Proċedura : 2019/0142M(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0037/2019

Testi mressqa :

A9-0037/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/11/2019 - 8.5

Testi adottati :

P9_TA(2019)0076

<Date>{25/11/2019}25.11.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0037/2019</NoDocSe>
PDF 171kWORD 51k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta' Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014)</Titre>

<DocRef>(COM10681/2019 – C9-0107/2019 – 2019/0142M(NLE))</DocRef>


<Commission>{INTA}Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali</Commission>

Rapporteur: <Depute>Bernd Lange</Depute>

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta' Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10681/2019),

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta' Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali Li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014) (10678/2019),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0107/2019),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Stati Uniti[1], tat-3 ta' Lulju 2018 dwar id-diplomazija dwar il-klima[2] u tal-14 ta' Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi[3],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-Istati Uniti u l-UE tal-25 ta' Lulju 2018 wara ż-żjara tal-President Juncker fil-White House (Dikjarazzjoni Konġunta)[4],

 wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress dwar l-Implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Stati Uniti tal-25 ta' Lulju 2018[5],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta' ...[6] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0037/2019),

A. billi l-UE u l-Istati Uniti għandhom l-akbar relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bilaterali, igawdu l-aktar relazzjoni ekonomika integrata fid-dinja u jikkondividu valuri u interessi ekonomiċi u politiċi importanti, u dan minkejja t-tensjonijiet kummerċjali kurrenti;

B. billi fl-2009, l-UE u l-Istati Uniti kkonkludew Memorandum ta' Qbil (MtQ, rivedut fl-2014[7]) li jipprevedi soluzzjoni interim għal tilwima li ilha għaddejja fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) rigward miżuri li l-UE imponiet fl-1989 fuq l-esportazzjonijiet ta' laħam mill-Istati Uniti li fih ormoni ta' tkabbir artifiċjali taċ-ċanga[8]; billi l-MtQ stabbilixxa kwota tariffarja (KT) ta' 45 000 tunnellata għal ċanga mhux ittrattata bl-ormoni, miftuħa għall-fornituri kollha li jikkwalifikaw fl-istati membri tad-WTO;

C. billi fl-2019, il-Kummissjoni nnegozjat allokazzjoni ġdida tal-KT mal-Istati Uniti (35 000 tunnellata għall-Istati Uniti mill-45 000 tunnellata globali), filwaqt li l-fornituri l-oħra (l-Awstralja, l-Urugwaj u l-Arġentina) qablu li jikkondividu l-bqija tal-kwota;

D. billi dan il-ftehim għandu jitqies fid-dawl tat-tnaqqis tat-tensjoni kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti li kien hemm qbil dwaru fid-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-Istati Uniti u l-UE tal-25 ta' Lulju 2018;

E. billi l-Istati Uniti, huma u jinvokaw tħassib dwar is-sigurtà nazzjonali, f'Marzu 2018 imponew tariffi addizzjonali fuq l-importazzjonijiet tal-azzar u l-aluminju, u qed jheddu li japplikaw tariffi simili fuq l-importazzjonijiet ta' vetturi bil-mutur u parts ta' vetturi bil-mutur mill-UE (skont it-Taqsima 232 tat-Trade Expansion Act tal-Istati Uniti tal-1962);

F. billi l-UE qed toġġezzjona fid-WTO għall-impożizzjoni ta' dazji anti-dumping u kumpensatorji mill-Istati Uniti fuq iż-żebbuġ Spanjol[9];

G. billi, abbażi tad-deċiżjoni arbitrali tad-WTO ċċirkolata fit-2 ta' Ottubru 2019[10], u b'ritaljazzjoni għal sussidji illegali mill-UE li ngħataw lill-manifattur tal-inġenji tal-ajru Airbus, l-Istati Uniti fit-18 ta' Ottubru 2019 imponew tariffi fuq b'kemm jiswew USD 7,5 biljun f'importazzjonijiet mill-UE, hekk li pperikolaw parti kbira mis-setturi agrikoli tal-UE b'tariffa ta' 25 % minflok dik industrijali, inklużi l-inġenji tal-ajru b'tariffa ta' 10 %;

H. billi l-Parlament Ewropew ripetutament ħeġġeġ lill-UE tikkunsidra modi biex iżżid il-livell ta' ambizzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u tintegra l-ambizzjoni klimatika fil-politiki kollha tal-UE, inkluża l-politika kummerċjali, u billi huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali kollha ffirmati mill-UE jkunu kompletament kompatibbli mal-Ftehim ta' Pariġi;

1. Jilqa' dan il-ftehim mal-Istati Uniti dwar l-allokazzjoni ta' sehem fil-KT għal ċanga ta' kwalità għolja bħala soluzzjoni għal tilwima kummerċjali twila, peress li jagħti eżempju pożittiv ta' soluzzjoni negozjata bejn l-UE u l-Istati Uniti;

2. Jilqa' u jirrikonoxxi l-fatt li l-membri l-oħra tad-WTO li jesportaw ċanga mhux ittrattata bl-ormoni lejn l-UE qablu li jappoġġjaw dan il-ftehim billi jaċċettaw li l-parti l-kbira ħafna tal-kwota tiġi allokata lill-Istati Uniti; jirrikonoxxi l-fatt li, skont il-Kummissjoni, ma ngħata l-ebda kumpens lil dawk il-membri tad-WTO talli appoġġjaw il-ftehim;

3. Jinnota li l-ftehim ma jaffettwax il-livelli kurrenti tal-aċċess taċ-ċanga għas-suq tal-UE, u li l-kwota ġenerali tal-aċċess għas-suq tal-UE għal ċanga mhux ittrattata bl-ormoni ma tridx tiżdied; jirrikonoxxi li l-ftehim m'għandux jaffettwa l-karatteristiċi tekniċi tal-kwota, kif definit fl-Anness 2 tar-Regolament (UE) 481/2012[11], inkluża l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodotti, sabiex jiġi ggarantit l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni għall-konsumaturi tal-UE; jinnota li l-ftehim ma jaffettwax il-projbizzjoni tal-UE fuq l-importazzjonijiet taċ-ċanga minn annimali ttrattati b'ċerti ormoni tat-tkabbir;

4. Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex issib soluzzjoni ġusta u bbilanċjata bil-għan li tikkalma t-tensjonijiet kummerċjali kurrenti, inkluż permezz ta' dan il-ftehim; jisħaq fuq l-importanza li jinstabu soluzzjonijiet negozjati,  jinnota li l-UE għamlet dak kollu li tista' biex ittaffi t-tensjonijiet kummerċjali attwali; jistieden lill-Istati Uniti biex jaħdmu mal-UE f'dan ir-rigward; jiddeplora n-notifika formali tal-Istati Uniti tal-4 ta' Novembru 2019 dwar l-irtirar tagħhom mill-Ftehim ta' Pariġi; ifakkar li l-Politika Kummerċjali Komuni tal-UE trid tikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-twettiq tal-Ftehim ta' Pariġi;

5. Jenfasizza l-importanza li dan il-ftehim jiġi stabbilit apparti minn negozjati kummerċjali oħra li għaddejjin bejn l-Istati Uniti u l-UE, li fihom ma għandux jiġi inkluż is-settur agrikolu;

6. Jieħu nota tan-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta, għalkemm l-UE qed twettaq l-objettivi biex tnaqqas it-tensjoni kummerċjali, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni;

7. Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Istati Uniti sa issa rrifjutaw li jaħdmu mal-UE fuq soluzzjoni ġusta u bilanċjata għall-industriji rispettivi tagħna tal-inġenji tal-ajru fil-kuntest tat-tilwima Airbus/Boeing li ilha għaddejja żmien, u jistieden lill-Istati Uniti biex jibdew negozjati ħalli din tissolva; jinsab imħasseb dwar il-miżuri li ħadu l-Istati Uniti li jaffettwaw lis-settur tal-avjazzjoni Ewropew u lil bosta prodotti agroalimentari; jitlob li l-Kummissjoni timplimenta miżuri ta' appoġġ għall-produtturi Ewropej;

8. Jistieden lill-Istati Uniti biex jirrevokaw it-tariffi unilaterali addizzjonali fuq l-azzar u l-aluminju, u dawk fuq iż-żebbuġ, u biex jirtiraw it-theddida tagħhom li jimponu tariffi addizzjonali fuq il-karozzi u l-parts tal-karozzi;

9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar l-Allokazzjoni ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għall-importazzjonijiet ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

Referenzi

2019/0142M(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

22.10.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

 

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

AGRI

5.11.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Bernd Lange

23.9.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.11.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

6

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Anna-Michelle Asimakopoulou, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Anna Cavazzini, Ellie Chowns, Arnaud Danjean, Nicola Danti, Enikő Győri, Roman Haider, Christophe Hansen, Lucy Elizabeth Harris, Danuta Maria Hübner, Karin Karlsbro, Jude Kirton-Darling, Emmanuel Maurel, Samira Rafaela, Luisa Regimenti, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Liesje Schreinemacher, Sven Simon, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Saskia Bricmont, Markus Buchheit, Jérémy Decerle, Dino Giarrusso, Yannick Jadot, Javier Moreno Sánchez

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tanja Fajon

Data tat-tressiq

25.11.2019

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

27

+

ECR

Mazaly Aguilar, Jan Zahradil

NI

Dino Giarrusso

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler

RENEW

Jordi Cañas, Jérémy Decerle, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Liesje Schreinemacher, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Nikos Androulakis, Nicola Danti, Tanja Fajon, Jude Kirton-Darling, Javier Moreno Sánchez, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

 

6

-

GUE/NGL

Emmanuel Maurel

ID

Markus Buchheit

VERTS/ALE

Saskia Bricmont, Anna Cavazzini, Ellie Chowns, Yannick Jadot

 

4

0

GUE/NGL

Helmut Scholz

ID

Roman Haider, Luisa Regimenti

NI

Lucy Elizabeth Harris

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] Testi adottati, P8_TA(2018)0342.

[2] Testi adottati, P8_TA(2018)0280.

[3] Testi adottati, P8_TA(2019)0217.

[6] Testi adottati, P9_TA(0000)0000.

[7] Memorandum ta' Qbil Rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea ĠU L 27, 30.1.2014, p. 2.

[8] Komunikazzjoni konġunta tas-17 ta' April 2014 mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar miżuri li jikkonċernaw il-laħam u l-prodotti tal-laħam (ormoni) (WT/DS26/29).

[9] Dazji Anti-Dumping u Kumpensatorji fuq Żebbuġ Misjur minn Spanja: Talba tas-17 ta' Mejju 2019 biex l-Unjoni Ewropea tistabbilixxi bord (WT/DS577/3).

[10] Il-Komunitajiet Ewropej u Ċerti Stati Membri – Miżuri li jolqtu l-Kummerċ ta' Inġenji tal-Ajru Ċivili

ta' Daqs Kbir: Rikors għall-Artikolu 7.9 tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 22.7 tad-DSU mill-Istati Uniti tal-4 ta' Ottubru 2019 (WT/DS316/42).

[11] Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta' kwota tariffarja għal ċanga ta' kwalità għolja, ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza