RAKKOMANDAZZJONI  dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra

    23.1.2020 - (05931/2019 – C9-0020/2019 – 2018/0358(NLE)) - ***

    Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
    Rapporteur: Geert Bourgeois 

    Proċedura : 2018/0358(NLE)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A9-0002/2020
    Testi mressqa :
    A9-0002/2020
    Dibattiti :
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra

    (05931/2019 – C9-0020/2019 – 2018/0358(NLE))

    (Approvazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

     wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05931/2019),

     wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (05932/2019),

     wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0020/2019),

     wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' ...[1] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

     wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

     wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

     wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0002/2020),

    1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

     

    NOTA SPJEGATTIVA

    Il-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Vjetnam (EVIPA) se jgħin biex jiġi promoss investiment ta' kwalità għolja bejn il-Vjetnam u l-UE. L-approċċ aġġornat tal-UE għall-protezzjoni tal-investiment jilħaq bilanċ aħjar bejn it-tisħiħ kif ukoll il-protezzjoni ta' investiment li joħloq l-impjiegi filwaqt li jħares ukoll id-dritt tal-gvern li jwettaq politiki fl-interess pubbliku.

    Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-UE dwar l-investiment dirett barrani, inkluża l-protezzjoni tal-investiment miksub, in-negozjaturi tal-UE nkludew id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-investiment fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles UE-Vjetnam u UE-Singapore. Iż-żewġ ftehimiet kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom simili u kienu jinkludu struttura legali identika. Fl-2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li titlob l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE b'rabta mal-kompetenza tal-UE li tiffirma u tikkonkludi waħidha l-FTA UE-Singapore jew jekk kinitx meħtieġa l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. L-opinjoni ngħatat fis-16 ta' Mejju 2017 u, abbażi tagħha, wara diskussjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-arkitettura l-ġdida tal-FTAs futuri, kemm l-FTAs mal-Vjetnam kif ukoll ma' Singapore nqasmu fi ftehimiet kummerċjali ħielsa li jikkonċernaw lill-UE biss u fi ftehimiet imħallta ta' protezzjoni tal-investiment.

    L-elementi ewlenin tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Vjetnam (EVIPA) jinkludu:

     Standards preċiżi dwar l-investiment bħal: in-nondiskriminazzjoni; l-ebda esproprjazzjoni mingħajr kumpens fil-pront u xieraq; il-possibbiltà ta' trasferiment u ripatrijazzjoni ta' fondi relatati mal-investiment; il-garanzija ġenerali ta' trattament ġust u ekwu u ta' sigurtà fiżika; l-impenn li l-gvernijiet jirrispettaw l-obbligi kuntrattwali bil-miktub tagħhom stess u dawk legalment vinkolanti fir-rigward tal-investitur; l-impenn ta' kumpens għal telf f'ċerti ċirkostanzi relatati mal-gwerra jew mal-konflitt armat.

     Mekkaniżmu effettiv, permanenti u indipendenti biex tiġi evitata u riżolta kwalunkwe tilwima permezz ta' Sistema ta' Tribunal tal-Investiment permanenti, internazzjonali u indipendenti. Il-membri tas-Sistema tat-Tribunal se jinħatru minn qabel mill-UE u mill-Vjetnam u se jkunu soġġetti għal rekwiżiti stretti ta' indipendenza u integrità. Fit-tieni istanza, se jkun possibbli li wieħed jappella quddiem Tribunal tal-Appell permanenti. It-trasparenza tal-proċedimenti hija żgurata permezz tal-pubblikazzjoni tad-dokumenti u mill-fatt li s-seduti huma miftuħa għall-pubbliku; Id-deċiżjoni finali trid tkun infurzata - il-qrati domestiċi mhux se jitħallew jintervjenu jew jikkontestaw id-deċiżjoni tat-Tribunal biex jiġu żgurati t-trasparenza u trattament ġust u ekwu.

     L-għoti ta' definizzjonijiet preċiżi ta' meta l-gvernijiet ikunu qed jiksru l-obbligu ta' trattament ġust u ekwu, li jeliminaw l-ambitu għal interpretazzjoni diskrezzjonarja.

     Salvagwardji kontra l-abbużi potenzjali tas-sistema, bħall-projbizzjoni ta' talbiet multipli u paralleli, u dispożizzjonijiet li jippermettu r-rifjut bikri ta' talbiet evidentement bla bażi. Il-"prinċipju ta' min jitlef iħallas" jiġi applikat għall-allokazzjoni tal-ispejjeż proċedurali.

    L-EVIPA huwa kważi identiku għall-IPA UE-Singapore u jmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tal-investiment fis-CETA (Tribunal tal-Appell li jaħdem b'mod sħiħ, kodiċi ta' kondotta għall-membri tat-Tribunali).

    Bl-istess mod bħall-IPA ta' Singapore, l-EVIPA ma jinkludix kapitolu separat dwar it-TSD. Madankollu fil-preambolu, hemm referenzi speċifiċi għall-FSK u l-EUVFTA kif ukoll għall-valuri u l-prinċipji minquxa fihom, inkluż fil-kapitolu dwar it-TSD.

    Il-21 Trattat Bilaterali fuq l-Investiment eżistenti (BITs) li hemm fis-seħħ bejn il-Vjetnam u l-Istati Membri tal-UE se jiġu sostitwiti mill-EVIPA ladarba dan jidħol fis-seħħ.

    Ir-rapporteur jirrakkomanda li dan il-ftehim jiġi approvat.


     

     

     

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (3.12.2019)

    għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

    dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra

    (05931/2019 – C9-0020/2019 – 2018/0358(NLE))

    Rapporteur għal opinjoni: Tomas Tobé

     

     

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    Il-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment (IPA) bejn l-UE u l-Vjetnam għandu l-għan li jistimula l-kummerċ u jneħħi ħafna mill-ostakli għall-investiment li fadal.

     

    Il-kapitoli dwar l-investiment fil-ftehim jipprovdu firxa ta' protezzjonijiet għall-investituri barranin li jikkwalifikaw kif ukoll għall-investimenti tagħhom. Dawn il-protezzjonijiet jinkludu, inter alia, obbligu li jiġi pprovdut "trattament ġust u ekwu", kif ukoll l-hekk imsejħa "protezzjoni u sigurtà sħiħa", "trattament nazzjonali" u "trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit".

     

    Il-ħolqien ta' klima ta' investiment stabbli u prevedibbli huwa importanti biex jitħeġġeġ l-investiment u jiġi appoġġjat il-ħolqien tal-impjiegi fil-Vjetnam. Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet imtejba tal-IPA meta mqabbla ma' dispożizzjonijiet eqdem u skaduti fil-Ftehimiet Bilaterali ta' Investiment konklużi bejn xi Stati Membri u l-Vjetnam. B'mod partikolari, aktar trasparenza fil-proċedimenti jmissha ilha li daħlet u hija milqugħa. Huwa kruċjali li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu rrispettati u rieżaminati, meta jkun meħtieġ, biex jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom aċċess sħiħ għall-informazzjoni rilevanti dwar każijiet ta' soluzzjoni ta' tilwim li għaddejjin bħalissa dwar il-protezzjoni tal-investiment.

     

    Ir-rapporteur jenfasizza wkoll li d-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku, inkluż dwar is-saħħa, l-ambjent, id-drittijiet tax-xogħol u l-politika tat-taxxa, huwa rrispettat bis-sħiħ u ma jikkostitwix esproprjazzjoni de facto, u lanqas vjolazzjoni ta' trattament ġust u ekwu. Il-Parlament Ewropew kien fuq quddiem nett fir-rigward ta' talbiet għal riformi tas-sistema ta' protezzjoni tal-investiment u se jkompli jimmonitorja mill-qrib ħafna l-impatt tal-Ftehimiet ta' Protezzjoni tal-Investiment, inkluż il-ftehim propost mal-Vjetnam, kemm dwar id-dritt ta' regolamentazzjoni kif ukoll dwar kwalunkwe effett dissważiv potenzjali. Is-Sistema ta' Qorti tal-Investiment inkluża fil-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment bejn il-Vjetnam u l-UE, inkluż l-impenn taż-żewġ partijiet biex jipproteġu d-dritt li jirregolaw minn sfidi ta' investituri, hija pass sinifikanti 'l quddiem iżda mhux it-tmiem tal-proċess ta' riforma.

     

    Ir-rapporteur jenfasizza ulterjorment, f'dan ir-rigward, li r-responsabbiltajiet tal-investituri għandhom iżommu r-ritmu tal-espansjoni tad-drittijiet tal-investituri u jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ mill-qrib tad-dispożizzjonijiet u l-effetti tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment, u tal-progress komparattiv fl-istabbiliment tar-responsabbiltajiet tal-investituri.

     

    Filwaqt li jitqies dan, ir-rapporteur jirrakkomanda li dan il-ftehim jiġi approvat.

    ******

    Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda lill-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu dwar il-proposta għal Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra.


    PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

    Titolu

    Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra

    Referenzi

    05931/2019 – C9-0020/2019 – 2018/0358(NLE)

    Kumitat responsabbli

     

    INTA

     

     

     

     

    Opinjoni(jiet) mogħtija minn

     Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    DEVE

    15.7.2019

    Rapporteur għal opinjoni

     Data tal-ħatra

    Tomas Tobé

    4.9.2019

    Eżami fil-kumitat

    5.9.2019

    8.10.2019

     

     

    Data tal-adozzjoni

    3.12.2019

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    11

    7

    6

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Hildegard Bentele, Dominique Bilde, Charles Goerens, Mónica Silvana González, Pierrette Herzberger-Fofana, György Hölvényi, Martin Horwood, Rasa Juknevičienė, Beata Kempa, Pierfrancesco Majorino, Lukas Mandl, Norbert Neuser, Michèle Rivasi, Louis Stedman-Bryce, Marc Tarabella, Tomas Tobé, Miguel Urbán Crespo, Chrysoula Zacharopoulou, Bernhard Zimniok

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Alessandra Basso, Stéphane Bijoux, Marlene Mortler, Caroline Roose, Patrizia Toia

     


    VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

    FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

    11

    +

    ECR

    Beata Kempa

    ID

    Bernhard Zimniok

    PPE

    Hildegard Bentele, György Hölvényi, Rasa Juknevičienė, Lukas Mandl, Marlene Mortler, Tomas Tobé

    RENEW

    Stéphane Bijoux, Charles Goerens, Chrysoula Zacharopoulou

     

    7

    -

    GUE/NGL

    Miguel Urbán Crespo

    ID

    Alessandra Basso, Dominique Bilde

    NI

    Louis Stedman-Bryce

    VERTS/ALE

    Pierrette Herzberger-Fofana, Michèle Rivasi, Caroline Roose

     

    6

    0

    RENEW

    Martin Horwood

    S&D

    Mónica Silvana González, Pierfrancesco Majorino, Norbert Neuser, Marc Tarabella, Patrizia Toia

     

    Tifsira tas-simboli użati:

    + : favur

    - : kontra

    0 : astensjoni


    PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

    Titolu

    Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra

    Referenzi

    05931/2019 – C9-0020/2019 – 2018/0358(NLE)

    Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

    1.7.2019

     

     

     

    Kumitat responsabbli

     Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    INTA

    15.7.2019

     

     

     

    Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

     Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    AFET

    24.10.2019

    DEVE

    15.7.2019

     

     

    Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

     Data tad-deċiżjoni

    AFET

    4.12.2019

     

     

     

    Rapporteurs

     Data tal-ħatra

    Geert Bourgeois

    23.9.2019

     

     

     

    Rapporteurs preċedenti

    Jan Zahradil

    Eżami fil-kumitat

    2.10.2019

    6.11.2019

    3.12.2019

     

    Data tal-adozzjoni

    21.1.2020

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    26

    7

    6

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Nikos Androulakis, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Daniel Caspary, Anna Cavazzini, Ellie Chowns, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Nicola Danti, Emmanouil Fragkos, Barbara Ann Gibson, Enikő Győri, Roman Haider, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Karin Karlsbro, Jude Kirton-Darling, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Samira Rafaela, Luisa Regimenti, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Liesje Schreinemacher, Sven Simon, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, James Wells, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Saskia Bricmont

    Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Jordi Cañas

    Data tat-tressiq

    23.1.2020


     

    VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

    26

    +

    ECR

    Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Jan Zahradil

    PPE

    Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler

    RENEW

    Jordi Cañas, Barbara Ann Gibson, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Liesje Schreinemacher, Marie-Pierre Vedrenne

    S&D

    Nikos Androulakis, Miroslav Číž, Nicola Danti, Bernd Lange, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

     

    7

    -

    GUE/NGL

    Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

    S&D

    Jude Kirton-Darling

    VERTS/ALE

    Saskia Bricmont, Anna Cavazzini, Ellie Chowns, Heidi Hautala

     

    6

    0

    ID

    Roman Haider, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Luisa Regimenti

    NI

    Tiziana Beghin, James Wells

     

    Tifsira tas-simboli użati:

    + : favur

    - : kontra

    0 : astensjoni

     

     

    Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2020
    Avviż legali - Politika tal-privatezza