RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT
6.12.2019 - (COM(2018)0813 – C8-0016/2019 – 2018/0413(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Lídia Pereira
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT
(COM(2018)0813 – C8-0016/2019 – 2018/0413(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0813),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0016/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0047/2019),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Skont ir-Rapport Finali tal-2019 imħejji għall-Kummissjoni fil-kuntest tal-"Istudy and Reports on the VAT Gap in the EU-28 Member States" (Studju u r-Rapporti dwar id-Diskrepanza tal-VAT fit-28 Stat Membru tal-EU)3a, id-diskrepanza tal-VAT fl-Unjoni, jiġifieri d-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont miġbur, kienet tammonta għal EUR 137,5 biljun fl-2017, li jfisser telf ta' 11,2 % tad-dħul kollu mistenni mill-VAT, u EUR 267 ta' dħul mitluf għal kull persuna fl-Unjoni. Madankollu hemm differenzi kbar bejn Stat Membru u ieħor, u d-diskrepanzi tal-VAT ivarjaw minn 0,6 % għal 35,5 %. Dan jenfasizza l-bżonn ta' aktar kooperazzjoni transnazzjonali biex tiġi miġġielda aħjar il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod partikolari, kif ukoll il-frodi tal-VAT b'mod aktar ġenerali (inkluża l-frodi karusell). |
|
_________________ |
|
3a Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/vat-gap-full-report-2019_en.pdf. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) Il-frodi tal-VAT ħafna drabi hija marbuta mal-kriminalità organizzata, u għadd żgħir ħafna ta' dawn in-netwerks organizzati jista' jkun responsabbli għal biljuni ta' euro fi frodi transfruntiera tal-VAT, li tolqot mhux biss il-ġbir tad-dħul fl-Istati Membri iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni. Jeħtieġ għalhekk li jiġi adottat mandat ambizzjuż għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali sabiex tiġi żgurata prosekuzzjoni effiċjenti fil-konfront tal-frodaturi quddiem il-qrati nazzjonali. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni legali kontra l-frodi transfruntiera organizzata tal-VAT u l-frodisti jiġu ppenalizzati. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2c) Jenħtieġ li l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT tevolvi b'mod parallel mal-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni dejjem jiżdiedu tal-ekonomija filwaqt li s-sistema tal-VAT tiġi semplifikata kemm jista' jkun għan-negozji u ċ-ċittadini. Għalhekk huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri jkomplu jinvestu fil-ġbir tat-taxxi mmexxi mit-teknoloġija, notevolment billi cash registers korporattivi u sistemi ta' bejgħ jintrabtu awtomatikament mad-dikjarazzjoni tal-VAT. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom lejn kooperazzjoni msaħħa u skambju tal-aħjar prattiki, inkluż permezz tas-Summit tal-UE tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa (TADEUS), netwerk ta' kapijiet tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jfittex li jikseb koordinazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-livell strateġiku. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-awtoritajiet tat-taxxa jaħdmu lejn komunikazzjoni u interoperabbiltà effettivi bejn il-bażijiet ta' data kollha dwar kwistjonijiet fiskali fil-livell tal-Unjoni. It-teknoloġija blockchain tista' tintuża wkoll biex tiġi protetta aħjar id-data personali u jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni online bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali ''CESOP'' fejn l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni dwar il-pagamenti li huma jaħżnu fil-livell nazzjonali, tilħaq l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod aktar effettiv. Jenħtieġ li din is-sistema tiġbor, fir-rigward ta' prendituri individwali, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-VAT rigward it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti trażmessi mill-Istati Membri u jenħtieġ li tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-pagamenti li jirċievu l-prendituri mingħand pagaturi li jinsabu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, din is-sistema ta' informazzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi rekords multipli mill-istess tranżazzjonijiet ta' pagamenti, tnaddaf l-informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri (eż. tneħħi l-informazzjoni doppja, tikkoreġi l-iżbalji fid-data, eċċ.) u tippermetti lill-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jikkontroverifikaw id-data dwar il-pagamenti mal-informazzjoni li jkollhom dwar il-VAT u jwettqu inkjesti għall-finijiet ta' investigazzjoni ta' suspetti ta' frodi tal-VAT jew ta' identifikazzjoni ta' frodi tal-VAT. |
(8) Sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali ''CESOP'' fejn l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni dwar il-pagamenti li huma jaħżnu fil-livell nazzjonali, tilħaq l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod aktar effettiv. Jenħtieġ li din is-sistema tiġbor, fir-rigward ta' prendituri individwali, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-VAT rigward it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti trażmessi mill-Istati Membri u jenħtieġ li tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-pagamenti li jirċievu l-prendituri mingħand pagaturi li jinsabu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, din is-sistema ta' informazzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi rekords multipli mill-istess tranżazzjonijiet ta' pagamenti, tnaddaf l-informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri (eż. tneħħi l-informazzjoni doppja, tikkoreġi l-iżbalji fid-data, eċċ.) u tippermetti lill-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jikkontroverifikaw id-data dwar il-pagamenti mal-informazzjoni li jkollhom dwar il-VAT u jwettqu inkjesti għall-finijiet ta' investigazzjoni ta' suspetti ta' frodi tal-VAT jew ta' identifikazzjoni ta' frodi tal-VAT. Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma kollha tal-Eurofisc u jaħtru uffiċjali ta' kollegament kif xieraq. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) L-iskambju ta' data dwar pagamenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali għall-ġlieda effettiva kontra l-frodi. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc biss jenħtieġ li jipproċessaw l-informazzjoni dwar il-pagamenti u biss bl-għan li jiġġieldu l-frodi tal-VAT. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni ma tintużax għal skopijiet oħrajn għajr dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament, bħal pereżempju għal skopijiet kummerċjali. |
(11) L-iskambju ta' data dwar pagamenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali għall-ġlieda effettiva kontra l-frodi. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc biss jenħtieġ li jipproċessaw l-informazzjoni dwar il-pagamenti u biss bl-għan li jiġġieldu l-frodi tal-VAT. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni ma tintużax għal skopijiet oħrajn għajr dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament, bħal pereżempju għal skopijiet kummerċjali, u jenħtieġ li tiġi applikata wkoll fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6a. |
|
_________________ |
|
6a Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73). |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) Fid-dawl tal-għadd żgħir ta' Stati Membri li jippubblikaw stimi ta' telf tal-VAT minħabba frodi intrakomunitarja, id-disponibbiltà ta' data komparabbli dwar frodi intrakomunitarja tal-VAT se tikkontribwixxi għal kooperazzjoni mmirata aħjar bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jenħtieġ li tiżviluppa approċċ statistiku komuni għall-kwantifikazzjoni u l-analiżi tal-frodi tal-VAT. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Huwa neċessarju u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti għal perjodu ta' sentejn sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw lill-frodaturi. Dan il-perjodu huwa l-minimu meħtieġ biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u jinvestigaw suspetti ta' frodi tal-VAT jew jidentifikaw frodi tal-VAT, u huwa proporzjonat meta wieħed iqis il-volum enormi ta' informazzjoni dwar il-pagamenti u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni ta' data personali. |
(13) Huwa neċessarju u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti għal perjodu ta' tliet snin sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw lill-frodaturi. Dak il-perjodu huwa l-minimu meħtieġ biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u jinvestigaw suspetti ta' frodi tal-VAT jew jidentifikaw frodi tal-VAT, u huwa proporzjonat meta wieħed iqis il-volum enormi ta' informazzjoni dwar il-pagamenti u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni ta' data personali. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Kull uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jenħtieġ li jkun jista' jaċċessa u janalizza l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta' pagamenti bl-iskop li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. Persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jaċċessaw l-informazzjoni biss bl-iskop li jiżviluppaw u jżommu s-sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali. Iż-żewġ gruppi ta' utenti jenħtieġ li jkunu marbuta bir-regoli ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(14) Kull uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jenħtieġ li jkun jista' jaċċessa u janalizza l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta' pagamenti bl-iskop li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. Persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jaċċessaw l-informazzjoni bl-iskop li jiżviluppaw u jżommu s-sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali u li jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament. Iż-żewġ gruppi ta' utenti jenħtieġ li jkunu marbuta bir-regoli ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li twettaq żjarat fl-Istati Membri biex tevalwa kif jaħdmu l-arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattiva. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-ġestjoni tas-CESOP kif ukoll l-analiżi ta' informazzjoni kruċjali jikkostitwixxu kompiti addizzjonali għall-Eurofisc. Ir-rapport annwali tal-Eurofisc jenħtieġ li jeżamina jekk ir-riżorsi ddedikati lill-Eurofisc humiex adegwati u biżżejjed biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiġi miġġielda b'mod effiċjenti l-frodi tal-VAT. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont paragrafu 1 tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fi…17 |
(18) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fi...17. Il-protezzjoni tad-data personali hija valur fundamentali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-KEPD jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe miżura li għandha tittieħed skont l-Artikolu 24e tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, kif emendat b'dan ir-Regolament. |
__________________ |
__________________ |
17 ĠU C […], […], p. […]. |
17 ĠU C […], […], p. […]. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Kapitolu II – Taqsima 2 – Artikolu 12a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) fit-Taqsima 2 tal-KAPITOLU II, jiżdied l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 12a |
|
L-Istati Membri kollha huma mitluba jieħdu miżuri sabiex inaqqsu l-perċentwal ta' tweġibiet tard u jtejbu l-kwalità tat-talbiet għal informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri.'' |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 24c – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-CESOP għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għal perjodu massimu ta' sentejn mill-iskadenza tas-sena li fiha l-informazzjoni ġiet trasferita fis-sistema. |
2. Is-CESOP għandha żżomm l-informazzjoni msemmija mil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għal perijodu massimu ta' ħames snin mill-iskadenza tas-sena meta l-informazzjoni ġiet ittrasferita fis-sistema. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 24d – subparagrafu 2 (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li twettaq żjarat fl-Istati Membri biex tevalwa kif jaħdmu l-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar frodi transfruntiera tal-VAT. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Kapitolu X – Artikolu 36 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(2a) fl-Artikolu 36(2), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej: |
‘2. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri li jipparteċipaw f'qasam ta' ħidma partikolari tal-Eurofisc (minn hawn 'il quddiem "uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc") għandhom jaħtru koordinatur (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "koordinatur tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc"), minn fost l-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc, għal perijodu limitat. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom:" |
‘2. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-qasam ta' ħidma rilevanti tal-Eurofisc (minn hawn 'il quddiem "uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc") għandhom jaħtru koordinatur (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "koordinatur tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc"), minn fost l-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc, għal perijodu limitat. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom:" |
(https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/904/oj?locale=mt)
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 37 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapport annwali għandu tal-inqas jindika fid-dettall għal kull Stat Membru n-numru ta' kontrolli mwettqa u l-VAT addizzjonali vvalutata u miġbura b'riżultat tal-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 24d. |
Ir-rapport annwali għandu tal-inqas jindika fid-dettall għal kull Stat Membru: |
|
- l-għadd ta' kontrolli mwettqa; |
|
- l-għadd ta' uffiċjali awtorizzati li jkunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtoritajiet amministrattivi ta' Stat Membru ieħor u l-għadd ta' uffiċjali preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba; |
|
- l-għadd ta' kontrolli simultanji organizzati ma' Stat Membru wieħed jew aktar u l-għadd ta' uffiċjali parteċipanti fil-laqgħat ta' preselezzjoni għal kontrolli simultanji; |
|
- l-għadd ta' Timijiet Konġunti tal-Awditjar li kull Stat Membru pparteċipa fihom; |
|
- passi meħuda sabiex l-awdituri jiġu infurmati dwar l-istrumenti skont dan ir-Regolament; |
|
- l-għadd ta' persunal kwalifikat sabiex jiġu żgurati l-preżenza fl-uffiċċji amministrattivi, il-parteċipazzjoni f'inkjesti amministrattivi u l-kontrolli simultanji (kif imsemmi fl-Artikoli 28 sa 30); |
|
- l-għadd ta' persunal preżenti fl-uffiċċju ċentrali ta' kollegament uniku, u f'dipartimenti ta' kollegament oħra magħżula kif ukoll uffiċjali kompetenti li jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni direttament abbażi ta' dan ir-Regolament (kif imsemmi fl-Artikolu 4) u kif l-informazzjoni qed tiġi miġbura u skambjata bejn dawn il-korpi; kif ukoll |
|
- il-VAT addizzjonali vvalutata u miġbura b'riżultat tal-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 24d. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Kapitolu XIII – Artikolu 49a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) fil-KAPITOLU XIII, jiżdied l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 49a |
|
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu sistema komuni tal-ġbir tal-istatistika dwar frodi intrakomunitarja tal-VAT u jippubblikaw l-istimi nazzjonali tat-telf tal-VAT minħabba din il-frodi, kif ukoll l-istimi għall-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi għal din is-sistema statistika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2)." |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Kapitolu XIV – Artikolu 50 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) fl-Artikolu 50 tal-KAPITOLU XIV, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
''1a. Meta Stat Membru jipprovdi informazzjoni usa' lil pajjiż terz minn dik prevista skont il-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru ma jistax jirrifjuta li jipprovdi dik l-informazzjoni lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkun qed jitlob kooperazzjoni jew li jkollu interess li jirċievi l-informazzjoni." |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kummerċ elettroniku ilu jikber b'pass mgħaġġel għal dawn l-aħħar snin, filwaqt li jgħin lill-konsumaturi biex jixtru oġġetti u servizzi online. Il-konsumaturi jistgħu jagħżlu bejn fornituri, prodotti u ditti differenti. Jistgħu wkoll iħallsu online f'ambjent ta' fiduċja mingħajr ma jiċċaqalqu minn fejn il-kompjuter jew l-ismartphone tagħhom. Il-fornituri bidlu l-mudelli ta' negozju tagħhom biex jibbenefikaw mill-kummerċ elettroniku u jbigħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi b'mod globali mingħajr il-ħtieġa ta' preżenza fiżika għall-bejgħ bl-imnut. Madankollu, din l-opportunità tiġi sfruttata wkoll minn negozji frawdolenti biex jiksbu vantaġġ inġust fis-suq billi ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom tal-VAT.
Skont il-Kummissjoni, id-diskrepanza tal-VAT (id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont effettivament miġbur) fl-UE attwalment tammonta għal EUR 137 biljun, li tirrappreżenta EUR 267 ta' dħul mitluf għal kull persuna fl-UE. Madankollu, hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri tal-UE, fejn id-diskrepanzi tal-VAT ivarjaw minn inqas minn 0,7 % tad-dħul totali mistenni f'xi Stati Membri għal 35,5 % f'oħrajn. Dan juri l-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni transnazzjonali biex tiġi miġġielda aħjar il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod partikolari, iżda b'mod aktar ġenerali l-frodi tal-VAT (inkluża il-frodi karusell).
Din il-proposta tirrigwarda t-trażmissjoni u l-iskambju obbligatorji ta' informazzjoni dwar il-pagamenti rilevanti għall-VAT bejn l-awtoritajiet tal-VAT. Il-proposta timxi id f'id mal-proposta li tintroduċi ċerti rekwiżiti għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament (COM 2018/812). Il-proposta tistabbilixxi regoli għall-Istati Membri biex dawn jiġbru b'mod armonizzat ir-rekords magħmula disponibbli elettronikament minn fornituri ta' servizzi ta' pagament. Barra minn hekk, tistabbilixxi sistema elettronika ċentrali ġdida għall-ħażna tal-informazzjoni dwar il-pagament u għall-ipproċessar ulterjuri ta' din l-informazzjoni minn uffiċjali ta' kontra l-frodi fl-Istati Membri fil-qafas tal-Eurofisc.
Ir-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni u tipproponi xi emendi, partikolarment biex jiġi żgurat li l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT tkun aktar effettiva. Ir-rapporteur tiġbed ukoll l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jiġi evalwat jekk il-pjattaforma ta' skambju ta' muniti virtwali għandhiex tkun inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta.
Barra minn hekk, ir-rapporteur tqis li l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT għandha tevolvi b'mod parallel mal-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni dejjem jiżdiedu tal-ekonomija tagħna filwaqt li s-sistema tal-VAT tiġi semplifikata kemm jista' jkun għan-negozji u ċ-ċittadini. Għalhekk, ir-rapporteur tistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jinvestu fil-ġbir tat-taxxi mmexxi mit-teknoloġija. F'dak ir-rigward, hija tqis li t-teknoloġija blockchain tista' tintuża wkoll biex tiġi protetta aħjar id-data personali u jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni online bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT |
|||
Referenzi |
COM(2018)0813 – C8-0016/2019 – 2018/0413(CNS) |
|||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
20.12.2018 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 14.1.2019 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Lídia Pereira 18.7.2019 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
4.11.2019 |
3.12.2019 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
3.12.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
50 2 5 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gunnar Beck, Marek Belka, Stefan Berger, Gilles Boyer, Cristian-Silviu Buşoi, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Raffaele Fitto, Frances Fitzgerald, Luis Garicano, Valentino Grant, José Gusmão, Enikő Győri, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Othmar Karas, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Philippe Lamberts, Aušra Maldeikienė, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Jake Pugh, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Robert Rowland, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Marco Zanni |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Carmen Avram, Gabriele Bischoff, Damien Carême, Fabio Massimo Castaldo, Richard Corbett, Agnès Evren, Eugen Jurzyca, Pedro Marques, Fulvio Martusciello, Ville Niinistö, Bogdan Rzońca, Stéphane Séjourné, Monica Semedo, Antonio Tajani, Julie Ward |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Rosa D’Amato, Anna Deparnay-Grunenberg, Dino Giarrusso |
|||
Data tat-tressiq |
9.12.2019 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
50 |
+ |
ECR |
Derk Jan Eppink, Raffaele Fitto, Eugen Jurzyca, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt |
GUE/NGL |
José Gusmão, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan |
NI |
Fabio Massimo Castaldo, Rosa D'Amato, Dino Giarrusso, Piernicola Pedicini |
PPE |
Stefan Berger, Cristian-Silviu Buşoi, Agnès Evren, Markus Ferber, Frances Fitzgerald, Enikő Győri, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Aušra Maldeikienė, Fulvio Martusciello, Luděk Niedermayer, Lídia Pereira, Antonio Tajani, Inese Vaidere |
RENEW |
Gilles Boyer, Engin Eroglu, Luis Garicano, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Stéphane Séjourné, Monica Semedo |
S&D |
Carmen Avram, Marek Belka, Gabriele Bischoff, Richard Corbett, Jonás Fernández, Pedro Marques, Csaba Molnár, Evelyn Regner, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Julie Ward |
VERTS/ALE |
Damien Carême, Anna Deparnay-Grunenberg, Stasys Jakeliūnas, Philippe Lamberts, Ville Niinistö |
2 |
- |
ID |
Gunnar Beck, Jörg Meuthen |
5 |
0 |
ID |
Valentino Grant, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni |
NI |
Jake Pugh, Robert Rowland |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni