RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament

6.12.2019 - (COM(2018)0812 – C8-0015/2019 – 2018/0412(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Lídia Pereira


Proċedura : 2018/0412(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0048/2019
Testi mressqa :
A9-0048/2019
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament

(COM(2018)0812 – C9-0015/2019 – 2018/0412(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0812),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0015/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0048/2019),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Skont ir-Rapport Finali tal-2019 imħejji għall-Kummissjoni fil-kuntest tal-Istudju u r-Rapporti dwar id-Diskrepanza tal-VAT fit-28 Stat Membru tal-EU ("Study and Reports on the VAT Gap in the EU-28 Member States")44a, fl-2017 id-diskrepanza tal-VAT, jiġifieri d-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont effettivament miġbur, fl-Unjoni ammontat għal EUR 137,5 biljun, u dan jirrappreżenta EUR 267 ta' dħul mitluf għal kull persuna fl-Unjoni. Madankollu, hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri, fejn id-diskrepanzi tal-VAT ivarjaw minn inqas minn 0,7 % tad-dħul totali mistenni f'xi Stati Membri għal 35,5 % f'oħrajn. Dak jenfasizza l-bżonn ta' aktar kooperazzjoni transnazzjonali biex tiġi miġġielda aħjar il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod partikolari, kif ukoll il-frodi tal-VAT b'mod aktar ġenerali (inkluża l-frodi karusell).

 

_________________

 

44a Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/vat-gap-full-report-2019_en.pdf.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) L-istrateġija biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT jenħtieġ li tevolvi b'mod parallel mal-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni dejjem jiżdiedu tal-ekonomija tagħna filwaqt li s-sistema tal-VAT tiġi semplifikata kemm jista' jkun għan-negozji u ċ-ċittadini. Għalhekk huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri jkomplu jinvestu fil-ġbir tat-taxxi mmexxi mit-teknoloġija, b'mod partikolari billi cash registers korporattivi u sistemi ta' bejgħ jintrabtu awtomatikament mad-dikjarazzjoni tal-VAT. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom lejn skambju tal-aħjar prattiki u kooperazzjoni msaħħa, inkluż permezz tas-Summit tal-UE tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa (TADEUS), netwerk ta' kapijiet tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jfittex li jikseb koordinazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa f'livell strateġiku. F'dak ir-rigward, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jaħdmu lejn komunikazzjoni u interoperabilità effettivi bejn il-bażijiet ta' data kollha dwar kwistjonijiet fiskali fil-livell tal-Unjoni. It-teknoloġija blockchain tista' tintuża wkoll biex tiġi protetta aħjar id-data personali u jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni online bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fil-preżent, peress li l-pagamenti permezz ta' pjattaformi ta' skambju ta' muniti virtwali huma eżegwiti biss f'numru limitat ta' każijiet, tali pjattaformi mhumiex meqjusa bħala fornituri ta' servizzi ta' pagament kif definit fid-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a. Madankollu, ir-riskju ta' frodi tal-VAT, għalkemm attwalment limitat, jeżisti. Il-Kummissjoni għalhekk jenħtieġ li tevalwa fi żmien tliet snin jekk il-pjattaformi ta' skambju ta' muniti virtwali għandhomx jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

_______________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, importanti li l-obbligu fuq fornitur tas-servizz ta' pagament li jżomm u jipprovdi informazzjoni dwar tranżazzjoni ta' pagament transfruntier jenħtieġ li jkun proporzjonat u jkun jinkludi biss dak li huwa meħtieġ għall-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, l-unika informazzjoni li jenħtieġ li tinżamm dwar il-pagatur hija dik dwar fejn jinsab il-pagatur. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarju u t-tranżazzjoni ta' pagament nnifisha, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jintalbu jżommu u jittrażmettu biss – lill-awtoritajiet tat-taxxa – l-informazzjoni li dawn jeħtieġu biex jidentifikaw frodaturi possibbli u biex iwettqu kontrolli tal-VAT. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jintalbu jżommu rekords ta' tranżazzjonijiet ta' pagament transfruntiera li x'aktarx jindikaw attivitajiet ekonomiċi. L-introduzzjoni ta' limitu massimu bbażat fuq l-għadd ta' pagamenti riċevuti minn benefiċjarju matul perjodu ta' tliet xhur kalendarji tagħti indikazzjoni affidabbli li dawk il-pagamenti jkunu ġew riċevuti bħala parti minn attività ekonomika u b'hekk jiġu esklużi l-pagamenti għal raġunijiet mhux kummerċjali. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, jiskatta l-obbligu tal-kontabilità tal-fornitur tas-servizz ta' pagament.

(7) Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, importanti li l-obbligu fuq fornitur tas-servizz ta' pagament li jżomm u jipprovdi informazzjoni dwar tranżazzjoni ta' pagament transfruntier jenħtieġ li jkun proporzjonat u jkun jinkludi biss dak li huwa meħtieġ għall-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, l-unika informazzjoni li jenħtieġ li tinżamm dwar il-pagatur hija dik dwar fejn jinsab il-pagatur. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarju u t-tranżazzjoni ta' pagament innifisha, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jintalbu jżommu u jittrażmettu biss – lill-awtoritajiet tat-taxxa – l-informazzjoni li dawn jeħtieġu biex jidentifikaw frodaturi possibbli u biex iwettqu kontrolli tal-VAT. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jintalbu jżommu rekords ta' tranżazzjonijiet ta' pagament transfruntiera li x'aktarx jindikaw attivitajiet ekonomiċi. L-introduzzjoni ta' limitu massimu bbażat fuq l-għadd ta' pagamenti riċevuti minn benefiċjarju matul perjodu ta' tliet xhur kalendarji jew fuq ammont minimu għal kull pagament tagħti indikazzjoni affidabbli li dawk il-pagamenti jkunu ġew riċevuti bħala parti minn attività ekonomika u b'hekk jiġu esklużi l-pagamenti magħmula għal raġunijiet mhux kummerċjali. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, jiskatta l-obbligu tal-kontabilità tal-fornitur tas-servizz ta' pagament.

_________________

_________________

46 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

46 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Minħabba l-volum sinifikanti ta' informazzjoni u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni tad-data personali, huwa meħtieġ u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet ta' pagament transfruntiera għal perjodu ta' sentejn sabiex jassistu lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw il-frodaturi. Dan il-perjodu jikkostitwixxi l-minimu meħtieġ għall-Istati Membri biex iwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u biex jinvestigaw is-suspetti ta' frodi tal-VAT jew biex jidentifikaw il-frodi tal-VAT.

(8) Minħabba l-volum sinifikanti ta' informazzjoni u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni tad-data personali, huwa meħtieġ u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet ta' pagament transfruntiera għal perjodu ta' tliet snin sabiex jassistu lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw il-frodaturi. Dan il-perjodu jikkostitwixxi l-minimu meħtieġ għall-Istati Membri biex iwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u biex jinvestigaw is-suspetti ta' frodi tal-VAT jew biex jidentifikaw il-frodi tal-VAT.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Jenħtieġ li jkun hemm obbligu ta' rapportar u żamma tar-rekords anke meta fornitur ta' servizzi ta' pagament jirċievi fondi jew jaċċetta tranżazzjonijiet ta' pagament f'isem il-benefiċjarju u mhux biss meta fornitur ta' servizzi ta' pagament jittrasferixxi fondi jew joħroġ strumenti ta' pagament għall-pagatur.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Jeħtieġ jiġi adottat mandat ambizzjuż għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali sabiex tiġi żgurata prosekuzzjoni effiċjenti fil-konfront tal-frodaturi quddiem il-qrati nazzjonali. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni legali kontra l-frodi transfruntiera organizzata tal-VAT u l-frodaturi jiġu kkastigati.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 243b – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fir-rigward tat-trasferiment ta' fondi msemmi fil-punt (a), meta fornitur tas-servizzi ta' pagament jeżegwixxi aktar minn 25 tranżazzjoni ta' pagament lill-istess benefiċjarju matul perjodu ta' tliet xhur kalendarji.

(b) fir-rigward tat-trasferiment ta' fondi msemmi fil-punt (a), meta fornitur tas-servizzi ta' pagament jeżegwixxi aktar minn 25 tranżazzjoni ta' pagament lill-istess benefiċjarju matul perjodu ta' tliet xhur kalendarji jew jeżegwixxi trasferiment ta' fondi li jkollu valur monetarju ta' mill-inqas EUR 2 500 fi tranżazzjoni ta' pagament unika.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 243b – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jinżammu mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament f'format elettroniku għal perjodu ta' sentejn minn tmiem is-sena li fiha tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni ta' pagament;

(a) jinżammu mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament f'format elettroniku għal perjodu ta' tliet snin minn tmiem is-sena li fiha tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni ta' pagament;

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 243c – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-IBAN tal-kont ta' pagament tal-pagatur;

(a) l-IBAN tal-kont ta' pagament tal-pagatur jew kwalunkwe identifikatur ieħor li jidentifika l-pagatur u fejn jinsab il-pagatur mingħajr ambigwità;

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mat-test tal-Kunsill.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 243d – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) kull rifużjoni ta' pagament eżegwita għat-tranżazzjonijiet ta' pagament imsemmija fil-punt (g);

(h) kull rifużjoni ta' pagament eżegwita għat-tranżazzjonijiet ta' pagament imsemmija fil-punt (g), jekk disponibbli;

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta' konformità huwa importanti li l-PSPs ikunu jistgħu jiddokumentaw l-informazzjoni kollha mitluba.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Titolu XV – Kapitolu 2a – Artikolu 410c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fil-Kapitolu 2a tat-Titolu XV, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

''Artikolu 410c

 

Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tat-Taqsima 2a tal-Kapitolu 4 tat-Titolu XI, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu inklużi pjattaformi ta' skambju ta' muniti virtwali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik it-Taqsima. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.''

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2022.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2024.

 


 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kummerċ elettroniku ilu jikber b'pass mgħaġġel għal dawn l-aħħar snin, billi jgħin lill-konsumaturi biex jixtru merkanzija u servizzi online. Il-konsumaturi jistgħu jagħżlu bejn fornituri, prodotti u marki differenti. Jistgħu wkoll iħallsu online f'ambjent ta' fiduċja mingħajr ma jiċċaqalqu minn fejn il-kompjuter jew l-ismartphone tagħhom. Il-fornituri bidlu l-mudelli ta' negozju tagħhom biex jibbenefikaw mill-kummerċ elettroniku u jbigħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi b'mod globali mingħajr il-ħtieġa ta' preżenza fiżika għall-bejgħ bl-imnut. Madankollu, din l-opportunità tiġi sfruttata wkoll minn negozji frawdolenti biex jiksbu vantaġġ inġust fis-suq billi ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom tal-VAT.

Il-Kummissjoni Ewropea tidentifika tliet każijiet prinċipali ta' frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku transfruntier: (i) provvisti intra-UE ta' merkanzija u servizzi, (ii) importazzjonijiet ta' merkanzija minn negozji stabbiliti f'pajjiż terz jew f'territorju terz (jiġifieri pajjiż jew territorju barra mill-UE) għall-konsumaturi fl-Istati Membri, u (iii) provvisti ta' servizzi minn negozji stabbiliti f'pajjiż terz għall-konsumaturi fl-Istati Membri.

Skont il-Kummissjoni, id-diskrepanza tal-VAT (id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont effettivament miġbur) fl-UE attwalment tammonta għal EUR 137 biljun, u dan jirrappreżenta EUR 267 ta' dħul mitluf għal kull persuna fl-UE. Madankollu, hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri tal-UE, fejn id-diskrepanzi tal-VAT ivarjaw minn inqas minn 0,7 % tad-dħul totali mistenni f'xi Stati Membri għal 35,5 % f'oħrajn. Dan juri l-ħtieġa ta' aktar kooperazzjoni transnazzjonali biex tiġi miġġielda aħjar il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod partikolari, iżda b'mod aktar ġenerali l-frodi tal-VAT (inkluża l-frodi karusell).

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprova ssolvi l-problema tal-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u l-fornituri tas-servizzi ta' pagament. F'dawn l-aħħar snin, aktar minn 90 % tax-xiri online mill-klijenti Ewropej sar permezz ta' trasferimenti ta' kreditu, b'pagamenti ta' debitu dirett u b'pagamenti bil-kard, jiġifieri permezz ta' intermedjarju involut fit-tranżazzjoni (fornitur ta' servizzi ta' pagament), u din ix-xejra se tissokta anke fil-futur.

Ir-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni u tipproponi xi emendi, partikolarment biex jiġi żgurat li l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT tkun aktar effettiva. Ir-Rapporteur tiġbed ukoll l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi evalwat jekk il-pjattaforma ta' skambju ta' muniti virtwali għandhiex tkun inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tqis li l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT għandha tevolvi b'mod parallel mal-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni dejjem jiżdiedu tal-ekonomija tagħna filwaqt li s-sistema tal-VAT tiġi semplifikata kemm jista' jkun għan-negozji u ċ-ċittadini. Għalhekk, ir-Rapporteur tistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jinvestu fil-ġbir tat-taxxi mmexxi mit-teknoloġija. F'dak ir-rigward, hija tqis li l-użu tat-teknoloġija blockchain jista' jintuża wkoll biex tiġi protetta aħjar id-data personali u jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni online bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament

Referenzi

COM(2018)0812 – C8-0015/2019 – 2018/0412(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

20.12.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Lídia Pereira

18.7.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

4.11.2019

3.12.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Beck, Marek Belka, Stefan Berger, Gilles Boyer, Cristian-Silviu Buşoi, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Raffaele Fitto, Frances Fitzgerald, Luis Garicano, Valentino Grant, José Gusmão, Enikő Győri, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Othmar Karas, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Philippe Lamberts, Aušra Maldeikienė, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Jake Pugh, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Robert Rowland, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carmen Avram, Gabriele Bischoff, Damien Carême, Fabio Massimo Castaldo, Richard Corbett, Agnès Evren, Eugen Jurzyca, Pedro Marques, Fulvio Martusciello, Ville Niinistö, Bogdan Rzońca, Stéphane Séjourné, Monica Semedo, Antonio Tajani, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Anna Deparnay-Grunenberg, Dino Giarrusso

Data tat-tressiq

9.12.2019

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

51

+

ECR

Derk Jan Eppink, Raffaele Fitto, Eugen Jurzyca, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

GUE/NGL

José Gusmão, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan

NI

Fabio Massimo Castaldo, Rosa D'Amato, Dino Giarrusso, Piernicola Pedicini

PPE

Stefan Berger, Cristian-Silviu Buşoi, Agnès Evren, Markus Ferber, Frances Fitzgerald, Enikő Győri, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Aušra Maldeikienė, Fulvio Martusciello, Luděk Niedermayer, Lídia Pereira, Antonio Tajani, Inese Vaidere

RENEW

Gilles Boyer, Engin Eroglu, Luis Garicano, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Stéphane Séjourné, Monica Semedo, Stéphanie Yon-Courtin

S&D

Carmen Avram, Marek Belka, Gabriele Bischoff, Richard Corbett, Jonás Fernández, Pedro Marques, Csaba Molnár, Evelyn Regner, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Julie Ward

VERTS/ALE

Damien Carême, Anna Deparnay-Grunenberg, Stasys Jakeliūnas, Philippe Lamberts, Ville Niinistö

 

4

-

ID

Gunnar Beck, Jörg Meuthen

NI

Jake Pugh, Robert Rowland

 

3

0

ID

Valentino Grant, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Diċembru 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza