RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam
23.1.2020 - (06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Jan Zahradil
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam
(06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06050/2019),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (06051/2019),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91(1), 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0023/2019),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' ...[1] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għas-Sajd,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0003/2020),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam (EVFTA) huwa l-aktar ftehim komprensiv u ambizzjuż ta' dan it-tip li qatt ġie konkluż bejn l-UE u pajjiż li qed jiżviluppa. Jirrappreżenta mudell ambizzjuż ta' politika kummerċjali tal-UE mal-ekonomiji emerġenti. Huwa mudell skont liema ninnegozjaw bħala sħab, fuq livell pariġġ, u nikkondividu aġenda u valuri komuni - bil-għan li nistimolaw it-tkabbir u l-impjiegi, nagħtu spinta lill-kompetittività, niġġieldu kontra l-faqar u nikkonsolidaw ir-riformi strutturali. Huwa mudell skont liema nimmiraw li niksbu sħubija li tkun ta' benefiċċju reċiproku.
F'Diċembru 2015, wara aktar minn tliet snin ta' negozjati, l-UE u l-Vjetnam ikkonkludew ftehimiet kummerċjali u ta' investiment. Wara dan, ir-rieżami ġuridiku tal-EVFTA dam perjodu twil ta' sentejn u nofs. Iż-żewġ naħat qablu dwar it-test finali tal-EVFTA f'Ġunju 2018. Fis-17 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni għaddiet l-EVFTA lill-Kunsill tal-Ministri għal approvazzjoni u ratifika mill-Parlament Ewropew[2]. Il-Ftehim ġie ffirmat fit-30 ta' Ġunju 2019, f'Hanoi, u t-talba tal-Kunsill għal approvazzjoni tħabbret fis-sessjoni plenarja tal-Parlament tal-15 ta' Lulju 2019.
Ir-riżultat innegozjat wassal biex il-ftehim jinqasam f'żewġ partijiet - parti dwar il-kummerċ u oħra dwar l-investiment - dan ħalli jingħata segwitu lill-arkitettura l-ġdida tal-FTAs tal-UE abbażi tal-opinjoni 2/15 tal-QtĠ dwar Singapore tas-16 ta' Mejju 2017.
Il-Vjetnam għandu ekonomija li qiegħda tespandi, kompetittiva u konnessa bi kważi 100 miljun ċittadin, bi klassi medja li qiegħda tikber u b'forza tax-xogħol żagħżugħa u dinamika. Il-Vjetnam huwa wkoll wieħed mill-pajjiżi li l-aktar qed jikbru malajr fl-ASEAN b'rata medja ta' tkabbir tal-PDG ta' madwar 6,51 % mill-2000 sal-2018. Huwa għandu wkoll waħda mill-aktar ekonomiji kummerċjali miftuħa u favur il-kummerċ ħieles fir-reġjun.
L-FTA se joħloq opportunitajiet ġodda għat-tkabbir u l-iżvilupp għaż-żewġ naħat - pereżempju, billi jwassal għal tnaqqis sinifikanti fid-dazji doganali għall-prodotti tal-UE, inklużi l-karozzi, il-partijiet tal-karozzi, il-makkinarju u l-pollam, filwaqt li jipproteġi lil dawk is-setturi li huma partikolarment sensittivi.
L-UE bħalissa hija l-akbar sieħba kummerċjali tal-Vjetnam wara ċ-Ċina u t-tieni l-akbar suq tal-esportazzjoni wara l-Istati Uniti. L-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-pajjiż fl-aħħar għaxar snin juru tkabbir medju ta' bejn 5 u 7 % kull sena. Madankollu, id-defiċit kummerċjali tal-Unjoni mal-Vjetnam huwa relattivament għoli, u fl-2018 laħaq s-EUR 27 biljun.
L-EVFTA jinkludi impenji favur il-ħarsien tad-drittijiet bażiċi tan-nies fuq il-post tax-xogħol, tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom b'mod aktar estiż, kif ukoll tal-ambjent. Huwa mfassal biex iservi ta' strument għall-iżvilupp u l-progress soċjali fil-Vjetnam u għandu l-għan li jappoġġja lill-Vjetnam fl-isforzi ta' tkabbir u ta' żvilupp tal-ekonomija tiegħu għall-benefiċċju tal-poplu kollu.
L-EVFTA jinkludi kapitolu komprensiv u vinkolanti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD), li jittratta kwistjonijiet dwar ix-xogħol u l-ambjent. L-EVFTA jorbot lill-Vjetnam biex jimplimenta l-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO ratifikati minnu u biex jagħmel sforzi sostnuti biex jiġu ratifikati l-konvenzjonijiet pendenti, b'mod partikolari il-konvenzjonijiet 105 u 87, li għalihom il-Vjetnam ippreżenta dati mira għar-ratifika.
F'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TSD, il-ftehim jipprevedi mekkaniżmu ta' riżoluzzjoni tat-tilwim li jinvolvi l-gvernijiet, lil bord indipendenti ta' esperti u lill-gruppi tas-soċjetà ċivili. Is-soċjetà ċivili għandha rwol kruċjali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. B'mod partikolari, il-ftehim jipprevedi l-istabbiliment ta' gruppi konsultattivi domestiċi (DAGs) komposti minn trade unions, korpi fil-qasam tal-ambjent u assoċjazzjonijiet tan-negozju li jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet lill-partijiet dwar l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Dawn il-gruppi konsultattivi għandhom jiġu stabbiliti malajr wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim.
Il-Ftehim jimpenja wkoll liż-żewġ partijiet jimplimentaw il-ftehimiet ambjentali internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi; jaġixxu favur il-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-organiżmi selvaġġi, il-bijodiversità, il-forestrija u s-sajd; u jinvolvu s-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji miż-żewġ naħat.
L-elementi ewlenin tal-EVFTA huma:
Mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, 65 % tal-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Vjetnam se jkunu mingħajr dazju, il-bqija se jiġu liberalizzati wara għaxar snin, bi ftit eċċezzjonijiet. L-UE se tilliberalizza 71 % tal-importazzjonijiet tagħha mad-dħul fis-seħħ u 99 % tal-importazzjonijiet se jkunu mingħajr dazju wara seba' snin. It-tariffi se jitneħħew gradwalment matul perjodi ta' tranżizzjoni, biex b'hekk il-produtturi jkunu jistgħu jadattaw.
L-EVFTA jipprojbixxi d-diskriminazzjoni bejn prodotti importati u prodotti manifatturati internament u jipprojbixxi l-adozzjoni ta' kull projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni ta' kwalunkwe prodott, bi qbil mar-regoli tad-WTO.
L-intrapriżi kummerċjali Statali huma permessi iżda għandhom joperaw skont ir-regoli tad-WTO.
Il-prodotti manifatturati mill-ġdid se jirċievu l-istess trattament bħal dawk ġodda.
Se tkun pprojbita l-introduzzjoni u ż-żamma ta' sussidji għall-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli li ġew liberalizzati minn kull parti li qed timporta.
Il-Vjetnam jaċċetta l-immarkar tal-oriġini "Made in EU" għal prodotti mhux agrikoli (bl-eċċezzjoni tal-prodotti farmaċewtiċi). Il-marki tal-oriġini li jirreferu għall-Istati Membri tal-UE se jibqgħu jiġu aċċettati.
Ir-regoli tal-oriġini inklużi fl-EVFTA jsegwu l-approċċ tal-UE u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma l-istess bħal dawk tar-regoli tal-oriġini tal-SĠP tal-UE, iżda jinkludu għadd ta' limitazzjonijiet filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni speċifika taż-żewġ partijiet.
Id-dispożizzjonijiet li jindirizzaw l-ostakli kummerċjali jmorru lil hinn mill-obbligi tad-WTO.
Il-Vjetnam jimpenja ruħu li japplika l-istess rekwiżiti ta' sikurezza tal-ikel għal prodotti simili li joriġinaw mill-Istati Membri kollha tal-UE. Ir-rikonoxximent speċifiku mill-partijiet tal-istatus tas-saħħa uffiċjali kif aċċettati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku (OIE) għal ċertu mard tal-annimali huwa innovattiv u se jgħin biex jiġu indirizzati l-ostakli fil-Vjetnam relatati mal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE).
Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (DPI) Il-Vjetnam se jaderixxi mat-Trattati dwar l-Internet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) (l-aċċess għal, u l-użu ta' xogħlijiet kreattivi fuq l-Internet jew netwerks diġitali oħra). L-awturi, ix-xandara, l-artisti u l-produtturi jiksbu drittijiet addizzjonali bħad-dritt ta' riproduzzjoni, ta' distribuzzjoni, jew ta' komunikazzjoni lill-pubbliku. Il-Vjetnam se japplika r-rakkomandazzjoni tad-WIPO dwar il-protezzjoni tat-trademarks magħrufa sew. Il-Vjetnam impenja ruħu li jestendi t-terminu ta' protezzjoni tad-disinji għal perjodu ta' 15-il sena. Il-protezzjoni tad-data dwar il-prodotti farmaċewtiċi (inklużi l-prodotti bijoloġiċi) u l-prodotti agrokimiċi ġiet stabbilita għal perjodu ta' ħames snin. Il-partijiet għandhom jipproteġu d-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti.
169 Indikazzjoni Ġeografika (IĠ) Ewropea se jibbenefikaw mir-rikonoxximent u l-protezzjoni fis-suq Vjetnamiż f'livell komparabbli għal dak tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Anki 39 IĠ Vjetnamiża se jkunu rikonoxxuti u protetti bħala tali fl-UE.
Is-settur tal-kummerċ fis-servizzi jirrappreżenta 40 % tal-PDG fil-Vjetnam. B'dan il-ftehim, il-Vjetnam imur lil hinn mill-impenji tiegħu mad-WTO u jipprovdi aċċess aħjar f'għadd ta' sottosetturi tan-negozju (pereżempju s-servizzi tal-ippjanar arkitettoniċi u urbani) u joffri aċċess ġdid għas-suq għal setturi bħat-tindif tal-bini, l-imballaġġ, il-fieri kummerċjali u oħrajn. Fis-servizzi tal-edukazzjoni għolja, il-Vjetnam, għall-ewwel darba, fetaħ is-servizzi transfruntiera. Fis-servizzi finanzjarji, partikolarment fit-titoli, il-Vjetnam impenja ruħu f'dawk li huma l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali. Il-Vjetnam fetaħ kemm is-servizzi ta' kurrier kif ukoll dawk postali ħlief dawk li huma soġġetti għal servizzi universali u għal servizzi riżervati.
L-FTA jippromwovi numru ta' regoli dwar il-kummerċ elettroniku, bħall-projbizzjoni ta' dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi.
Il-Vjetnam u l-UE qablu dwar dixxiplini li jikkonformaw mar-regoli tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi Governattivi (GPA) tad-WTO. Dan huwa partikolarment ta' valur peress li l-Vjetnam għadu mhux membru tal-GPA. Il-kapitolu dwar l-akkwist pubbliku governattiv tal-EVFTA għandu livell ta' trasparenza u ġustizzja proċedurali komparabbli ma' FTAs oħra li l-UE ffirmat ma' pajjiżi żviluppati u ma' pajjiżi aktar avvanzati li qed jiżviluppaw.
Konklużjoni
Il-Ftehim huwa pass 'il quddiem importanti lejn l-għan aħħari tal-UE li tikseb żona ta' kummerċ ħieles bejn reġjun u ieħor mal-pajjiżi tal-ASEAN. Flimkien ma' ftehimiet simili ma' Singapore u mal-Ġappun, dan il-ftehim isaħħaħ ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Asja fi żmien meta qed jiġi diskuss il-kummerċ multilaterali bbażat fuq ir-regoli. Dan huwa sinjal qawwi kontra t-tendenzi protezzjonistiċi.
Il-Ftehim kummerċjali UE-Vjetnam se jelimina aktar minn 99 % tat-tariffi kollha. Se jħeġġeġ aktar kumpaniji Ewropej jistabbilixxu preżenza fil-Vjetnam u se jippromwovi aċċess aħjar għall-kummerċ Vjetnamiż lejn is-suq tal-UE.
Huwa ftehim ta' kwalità għolja bbażat fuq il-valuri. Bil-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp, il-ftehim kummerċjali huwa wkoll għodda importanti biex jitjiebu l-ambjent tan-negozju lokali u wkoll il-kundizzjonijiet soċjali u ambjentali. Bl-impenji kollha u bil-passi konkreti min-naħa tal-awtoritajiet Vjetnamiżi, il-ftehim kummerċjali diġà qiegħed jopera bħala għodda biex jgħolli l-istandards Vjetnamiżi fil-livelli internazzjonali, Ewropej, tax-xogħol u dawk ambjentali. Bil-Ftehim fis-seħħ, l-UE se jkollha aktar saħħa biex tagħmel pressjoni fuq il-Vjetnam dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet ambjentali.
Ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda li dan il-ftehim jiġi approvat.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (3.12.2019)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam
(06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Tomas Tobé
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Għal għexieren ta' snin, l-UE u l-Istati Membri tagħha kkontribwew għall-iżvilupp tal-Vjetnam f'ħafna mis-setturi differenti tiegħu u f'varji reġjuni u provinċji. Matul is-snin, il-pajjiż esperjenza waħda mir-rati ta' tkabbir l-iktar mgħaġġla fil-pajjiżi tal-ASEAN (Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja) u għalhekk, sar sieħeb dejjem aktar attraenti għall-Ewropa u għal reġjuni oħra tad-dinja. Skont il-Kummissjoni, il-Vjetnam kellu rata ta' tkabbir medju tal-PDG ta' madwar 6 % bejn l-2000 u l-2014.
Il-Ftehim tal-Vjetnam huwa l-aktar FTA (Ftehim ta' Kummerċ Ħieles) ambizzjuż u komprensiv li l-UE qatt ikkonkludiet ma' pajjiż bi dħul medju. Bħala tali, jistabbilixxi punt ta' riferiment ġdid għall-impenn tal-Ewropa ma' ekonomiji emerġenti. Mhux biss se jelimina aktar minn 99 % tad-dazji doganali fuq il-prodotti, iżda se jiftaħ ukoll is-swieq tas-servizzi Vjetnamiżi għall-kumpaniji tal-UE. Skont iċ-ċifri tal-Kummissjoni Ewropea, l-FTA jista' jagħti spinta lill-ekonomija li qed tikber tal-Vjetnam bi 15 % tal-PDG, bl-esportazzjonijiet Vjetnamiżi lejn l-Ewropa jikbru b'aktar minn terz.
L-għan aħħari fix-Xlokk tal-Asja huwa FTA interreġjonali mal-għaxar pajjiżi kollha tal-ASEAN; ftehim mal-Vjetnam (it-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fir-reġjun) ikun pass importanti f'din id-direzzjoni.
Il-Ftehim għandu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fuq iż-żewġ naħat. Huwa jinkludi impenji li jipproteġu d-drittijiet bażiċi tan-nies fuq il-post tax-xogħol, id-drittijiet tal-bniedem tagħhom b'mod aktar ġenerali, u l-ambjent. Huwa għandu wkoll l-għan li jappoġġa l-isforzi tal-Vjetnam biex ikabbar u jiżviluppa l-ekonomija tiegħu għall-benefiċċju tal-poplu kollu tiegħu.
B'reazzjoni għal tħassib marbut mad-drittijiet tax-xogħol u tħassib ambjentali fir-rigward tal-Vjetnam, l-FTA jinkludi impenji biex jiġu implimentati l-istandards ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (pereżempju, dwar il-libertà li l-ħaddiema jingħaqdu ma' trejdjunjins indipendenti u dwar il-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal) u l-konvenzjonijiet tan-NU (pereżempju, dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-bijodiversità).
Minkejja l-benefiċċji ekonomiċi ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles mal-Vjetnam, ħafna partijiet ikkonċernati esprimew riżervi minħabba tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem. Il-bidla politika fil-Vjetnam ma żammitx il-pass mal-iżvilupp ekonomiku. Il-pajjiż jibqa' Stat b'partit wieħed fejn ebda dissens ma huwa tollerat. Għandu ftit mill-anqas midja ħielsa fid-dinja (fil-175 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 ta' Reporters Mingħajr Fruntieri).
Minkejja t-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem imsemmi hawn fuq, ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-konklużjoni tal-FTA se tkun fl-interess kemm tal-UE kif ukoll tal-Vjetnam. Filwaqt li jitqies dan, ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda li dan il-ftehim jiġi approvat.
******
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda lill-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu tal-proposta għal Konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam; (2018/0356(NLE)).
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam |
|||
Referenzi |
06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356(NLE) |
|||
Kumitat responsabbli
|
INTA
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 15.7.2019 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Tomas Tobé 4.9.2019 |
|||
Eżami fil-kumitat |
8.10.2019 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
3.12.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
11 7 6 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Hildegard Bentele, Dominique Bilde, Charles Goerens, Mónica Silvana González, Pierrette Herzberger-Fofana, György Hölvényi, Martin Horwood, Rasa Juknevičienė, Beata Kempa, Pierfrancesco Majorino, Lukas Mandl, Norbert Neuser, Michèle Rivasi, Louis Stedman-Bryce, Marc Tarabella, Tomas Tobé, Miguel Urbán Crespo, Chrysoula Zacharopoulou, Bernhard Zimniok |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Alessandra Basso, Stéphane Bijoux, Marlene Mortler, Caroline Roose, Patrizia Toia |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
11 |
+ |
ECR |
Beata Kempa |
ID |
Bernhard Zimniok |
PPE |
Hildegard Bentele, György Hölvényi, Rasa Juknevičienė, Lukas Mandl, Marlene Mortler, Tomas Tobé |
RENEW |
Stéphane Bijoux, Charles Goerens, Chrysoula Zacharopoulou |
7 |
- |
GUE/NGL |
Miguel Urbán Crespo |
ID |
Alessandra Basso, Dominique Bilde |
NI |
Louis Stedman-Bryce |
VERTS/ALE |
Pierrette Herzberger-Fofana, Michèle Rivasi, Caroline Roose |
6 |
0 |
RENEW |
Martin Horwood |
S&D |
Mónica Silvana González, Pierfrancesco Majorino, Norbert Neuser, Marc Tarabella, Patrizia Toia |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD (3.12.2019)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam
(06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Pietro Bartolo
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fl-2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f'negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) interreġjonali mal-pajjiżi tal-ASEAN. Abbażi tad-direttivi ta' negozjati adottati mill-Kunsill fl-2007, u ssupplimentati f'Ottubru 2013 biex jinkludu l-protezzjoni tal-investiment, il-Kummissjoni nnegozjat FTA ambizzjuż u komprensiv u Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment (FPI) mal-Vjetnam, bil-ħsieb li jinħolqu opportunitajiet ġodda u ċertezza tad-dritt sabiex il-kummerċ u l-investiment bejn iż-żewġt isħab ikunu jistgħu jiżviluppaw.
Fl-Artikolu 13(9) tal-FTA - Kummerċ u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar u Prodotti tal-Akkwakultura - il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jkunu żgurati l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar kif ukoll il-promozzjoni ta' akkwakultura responsabbli u sostenibbli.
F'Ottubru 2017, wara li kisbet evidenza ta' dħul mingħajr permess, għal diversi drabi, minn bastimenti tas-sajd Vjetnamiżi fl-ilmijiet tal-pajjiżi tal-viċinat, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri dwar in-nuqqas tal-pajjiż li jirrispetta r-rekwiżiti dwar il-prevenzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u wissietu permezz tal-proċedura "karta safra" skont ir-Regolament IUU.
F'Novembru 2018 delegazzjoni ta' dan il-Kumitat żaret il-Vjetnam (Hanoi u Ninham), sabiex tivvaluta l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jindirizzaw il-ġlieda kontra l-prattiki tas-sajd IUU, inter alia l-Pjan ta' Azzjoni mmirat lejn ir-riforma tas-settur tas-sajd tal-Vjetnam.
Ir-rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd ma jixtieqx jidħol f'valutazzjoni politika tal-Ftehim, li għaliha huma responsabbli kumitati oħra. Huwa jemmen li l-Ftehim għandu jkun approvat mill-Parlament, peress li jista' joffri qafas stabbli għal kummerċ ma' sieħeb ewlieni tal-UE. Madankollu, rigward ir-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva mfassla mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, huwa jħoss li xi kwistjonijiet marbuta mal-impenn tal-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jindirizzaw il-ġlieda kontra s-sajd IUU għandhom jiġu indirizzati b'mod aktar speċifiku. Pereżempju, l-implimentazzjoni tal-liġi kwadru l-ġdida għas-settur tas-sajd għadha insuffiċjenti, bħalma huma insuffiċjenti l-istrutturi kkoordinati ta' monitoraġġ, kontroll u infurzar impenjati biex jindirizzaw u jiskoraġġixxu s-sajd IUU b'mod effettiv; l-isfidi li l-Awtoritajiet Vjetnamiżi għadhom jiffaċċjaw fir-rigward tal-kapaċità żejda tal-flotta tas-sajd frammentata ħafna tagħha u l-isfruttament żejjed tar-riżorsi stimulat mis-settur li qed jikber malajr tal-ipproċessar ta' ħut u ta' frott tal-baħar; il-ħtieġa ta' monitoraġġ mill-qrib tal-flotta tas-sajd tal-Vjetnam u l-implimentazzjoni ta' miżuri għat-traċċabilità sħiħa tal-prodotti tas-sajd destinati għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-UE.
Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li tariffi preferenzjali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom ikunu akkumpanjati mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Vjetnamiż maħsub biex jindirizza s-sajd IUU, u minn rieżami tal-impenji meħuda mill-Vjetnam taħt il-"Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli". Barra minn hekk, jemmen li l-UE għandha tagħmel użu sħiħ mill-għodda li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, bħal "karta ħamra", f'każ li l-kundizzjonijiet għal sajd sostenibbli ma jiġux issodisfati mill-Vjetnam, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-importazzjonijiet ta' prodotti tal-ħut u tal-frott tal-baħar fis-suq tal-UE u biex jitħarsu l-konsumaturi tagħha.
Fl-aħħar nett, huwa jfakkar li n-notifika ta' "karta safra" mill-Kummissjoni Ewropea f'Ottubru 2017 għandha titqies bħala inkoraġġiment għall-Awtoritajiet Vjetnamiżi sabiex jipperseveraw fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tas-sajd Vjetnamiżi u biex jindirizzaw b'mod effettiv l-attivitajiet tas-sajd IUU. Għalhekk jappoġġa l-applikazzjoni tal-Vjetnam biex jissieħeb bħala Membru sħiħ fil-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), fejn l-UE u l-Vjetnam jistgħu jikkooperaw aktar u jagħmlu pressjoni għal miżuri aktar ambizzjużi bil-għan tat-tnaqqis tas-sajd IUU fiż-żona tal-Konvenzjoni WCPFC.
******
Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda lill-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam |
|||
Referenzi |
06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356(NLE) |
|||
Kumitat responsabbli
|
INTA
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 15.7.2019 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Pietro Bartolo 23.7.2019 |
|||
Eżami fil-kumitat |
4.9.2019 |
12.11.2019 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
3.12.2019 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 6 2 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Clara Aguilera, Christian Allard, Pietro Bartolo, François-Xavier Bellamy, Izaskun Bilbao Barandica, Rosanna Conte, Richard Corbett, Rosa D’Amato, Chris Davies, João Ferreira, Søren Gade, Francisco Guerreiro, Niclas Herbst, Pierre Karleskind, Predrag Fred Matić, Francisco José Millán Mon, Grace O’Sullivan, Manuel Pizarro, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Theodoros Zagorakis |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Carmen Avram, Nicolás González Casares, Ska Keller, June Alison Mummery, Maxette Pirbakas, Caroline Roose, Bert-Jan Ruissen |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jeroen Lenaers, Robert Rowland |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
17 |
+ |
ECR |
Bert-Jan Ruissen, Ruža Tomašić |
PPE |
Peter van Dalen, Niclas Herbst, Jeroen Lenaers, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Maria Walsh, Theodoros Zagorakis |
RENEW |
Chris Davies, Pierre Karleskind |
S&D |
Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Richard Corbett, Nicolás González Casares, Predrag Fred Matić, Manuel Pizarro |
6 |
- |
GUE/NGL |
João Ferreira |
NI |
Rosa D'Amato, June Alison Mummery |
VERTS/ALE |
Christian Allard, Francisco Guerreiro, Grace O'Sullivan |
2 |
0 |
ID |
Rosanna Conte, Maxette Pirbakas |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam |
|||
Referenzi |
06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356(NLE) |
|||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
1.7.2019 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 15.7.2019 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 24.10.2019 |
DEVE 15.7.2019 |
PECH 15.7.2019 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 4.12.2019 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Geert Bourgeois 23.9.2019 |
|
|
|
Rapporteurs preċedenti |
Jan Zahradil |
|||
Eżami fil-kumitat |
2.10.2019 |
6.11.2019 |
3.12.2019 |
|
Data tal-adozzjoni |
21.1.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 6 5 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nikos Androulakis, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Anna Cavazzini, Ellie Chowns, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Nicola Danti, Emmanouil Fragkos, Barbara Ann Gibson, Enikő Győri, Roman Haider, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Karin Karlsbro, Jude Kirton-Darling, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Samira Rafaela, Luisa Regimenti, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Liesje Schreinemacher, Sven Simon, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, James Wells, Iuliu Winkler, Jan Zahradil |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Saskia Bricmont |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Nicolas Bay |
|||
Data tat-tressiq |
23.1.2020 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
29 |
+ |
ECR |
Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Jan Zahradil |
ID |
Roman Haider, Maximilian Krah |
NI |
Tiziana Beghin |
PPE |
Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler |
RENEW |
Jordi Cañas, Barbara Ann Gibson, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Liesje Schreinemacher, Marie-Pierre Vedrenne |
S&D |
Nikos Androulakis, Miroslav Číž, Nicola Danti, Bernd Lange, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt |
6 |
- |
GUE/NGL |
Emmanuel Maurel, Helmut Scholz |
VERTS/ALE |
Saskia Bricmont, Anna Cavazzini, Ellie Chowns, Heidi Hautala |
5 |
0 |
ID |
Nicolas Bay, Danilo Oscar Lancini, Luisa Regimenti |
NI |
James Wells |
S&D |
Jude Kirton-Darling |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni