<Titre>dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni</Titre>
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
–wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (12412/2019),
–wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika
(C9-0139/2019),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0018/2019),
1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Filwaqt li hemm fehim ġenerali li l-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni abbażi tal-Ftehim dwar il-Ħruġ huwa l-aħjar eżitu, l-UE qed tkompli tħejji għall-eżiti kollha possibbli, inkluż il-ħruġ mingħajr ftehim. Ħruġ mingħajr ftehim iħalli r-relazzjonijiet baġitarji bejn l-Unjoni u r-Renju Unit mingħajr arranġamenti legali miftiehma. Dan joħloq ħafna inċertezzi u diffikultajiet għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-Unjoni għall-2019 u l-2020, għall-benefiċjarji kollha tar-Renju Unit u f'xi każijiet anki għall-benefiċjarji tal-Istati Membri l-oħra.
L-iskop ta' din il-proposta huwa biex il-qafas ta' kontinġenza jiġi estiż għall-2020, skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2019/1197 approvat mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' April 2019. L-għan huwa li jiġi minimizzat it-tfixkil l-aktar sinifikanti għall-benefiċjarji tal-programmi ta' nfiq u azzjonijiet oħra tal-UE fiż-żmien tal-ħruġ u sa tmiem l-2020. Dan jippermetti l-implimentazzjoni ordnata tal-baġit fejn jidħlu l-impenji legali mar-Renju Unit u mal-entitajiet tar-Renju Unit, iffirmati jew adottati qabel id-data tal-ħruġ jew bejn id-data tal-ħruġ u tmiem l-2019, bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2019/1197.
Id-dispożizzjoni proposta għall-possibbiltà li tinżamm l-eliġibbiltà għall-benefiċċju mill-finanzjament tal-Unjoni għar-Renju Unit u għall-entitajiet tar-Renju Unit matul l-2020, hija soġġetta għall-kundizzjoni li r-Renju Unit jimpenja ruħu bil-miktub li jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit għall-2020 skont it-termini stabbiliti f'din il-proposta. Barra minn hekk, ir-Renju Unit għandu jimpenja ruħu bil-miktub li jaċċetta l-kontrolli u l-awditi li jkopru l-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tal-programmi jew tal-azzjonijiet.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni
14.10.2019
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
BUDG
Rapporteurs
Data tal-ħatra
Johan Van Overtveldt
24.9.2019
Eżami fil-kumitat
1.10.2019
Data tal-adozzjoni
14.10.2019
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
27
4
3
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Anna Bonfrisco, Jonathan Bullock, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Valentino Grant, Valerie Hayer, Monika Hohlmeier, John Howarth, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Ioannis Lagos, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Jan Olbrycht, Henrik Overgaard Nielsen, Karlo Ressler, Nils Torvalds, Nils Ušakovs
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Eero Heinäluoma, Fabienne Keller, Aušra Maldeikienė, Jake Pugh
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali
Agnes Jongerius, Anne-Sophie Pelletier, Viola Von Cramon-Taubadel, Javier Zarzalejos
Data tat-tressiq
15.10.2019
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
27
+
PPE
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Aušra Maldeikienė, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Javier Zarzalejos
S&D
Eider Gardiazabal Rubial, Eero Heinäluoma, John Howarth, Agnes Jongerius, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Nils Ušakovs
RENEW
Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valerie Hayer, Fabienne Keller, Moritz Körner, Nils Torvalds
GREENS/EFA
Rasmus Andresen, David Cormand, Viola Von Cramon-Taubadel
ID
Hélène Laporte
ECR
Zbigniew Kuźmiuk
GUE
Anne-Sophie Pelletier
4
-
NI
Jonathan Bullock, Ioannis Lagos, Henrik Overgaard Nielsen, Jake Pugh