Proċedura : 2019/0096(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0034/2019

Testi mressqa :

A9-0034/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2019 - 8.2

Testi adottati :

P9_TA(2019)0060

<Date>{19/11/2019}19.11.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0034/2019</NoDocSe>
PDF 186kWORD 76k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>*</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta' sforz ta' difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0192 – C9-0003/2019 – 2019/0096(CNS))</DocRef>


<Commission>{ECON}Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</Commission>

Rapporteur: <Depute>Paul Tang</Depute>

(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta' sforz ta' difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni

(COM(2019)0192 – C9-0003/2019 – 2019/0096(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2019)0192),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0003/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0034/2019),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

<RepeatBlock-Amend><Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal direttiva</DocAmend>

<Article>Premessa 4</Article>

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK jinkludi missjonijiet u operazzjonijiet militari, attivitajiet tal-gruppi tattiċi, assistenza reċiproka, proġetti ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA). Madankollu, jenħtieġ li dan ma jinkludix attivitajiet taħt il-klawsola ta' solidarjetà stabbilita fl-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe attività bilaterali jew multilaterali oħra bejn l-Istati Membri li ma jirrelatawx ma' sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK.

(4) Sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK jinkludi missjonijiet militari, attivitajiet tal-gruppi tattiċi u ta' formazzjonijiet jew strutturi multinazzjonali oħra stabbiliti mill-Istati Membri li joperaw fi ħdan il-qafas tal-PSDK, assistenza reċiproka, proġetti ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u attivitajiet li jkollhom l-għan li, b'mod progressiv, ifasslu politika ta' difiża komuni għall-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jinkludix attivitajiet taħt il-klawsola ta' solidarjetà stabbilita fl-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe attività bilaterali jew multilaterali oħra bejn l-Istati Membri li ma tkunx relatata ma' sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK. Jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rekord ta' kwalunkwe sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni taħt il-PSDK li fir-rigward tagħha japplikaw eżenzjonijiet.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal direttiva</DocAmend>

<Article>Premessa 8</Article>

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) B'mod simili għall-eżenzjoni għall-isforz ta' difiża tan-NATO, l-eżenzjoni għall-isforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK jenħtieġ li tkun limitata fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. L-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-kompiti marbuta direttament ma' sforz ta' difiża biss jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal eżenzjoni. Il-kompiti mwettqa esklussivament mill-persunal ċivili jew imwettqa esklussivament bl-użu ta' kapaċitajiet ċivili ma għandhomx ikunu koperti mill-eżenzjoni. L-eżenzjoni lanqas ma jenħtieġ li tinkludi oġġetti bħal spare parts għal tagħmir militari jew servizzi tat-trasport li l-forzi armati ta' Stat Membru jiksbu għall-użu fi ħdan dak l-Istat Membru jew tkun estiża għall-kostruzzjoni ta' infrastrutturi ta' sistemi tat-trasport jew ta' komunikazzjoni u informazzjoni.

(8) Bħall-eżenzjoni mill-VAT u d-dazju tas-sisa għall-isforz ta' difiża tan-NATO, l-eżenzjonijiet għall-isforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK jenħtieġ li jkunu limitati fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. L-eżenzjonijiet jenħtieġ li japplikaw biss għal sitwazzjonijiet fejn il-forzi armati jwettqu kompiti marbuta direttament ma' sforz ta' difiża taħt il-PSDK. Dawk l-eżenzjonijiet jenħtieġ li ma jkoprux missjonijiet ċivili skont il-PSDK. Oġġetti jew servizzi fornuti għall-użu tal-persunal ċivili jistgħu għalhekk ikunu koperti biss mill-eżenzjonijiet meta l-persunal ċivili jkun qed jakkumpanja l-forzi armati li jwettqu kompiti marbuta direttament ma' sforz ta' difiża skont il-PSDK barra l-Istat Membru tagħhom. Il-kompiti mwettqa esklussivament mill-persunal ċivili jew imwettqa esklussivament bl-użu ta' kapaċitajiet ċivili jenħtieġ li ma jkunux ikkunsidrati bħala sforz ta' difiża. Fi kwalunkwe ċirkostanza, l-eżenzjonijiet lanqas ma jenħtieġ li jinkludu oġġetti jew servizzi li l-forzi armati jiksbu għall-użu tal-forzi jew tal-persunal ċivili li jakkumpanjahom fi ħdan l-Istat Membru tagħhom stess.

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>


 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Id-Direttiva tal-VAT ma tipprevedi l-ebda eżenzjoni ġenerali għall-provvista ta' oġġetti jew servizzi għal skopijiet ta' sigurtà u difiża. Madankollu d-Direttiva tipprevedi eżenzjoni għall-provvisti lill-forzi armati ta' kwalunkwe Stat firmatarju tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana li jkunu qed jieħdu sehem fi sforz ta' difiża komuni barra l-Istat tagħhom stess.

 

Id-Direttiva dwar id-Dazju tas-Sisa tipprevedi eżenzjoni simili mid-dazju tas-sisa għall-movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa u ddestinati għall-forzi armati ta' kwalunkwe membru tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO).

Filwaqt li l-isforz ta' difiża tan-NATO ilu kopert mid-Direttiva tal-VAT sa mill-1977 u mid-Direttiva dwar id-Dazju tas-Sisa sa mill-1993, l-ebda waħda mill-eżenzjonijiet ma tkopri provvisti marbuta mal-isforz ta' difiża komuni fi ħdan il-qafas tal-Unjoni, peress li s'issa għad m'hemmx politika ta' difiża komuni tal-Unjoni. Madankollu, il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK), li ġiet stabbilita bħala l-politika Ewropea ta' sigurtà u difiża (PESD) fis-sena 2000, hija strument ewlieni għall-azzjoni esterna u tinkludi t-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni tal-Unjoni.

 

F'Marzu 2018, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw Komunikazzjoni Konġunta dwar il-pjan ta' azzjoni dwar il-mobbiltà militari. Il-pjan ta' azzjoni jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' trattament ugwali tal-isforzi ta' difiża bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u b'hekk id-dewmien u l-ispejjeż fil-mobbiltà militari, u li l-Istati Membri jingħataw inċentiv biex jikkooperaw. Dan jirrikjedi li l-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà tal-allinjament tat-trattament tal-VAT applikabbli għall-isforzi ta' difiża fil-qafas tal-UE u taħt l-umbrella tan-NATO.

 

L-objettiv ta' din il-proposta hu li, sa fejn ikun fattibbli, tallinja t-trattament tal-VAT applikabbli għall-isforzi ta' difiża fl-oqfsa tal-UE u tan-NATO. Bl-istess mod, l-arranġamenti għall-eżenzjonijiet mid-dazji tas-sisa, kif previst fid-Direttiva dwar id-Dazju tas-Sisa, għandhom ikunu allinjati wkoll.

 

Ir-rapporteur jappoġġja kompletament il-proposta tal-Kummissjoni.

 

Madankollu huwa jissuġġerixxi li d-definizzjoni ta' sforz ta' difiża fil-qafas tal-Unjoni tiġi emendata, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li jkunu koperti l-azzjonijiet, il-formazzjonijiet u l-istrutturi militari kollha żviluppati skont l-Artikolu 42 tat-TUE, li jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-PSDK.

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforz ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni

Referenzi

COM(2019)0192 – C9-0003/2019 – 2019/0096(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.5.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.7.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Paul Tang

18.7.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

4.11.2019

Eżami fil-kumitat

4.11.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.11.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

19.11.2019

 

 

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza