Proċedura : 2018/0330B(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0022/2019

Testi mressqa :

A9-0022/2019

Dibattiti :

PV 12/02/2020 - 20
CRE 12/02/2020 - 20

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2020 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2020)0038

<Date>{08/11/2019}8.11.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0022/2019</NoDocSe>
PDF 245kWORD 62k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</Titre>

<DocRef>(COM(2018)0631 – C8-0150/2019 – 2018/0330B(COD))</DocRef>


<Commission>{LIBE}Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern</Commission>

Rapporteur: <Depute>Roberta Metsola</Depute>

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2018)0631 – C8-0150/2019 – 2018/0330B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0631),

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-21 ta' Marzu 2019 li taqsam il-proposta tal-Kummissjoni u li tawtorizza lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ifassal rapport leġiżlattiv separat għad-dispożizzjonijiet li jappartjenu għas-sistema Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO), jiġifieri l-premessi 80 sa 83, 102, 114 u 115 u l-Artikolu 80 tal-proposta tal-Kummissjoni;

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 77(2)(b) u (d), u l-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0150/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018[1],

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Frar 2019[2],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0022/2019),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[*]

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

 

dwar is-sistema Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online ("FADO")

 

u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/700/ĠAI ▌IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 79(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

 

(80) Is-sistema Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online ("FADO") ġiet stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI[5] fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Il-FADO kienet stabbilita biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri b'rabta ma' mudelli ta' dokumenti u metodi ta' falsifikazzjoni magħrufa. Il-FADO tipprevedi l-ħżin elettroniku, l-iskambju rapidu u l-validazzjoni ta' informazzjoni b'rabta ma' dokumenti ġenwini u foloz. Peress li d-detezzjoni ta' dokumenti foloz hija wkoll ta' importanza għaċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għamel disponibbli dokumenti awtentiċi f'Reġistru Pubbliku Online ta' Dokumenti Awtentiċi tal-Identità u tal-Ivvjaġġar (PRADO).

 

(81a) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-bażi leġislattiva l-ġdida neċessarja għar-regolamentazzjoni tal-FADO.

 

(81b) Filwaqt li d-detezzjoni ta' dokumenti foloz u ta' frodi tal-identità ta' spiss isseħħ fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, il-ġlieda kontra d-dokumenti foloz hija qasam kopert mill-kooperazzjoni tal-pulizija. L-użu frodulenti ta' dokumenti fiż-żona Schengen żdied b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin. Il-frodi tad-dokumenti u tal-identità tinvolvi l-produzzjoni u l-użu ta' dokumenti kontrafatti, il-falsifikazzjoni ta' dokumenti ġenwini, u l-użu ta' dokumenti ġenwini li jkunu nkisbu b'mezzi bħall-qerq jew dikjarazzjonijiet ineżatti. Id-dokumenti foloz huma għodda kriminali b'diversi funzjonijiet peress li jistgħu jintużaw ripetutament biex jappoġġjaw attivitajiet kriminali differenti, inkluż il-ħasil tal-flus u t-terroriżmu. It-tekniki li jintużaw biex jiġu prodotti dokumenti foloz huma dejjem aktar sofistikati u jeħtieġu informazzjoni ta' kwalità għolja dwar il-punti li possibbilment jistgħu jwasslu għal detezzjoni, b'mod partikolari elementi ta' sigurtà u karatteristiċi tal-frodi kif ukoll aġġornamenti frekwenti. Madankollu, dokumenti tal-identità foloz jew falsifikati huma, f'ċerti ċirkustanzi, użati wkoll minn persuni li jfittxu l-asil meta jkunu qed jipprovaw jiksbu aċċess għat-territorju ta' Stat Membru.

 

(81c) Il-FADO nħolqot speċifikament sabiex fiha jitqiegħdu mudelli ta' dokumenti u eżempji ta' dokumenti ffalsifikati li jinkludu deskrizzjonijiet ta' metodi ta' falsifikazzjoni pprovduti mill-Istati Membri. Il-FADO jista' jkun fiha wkoll dokumenti bħal dawn li joriġinaw minn pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali. Bħala konsegwenza diretta tal-għan li għalih FADO ġiet speċifikament maħluqa, id-data personali jenħtieġ li tinħażen fil-FADO fil-forma ta' elementi differenti li jidhru fil-mudell u fid-dokumenti falsifikati. Tali data personali jenħtieġ li tkun strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-FADO. Il-FADO jenħtieġ li jkun fiha data personali fil-forma ta' immaġni tal-wiċċ jew data alfanumerika unikament safejn dawn ikun relatati mal-elementi ta' sigurtà f'mudell ta' dokument jew mal-metodu ta' falsifikazzjoni ta' dokument falsifikat. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-"Aġenzija") stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ li tieħu l-passi meħtieġa biex jiġu anonimizzati l-elementi kollha tad-data personali li ma jkunux meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet li għalihom id-data tkun ġiet ipproċessata skont il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, previst fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725[6] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ma għandux ikun possibbli li wieħed isib jew ifittex xi elementi ta' data personali fil-FADO u lanqas ma għandu jkun possibbli li d-data fil-mudelli jew dokumenti falsifikati tintuża biex tiġi identifikata kwalunkwe persuna fiżika.

 

(81d) Il-frodi tad-dokumenti tista' fl-aħħar mill-aħħar iddgħajjef is-sigurtà interna taż-żona Schengen bħala żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. L-użu tal-FADO bħala sistema ta' ħżin elettronika li tiddeskrivi punti li possibbilment jistgħu jwasslu għal detezzjoni, kemm f'dokumenti awtentiċi kif ukoll f'dawk foloz, huwa għodda importanti għall-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti, b'mod partikolari fil-fruntieri esterni taż-żona Schengen. Peress li l-FADO tikkontribwixxi għaż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà fiż-żona Schengen billi tappoġġja l-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti mill-pulizija, il-gwardja tal-fruntiera, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, il-FADO tikkostitwixxi għodda importanti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen kif integrati fil-qafas tal-Unjoni.

 

(81e) Jenħtieġ li l-FADO jkun fiha informazzjoni dwar it-tipi kollha ta' mudelli ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, identità, residenza u stat ċivili, liċenzji tas-sewqan u liċenzji tal-vetturi maħruġa mill-Istati Membri u l-verżjonijiet falsifikati ta' tali dokumenti fil-pussess tagħhom, u jenħtieġ li jkun possibbli li jkun fiha wkoll dokumenti uffiċjali relatati oħra li jintużaw meta wieħed japplika għal dokumenti tal-ivvjaġġar, residenza jew identità maħruġa mill-Istati Membri. Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li jkun fiha informazzjoni dwar kwalunkwe dokument bħal dan maħruġ minn pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali.

 

(81f)  Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jiżviluppaw is-sistemi nazzjonali tagħhom stess li fihom informazzjoni dwar dokumenti ġenwini u foloz, jenħtieġ li huma jkunu obbligati li jipprovdu lill-Aġenzija b'informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar, identità, residenza u status ċivili, liċenzji tas-sewqan u liċenzji tal-vetturi ġenwini maħruġa minnhom, u l-verżjonijiet falsifikati ta' dawn id-dokumenti fil-pussess tagħhom. L-Aġenzija jenħtieġ li ttella' dik l-informazzjoni fil-FADO sabiex tiggarantixxi l-uniformità u l-kwalità tal-informazzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu l-elementi ta' sigurtà kollha tal-verżjonijiet ġodda tad-dokumenti ġenwini maħruġa mill-Istati Membri li huma koperti minn dan ir-Regolament.

 

(81g) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom livell għoli ta' kontroll fuq il-frodi ta' dokumenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti fil-qasam tal-frodi tad-dokumenti bħall-pulizija tal-fruntieri u awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi jew partijiet terzi oħra jingħataw livelli differenti ta' aċċess għall-FADO, skont il-ħtiġijiet tagħhom. Billi l-kundizzjonijiet u l-miżuri għall-għoti ta' dan l-aċċess huma elementi mhux essenzjali li jissupplimentaw dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-FADO tippermetti li l-utenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni dwar kwalunkwe metodu ta' falsifikazzjoni ġdid li jiġi identifikat u dwar dokumenti ġenwini ġodda li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni.

 

(82) Jenħtieġ li l-FADO tipprovdi ▌lil partijiet ikkonċernati differenti, fosthom il-pubbliku, b'livelli differenti ta' aċċess għad-dokumenti skont il-bżonn tagħhom li jaċċedu għas-sistema u skont is-sensittività tad-dokumenti kkonċernati.

 

(82a) Matul l-aħħar snin, l-Aġenzija żviluppat għarfien espert fil-qasam tal-frodi tad-dokumenti. Għaldaqstant, l-Aġenzija għandha tieħu f'idejha, hekk kif previst fir-Regolament (UE) 2019/..., l-amministrazzjoni kif ukoll il-ġestjoni operazzjonali u teknika tal-FADO minn idejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Flimkien mat-trasferiment tal-FADO, jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi lill-Istati Membri b'assistenza kważi f'ħin reali fid-detezzjoni u l-identifikazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati.

 

(83) Jenħtieġ li jiġi żgurat li, tul il-perijodu tranżizzjonali, ▌il-FADO tibqa' kompletament operattiva sa meta t-trasferiment jitwettaq effettivament u l-informazzjoni eżistenti tkun ġiet trasferita għas-sistema l-ġdida. Jenħtieġ imbagħad li s-sjieda tad-data eżistenti tiġi ttrasferita lill-Aġenzija.

 

(83a) Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' passaporti, dokumenti tal-ivvjaġġar, viżi jew dokumenti oħra tal-identità.

 

(101a) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-FADO, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dħul u l-ħażna ta' informazzjoni fil-FADO skont standards għoljin u l-proċeduri għall-kontroll u l-verifika tal-informazzjoni li tinsab fil-FADO, fir-rigward tal-miżuri li jagħtu aċċess għall-FADO lill-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti fil-qasam tal-frodi ta' dokumenti, fir-rigward tal-istabbiliment ta' miżuri li jagħtu aċċess ristrett għall-FADO lil partijiet terzi bħal linji tal-ajru, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali u fir-rigward tad-determinazzjoni tad-data tal-implimentazzjoni effettiva tal-FADO mill-Aġenzija. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet[7]. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni inkarigati mit-tħejjija ta' atti delegati.

 

(102a)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

 

(102b) Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'dan ir-Regolament, bi qbil mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE[8].

 

(102c) L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f'dan ir-Regolament, bi qbil mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE[9].

 

(102d) Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[10], li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt H, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE[11].

 

(102e) Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[12], li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt H, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE u mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE.

 

(102f) Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt H tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE[13] u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE[14].

 

(113a) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentat mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967.

 

(114)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-7 ta' Novembru 2018[15] u ta opinjoni fit-30 ta' Novembru 2018.

 

(115) Dan ir-Regolament għandu l-għan li ▌jadatta l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI għall-qafas istituzzjonali stabbilit bit-TFUE. Peress li l-emendi li għandhom isiru huma sostanzjali fl-għadd u n-natura, din l-Azzjoni Konġunta jenħtieġ li, f'ġieħ iċ-ċarezza, titħassar.

 

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 80a
Is-suġġett u l-iskop tal-FADO

 

Dan ir-Regolament jistabbilixxi s-sistema Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online ("FADO")

 

L-iskop tal-FADO huwa li din tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar dokumenti awtentiċi u foloz u tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti u tal-identità permezz tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar elementi ta' sigurtà u karatteristiċi tal-frodi potenzjali f'dokumenti awtentiċi u foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, u fejn applikabbli, ma' pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali, entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali u entitajiet privati, u l-informazzjoni dwar dokumenti awtentiċi mal-pubbliku ġenerali.

 

Artikolu 80b
Kamp ta' applikazzjoni

 

Il-FADO għandu jkun fiha informazzjoni dwar mudelli ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, identità, residenza u stat ċivili, liċenzji tas-sewqan u liċenzji tal-vetturi maħruġa mill-Istati Membri u l-verżjonijiet falsifikati ta' tali dokumenti fil-pussess tagħhom. Il-FADO jista' jkun fiha dokumenti uffiċjali relatati oħra li jistgħu jintużaw għall-applikazzjoni għal dokument ta' vjaġġar, ta' residenza jew ta' identità maħruġa mill-Istati Membri, u fejn applikabbli, minn pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali, u informazzjoni dwar il-falsifikazzjoni tagħhom.

 

Artikolu 80c
Kategoriji ta' dokumenti u data li jinsabu fil-FADO

 

1. Il-FADO għandha tinkludi dan li ġej:

 

(a) informazzjoni, inkluż immaġnijiet, dwar mudelli ta' dokumenti u l-elementi ta' sigurtà tagħhom;

 

(b) informazzjoni, inkluż immaġnijiet, dwar dokumenti foloz, iffalsifikati, kontrafatti jew inkella psewdodokumenti, u l-karatteristiċi tal-frodi tagħhom;

 

(c) informazzjoni fil-qosor dwar tekniki ta' falsifikazzjoni;

 

(d) informazzjoni fil-qosor dwar l-elementi ta' sigurtà tad-dokumenti ġenwini;

 

(e) statistiċi dwar dokumenti foloz li jiġu identifikati;

 

(f) rakkomandazzjonijiet dwar modi effikaċi biex jiġu identifikati metodi speċifiċi ta' falsifikazzjoni.

 

Il-FADO jista' jkun fiha ukoll manwali, listi ta' kuntatti u informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar validi u r-rikonoxximent tagħhom mill-Istati Membri, kif ukoll informazzjoni utli relatata oħra.

 

2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu mingħajr dewmien lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-"Aġenzija") id-data kollha dwar mudelli ta' dokumenti u dokumenti foloz tal-ivvjaġġar, identità, residenza u stat ċivili, liċenzji tas-sewqan u liċenzji tal-vetturi li fir-rigward tagħhom huma l-kontrollur tad-data skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Meta l-Istati Membri jsiru kontrollur tad-data fir-rigward tad-data addizzjonali fuq tali dokumenti u liċenzji, huma għandhom jittrażmettuhom mingħajr dewmien lill-Aġenzija. L-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu lill-Aġenzija data dwar mudelli ta' dokumenti uffiċjali oħra li jintużaw meta wieħed japplika għal dokumenti tal-ivvjaġġar, residenza jew identità maħruġa mill-Istati Membri jew data dwar falsifikazzjonijiet ta' kwalunkwe wieħed minn dawk id-dokumenti.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li individwi li d-data personali tagħhom tintuża fuq mudelli ta' dokumenti u d-dokumenti falsifikati jkunu protetti skont ir-regoli rilevanti applikabbli, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom fil-FADO. Ma għandux ikun possibbli li persuna tiġi identifikata mid-data personali mingħajr informazzjoni addizzjonali jew li titfittex data personali fil-FADO.

 

3. Il-FADO jista' jkun fiha id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 maħruġa minn pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali, u informazzjoni dwar il-falsifikazzjonijiet tagħhom.

 

Artikolu 80dIr-responsabbiltajiet tal-Aġenzija

 

1. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli mill-istabbiliment tal-FADO f'konformità ma' dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha tiżgura l-funzjonament tal-FADO 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa u tiżgura l-manutenzjoni u l-aġġornament tagħha.

 

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'assistenza kważi f'ħin reali fid-detezzjoni u l-identifikazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati.

 

3. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tlugħ tal-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri f'ħin utli u b'mod effiċjenti sabiex tiggarantixxi l-uniformità u l-kwalità tad-data filwaqt li tiżgura r-rispett għall-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data previst fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

 

4. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tlugħ ta' informazzjoni dwar dokumenti miksuba minn pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali, u informazzjoni dwar il-falsifikazzjonijiet tagħhom.

 

5. Fejn xieraq, l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għandha tipprovdi appoġġ tekniku lill-Aġenzija fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha previsti minn dan ir-Regolament.

 

Artikolu 80eL-arkitettura tal-FADO u l-aċċess għaliha

 

1. L-arkitettura tal-FADO għandha tippermetti livelli differenti ta' aċċess għall-FADO. Huma biss l-esperti tad-dokumenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tal-frodi ta' dokumenti, bħall-pulizija tal-fruntieri u awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi li għandhom ikollhom aċċess għall-FADO b'mod mhux ristrett;

 

2. Dawn li ġejjin għandhom ikollhom aċċess ristrett għall-FADO:

 

(a) l-awtoritajiet tal-Istati Membri li ma jeħtiġux informazzjoni dettaljata dwar l-elementi ta' sigurtà u l-falsifikazzjoni ta' dokumenti;

 

(b) l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

 

(c) partijiet terzi, bħal pajjiżi terzi, entitajiet territorjali jeworganizzazzjonijiet internazzjonali;

 

(d) entitajiet privati, bħal linji tal-ajru u trasportaturi oħra;

 

(e) il-pubbliku ġenerali.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80H rigward id-definizzjoni tad-drittijiet ta' aċċess taħt dan il-paragrafu. L-atti delegati għandhom jistabbilixxu għal kull grupp imsemmi f'dan il-paragrafu il-parti tas-sistema li għaliha għandu jingħata aċċess u kull proċedura u kondizzjoni speċifika li jistgħu jkunu neċessarja.

 

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-awtoritajiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1.

 

Tliet xhur wara d-data tal-implimentazzjoni effettiva tas-sistema mill-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tippubblika lista konsolidata tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Union Ewropea. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar kwalunkwe tibdil f'dawk l-awtoritajiet mingħajr dewmien. F'każ li jkun hemm tibdil bħal dan, l-Aġenzija għandha tippubblika, darba fis-sena, verżjoni konsolidata aġġornata ta' dik l-informazzjoni. L-Aġenzija għandha żżomm sit web pubbliku li jiġi aġġornat kontinwament u li jkun fih dik l-informazzjoni.

 

Artikolu 80f
Proċessar ta' data personali mill-Aġenzija

 

L-Aġenzija għandha tapplika r-Regolament (UE) 2018/1725 meta tipproċessa data personali. L-Aġenzija għandha tipproċessa data personali unikament meta tali proċessar huwa neċessarju għat-twettiq ta' kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali investita lilha skont il-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

 

Il-FADO jista' jkun fiha data personali biss sa fejn din tkun tidher fuq il-mudell u d-dokumenti falsifikati. L-Aġenzija għandha ttella' data personali biss sa fejn din tkun strettament meħtieġa biex tiddeskrivi jew turi l-elementi jew metodu ta' falsifikazzjoni. L-Aġenzija għandha tiżgura li tali data tkun anonimizzata u minimizzata b'mod adegwat b'mod konformi mal-iskop tal-FADO sa fejn ikun possibbli b'mod li jipprevjeni l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe individwu permezz tal-FADO mingħajr data addizzjonali. L-identifikazzjoni ta' kwalunkwe individwu permezz tal-FADO għandha tkun ipprojbita.

 

Il-partijiet terzi u l-entitajiet privati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 80e(2) ta' dan ir-Regolament li għandhom aċċess għall-FADO, li mhuwiex l-aċċess imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 80e(2) ta' dan ir-Regolament, għandhom jidħlu fi ftehimiet neċessarji mal-Aġenzija skont l-Artikoli 9 u 48 tar-Regolament (UE) 2018/1725, skont il-każ, li jipprevedu, fost oħrajn, il-prevenzjoni tal-identifikazzjoni ta' individwi li d-data personali tagħhom tkun fil-FADO.

 

Artikolu 80gAtti delegati

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 80h dwar:

 

(a) l-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex l-informazzjoni tiddaħħal u tinħażen fil-FADO skont l-ogħla standards;

 

(b) l-istabbiliment tal-proċeduri għall-kontroll u l-verifika tal-informazzjoni li tinsab fil-FADO;

 

(c) l-istabbiliment ta' miżuri li jagħtu aċċess għall-FADO lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tal-frodi tad-dokumenti;

 

(d) l-istabbiliment ta' miżuri għall-għoti ta' aċċess ristrett għall-FADO lil partijiet terzi bħal linji tal-ajru, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

 

(e) id-determinazzjoni tad-data tal-implimentazzjoni effettiva tal-FADO mill-Aġenzija.

 

Artikolu 80h
Eżerċizzju ta' delega

 

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80e(2) u l-Artikolu 80g(1) għal perjodu indeterminat minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80e(2) u fl-Artikolu 80g(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6. Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80e(2) u l-Artikolu 80g(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Artikolu 80j
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

 

1. L-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI titħassar b'effett mid-data tal-implimentazzjoni effettiva tas-sistema mill-Aġenzija, li għandha tiġi determinata permezz ta' att delegat kif previst fil-punt (e) tal-Artikolu 80g.

 

2. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jittrasferixxi d-data attwali dwar il-mudelli ta' dokumenti u d-dokumenti foloz fil-FADO kif stabbilit mill-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI lill-FADO kif stabbilit minn dan ir-Regolament.

 

Artikolu 80k
Dħul fis-seħħ

 

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta: sistema ta’ dokumenti foloz u awtentiċi online (FADO) u tħassir tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI

Referenzi

COM(2018)0631 – C8-0150/2019 – 2018/0330B(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.9.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.3.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

28.3.2019

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

BUDG

23.7.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Roberta Metsola

24.7.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.10.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.11.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

5

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Konstantinos Arvanitis, Malik Azmani, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Vasile Blaga, Saskia Bricmont, Damien Carême, Caterina Chinnici, Tudor Ciuhodaru, Clare Daly, Lena Düpont, Sylvie Guillaume, Antony Hook, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Fabienne Keller, Peter Kofod, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Magid Magid, Roberta Metsola, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Kostas Papadakis, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Dragoş Tudorache, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damian Boeselager, Claire Fox, Monika Hohlmeier, Beata Kempa, Jan-Christoph Oetjen, Kris Peeters, Sabrina Pignedoli, Karlo Ressler, Robert Roos, Miguel Urbán Crespo, Petar Vitanov, Irina Von Wiese, Axel Voss

Data tat-tressiq

11.11.2019

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ID

Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche

NI

Sabrina Pignedoli, Milan Uhrík

PPE

Vasile Blaga, Lena Düpont, Monika Hohlmeier, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Kris Peeters, Emil Radev, Paulo Rangel, Karlo Ressler, Ralf Seekatz, Tomas Tobé, Axel Voss, Javier Zarzalejos

RENEW

Malik Azmani, Antony Hook, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Jan-Christoph Oetjen, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Dragoş Tudorache, Irina Von Wiese

S&D

Katarina Barley, Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Tudor Ciuhodaru, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Marina Kaljurand, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Petar Vitanov, Bettina Vollath

VERTS/ALE

Damian Boeselager, Saskia Bricmont, Damien Carême, Alice Kuhnke, Magid Magid, Terry Reintke, Diana Riba i Giner

 

5

-

GUE/NGL

Konstantinos Arvanitis, Pernando Barrena Arza, Clare Daly, Miguel Urbán Crespo

NI

Kostas Papadakis

 

7

0

ECR

Patryk Jaki, Assita Kanko, Beata Kempa, Nicola Procaccini, Robert Roos

ID

Peter Kofod

NI

Claire Fox

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1]ĠU C 110, 22.3.2019, p. 62.

[2]ĠU C 168, 16.5.2019, p. 74.

[*] Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

[3]ĠU C 110, 22.3.2019, p. 62.

[4]ĠU C 168, 16.5.2019, p. 74.

[5] Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Arkivjar ta' Immaġini (FADO), ĠU L 333/4, 9.12. 1998, p. 4).

[6] Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

[7]ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

[8]Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

[9]Id-Deciżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

[10]ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[11]Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

[12] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

[13] Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat b'mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

[14] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

[15]Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza