal-Istati Membri, inbiddlu l-attitudni rigward il-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u nikkontribwixxu biex jitkompla l-proġett Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Gerolf Annemans, Catherine Bearder, Gabriele Bischoff, Damian Boeselager, Richard Corbett, Pascal Durand, Daniel Freund, Charles Goerens, Maria Grapini, Brice Hortefeux, Laura Huhtasaari, Giuliano Pisapia, Paulo Rangel, Antonio Maria Rinaldi, Domènec Ruiz Devesa, Antonio Tajani, László Trócsányi, Guy Verhofstadt, Loránt Vincze

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Vladimír Bilčík, Gwendoline Delbos-Corfield, Othmar Karas, Miapetra Kumpula-Natri

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

GUE/NGL

Martina Anderson

PPE

Vladimír Bilčík, Brice Hortefeux, Othmar Karas, Paulo Rangel, Antonio Tajani, László Trócsányi, Loránt Vincze

RENEW

Catherine Bearder, Pascal Durand, Charles Goerens, Guy Verhofstadt

S&D

Gabriele Bischoff, Richard Corbett, Maria Grapini, Miapetra Kumpula Natri, Giuliano Pisapia, Domènec Ruiz Devesa

VERTS/ALE

Damian Boeselager, Gwendoline Delbos-Corfield, Daniel Freund

 

3

-

ID

Gerolf Annemans, Laura Huhtasaari, Antonio Maria Rinaldi

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2.10.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

(2019/2028(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Frances Fitzgerald

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-Unjoni hija bbażata fuq, inter alia, il-valur tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u billi l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa, u għalhekk jirrikjedi li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi inkorporata fil-politiki kollha u tkun indirizzata fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju permezz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru

; billi l-iżgurar tal-koerenza bejn il-proċeduri interni tagħhom rigward il-baġit u l-kwittanza fil-qasam tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi huwa essenzjali għall-kredibbiltà tal-Parlament u tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE;

B. billi l-baġits mhumiex newtrali fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti bl-objettiv ċar li jkunu kontra d-diskriminazzjoni u bil-għan li ż-żewġ sessi jibbenefikaw minnhom indaqs; 

C. billi l-Unjoni impenjat ruħha li timplimenta l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, inkluż l-Għan 5 dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

D. billi l-Parlament ripetutament talab li l-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza (il-Programm REC) ikollu finanzjament suffiċjenti u li l-objettiv speċifiku Daphne ta' dak il-programm iżomm profil kemm jista' jkun għoli; billi l-Parlament Ewropew talab li l-azzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa jitkomplew permezz ta' allokazzjoni indipendenti fil-baġit iddedikata għal dak il-għan ukoll fil-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027;

E. billi n-nisa għadhom mhux rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol, kif ukoll fil-ħajja pubblika u politika, u billi jiddedikaw tul ta' ħin bil-wisq akbar mill-irġiel għal xogħol tad-dar u għall-indukrar, mingħajr ħlas;

F. billi l-proposta għall-abbozz ta' baġit ġenerali 2020 tal-Unjoni Ewropea tfittex li l-investiment strateġiku u t-tkabbir sostenibbli jibqgħu jingħataw appoġġ biex tittejjeb il-koeżjoni ekonomika u jinħolqu l-impjiegi, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, għall-persuni aktar imdaħħla fiż-żmien u għall-persuni b'diżabilità; billi, f'dan ir-rigward, huwa importanti wkoll li ssir enfasi fuq aktar parteċipazzjoni tan-nisa, inklużi n-nisa LGBTI, fis-suq tax-xogħol billi, fost miżuri oħra, isir investiment f'infrastrutturi u f'servizzi pubbliċi li jappoġġjaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u li jqawwu l-potenzjal tan-nisa fis-setturi kollha tal-ekonomija, inklużi l-ekonomija diġitalizzata, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), kif ukoll f'pożizzjonijiet ta' tmexxija, u fuq it-tnaqqis tad-distakk tal-impjiegi u tal-pagi bejn is-sessi;

G. billi d-diġitalizzazzjoni għandha impatt sostanzjali fuq is-suq tax-xogħol, fost l-oħrajn billi toħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol aktar flessibbli, bħat-telexogħol, li jistgħu jservu bħala għodod biex sew in-nisa u sew l-irġiel ikunu jistgħu jirrikonċiljaw aħjar id-dmirijiet professjonali u dawk domestiċi tagħhom;

H. billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija objettiv ċentrali tal-Unjoni, iżda madankollu għadha tbati minn nuqqas gravi ta' finanzjament; fl-2019, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi sab li biss 1 % tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment tal-Unjoni twarrbu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fi ħdan il-baġit tal-Unjoni għall-2020; madankollu, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni jġibu magħhom kost ekonomiku enormi, kemm għan-nisa kif ukoll għas-soċjetà.; il-Bank Dinji jistma li madwar EUR 145 triljun ta' ġid kapitali uman jintilfu minħabba l-inugwaljanza fil-pagi bejn is-sessi; fl-Ingilterra u Wales waħedhom, il-vjolenza domestika tiswa madwar USD 33 biljun fis-sena, skont il-UN Women fl-2016;

1. Jerġa' jafferma t-talba qawwija tiegħu li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi promossa, permezz ta' appoġġ għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru f'kull livell tal-proċedura baġitarja, inkluż fil-finalizzazzjoni tan-negozjati tal-QFP li jmiss, u li l-infiq baġitarju jintuża bħala għodda effikaċi fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi eżistenti u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, inklużi dawk LGBTI; ifakkar li l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru huwa metodoloġija li trid tiġi applikata għal-linji baġitarji kollha tal-Unjoni; ifakkar li, biex isir progress sostanzjali, huwa importanti li r-riżorsi għall-ugwaljanza bejn is-sessi jiżdiedu, u li hemm bżonn orjentazzjoni u monitoraġġ aħjar tal-finanzjament tal-Unjoni f'dan ir-rigward, b'mod partikolari fil-każ ta' Stati Membri li jiksru l-istat tad-dritt u jesperjenzaw reazzjoni negattiva fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa;

2. Jenfasizza li l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru jrid isir parti integrali mill-proċedura baġitarja fil-linji baġitarji kollha, u mhux biss fi programmi fejn l-impatt tal-ġeneru huwa l-aktar ovvju, b'tali mod li l-infiq baġitarju jsir għodda effikaċi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

3. Ifakkar li l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru huwa dimensjoni waħda ta' strateġija usa' għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jirrimarka li huwa importanti li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi implimentata fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-politiki;

4. Ifakkar li wieħed mir-rekwiżiti biex l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru jiġi implimentat huwa li jkunu previsti linji baġitarji indipendenti għal azzjonijiet speċifiċi marbutin ma' għanijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi; itenni t-talbiet tiegħu, għaldaqstant, li tiġi assenjata wkoll linja baġitarja indipendenti għall-objettiv fil-Programm REC iddedikat għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għall-avvanz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

5. Jiddispjaċih dwar it-tendenza f'dawn l-aħħar snin lejn tnaqqis tal-fondi tal-Unjoni li jiġġieldu l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u jerġa' jafferma t-talba tiegħu li r-riżorsi għall-objettiv speċifiku Daphne tal-Programm REC kurrenti jiżdiedu u li tali żieda tinżamm fil-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri; jitlob li jiġi żgurat li finanzjament adegwat isir disponibbli għal azzjonijiet maħsuba għall-ġlieda kontra l-vjolenza sew fuq in-nisa u sew fuq il-bniet, inklużi l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) u t-traffikar tal-bnedmin, partikolarment għal finijiet tal-isfruttament sesswali, fil-qafas tal-implimentazzjoni effikaċi tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika; jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja programmi u miżuri li speċifikament jindirizzaw il-fastidju, inkluż il-fastidju sesswali;

6. Jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw mingħajr dewmien il-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, b'mod partikolari fil-qies tar-rwol tal-Konvenzjoni fil-protezzjoni tan-nisa u tal-bniet mill-vjolenza u tal-impatt ekonomiku li jirriżulta fuq il-vittmi u s-soċjetajiet; Jitlob li l-fondi rilevanti tal-Unjoni jintużaw biex jgħinu fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul fl-Istati Membri, jew fl-issuktar tal-isforzi lejn tali implimentazzjoni;

7. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-azzjonijiet kollha ffukati fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa jitkomplew fil-qafas tal-programm li se jieħu post il-Programm REC fil-perjodu tal-QFP li jmiss, b'allokazzjoni tal-baġit indipendenti għall-ġlieda kontra l-vjolenza sessista fuq in-nisa u attenzjoni speċifika għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali, kif ukoll il-kultura tal-unur u l-vjolenza marbuta mal-unur;

8. Jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament speċifiku li jappoġġja l-aktar nisa u bniet vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, b'mod partikolari n-nisa b'diżabilità, in-nisa rifuġjati u l-vittmi tat-traffikar u tal-abbuż; jappoġġja, f'dan ir-rigward, żieda kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'dawk ta' pagament taż-żewġ fergħat tal-Programm REC;

9. Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-allokazzjonijiet baġitarji li jappoġġjaw l-aċċess tan-nisa għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet marbuta magħha, sew fl-Unjoni u sew barra minnha, peress li, dejjem aktar, dan l-aċċess jinsab fir-riskju;

10. Jitlob li l-Unjoni tappoġġja l-organizzazzjonijiet u l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa u l-ħidma tagħhom, u wkoll li tkabbar ir-rappreżentanza tagħhom fil-proċessi deċiżjonali Ewropej;

11. Jerġa' jafferma t-talba tiegħu għal aktar riżorsi taħt il-Fondi Strutturali tal-Unjoni biex jitħarsu d-drittijiet ekonomiċi u soċjali tan-nisa, speċjalment permezz ta' miżuri maħsuba biex ikabbru l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-investiment f'servizzi pubbliċi ta' kura ta' kwalità għolja;

12. Jisħaq fuq l-importanza li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), jintużaw biex jippromwovu l-impjiegi tan-nisa, inkluż billi jiffinanzjaw faċilitajiet ta' ndukrar ta' kwalità għolja u għal but kulħadd;

13. Jitlob li jkun hemm allokazzjonijiet baġitarji biex jappoġġjaw l-intraprenditorija tan-nisa u l-indipendenza ekonomika tan-nisa u biex jiżguraw u jinkoraġġixxu l-aċċess tan-nisa għal taħriġ professjonali speċjalizzat, self b'rati għal but kulħadd u finanzjament ta' ekwità permezz ta' programmi u fondi tal-Unjoni, bħal COSME, Orizzont 2020 u l-FSE bil-għan li jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, partikolarment l-ommijiet waħedhom, in-nisa li jindukraw u dawk li jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol wara waqfa twila, sabiex iqawwu l-impjegabbiltà ta' dawn in-nisa; fir-rigward ta' dawk il-fondi, li għandu jkollhom biżżejjed riżorsi, jitlob li jingħata appoġġ lill-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tal-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa kif ukoll lil integrazzjoni akbar ta' perspettiva tal-ġeneru u lill-objettiv tal-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta' kull programm;

14. Jinnota bi tħassib l-għadd żgħir ta' studenti nisa li jistudjaw suġġetti relatati mal-ICT u jtenni l-ħtieġa li, f'dak il-qasam, jerġa' jiġi stabbilit il-baġit propost mill-Kummissjoni; barra minn hekk, isostni li, biex jingħeleb id-distakk diġitali bejn il-ġeneri, jeħtieġ li jkun hemm finanzjament adegwat għal titjib fl-edukazzjoni, jingħata appoġġ lill-intraprendituri nisa fis-settur diġitali u jitkattru l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni;

15. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħalaq id-distakk diġitali bejn in-nisa u l-irġiel, li jwassal għal disparitajiet sinifikanti fis-suq tax-xogħol, billi riżorsi jiġu allokati speċifikament għall-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll għall-appoġġ lin-nisa li jaħdmu għal rashom;

16. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu allokati riżorsi biex jitħeġġeġ l-interess tan-nisa fl-ekonomija diġitali u f'setturi bħall-ICT u STEM, u biex in-nisa jiġu appoġġjati f'dan il-kuntest;

17. Jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm allokazzjoni adegwata ta' finanzjament speċifiku għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) bil-għan li jiġu miġġielda r-rati tal-qgħad partikolarment għoljin fost iż-żgħażagħ; jitlob li jiġi żgurat li l-bniet u n-nisa żgħażagħ jieħdu sehem daqs l-irġiel fil-miżuri koperti b'dik l-inizjattiva u li offerti ta' taħriġ u ta' impjiegi ta' kwalità għalihom jingħataw attenzjoni speċjali, b'mod partikolari fis-setturi tal-ekonomija diġitalizzata, tal-ICT u STEM, fejn hemm sottorappreżentanza sinifikanti tan-nisa, sew f'dak li jirrigwarda l-edukazzjoni u t-taħriġ u sew fl-impjiegi, b'mod li jwassal għal distakk diġitali bejn in-nisa u l-irġiel; huwa tal-fehma li miżuri bħall-YEI għandhom jikkontribwixxu mhux biss biex jgħinu liż-żgħażagħ jidħlu fil-forza tax-xogħol, iżda wkoll biex jippromwovu impjiegi ta' kwalità; isostni li għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-finanzjament ta' taħriġ ta' kwalità dwar kwistjonijiet bħas-sessiżmu, il-fastidju sesswali, il-mobbing u d-diskors ta' mibegħda, bit-tħeġġiġ ta' parteċipazzjoni ugwali tal-bniet, tan-nisa żgħażagħ, kif ukoll tas-subien u tal-irġiel żgħażagħ;

18. Ifakkar li għadd sinifikanti ħafna tar-rifuġjati u tal-persuni li jfittxu asil li jidħlu fl-UE huma nisa u tfal; jirrileva li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija wkoll fost il-prinċipji fundaturi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u jtenni t-talba tiegħu li d-dimensjoni tal-ġeneru titqies ukoll fil-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil, billi jiġu allokati fondi speċifiċi ddedikati għall-prevenzjoni tal-vjolenza sessista u għall-iżgurar ta' aċċess għas-saħħa, għas-saħħa riproduttiva u għad-drittijiet relatati;

19. Jenfasizza li huwa essenzjali li jiġi żgurat baġit adegwat għall-iżvilupp tal-bniedem, biex jintlaħqu l-Aġenda 2030 u l-SDGs, inkluż l-SDG5; ifakkar fl-impenn tal-Unjoni li tinvesti 20 % tal-għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali fl-iżvilupp tal-bniedem u jitlob li jkun hemm allokazzjonijiet xierqa għall-iżvilupp tal-bniedem biex jappoġġjaw miżuri u proġetti li jkollhom l-għan li jeqirdu l-faqar fost in-nisa u t-tfal; jġibu aktar integrazzjoni fis-suq tax-xogħol jeliminaw l-inugwaljanzi fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa; jiġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ; u jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-forniment tagħha, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, l-edukazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-protezzjoni soċjali taħt il-programm dwar il-Beni u l-Isfidi Pubbliċi Globali;

20. Jitlob li l-baġit għall-indirizzar tal-MĠF jibqa' jiġi allokat permezz tal-programmi kollha tal-azzjoni esterna, inkluż l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;

21. Jenfasizza li, f'dawn l-aħħar għaxar snin, wara li faqqgħet il-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-inugwaljanzi ekonomiċi, soċjali, tas-suq tax-xogħol u tal-ġeneru fi ħdan l-Istati Membri u bejnhom ġew aggravati; ifakkar fir-rwol importanti tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-sensibilizzazzjoni dwar id-daqs tal-inugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni u l-kawżi tagħha, u jitlob li l-baġit, it-tabella tal-persunal u l-indipendenza tal-Istitut ikollhom riżorsi adegwati li jiżguraw li l-Istitut jiffunzjona sewwa u jimplimenta proġetti ambizzjużi; jitlob ukoll li jkun hemm aktar riżorsi għal-linja baġitarja "promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza";

22. Jinnota li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-2019 sab li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija "ttrattata bħala tema li ftit li xejn għandha impatt fuq il-kontenut reali tal-programmi ta' finanzjament"; Għaldaqstant jitlob li jkun hemm miżuri robusti u komprensivi li jtejbu l-isforzi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, fost l-oħrajn enfasi mġedda fuq il-promozzjoni tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont fl-ippjanar fiskali u aktar parteċipazzjoni sensittiva għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-proċess tal-baġit;

23. Jirrakkomanda, b'mod partikolari, li jiżdied il-finanzjament għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-maternità, il-paternità u t-tfulija bikrija permezz tal-programmi rilevanti; għal dan il-għan, jitlob li s-saħħa tal-ommijiet u tat-tfal tingħata importanza speċjali fil-baġit tal-UE għall-2020; jirrakkomanda, barra minn hekk, li jiġu żgurati fondi għad-difiża, il-promozzjoni u l-appoġġ għat-treddigħ, biex b'hekk jingħata kontribut għall-isforzi biex tintlaħaq il-mira tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li, sal-2025, 50 % tat-trabi jitreddgħu esklussivament mis-sider għall-ewwel sitt xhur ta' ħajjithom, ħaġa li, fost miżuri oħra, tirrikjedi l-iżgurar li l-liv tal-maternità u tal-paternità jkun twil biżżejjed u mħallas tajjeb biżżejjed;

24. Jitlob allokazzjonijiet baġitarji biex jaqdu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' gruppi differenti ta' nisa li jiffaċċjaw firxa wiesgħa ta' sfidi ekonomiċi, li fost l-oħrajn jinkludu: il-faqar mestrwali fost il-bniet, id-deprivazzjoni ekonomika tal-pensjonanti nisa waħedhom u d-distakk fil-pensjonijiet bejn is-sessi, id-dmirijiet ta' ndukrar bla ħlas u l-faqar fil-ħin fost l-ommijiet u n-nisa li jindukraw, u l-esklużjoni soċjoekonomika u d-diskriminazzjoni fl-impjiegi kontra n-nisa Suwed, Asjatiċi u ta' minoranza etnika.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Christine Anderson, Annika Bruna, Belinda De Lucy, Frances Fitzgerald, Jackie Jones, Sandra Pereira, Pina Picierno, Samira Rafaela, Elżbieta Rafalska, Evelyn Regner, María Soraya Rodríguez Ramos, Christine Schneider, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Lena Düpont, Lina Gálvez Muñoz, Marina Kaljurand, Elena Kountoura, Alessandra Moretti, Alexandra Louise Rosenfield Phillips, Pernille Weiss

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Enikő Győri, Pär Holmgren, Kathleen Van Brempt

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

PPE

Lena Düpont, Frances Fitzgerald, Christine Schneider, Pernille Weiss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

S&D

Lina Gálvez Muñoz, Jackie Jones, Marina Kaljurand, Alessandra Moretti, Pina Picierno, Evelyn Regner, Kathleen Van Brempt

RE

Samira Rafaela, María Soraya Rodríguez Ramos

GREENS/EFA

Pär Holmgren, Alexandra Louise Rosenfield Phillip

GUE/NGL

Elena Kountoura, Sandra Pereira

NI

Isabella Adinolfi

 

5

-

ID

Christine Anderson, Annika Bruna

ECR

Mazaly Aguilar, Elżbieta Rafalska

NI

Belinda De Lucy

 

1

0

PPE

Enikő Győri

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

 

 

ITTRA tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Is-Sur Johan Van Overtveldt

President

Kumitat għall-Baġits

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 - it-taqsimiet kollha COM(2019)0400 – C9‑0000/2019 – 2019/2028(BUD)

Sur President,

Skont il-proċedura msemmija hawn fuq, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ddeċieda li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Settembru 2019, il-Kumitat iddeċieda li jibgħat din l-opinjoni fil-forma ta' ittra.

Waqt dik il-laqgħa, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali kkunsidra l-kwistjoni u ddeċieda li jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu.

 

Dejjem tiegħek,

Bernd Lange

SUĠĠERIMENTI

1. Jinnota li l-aġenda kummerċjali ambizzjuża tal-Unjoni teħtieġ riżorsi suffiċjenti għall-implimentazzjoni; jenfasizza, għalhekk, li d-DĠ TRADE għandu jirċievi finanzjament adegwat biex jiżgura n-negozjati u l-konklużjoni mħaffa tal-ftehimiet kummerċjali u segwitu xieraq għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali konklużi u tal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ, filwaqt li jiżgura wkoll finanzjament suffiċjenti li jippermetti lill-Infurzatur Ewlieni tal-Kummerċ il-ġdid iwettaq l-funzjoni l-ġdida b'mod effikaċi; jappoġġa l-fatt li d-DĠ TRADE jirċievi l-allokazzjoni baġitarja neċessarja biex jimplimenta r-regolament dwar l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mid-dħul fis-seħħ tiegħu f'Ottubru 2020;

 

2. Jirrimarka li filwaqt li primarjament tippromwovi tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli li huma ta' benefiċċju reċiproku, inter alia billi tiżgura aċċess aħjar għas-suq u l-ħolqien ta' regoli internazzjonali dwar l-investiment, il-politika kummerċjali hija għodda ewlenija għall-politika barranija tal-Unjoni li tista' tgħin biex tavvanza l-valuri tal-UE fuq livell internazzjonali, b'mod partikolari r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-protezzjoni tal-klima, l-istat tad-dritt, u l-implimentazzjoni ta' standards tax-xogħol internazzjonali u tista' tgħin biex tiżgura l-kisba tal-SDGs fuq skala globali, filwaqt li tistimula s-sħab kummerċjali tagħna biex ipoġġu d-drittijiet soċjali u s-sostenibbiltà fil-qalba tal-politiki ekonomiċi tagħhom; iħeġġeġ għalhekk li jiġi pprovdut finanzjament suffiċjenti biex jiġu żgurati monitoraġġ adegwat, valutazzjonijiet interim u ex post, b'data diżaggregata skont is-sessi, kif ukoll għall-infurzar tal-impenji magħmula minn pajjiżi terzi;

 

3. Jenfasizza li l-aċċettazzjoni tal-politika kummerċjali tal-UE teħtieġ impenn attiv mal-partijiet interessati tagħha u mas-soċjetà ċivili; jenfasizza għalhekk li għandhom jiġu pprovduti aktar riżorsi għal komunikazzjoni dwar il-politika kummerċjali, id-djalogi maċ-ċittadini, il-helpdesks u l-għajnuna għall-SMEs u l-konsumaturi kif ukoll għal gruppi konsultattivi domestiċi, il-vetturi ewlenin biex tinkiseb il-parteċipazzjoni effettiva tas-soċjetà ċivili fl-infurzar u l-monitoraġġ tal-kapitoli dwar is-sostenibbiltà tal-kummerċ ta' ftehimiet kummerċjali, li huma parti essenzjali mill-arkitettura tal-kummerċ;

 

4. Jitlob li jsir użu sħiħ mill-fondi disponibbli għall-appoġġ tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, b'enfasi fuq dawk l-Istati Membri li bħalissa għadhom lura, u jippermetti l-parteċipazzjoni tagħhom fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-politika kummerċjali;

 

5. Jenfasizza r-rwol vitali li għandhom il-parlamenti fid-diskussjonijiet dwar il-politika kummerċjali globali; jinnota li l-Konferenza Parlamentari tad-WTO hija għodda siewja f'dan il-kuntest li teħtieġ finanzjament adegwat biex tilħaq il-potenzjal tagħha; jenfasizza għalhekk li, l-istess bħal fl-2019, għandhom ikunu disponibbli biżżejjed riżorsi biex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-PE fil-forum u biex tiġi pprovduta infrastruttura adegwata għall-attivitajiet tal-konferenza.

 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

14.10.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Anna Bonfrisco, Jonathan Bullock, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Valentino Grant, Valerie Hayer, Monika Hohlmeier, John Howarth, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Ioannis Lagos, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Jan Olbrycht, Henrik Overgaard Nielsen, Karlo Ressler, Nils Torvalds, Nils Ušakovs

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eero Heinäluoma, Fabienne Keller, Aušra Maldeikienė, Jake Pugh

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agnes Jongerius, Anne-Sophie Pelletier, Viola Von Cramon-Taubadel, Javier Zarzalejos

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

26

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

NI

Ioannis Lagos

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Ausra Maldeikiene, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Javier Zarzalejos

RENEW

Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valerie Hayer, Fabienne Keller, Moritz Körner, Nils Torvalds

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Eero Heinäluoma, John Howarth, Agnes Jongerius, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Nils Ušakovs

VERTS/ALES

Rasmus Andresen, David Cormand, Viola Von Cramon-Taubadel

 

8

-

GUE/NGL

Anne-Sophie Pelletier

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs, Hélène Laporte

NI

Jonathan Bullock, Henrik Overgaard Nielsen, Jake Pugh

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Ottubru 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza