Proċedura : 2020/0904(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0010/2020

Testi mressqa :

A9-0010/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 30/01/2020 - 5.6

Testi adottati :

P9_TA(2020)0022

<Date>{27/01/2020}27.1.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0010/2020</NoDocSe>
PDF 156kWORD 49k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni</Titre>

<DocRef>(N9-0006/2020 – C9-0011/2020 – 2020/0904(NLE))</DocRef>


<Commission>{ECON}Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</Commission>

Rapporteur: <Depute>Irene Tinagli</Depute>

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

(N9-0006/2020 - C9-0011/2020 – 2020/0904(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 għall-ħatra ta' Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0011/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE[2],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-konflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku[3],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0010/2020),

A. billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jinħatar fuq il-bażi tal- mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni bankarja;

B. billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-UE għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

C. billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-13 ta' Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta' Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;

D. billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament;

E. billi fl-14 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament;

F. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

G. billi, fit-22 ta' Jannar 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Jan de Carpentier, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat;

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Referenzi

N9-0006/2020 – C9-0011/2020 – 2020/0904(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

14.1.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

 

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Irene Tinagli

14.1.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.1.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

11

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Belka, Stefan Berger, Gilles Boyer, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Sven Giegold, Neena Gill, Valentino Grant, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Herve Juvin, Othmar Karas, Billy Kelleher, Philippe Lamberts, Aušra Maldeikienė, Costas Mavrides, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Dragoş Pîslaru, Luisa Porritt, Antonio Maria Rinaldi, Robert Rowland, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Joachim Schuster, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Irene Tinagli, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francesca Donato, Martin Hlaváček, Eugen Jurzyca, Fulvio Martusciello, Bogdan Rzońca, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

César Luena, Cristina Maestre Martín De Almagro, Rob Rooken, Anna Zalewska

Data tat-tressiq

27.1.2020

 

 

[1] ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

[2] Testi adottati, P8_TA(2019)0211.

[3] Testi adottati, P9_TA(2020)0017.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza