Proċedura : 2019/0107(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0006/2020

Testi mressqa :

A9-0006/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0066

<Date>{24/01/2020}24.1.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0006/2020</NoDocSe>
PDF 226kWORD 81k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0221 – C9-0001/2019 – 2019/0107(COD))</DocRef>


<Commission>{TRAN}Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu</Commission>

Rapporteur: <Depute>Markus Ferber</Depute>

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL‑BAŻI ĠURIDIKA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi

(COM(2019)0221 – C9-0001/2019 – 2019/0107(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0221),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 2(1) u 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0001/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Settembru 2019[1],

 wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0006/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 


 

<RepeatBlock-Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Kunsiderazzjoni 1</Article>

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 2(1) u 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>


NOTA SPJEGATTIVA

Id-deċiżjoni hija proposta b'reazzjoni għat-talba mill-Ġermanja biex tingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 2(1) tat-TFUE, li temenda l-ftehim bilaterali dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera tal-1953, bil-għan li tawtorizza operazzjonijiet ta' kabotaġġ matul il-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi. Fil-laqgħa ta' Ġunju 2018 tal-Kumitat tat-Trasport Intern UE-Żvizzera, l-Iżvizzera infurmat lill-Kummissjoni li hija kienet ukoll interessata li tikkonkludi ftehim bħal dan.

 

L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ proposti fi ħdan l-Unjoni minn trasportaturi ta' pajjiżi terzi, li m'għandhomx liċenzja Komunitarja, jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi bil-kowċ u x-xarabank, hekk kif stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. Huma jaffettwaw ukoll il-Ftehim dwar it-Trasport fuq l-Art bejn l-UE u l-Iżvizzera, li fl-ambitu tiegħu l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ mhumiex awtorizzati ħlief fil-każ ta' drittijiet preeżistenti fi ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Iżvizzera fi żmien il-konklużjoni ta' dak il-Ftehim (madankollu, l-ebda ftehim ma ppreveda drittijiet ta' kabotaġġ). Bħalissa, Franza biss għandha ftehim bħal dan mal-Iżvizzera, li jawtorizza l-kabotaġġ (ftehim bilaterali emendat fl-2007).

 

L-impenji maħsuba mill-Ġermanja jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Madankollu, skont l-Artikolu 2(1) tat-TFUE, l-Unjoni tista' tagħti s-setgħa lill-Istati Membri biex jaġixxu f'oqsma fejn hija għandha kompetenza esklużiva. Tali għoti ta' setgħa jrid jingħata mil-leġiżlatur tal-Unjoni f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva msemmija fl-Artikolu 91 tat-TFUE.

 

Ir-Rapporteur jinnota li, skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-awtorizzazzjoni hija soġġetta għall-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn trasportaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni u l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni. Hemm ukoll ambitu ġeografiku li huwa, b'mod ċar, limitat tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ, peress li dawn ikunu awtorizzati biss fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Ġermanja speċifikati fit-test tad-deċiżjoni proposta - ir-reġjuni amministrattivi ta' Freiburg uTübingen f'Baden-Würtenberg u d-distrett amministrattiv ta' Swabia fil-Bavaria - fl-ambitu tal-forniment ta' servizzi bil-kowċ u x-xarabank bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera.

 

Ir-Rapporteur jipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi appoġġata peress li din ittejjeb il-konnessjonijiet tat-trasport pubbliku transfruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi, tagħmel l-ivvjaġġar bix-xarabank u l-kowċ aktar aċċessibbli u attraenti u tipprovdi għażla akbar għan-nies li jgħixu u jaħdmu fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL‑BAŻI ĠURIDIKA

 

Is-Sa Karima Delli

President

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

BRUSSELL

Suġġett: <Titre>Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi</Titre> <DocRef>(COM(2019)0221 – C9‑0001/2019 – 2019/0107(COD))</DocRef>

Onor. President,

Permezz ta' ittra tat-13 ta' Novembru 2019[2], u skont l-Artikolu 40(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat tiegħek talab l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-adegwatezza tal-bażi ġuridika tal-Proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.[3]

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Jannar 2014.

 

I – Sfond

Il-Kummissjoni użat l-Artikoli 2(1) u 91 tat-TFUE bħala bażijiet ġuridiċi għall-proposta. Fl-approċċ ġenerali tiegħu, il-Kunsill emenda l-bażijiet ġuridiċi billi ħassar ir-referenza għall-Artikolu 2(1) tat-TFUE.

 

II - L-Artikoli rilevanti tat-Trattat

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedu dan li ġej:

Artikolu 2

1. Meta t-Trattati jagħtu kompetenza esklużiva lill-Unjoni f'qasam speċifiku, l-Unjoni biss tista' tilleġisla u tadotta atti legalment vinkolanti, u l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu dan biss jekk jingħataw is-setgħa mill-Unjoni jew sabiex jimplimentaw l-atti tal-Unjoni.

(...)

Artikolu 3

(...)

2. L-Unjoni għandha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f'att leġislattiv tal-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista' tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp tal-applikazzjoni tagħhom.

Artikolu 91

(ex Artikolu 71 tat-TKE)

 

1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 90, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi partikolari tat-trasport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jistabbilixxu:

(a) regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar;

(b) il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod kif it-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi tat-trasport f'xi Stat Membru;

(c) miżuri li jtejbu s-sigurtà tat-trasport;

(d) provvedimenti oħra xierqa.

2. Fl-adozzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-każijiet fejn l-applikazzjoni tagħhom taf tolqot b'mod gravi l-livell tal-għajxien u l-impjieg f'ċerti reġjuni, kif ukoll it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport.

III - Ġurisprudenza tal-QĠUE dwar l-għażla tal-bażi ġuridika

Il-Qorti tal-Ġustizzja tradizzjonalment qieset il-kwistjoni tal-bażi ġuridika xierqa bħala kwistjoni ta' importanza kostituzzjonali, li tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju tas-setgħat konferiti (Artikolu 5 tat-TUE) u tiddetermina n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-Unjoni.[4]

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għażla ta' bażi ġuridika għal att tal-Unjoni  għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att.[5]

Għaldaqstant, l-għażla tal-bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika l-annullament tal-att ikkonċernat. F'dan il-kuntest, ix-xewqa ta' istituzzjoni li jkun hemm parteċipazzjoni aktar attiva fl-adozzjoni ta' att partikolari, f'liema ċirkostanzi l-att ikun ġie adottat, kif ukoll il-ħidma li tkun saret f'aspetti oħra fl-ambitu tal-azzjoni koperta minn att partikolari huma irrilevanti biex tiġi identifikata l-bażi ġuridika korretta.[6]

Jekk l-eżami ta' att juri li huwa jsegwi għan doppju jew li għandu żewġ komponenti u jekk wieħed minnhom jista' jiġi identifikat bħala prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor ikun biss sekondarju, dan l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi ġuridika waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti.[7]

Madankollu, meta l-att għandu iktar minn għan wieħed fl-istess ħin jew li għandu iktar minn komponent wieħed, li huma marbuta b'mod li ma jistgħux jinħallu minn xulxin, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett meta pparagunat mal-ieħor jew l-oħrajn, tali att irid ikun ibbażat fuq id-diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti,[8] sakemm il-proċeduri previsti għall-bażijiet ġuridiċi rispettivi ma jkunux inkompatibbli mad-dritt tal-Parlament Ewropew u ma jimminawhx.[9]

IV – Għan u kontenut tal-att propost

Skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport tal-Merkanzija u tal-Passiġġieri bil-Ferrovija u bit-Triq (minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim tal-UE"),[10] il-kabotaġġ fil-forma ta' trasport tal-passiġġieri bil-kowċ mhuwiex awtorizzat.

Il-Ġermanja talbet awtorizzazzjoni mill-Unjoni biex tmeenda ftehim bilaterali mal-Iżvizzera li jawtorizza tali kabotaġġ fir-reġjuni tal-fruntiera ta' dawk il-pajjiżi.

Il-proposta tikkonsisti essenzjalment minn dispożizzjoni waħda fejn il-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda ftehim mal-Iżvizzera bil-ħsieb li tawtorizza operazzjonijiet ta' kabotaġġ fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Ġermanja u tal-Iżvizzera waqt l-għoti ta' servizzi tal-kowċ u x-xarabank bejn iż-żewġ pajjiżi, dment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi stabbiliti fl-Unjoni u l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni.

V - Analiżi u determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

Rigward l-għażla tal-bażi ġuridika, il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-Kummissjoni jindika li:

L-Artikolu 3(2) tat-[TFUE] jistabbilixxi li "[l]-Unjoni għandha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f'att leġiżlattiv tal-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista' tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp tal-applikazzjoni tagħhom".

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-Unjoni jistgħu jitwettqu, taħt ċerti kundizzjonijiet, esklussivament minn trasportaturi li għandhom liċenzja Komunitarja. Impenji internazzjonali li jippermettu lil trasportaturi oħrajn, b'mod partikolari trasportaturi minn pajjiżi terzi, li jwettqu tali operazzjonijiet jaffettwaw ir-Regolament imsemmi hawn fuq, fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tat-TFUE.

Barra minn hekk, impenji internazzjonali bħal dawn jaffettwaw ukoll il-Ftehim tal-UE, b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu. Huma mhumiex awtorizzati mill-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, ħlief kif stabbilit fil-paragrafu 2 tiegħu. 

Konsegwentement, l-impenji bħal dawk maħsuba mill-Ġermanja jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Madankollu, skont l-Artikolu 2(1) tat-TFUE, l-Unjoni tista' tagħti s-setgħa lill-Istati Membri biex jaġixxu f'oqsma fejn għandha kompetenza esklużiva.

L-għan ta' din il-proposta huwa li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera rispettivi taż-żewġ pajjiżi." [11]

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li "l-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 2(1) u 91 tat-TFUE."[12]

(a) Ix-xerqien tal-Artikolu 91 tat-TFUE

L-Artikolu 91 jipprevedi l-bażijiet ġuridiċi fil-qasam tal-politika tat-trasport għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Fid-dawl tal-għan u l-kontenut tal-proposta, huwa ċar li l-proposta hija marbuta mal-funzjonament tas-suq intern fis-settur tat-trasport. B'hekk, l-Artikolu 91 tat-TFUE jidher li huwa bażi ġuridika xierqa għall-proposta.

(b) L-ebda possibilità li jiżdied l-Artikolu 2(1) tat-TFUE bħala bażi ġuridika

Fl-istess ħin, l-Artikolu 2(1) tat-TFUE mhuwiex bażi ġuridika. Fil-fatt, dik id-dispożizzjoni ma tagħti l-ebda kompetenza lill-istituzzjonijiet għall-adozzjoni ta' att tal-Unjoni. Għalhekk, ma tistax tintuża bħala bażi ġuridika.

Għall-finijiet ta' kompletezza, wieħed jista' jżid li l-premessa 5 tal-proposti tfakkar ġustament li "[Impenji internazzjonali li jippermettu lit-trasportaturi minn pajjiżi terzi, li ma għandhomx tali liċenzja, iwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ] jaqgħu taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw jew jidħlu f'impenji bħal dawn biss jekk ikollhom is-setgħa li jagħmlu hekk mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 2(1) tat-TFUE".

F'dan il-każ, tali setgħa tingħata permezz tal-att leġiżlattiv adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'konformità mal-Artikolu 91 tat-TFUE.

VI – Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Jannar 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, b'21 vot favur, l-ebda vot kontra u astensjoni waħda[13], li jirrakkomanda li l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jżomm l-Artikoli 91 bħala l-unika bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta.

Dejjem tiegħek,

 

 

 

Lucy Nethsingha

 

 

 


 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi

Referenzi

COM(2019)0221 – C9-0001/2019 – 2019/0107(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.5.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.7.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.7.2019

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

EMPL

24.7.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Markus Ferber

26.8.2019

 

 

 

Bażi ġuridika kkontestata

 Data tal-opinjoni tal-Kumitat JURI

JURI

9.1.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Scott Ainslie, Izaskun Bilbao Barandica, David Bull, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Johan Danielsson, Andor Deli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, June Alison Mummery, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Dominique Riquet, Vera Tax, Barbara Thaler, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clotilde Armand, Leila Chaibi, Angel Dzhambazki, Markus Ferber, Maria Grapini, Pierre Karleskind, Andrey Novakov, Catherine Rowett, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, Elena Lizzi, Juozas Olekas, Tsvetelina Penkova

Data tat-tressiq

24.1.2020

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ECR

Angel Dzhambazki, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

GUE/NGL

Leila Chaibi, Kateřina Konečná, Elena Kountoura

ID

Marco Campomenosi, Julie Lechanteux, Elena Lizzi, Philippe Olivier, Lucia Vuolo

NI

Tiziana Beghin

PPE

Andor Deli, Gheorghe Falcă, Markus Ferber, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Andrey Novakov, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

RENEW

Clotilde Armand, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Pierre Karleskind, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Johan Danielsson, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Bogusław Liberadzki, Juozas Olekas, Tsvetelina Penkova, Vera Tax, Petar Vitanov

VERTS/ALE

Scott Ainslie, Ciarán Cuffe, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz, Catherine Rowett

 

0

-

 

 

 

2

0

NI

David Bull, June Alison Mummery

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1]  ĠU C 14, 15.1.2020, p. 118.

[2] D 315855/ JURI opinjoni dwar bażi ġuridika skont l-Artikolu 40 tar-Regoli ta' Proċedura.

[3] Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi [2019/0107(COD)].

[4] Opinjoni 2/00, ECLI:EU:C:2001:664, para 5.

[5] Ara l-Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni v. il-Parlament u l-Kunsill, tat-8 ta' Settembru 2009, EU:C:2009:518, paragraph 45

[6] Is-Sentenza f' Il-Kummissjoni v Il-Kunsill, C-269/97, ECLI:EU:C:2000:183, para 44.

[7] Is-Sentenza fi Il-Kummissjoni v Il-Kunsill, C-137/12, EU:C:2013:675, para 53; C-411/06, EU:C:2009:518, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha; Il-Parlament vs Il-Kunsill, C 490/10, EU:C:2012:525, punt 45; Il-Parlament vs Il-Kunsill, C 155/07, EU:C:2008:605, punt 34.

[8] Il-Kawża C-211/01, Il-Kummissjoniv Il-Kunsill, ECLI:EU:C:2003:452, para. 40; Il-Kawża C-178/03 Il-Kummissjoni vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, ECLI:EU:C:2006:4, punt 43-56.

[9] Il-Kawża C-300/89 Il-Kummissjoni v Il-Kunsill ("dijossidu tat-titanju"), ECLI:EU:C:1991:244, paras. 17-25; Il-Kawża C-268/94, Il-Portugall vs Il-Kunsill, ECLI:EU:C:1996:461.

[10] Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta' Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq, (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91)

[11] Ara l-paġna 2 tal-memorandum ta' spjegazzjoni.

[12] Ara l-paġna 3 tal-memorandum ta' spjegazzjoni.

[13] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Lucy Nethsingha (President), Marion Walsmann (Viċi President), Ibán García Del Blanco (Viċi President), Raffaele Stancanelli (Viċi President), Franco Roberti (rapporteur għal opinjoni), Gunnar Beck, Patrick Breyer, Geoffroy Didier, Angel Dzhambazki, Evelyne Gebhardt, Esteban Gonzáles Pons, Jackie Jones, Mislav Kolakušić, Gilles Lebreton, Karen Melchior, Sabrina Pignedoli, Jiří Pospíšil, Liesje Schreinemacher, Marie Toussaint, Edina Tóth (f'isem József Szájer skont l-Artikolu 209(7)), Bettina Vollath and Axel Voss.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza