RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

24.1.2020 - (06198/2013 – C9-0006/2019 – 2007/0181(NLE)) - ***

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Sven Schulze

Proċedura : 2007/0181(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0005/2020
Testi mressqa :
A9-0005/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(06198/2013 – C9-0006/2019 – 2007/0181(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06198/2013),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija,

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0006/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0005/2020),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk ġie nnegozjat skont mandat li l-Kunsill irċieva f'Diċembru 2004.

L-għan tal-ftehim huwa kemm li jiftaħ is-swieq kif ukoll li jersaq lejn allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi tal-ajru fuq iż-żewġ naħat. Huwa jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar investiment bilaterali fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran.

Dan il-ftehim ġie ffirmat fit-12 ta' Diċembru 2006; l-approvazzjoni għall-konklużjoni ngħatat mill-Parlament Ewropew fl-24 ta' Ottubru 2017 (2006/0048(NLE)).

Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

 

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija aderew mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-Kondizzjonijiet tal-Adeżjoni, dawk iż-żewġ Stati ntrabtu li jaderixxu mal-Ftehimiet u l-Konvenzjonijiet konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri u l-Komunità b'mod konġunt.

Il-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea ġie nnegozjat bejn il-Kummissjoni u l-Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

 

 

Id-dispożizzjonijiet ewlenin tal-Protokoll

 

L-iskop tal-Protokoll huwa li jippermetti lir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija jsiru Parti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk. Il-Protokoll mhu se jintroduċi l-ebda tibdil fis-sustanza tal-Ftehim. Huwa jipprevedi l-adattamenti tekniċi u lingwistiċi neċessarji tal-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

 

Proċedura

Il-Parlament Ewropew ta l-ewwel approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll fit-12 ta' Diċembru 2007.

B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet lill-Komunità Ewropea u ħaditilha postha.

Sabiex titqies il-modifika introdotta mit-Trattat ta' Lisbona, il-Kunsill iddeċieda, fit-12 ta' April 2013, li jerġa' jikkonsulta lill-Parlament biex jikseb l-approvazzjoni tiegħu.

Sabiex jiġi konkluż il-Protokoll li jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew kif inhu meħtieġ mill-Artikolu 218 tat-TFUE.

 

Skont l-Artikoli 105 u 114(5), (7), u (8) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, il-kumitat responsabbli għandu jressaq rakkomandazzjoni għall-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tal-att propost. Il-Parlament imbagħad għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni waħdanija, u l-ebda emenda għall-ftehim ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda. L-emendi fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu s-sens tar-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

 

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Din il-proċedura ta' approvazzjoni hija purament teknika minħabba l-fatt li, fit-test tal-Protokoll, ir-referenza għall-"Komunità Ewropea" hija sostitwita bl-"Unjoni Ewropea". Il-Parlament diġà approva s-sustanza tal-Protokoll fl-2007 u għandu jżomm il-pożizzjoni tiegħu.

Fid-dawl tas-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, ir-Rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti rakkomandazzjoni favorevoli għall-konklużjoni ta' dan il-Protokoll.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Modifika għall-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Marokk, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

Referenzi

06198/2013 – C9-0006/2019 – COM(2007)0495 – C6-0330/2007 – 2007/0181(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

3.10.2007

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.7.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Sven Schulze

1.10.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Scott Ainslie, Izaskun Bilbao Barandica, David Bull, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Johan Danielsson, Andor Deli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, June Alison Mummery, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Dominique Riquet, Vera Tax, Barbara Thaler, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clotilde Armand, Leila Chaibi, Angel Dzhambazki, Markus Ferber, Maria Grapini, Pierre Karleskind, Andrey Novakov, Catherine Rowett, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, Elena Lizzi, Juozas Olekas, Tsvetelina Penkova

Data tat-tressiq

24.1.2020

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ECR

Angel Dzhambazki, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

GUE/NGL

Leila Chaibi, Kateřina Konečná, Elena Kountoura

ID

Marco Campomenosi, Elena Lizzi, Lucia Vuolo

NI

Tiziana Beghin

PPE

Andor Deli, Gheorghe Falcă, Markus Ferber, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Andrey Novakov, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

RENEW

Clotilde Armand, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Pierre Karleskind, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Johan Danielsson, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Bogusław Liberadzki, Juozas Olekas, Tsvetelina Penkova, Vera Tax, Petar Vitanov

 

5

-

VERTS/ALE

Scott Ainslie, Ciarán Cuffe, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz, Catherine Rowett

 

4

0

ID

Julie Lechanteux, Philippe Olivier

NI

David Bull, June Alison Mummery

 

It-tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjonijiet

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza