RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu

14.11.2019 - (08974/2019 – C9-0106/2019 – 2019/0076(NLE)) - ***

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Carmen Avram

Proċedura : 2019/0076(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0026/2019
Testi mressqa :
A9-0026/2019
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu

(08974/2019 – C9-0106/2019 – 2019/0076(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08974/2019),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja (08984/2019),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja (09949/2019),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0106/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0026/2019),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim u tal-protokoll;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Gambja.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Repubblika tal-Gambja għandha superfiċje totali ta' 11 420 kilometru kwadru, u popolazzjoni ta' 1,36 miljun ruħ. Dan il-pajjiż hu wieħed mill-iċken pajjiżi tal-Afrika, u għandu l-Oċean Atlantiku man-naħa tal-Punent tiegħu. Madankollu, il-potenzjal tas-sajd ta' dan il-pajjiż huwa pjuttost kbir. Is-superfiċje tal-ixkaffa kontinentali tal-Gambja, li hi ta' madwar 4 000 kilometru kwadru u ż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta' madwar 10 500 kilometru kwadru joffru lill-pajjiż abbundanza u diversità ta' speċijiet ta' ħut, u fama internazzjonali meritata sew bħala waħda mill-iktar żoni ta' sajd rikki fid-dinja – esperti jgħidu li ġew reġistrati aktar minn 500 speċi ta' ħut tal-baħar.

Minkejja li din ir-riżorsa tista' tissarraf f'opportunità kbira għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Gambja, is-settur tas-sajd ma tantx jikkontribwixxi għall-ekonomija. Is-settur jinqasam f'żewġ subsetturi (is-subsettur artiġjanali, li hu mifrux ħafna mal-pajjiż kollu, u huwa msejjes prinċipalment fuq pirogi/kenuri bil-magni; u s-subsettur industrijali, li jinkludi fih għadd relattivament żgħir ta' bastimenti tat-tkarkir, li fil-parti l-kbira jappartjenu lill-barranin). Skont l-estimi tal-baġit 2012 tal-Gambja, is-settur tas-sajd kien wieħed mill-iżgħar kontributuri għad-dħul tal-gvern – il-liċenzji tas-sajd u t-tariffi tar-reġistrazzjoni kienu ammontaw għal 0,1 fil-mija tad-dħul totali tal-gvern, skont rapport tal-2014 tan-NU. Madankollu, id-Dipartiment tas-Sajd Gambjan juri li s-settur tas-sajd jinsab fin-naħa ta' fuq tal-lista tas-settur tal-produzzjoni tal-ikel, wara l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem. Għaldaqstant, għandu rwol b'sinifikat mill-ikbar għall-Gambjani, għax huwa s-sors ewlieni ta' proteini mill-annimali għall-popolazzjoni.

Jekk inħarsu aktar lejn il-kawżi ta' dan il-paradoss, ikun faċli nifhmu li din is-sitwazzjoni hi dovuta, fost l-oħrajn, għan-nuqqas ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, flimkien man-nuqqas ta' appoġġ strutturali, in-nuqqas ta' riċerka xjentifika aġġornata u s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (sajd IUU). Dawn il-fatturi kollha flimkien jaġixxu kontra l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata u jikkontribwixxu għas-sottovalutazzjoni tas-settur tas-sajd Gambjan.

Għaldaqstant, teżisti ħtieġa urġenti għal Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja sabiex tgħin lill-pajjiż biex pass wara pass jikseb il-kontroll fuq ir-riżorsi tas-sajd tiegħu u jorjenta ruħu lejn triq sostenibbli għall-futur.

Il-Ftehim il-ġdid, li għalih il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tinnegozja mal-Gambja f'isem l-Unjoni Ewropea, iħassar u jissostitwixxi l-Ftehim eżistenti, li daħal fis-seħħ fit-2 ta' Ġunju 1987, iżda sadanittant skada. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' sitt snin mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, rinnovabbli bi ftehim taċitu. L-għan ewlieni tal-Ftehim il-ġdid huwa li jipprovdi qafas aġġornat li jqis il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riveduta u d-dimensjoni esterna tagħha, billi joffri opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ibħra tal-Gambja, filwaqt li jitqiesu l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, kif ukoll li tkun promossa politika tas-sajd sostenibbli u sfruttament sod tar-riżorsi tas-sajd, fl-interess taż-żewġ partijiet.

L-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jirrigwardaw, min-naħa l-waħda, l-ispeċijiet migratorji ħafna – 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friża u 10 bastimenti bil-bastun u x-xlief, u min-naħa l-oħra, il-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond – 3 bastimenti tat-tkarkir.

Taħt id-dispożizzjonijiet stretti maħsuba mill-"Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja", matul il-perjodu ta' sitt snin, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mħallsa mill-Unjoni għandha tiġi stabbilita għal EUR 3 300 000, jiġifieri EUR 550 000 kull sena. L-Unjoni Ewropea se tħallas ammont annwali ta' EUR 275 000 għal aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gambja, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza, għal speċijiet migratorji ħafna, ta' 3 300 tunnellata fis-sena, filwaqt li n-nofs l-ieħor ta' din il-kontribuzzjoni annwali se jintuża bħala appoġġ strutturali biex isaħħaħ il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Gambja, li jilħaq l-objettivi tal-politika nazzjonali tal-Gambja dwar il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd kontinentali u marittimi.

L-ewwel nett, il-ftehim ikopri l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u l-promozzjoni tal-ekonomija blu, inkluża l-akkwakultura. Barra minn hekk, se jingħata appoġġ lis-settur tas-sajd artiġjanali, li issa qed iħabbat wiċċu ma' żminijiet diffiċli.

It-tieni nett, ir-rapporteur tqis il-fatt li l-Gambja ħadet l-impenn li ssir membru tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). Hu għalhekk li għandu jkun hemm kooperazzjoni xjentifika b'saħħitha ħafna fuq is-sajd responsabbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja, b'enfasi fuq is-sajd esploratorju u l-opportunitajiet ġodda tas-sajd, kooperazzjoni tajba bejn l-operaturi ekonomiċi, u l-iskambji tant meħtieġa ta' data, biex il-Gambja tagħmel passi importanti lejn attitudni ta' sajd sostenibbli. Dan hu element serju tal-Politika tas-Sajd, u matul is-snin, il-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja għamel enfasi soda fuq il-kooperazzjoni internazzjonali, b'mod speċjali mal-Unjoni Ewropea. Il-Gambja m'għandhiex ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi meħtieġa biex twettaq stħarriġ xjentifiku weħidha, iżda tiddependi fuq l-għajnuna provduta mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur temmen li għas-settur tas-sajd tal-Gambja, dan l-appoġġ strutturali se jgħin lill-pajjiż jegħleb limitazzjonijiet bħan-nuqqas ta' faċilitajiet ta' ħżin, l-ispejjeż kbar tal-enerġija u l-ġestjoni fqira, li dan l-aħħar, wasslu għall-falliment ta' wħud mill-fabbriki tal-ħut. L-UE temmen fl-inklużjoni u fil-konklużjoni ta' ftehimiet sabiex tqarreb lill-pajjiżi terzi sħab lejn l-istandards tagħna u l-ilħuq ta' għanijiet ta' interess komuni.

Filwaqt li tqis ir-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, ir-Rapporteur tirrakkomanda li l-Parlament japprova l-konklużjoni ta' dan il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u l-protokoll tiegħu, minħabba l-importanza tiegħu kemm għall-flotta tar-Repubblika tal-Gambja kif ukoll għal dik tal-UE li diġà topera fl-ibħra ta' dak il-pajjiż.

 


 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (6.11.2019)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Sħubija

(08974/2019 – C9-0106/2019 – 2019/0076(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Olivier Chastel

 

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim ġdid ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja f'isem l-Unjoni Ewropea, kif ukoll Protokoll ġdid ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija. Il-Ftehim ta' Sħubija u l-Protokoll ġew inizjalati fi tmiem dawn in-negozjati, fid-19 ta' Ottubru 2018. Il-Ftehim ta' Sħubija jħassar il-Ftehim ta' qabel li kien ġie konkluż bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja fuq sajd 'il barra mill-Gambja, li kien daħal fis-seħħ fit-2 ta' Ġunju 1987.

L-għan ewlieni tal-Ftehim il-ġdid huwa li jipprovdi qafas aġġornat li jqis il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riveduta u tad-dimensjoni esterna tagħha ħalli tinħoloq sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja fil-qasam tas-sajd.

L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni Ewropea u lir-Repubblika tal-Gambja jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Gambja. Barra minn hekk, il-Protokoll għandu l-għan li lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jagħtihom opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Gambja, filwaqt li jqis il-valutazzjonijiet xjentifiċi disponibbli, b'mod partikolari dawk tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (is-CECAF), u skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT), fil-limiti taż-żejjed disponibbli. Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin: 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni; 10 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief; tliet bastimenti tat-tkarkir (li jintużaw għas-sajd għall-merluzz l-iswed, li huwa speċi ta' ħut tal-qiegħ tal-baħar fond).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali hija EUR 550 000, abbażi ta':

- ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gambja ta' EUR 275 000, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 3 300 tunnellata fis-sena għall-ispeċijiet li jpassu ħafna;

- appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gambja, li huwa EUR 275 000 fis-sena. Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-politika nazzjonali tal-Gambja b'rabta mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd kontinentali u tal-baħar.

In-negozjar ta' Ftehim ġdid ta' Sħubija dwar is-Sajd mal-Gambja jidħol fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni mal-pajjiżi AKP u jqis, b'mod partikolari, l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Ftehim il-ġdid u l-Protokoll il-ġdid ikopru perjodu ta' sitt snin mid-data tal-applikazzjoni proviżorja.

Il-Kummissjoni tkun awtorizzata tapprova, f'isem l-Unjoni, l-emendi għall-Protokoll li għandhom ikunu adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit fl-ambitu tal-Ftehim ta' Sħubija.

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Sħubija.


 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu

Referenzi

08974/2019 – C9-0106/2019 – 2019/0076(NLE)

Kumitat responsabbli

 

PECH

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

16.9.2019

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Olivier Chastel

23.7.2019

Eżami fil-kumitat

14.10.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.11.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

1

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Anna Bonfrisco, Jonathan Bullock, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valerie Hayer, Niclas Herbst, John Howarth, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Ioannis Lagos, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Ušakovs, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Erik Bergkvist, Monika Vana

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca

GUE/NGL

Dimitrios Papadimoulis

NI

Mislav Kolakušić

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Janusz Lewandowski, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

RENEW

Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valerie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță

S&D

Erik Bergkvist, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, John Howarth, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Nils Ušakovs

 

1

-

NI

Jonathan Bullock

 

9

0

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs, Hélène Laporte

NI

Ioannis Lagos

VERTS/ALE

Rasmus Andresen, Alexandra Geese, Francisco Guerreiro, Monika Vana

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu

Referenzi

08974/2019 – C9-0106/2019 – 2019/0076(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

26.8.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

16.9.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

16.9.2019

BUDG

16.9.2019

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

DEVE

24.9.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Carmen Avram

23.7.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.7.2019

2.10.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

12.11.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Aguilera, Christian Allard, Pietro Bartolo, François-Xavier Bellamy, Izaskun Bilbao Barandica, Rosanna Conte, Richard Corbett, Rosa D’Amato, Chris Davies, Filip De Man, Giuseppe Ferrandino, João Ferreira, Søren Gade, Francisco Guerreiro, Niclas Herbst, Pierre Karleskind, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Grace O’Sullivan, Manuel Pizarro, Annie Schreijer-Pierik, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carmen Avram, Isabel Carvalhais, Catherine Chabaud, Nicolás González Casares, Ivo Hristov, June Alison Mummery, Caroline Roose, Bert-Jan Ruissen, Annalisa Tardino, Javier Zarzalejos

Data tat-tressiq

14.11.2019

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ECR

Bert-Jan Ruissen, Ruža Tomašić

GUE/NGL

João Ferreira

NI

Rosa D'Amato

PPE

François-Xavier Bellamy, Peter van Dalen, Niclas Herbst, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Annie Schreijer-Pierik, Javier Zarzalejos

RENEW

Izaskun Bilbao Barandica, Chris Davies, Søren Gade, Pierre Karleskind

S&D

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Richard Corbett, Giuseppe Ferrandino, Nicolás González Casares, Manuel Pizarro

 

1

-

NI

June Alison Mummery

 

6

0

ID

Rosanna Conte, Filip De Man, Annalisa Tardino

VERTS/ALE

Christian Allard, Francisco Guerreiro, Grace O'Sullivan

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Diċembru 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza