<Titre>dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, għal mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja, għall-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi</Titre>
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, għal mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja, għall-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi
–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15791/2018),
–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, għal mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja, għall-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (15792/2018),
–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(2), punt (a), l-Artikolu 88(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0155/2019),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0053/2019),
1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Iżlanda u tar-Renju tan-Norveġja.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament Eurodac "riformulat" (Regolament (UE) Nru 603/2013) ta lok lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jikkonsultaw il-Eurodac għal finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. L-għan hu li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jitolbu t-tqabbil ta' data tal-marki tas-swaba' ma' dik maħżuna fil-bażi tad-data ċentrali tal-Eurodac meta jkunu jridu jistabbilixxu l-identità eżatta ta' persuna jew jiksbu aktar informazzjoni għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra.
Mill-2001, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja jkopri wkoll l-applikazzjoni tal-partijiet tal-Eurodac li għandhom x'jaqsmu mal-Konvenzjoni ta' Dublin. Madankollu, l-aċċess għall-infurzar tal-liġi, li kien element ġdid tar-Regolament Eurodac "riformulat" meta mqabbel mar-reġim oriġinali tal-Eurodac (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000) s'issa ma ġiex regolat mill-Ftehim imsemmi.
In-negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Iżlanda u n-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-Iżlanda u n-Norveġja fil-proċedura għat-tqabbil u t-trażmissjoni tad-data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi previsti fil-Kapitolu VI tar-Regolament Eurodac "riformulat" ġew finalizzati, u ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta' Protokoll għall-Ftehim tad-19 ta' Jannar 2001, li jestendi l-applikazzjoni tal-Ftehim tad-19 ta' Jannar 2001 għall-infurzar tal-liġi.
L-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tal-infurzar tal-liġi tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 għall-Iżlanda u n-Norveġja tippermetti li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Iżlanda u tan-Norveġja jitolbu t-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mad-data mdaħħla minn Stati parteċipanti oħra u miżmuma fil-bażi tad-data tal-Eurodac meta jfittxu li jistabbilixxu l-identità jew li jiksbu aktar informazzjoni fir-rigward ta' persuna li tkun issuspettata li wettqet reat serju jew terroriżmu, jew rigward vittma. Min-naħa l-oħra, din l-estensjoni tippermetti li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati parteċipanti l-oħra kollha, kemm jekk huma Stati Membri oħra tal-UE kif ukoll jekk huma Pajjiżi Assoċjati, jitolbu t-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mad-data mdaħħla mill-Iżlanda u n-Norveġja u maħżuna fil-bażi tad-data tal-Eurodac, għall-istess finijiet.
Il-Kunsill se jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata wara l-iffirmar tal-ftehim, f'isem l-Unjoni, u unikament wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew f'konformità mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8) tat-TFUE.
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-membri tal-Kumitat tal-Parlament għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament jappoġġaw dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Konklużjoni ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, għal mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja, għall-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni
25.10.2019
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
LIBE
13.11.2019
Rapporteurs
Data tal-ħatra
Jadwiga Wiśniewska
24.9.2019
Eżami fil-kumitat
21.10.2019
9.12.2019
Data tal-adozzjoni
9.12.2019
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
46
2
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Malik Azmani, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Saskia Bricmont, Damien Carême, Caterina Chinnici, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Laura Ferrara, Nicolaus Fest, Sophia in ‘t Veld, Assita Kanko, Peter Kofod, Moritz Körner, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Magid Magid, Roberta Metsola, Claude Moraes, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Ralf Seekatz, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Tineke Strik, Bettina Vollath, Elena Yoncheva
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Abir Al-Sahlani, Bartosz Arłukowicz, Patrick Breyer, Ondřej Kovařík, Erik Marquardt, Jan-Christoph Oetjen, Kris Peeters, Anne-Sophie Pelletier, Franco Roberti, Irina Von Wiese, Axel Voss, Tomáš Zdechovský
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali
Alexander Bernhuber, Heléne Fritzon, Joachim Schuster, Edina Tóth, Jörgen Warborn
Data tat-tressiq
11.12.2019
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
46
+
ECR
Assita Kanko, Nicola Procaccini
ID
Nicolaus Fest, Peter Kofod
NI
Laura Ferrara
PPE
Bartosz Arłukowicz, Alexander Bernhuber, Lena Düpont, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Nadine Morano, Kris Peeters, Emil Radev, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Edina Tóth, Axel Voss, Jörgen Warborn, Tomáš Zdechovský
RENEW
Abir Al-Sahlani, Malik Azmani, Anna Júlia Donáth, Sophia in 't Veld, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Jan-Christoph Oetjen, Irina Von Wiese
S&D
Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Heléne Fritzon, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Franco Roberti, Joachim Schuster, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Bettina Vollath, Elena Yoncheva
VERTS/ALE
Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Damien Carême, Magid Magid, Erik Marquardt, Terry Reintke, Tineke Strik