RAPPORT dwar il-verifika tal-kredenzjali
28.1.2020 - (2019/2180(REG))
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lucy Nethsingha
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-verifika tal-kredenzjali
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 10(1), 14(2) u 14(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
– wara li kkunsidra l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976[1], kif emendat u rinumerat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/772/KE, Euratom tal-25 ta' Ġunju 2002 u tat-23 ta' Settembru 2002[2],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew[3], u b'mod partikolari l-Artikoli 2(1) u 3(1) tagħha,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini[4], kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2013/1/UE tal-20 ta' Diċembru 2012[5],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew[6] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 tat-28 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew[7],
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Lulju 2005, tat-30 ta' April 2009 u tad-19 ta' Diċembru 2019[8],
– wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tat-13 ta' Ġunju 2019 tal-Junta Electoral Central (Kummissjoni Elettorali Ċentrali Spanjola) li tipproklama l-kandidati eletti fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet li saru fis-26 ta' Mejju 2019 u li ġiet ippubblikata fil-Boletín Oficial del Estado (Gazzetta Uffiċjali tal-Istat) fl-14 ta' Ġunju 2019[9];
– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 4 u 11 u l-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0015/2020),
A. billi, skont l-Artikolu 12 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, il-Parlament Ewropew għandu jivverifika l-kredenzjali tal-Membri tal-Parlament Ewropew u, għal dan l-iskop, għandu jieħu nota tar-riżultati ddikjarati uffiċjalment mill-Istati Membri u għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe kontroversja li tista' tinqala' mid-dispożizzjonijiet tal-Att tal-1976, minbarra dawk li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li għalihom jirreferi l-Att tal-1976;
B. billi l-Istati Membri kollha nnotifikaw l-ismijiet tal-Membri eletti lill-Parlament skont l-Artikolu 3(1) tar-Regoli ta' Proċedura, iżda mhux l-ismijiet kollha ġew ikkomunikati;
C. billi, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 u l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2018/937/UE tat-28 ta' Ġunju 2018, l-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew allokat lil Spanja fil-preżent huwa 54, filwaqt li n-notifika tal-awtoritajiet kompetenti Spanjoli fiha bis 51 isem; billi, abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea[10] u fi qbil mal-Artikolu 12 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, il-Parlament jieħu nota tad-deċiżjoni tat-13 ta' Ġunju 2019 tal-Junta Electoral Central li tipproklama l-kandidati eletti fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet li saru fis-26 ta' Mejju 2019 u li ġiet ippubblikata fil-Boletín Oficial del Estado fl-14 ta' Ġunju 2019 għall-iskop li tistabbilixxi l-lista tal-Membri eletti; billi, għaldaqstant, l-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti fi Spanja kien 54;
D. billi fl-Istati Membri jistgħu jiġu kkunsidrati, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, oġġezzjonijiet fir-rigward tal-elezzjoni ta' xi Membri tal-Parlament Ewropew u billi dawn il-proċeduri jistgħu jirriżultaw fl-annullament tal-elezzjoni tal-Membri kkonċernati;
E. billi ċerti Stati Membri għaddew tard lill-Parlament il-listi ta' sostituti eventwali, filwaqt li oħrajn għadhom ma għaddew l-ebda tali lista, flimkien mal-ordni tagħhom skont ir-riżultat tal-votazzjoni, kif jirrikjedi l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura;
F. billi, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-validità tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew ma tistax tiġi kkonfermata jekk ma jkunux saru d-dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-assenza ta' kwalunkwe kariga inkompatibbli u d-dikjarazzjoni bil-miktub tal-interessi finanzjarji rikjesti skont l-Artikolu 3 u l-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura;
G. billi l-Artikolu 7(1) u (2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 jiddefinixxi b'mod ċar il-karigi li huma inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew;
H. billi, skont l-Artikolu 11 u l-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura, kull Membru tal-Parlament Ewropew huwa obbligat jippreżenta dikjarazzjoni dettaljata dwar: (a) l-attivitajiet professjonali tal-Membru matul it-tliet snin qabel il-ħatra tiegħu fil-Parlament, u l-parteċipazzjoni tiegħu matul dak il-perjodu f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi; (b) kwalunkwe salarju li l-Membru jirċievi għat-twettiq ta' mandat f'parlament ieħor, (c) kwalunkwe attività b'remunerazzjoni regolari mwettqa mill-Membru fl-istess żmien li jkun qed jeżerċita l-kariga tiegħu, kemm bħala impjegat u kemm jekk jaħdem għal rasu; (d) il-parteċipazzjoni f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe korp ieħor stabbilit fil-liġi, jew kwalunkwe attività oħra esterna li tinvolvi l-Membru, kemm jekk remunerat u kemm jekk le; (e) kwalunkwe attività esterna okkażjonali b'remunerazzjoni, jekk ir-remunerazzjoni totali tal-attivitajiet esterni okkażjonali kollha tal-Membru taqbeż il-EUR 5 000 f'sena kalendarja; (f) ishma jew sħubija f'kumpanija, fejn hemm il-possibbiltà ta' riperkussjonijiet fuq il-politika pubblika, jew meta din il-parteċipazzjoni tagħti lill-Membru influwenza sinifikanti fl-affarijiet tal-organizzazzjoni inkwestjoni; (g) kull għajnuna, sew finanzjarja u sew fil-forma ta' riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna pprovduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati; (h) kwalunkwe interess finanzjarju ieħor li jista' jinfluwenza l-qadi tad-dmirijiet tal-Membru. Għal kull wieħed minn dawn il-punti, il-Membru għandu l-obbligu li jindika, meta jkun il-każ, jekk huwiex remunerat jew le u, għall-punti (a), (c), (d), (e) u (f), il-Membru għandu wkoll jindika l-kategorija ta' introjtu rilevanti; billi l-informazzjoni mogħtija tiġi ppubblikata fis-sit web tal-Parlament;
I. billi l-mandat tar-rappreżentanti eletti fir-Renju Unit huwa bbażat fuq is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea; billi, b'konsegwenza tal-Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 tat-28 ta' Ġunju 2018, u bis-saħħa tal-imsemmi Artikolu, il-mandat ta' dawn il-Membri tal-Parlament Ewropew jintemm awtomatikament jekk u fil-jum li fih il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv;
J. billi, skont l-istess dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mhuwiex se jikkawża vakanza skont l-Artikolu 13 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 u l-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura u, konsegwentement, it-tmiem tal-mandat tar-rappreżentanti eletti fir-Renju Unit ikun awtomatiku u jsir mingħajr il-bżonn li jiġi ddikjarat mill-Parlament Ewropew;
K. billi, fil-każ tal-ħruġ tar-Renju Unit, l-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew għal kull Stat Membru wara li tali ħruġ ikun sar effettiv ġie stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 u se jwassal biex rappreżentanti minn ċerti Stati Membri jimlew is-siġġijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-għadd ta' siġġijiet allokat skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dik id-deċiżjoni;
L. billi ċerti Stati Membri adottaw liġijiet jew regolamenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet b'listi transnazzjonali;
M. billi ċ-ċittadini ta' ċerti Stati Membri li ilhom jgħixu f'pajjiż ieħor għal perjodu ta' żmien speċifiku jistgħu jiġu mċaħħda mid-dritt tal-vot fl-Istat Membru tagħhom (ċaħda tad-dritt tal-vot); billi, f'xi każijiet, dan jista' jinkludi wkoll iċ-ċaħda tad-dritt għall-kandidatura;
1. Jiddikjara validu, suġġett għal kwalunkwe deċiżjonijiet eventwali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ir-riżultati elettorali jkunu ġew ikkontestati, il-mandat tal-Membri tal-Parlament Ewropew imsemmija fl-Anness ta' din id-deċiżjoni;
2. Itenni t-talba tiegħu li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux biss jinnotifikawh minnufih bl-ismijiet tal-kandidati eletti, iżda wkoll jgħaddulu l-ismijiet ta' kwalunkwe sostitut, flimkien mal-ordni tagħhom skont ir-riżultat tal-votazzjoni, u jħeġġeġ lil dawk li għadhom ma bagħtux in-notifiki rilevanti biex jagħmlu dan mill-aktar fis;
3. Jitlob li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jtemmu mingħajr dewmien l-eżami tal-kontestazzjonijiet possibbli li ġew ippreżentati lilhom, u li jinfurmaw lill-Parlament bir-riżultati tiegħu; jitlob li ssir evalwazzjoni trasparenti tal-iżvolġiment tal-elezzjonijiet Ewropej;
4. Jirrikonoxxi li l-mandat tar-rappreżentanti eletti fir-Renju Unit jintemm awtomatikament jekk u fil-jum li fih il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv;
5. F'din l-eventwalità, jistenna li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jibagħtu n-notifiki rilevanti, mingħajr dewmien bla bżonn, biex jimtlew is-siġġijiet addizzjonali;
6. Iqis li ċ-ċaħda tad-dritt tal-vot tista', potenzjalment, ikollha effett dissważiv fuq iċ-ċittadini li jkollhom il-ħsieb jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu fi ħdan l-UE (Artikolu 20(2)(a) tat-TFUE) u tikkawża riperkussjonijiet fuq dawk iċ-ċittadini li jkunu eżerċitaw dan l-istess dritt; iqis li ċ-ċaħda tad-dritt tal-vot tikser il-prinċipju ta' suffraġju universali (Artikolu 14(2) tat-TUE u Artikolu 1(3) tal-Att tal-1976); barra minn hekk, jesprimi tħassib dwar sitwazzjonijiet li fihom iċ-ċittadini jiġu mfixkla milli jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom minħabba nuqqas ta' ċarezza tal-proċeduri, inkluż bi rbit ma' listi tal-votanti, rekwiżiti ta' preżenza fiżika, jew diffikultà fil-ksib ta' aċċess għall-informazzjoni meħtieġa min-naħa tal-Istati Membri biex dak li jkun jeżerċita d-dritt tal-vot; huwa tal-fehma li ċ-ċaħda tad-dritt tal-vot jew rekwiżiti li jfixklu b'mod sproporzjonat l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot fl-ebda ċirkostanza ma għandhom japplikaw għall-elezzjonijiet Ewropew, u jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jipprevedi din il-possibbiltà;
7. Jitlob li l-Istati Membri li fihom setgħu nqalgħu problemi ta' dan it-tip jissemplifikaw il-formalitajiet ta' reġistrazzjoni tagħhom marbutin mal-parteċipazzjoni ta' persuni b'ċittadinanza ta' Stati Membri oħrajn fl-elezzjonijiet Ewropej, sew bħala votanti u sew bħala kandidati, b'mod partikolari billi jneħħu l-ostakoli amministrattivi żejda, b'tali mod li jagħmlu effettivi d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 20(2)(a) u (b) tat-TFUE; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-prattiki tal-Istati Membri jikkonformaw mal-liġi tal-UE;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri.
ANNESS: Lista tal-Membri tal-Parlament Ewropew li l-mandat tagħhom ġie ddikjarat validu
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Belġju (21 Membru)
ANNEMANS Gerolf
ARENA Maria
ARIMONT Pascal
BOTENGA Marc
BOURGEOIS Geert
BRICMONT Saskia
CHASTEL Olivier
DE MAN Filip
DE SUTTER Petra
FRANSSEN Cindy
KANKO Assita
LAMBERTS Philippe
LUTGEN Benoît
PEETERS Kris
RIES Frédérique
TARABELLA Marc
VAN BREMPT Kathleen
VAN OVERTVELDT Johan
VANDENDRIESSCHE Tom
VAUTMANS Hilde
VERHOFSTADT Guy
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Bulgarija (17-il Membru)
ADEMOV Asim
ALEXANDROV YORDANOV Alexander
ALIEVA-VELI Atidzhe
DZHAMBAZKI Angel
HRISTOV Ivo
KANEV Radan
KOVATCHEV Andrey
KYUCHYUK Ilhan
MAYDELL Eva
MIHAYLOVA Iskra
NOVAKOV Andrey
PENKOVA Tsvetelina
RADEV Emil
SLABAKOV Andrey
STANISHEV Sergei
VITANOV Petar
YONCHEVA Elena
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Ir-Repubblika Ċeka (21 Membru)
BLAŠKO Hynek
CHARANZOVÁ Dita
DAVID Ivan
DLABAJOVÁ Martina
GREGOROVÁ Markéta
HLAVÁČEK Martin
KNOTEK Ondřej
KOLAJA Marcel
KONEČNÁ Kateřina
KOVAŘÍK Ondřej
MAXOVÁ Radka
NIEDERMAYER Luděk
PEKSA Mikuláš
POLČÁK Stanislav
POSPÍŠIL Jiří
ŠOJDROVÁ Michaela
TOŠENOVSKÝ Evžen
VONDRA Alexandr
VRECIONOVÁ Veronika
ZAHRADIL Jan
ZDECHOVSKÝ Tomáš
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Id-Danimarka (13-il Membru)
AUKEN Margrete
CHRISTENSEN Asger
FUGLSANG Niels
GADE Søren
KOFOD Peter
LØKKEGAARD Morten
MELCHIOR Karen
PETER-HANSEN Kira Marie
PETERSEN Morten
SCHALDEMOSE Christel
VILLUMSEN Nikolaj
VIND Marianne (*)
WEISS Pernille
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-2 ta' Lulju 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Marianne VIND flok is-Sur Jeppe KOFOD, li d-deċiżjoni tiegħu li jassumi l-kariga ta' Ministru tal-Gvern Daniż u, konsegwentement, li ma jibdiex il-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, ġiet innotifikata mill-awtoritajiet nazzjonali Daniżi fis-27 ta' Ġunju 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Ġermanja (96 Membru)
ANDERSON Christine
ANDRESEN Rasmus
BARLEY Katarina
BECK Gunnar
BEER Nicola
BENTELE Hildegard
BERG Lars Patrick
BERGER Stefan
BISCHOFF Gabriele
BLOSS Michael
BOESELAGER Damian
BREYER Patrick
BUCHHEIT Markus
BUCHNER Klaus
BULLMAN Udo
BURKHARDT Delara
BUSCHMANN Martin
BÜTIKOFER Reinhard
CASPARY Daniel
CAVAZZINI Anna
DEMIREL Özlem
DEPARNAY-GRUNENBERG Anna
DOLESCHAL Christian
DÜPONT Lena
EHLER Christian
ERNST Cornelia
EROGLU Engin
ERTUG Ismail
FERBER Markus
FEST Nicolaus
FRANZ Romeo
FREUND Daniel
GAHLER Michael
GEBHARDT Evelyne
GEESE Alexandra
GEIER Jens
GEUKING Helmut
GIEGOLD Sven
GIESEKE Jens
GLÜCK Andreas
HAHN Henrike
HAHN Svenja
HÄUSLING Martin
HERBST Niclas
HERZBERGER-FOFANA Pierrette
HOHLMEIER Monika
JAHR Peter
KAMMEREVERT Petra
KELLER Ska
KÖRNER Moritz
KÖSTER Dietmar
KRAH Maximilian
KREHL Constanze
KUHS Joachim
LAGODINSKY Sergey
LANGE Bernd
LANGENSIEPEN Katrin
LIESE Peter
LIMMER Sylvia
LINS Norbert
MARQUARDT Erik
McALLISTER David
MEUTHEN Jörg
MICHELS Martina
MORTLER Marlene
MÜLLER Ulrike
NEUMANN Hannah
NEUSER Norbert
NIEBLER Angelika
NIENASS Niklas
NOICHL Maria
OETJEN Jan-Christoph
PAULUS Jutta
PIEPER Markus
RADTKE Dennis
REIL Guido
REINTKE Terry
SCHIRDEWAN Martin
SCHNEIDER Christine
SCHOLZ Helmut
SCHULZE Sven
SCHUSTER Joachim
SCHWAB Andreas
SEEKATZ Ralf
SEMSROTT Nico
SIMON Sven
SIPPEL Birgit
SONNEBORN Martin
VERHEYEN Sabine
VON CRAMON-TAUBADEL Viola
VOSS Axel
WALSMANN Marion
WEBER Manfred
WIELAND Rainer
WÖLKEN Tiemo
ZIMNIOK Bernhard
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Estonja (6 Membri)
ANSIP Andrus
KALJURAND Marina
MADISON Jaak
MIKSER Sven
PAET Urmas
TOOM Yana
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Irlanda (11-il Membru)
CARTHY Matt
CUFFE Ciarán
DALY Clare
FITZGERALD Frances
FLANAGAN Luke Ming
KELLEHER Billy
KELLY Seán
McGUINNESS Mairead
O’SULLIVAN Grace
WALLACE Mick
WALSH Maria
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Greċja (21 Membru)
ANDROULAKIS Nikos
ARVANITIS Konstantinos
ASIMAKOPOULOU Anna-Michelle
FRAGKOS Emmanouil (*)
GEORGOULIS Alexis
KAILI Eva
KEFALOGIANNIS Manolis
KOKKALIS Petros
KONSTANTINOU Athanasios
KOULOGLOU Stelios
KOUNTOURA Elena
KYMPOUROPOULOS Stelios
KYRTSOS Georgios
LAGOS Ioannis
MEIMARAKIS Vangelis
NIKOLAOU-ALAVANOS Lefteris
PAPADAKIS Kostas
PAPADIMOULIS Dimitrios
SPYRAKI Maria
VELOPOULOS Kyriakos (**)
VOZEMBERG-VRIONIDI Elissavet
ZAGORAKIS Theodoros
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-10 ta' Lulju 2019, jiġifieri d-data tan-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sur Emmanouil FRAGKOS flok is-Sur Kyriakos VELOPOULOS.
(**) Il-mandat tas-Sur Kyriakos VELOPOULOS intemm fis-6 ta' Lulju 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Spanja (54 Membru)
AGUILAR Mazaly
AGUILERA Clara
ARIAS ECHEVERRÍA Pablo
BARRENA ARZA Pernando
BAUZÁ DÍAZ José Ramón
BENJUMEA BENJUMEA Isabel
BILBAO BARANDICA Izaskun
BUXADÉ VILLALBA Jorge
CAÑAS Jordi
del CASTILLO VERA Pilar
DURÁ FERRANDIS Estrella (*)
ESTARÀS FERRAGUT Rosa
FERNÁNDEZ Jonás
GÁLVEZ MUÑOZ Lina
GARCÍA DEL BLANCO Ibán
GARCÍA-MARGALLO Y MARFIL José Manuel
GARCÍA MUÑOZ Isabel
GARCÍA PÉREZ Iratxe
GARDIAZABAL RUBIAL Eider
GARICANO Luis
GONZÁLEZ Mónica Silvana
GONZÁLEZ CASARES Nicolás
GONZÁLEZ PONS Esteban
HOMS GINEL Alicia
LÓPEZ Javi
LÓPEZ AGUILAR Juan Fernando
LÓPEZ GIL Leopoldo
LÓPEZ-ISTÚRIZ WHITE Antonio
LUENA César
MAESTRE MARTÍN DE ALMAGRO Cristina
MALDONADO LÓPEZ Adriana
MILLÁN MON Francisco José
MONTSERRAT Dolors
MORENO SÁNCHEZ Javier
NART Javier
PAGAZAURTUNDÚA Maite
PINEDA Manu
REGO Sira
RIBA I GINER Diana
RODRÍGUEZ PALOP Eugenia
RODRÍGUEZ-PIÑERO Inma
RODRÍGUEZ RAMOS María Soraya
RUIZ DEVESA Domènec
SÁNCHEZ AMOR Nacho
SOLÍS PÉREZ Susana
TERTSCH Hermann
URBÁN CRESPO Miguel
URTASUN Ernest
VILLANUEVA RUIZ Idoia
ZARZALEJOS Javier
ZOIDO ÁLVAREZ Juan Ignacio
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-2 ta' Lulju 2019, skont in-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Estrella DURÁ FERRANDIS flok is-Sur Josep BORRELL FONTELLES, li rrinunzja għas-siġġu tiegħu fis-26 ta' Ġunju 2019 u ma ppreżentax id-dikjarazzjonijiet neċessarji għall-verifika tal-kredenzjali tiegħu.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Franza (74 Membru)
ALFONSI François
ANDRIEU Eric
ANDROUËT Mathilde
AUBRY Manon
BARDELLA Jordan
BAY Nicolas
BEIGNEUX Aurelia
BELLAMY François-Xavier
BIJOUX Stéphane
BILDE Dominique
BITEAU Benoît
BOMPARD Manuel
BOYER Gilles
BRUNA Annika
BRUNET Sylvie
CANFIN Pascal
CARÊME Damien
CHABAUD Catherine
CHAIBI Leïla
COLIN-OESTERLÉ Nathalie
COLLARD Gilbert
CORMAND David
DANJEAN Arnaud
DECERLE Jérémy
DELBOS-CORFIELD Gwendoline
DELLI Karima
DIDIER Geoffroy
DURAND Pascal
EVREN Agnès
FARRENG Laurence
GARRAUD Jean-Paul
GLUCKSMANN Raphaël
GRISET Catherine
GRUDLER Christophe
GUETTA Bernard
GUILLAUME Sylvie
HAYER Valerie
HORTEFEUX Brice
JADOT Yannick
JALKH Jean-François
JAMET France
JORON Virginie
JUVIN Herve
KARLESKIND Pierre
KELLER Fabienne
LALUCQ Aurore
LAPORTE Hélène
LARROUTUROU Pierre
LEBRETON Gilles
LECHANTEUX Julie
LOISEAU Nathalie
MARIANI Thierry
MAUREL Emmanuel
MÉLIN Joëlle
MORANO Nadine
OLIVIER Philippe
OMARJEE Younous
PELLETIER Anne-Sophie
PIRBAKAS Maxette
RIQUET Dominique
RIVASI Michèle
RIVIÈRE Jérôme
ROOSE Caroline
ROUGÉ André
SANDER Anne
SATOURI Mounir
SÉJOURNÉ Stéphane
TOLLERET Irène
TOUSSAINT Marie
TRILLET-LENOIR Véronique
VEDRENNE Marie-Pierre
YENBOU Salima
YON-COURTIN Stéphanie
ZACHAROPOULOU Chrysoula
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Kroazja (11-il Membru)
BORZAN Biljana
FLEGO Valter
GLAVAK Sunčana (*)
KOLAKUŠIĆ Mislav
MATIĆ Predrag Fred
PICULA Tonino
RESSLER Karlo
SINČIĆ Ivan Vilibor
SOKOL Tomislav
ŠUICA Dubravka (**)
TOMAŠIĆ Ruža
ZOVKO Željana
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-1 ta' Diċembru 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Sunčana GLAVAK flok is-Sa Dubravka ŠUICA.
Il-mandat tas-Sa Dubravka ŠUICA ntemm fit-30 ta' Novembru 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Italja (73 Membru)
ADINOLFI Isabella
ADINOLFI Matteo
BALDASSARRE Simona
BARTOLO Pietro
BASSO Alessandra
BEGHIN Tiziana
BENIFEI Brando
BERLUSCONI Silvio
BIZZOTTO Mara
BONAFÈ Simona
BONFRISCO Anna
BORCHIA Paolo
CALENDA Carlo
CAMPOMENOSI Marco
CAROPPO Andrea
CASANOVA Massimo
CASTALDO Fabio Massimo
CECCARDI Susanna
CHINNICI Caterina
CIOCCA Angelo
CONTE Rosanna
CORRAO Ignazio
COZZOLINO Andrea
D’AMATO Rosa
DANTI Nicola (*)
DA RE Gianantonio
DE CASTRO Paolo
DONATO Francesca
DORFMANN Herbert
DREOSTO Marco
EVI Eleonora
FERRANDINO Giuseppe
FERRARA Laura
FIDANZA Carlo
FIOCCHI Pietro
FITTO Raffaele
FURORE Mario
GANCIA Gianna
GEMMA Chiara
GIARRUSSO Dino
GRANT Valentino
GUALMINI Elisabetta
GUALTIERI Roberto (**)
LANCINI Danilo Oscar
LIZZI Elena
MAJORINO Pierfrancesco
MARTUSCIELLO Fulvio
MILAZZO Giuseppe
MORETTI Alessandra
PANZA Alessandro
PATRICIELLO Aldo
PEDICINI Piernicola
PICIERNO Pina
PIGNEDOLI Sabrina
PISAPIA Giuliano
PROCACCINI Nicola
REGIMENTI Luisa
RINALDI Antonio Maria
ROBERTI Franco
RONDINELLI Daniela
SALINI Massimiliano
SARDONE Silvia
SASSOLI David Maria
SMERIGLIO Massimiliano
STANCANELLI Raffaele
TAJANI Antonio
TARDINO Annalisa
TINAGLI Irene
TOIA Patrizia
TOVAGLIERI Isabella
VUOLO Lucia
ZAMBELLI Stefania
ZANNI Marco
ZULLO Marco
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-5 ta' Diċembru 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sur Nicola DANTI flok is-Sur Roberto GUALTIERI.
(**) Il-mandat tas-Sur Roberto GUALTIERI ntemm fl-4 ta' Settembru 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Ċipru (6 Membri)
CHRISTOFOROU Lefteris
FOURLAS Loukas
GEORGIOU Giorgios
KIZILYÜREK Niyazi
MAVRIDES Costas
PAPADAKIS Demetris
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Latvja (8 Membri)
AMERIKS Andris
IJABS Ivars
KALNIETE Sandra
MELBĀRDE Dace
UŠAKOVS Nils
VAIDERE Inese (*)
ZĪLE Roberts
ŽDANOKA Tatjana
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-2 ta' Lulju 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Inese VAIDERE flok is-Sur Valdis DOMBROVSKIS, li rrinunzja għas-siġġu tiegħu qabel ma bdiet id-disa' leġiżlatura u ma ppreżentax id-dikjarazzjonijiet neċessarji għall-verifika tal-kredenzjali tiegħu.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Litwanja (11-il Membru)
AUŠTREVIČIUS Petras
BLINKEVIČIŪTĖ Vilija
JAKELIŪNAS Stasys
JUKNEVIČIENĖ Rasa
KUBILIUS Andrius
MALDEIKIENĖ Aušra
MAŽYLIS Liudas
OLEKAS Juozas
ROPĖ Bronis
TOMAŠEVSKI Valdemar
USPASKICH Viktor
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Lussemburgu (6 Membri)
ANGEL Marc (*)
GOERENS Charles
HANSEN Christophe
METZ Tilly
SCHMIT Nicolas (**)
SEMEDO Monica
WISELER-LIMA Isabel
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-10 ta' Diċembru 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sur Marc ANGEL flok is-Sur Nicolas SCHMIT.
(**) Il-mandat tas-Sur Nicolas SCHMIT intemm fit-30 ta' Novembru 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Ungerija (21 Membru)
ARA-KOVÁCS Attila
BOCSKOR Andrea
CSEH Katalin
DELI Andor
DEUTSCH Tamás
DOBREV Klára
DONÁTH Anna Júlia
GÁL Kinga
GYÖNGYÖSI Márton
GYŐRI Enikő
GYÜRK András
HIDVÉGHI Balázs
HÖLVÉNYI György
JÁRÓKA Lívia
KÓSA Ádám
MOLNÁR Csaba
RÓNAI Sándor
SZÁJER József
TÓTH Edina
TRÓCSÁNYI László
UJHELYI István
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Malta (6 Membri)
AGIUS SALIBA Alex
CASA David
CUTAJAR Josianne
DALLI Miriam
METSOLA Roberta
SANT Alfred
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
In-Netherlands (26 Membru)
AZMANI Malik
BERENDSEN Tom
CHAHIM Mohammed
van DALEN Peter
EICKHOUT Bas
EPPINK Derk Jan
HAZEKAMP Anja
HUITEMA Jan
JONGERIUS Agnes Maria
de LANGE Esther
LENAERS Jeroen
MANDERS Antonius
NAGTEGAAL Caroline
PIRI Kati
RAFAELA Samira
ROOKEN Rob
ROOS Rob
RUISSEN Bert-Jan
SCHREIJER-PIERIK Annie
SCHREINEMACHER Liesje
van SPARRENTAK Kim
STRIK Tineke
TANG Paul
TAX Vera
in 't VELD Sophia
WOLTERS Lara (*)
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-4 ta' Lulju 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Lara WOLTERS flok is-Sur Frans TIMMERMANS, li ma ppreżentax id-dikjarazzjonijiet neċessarji għall-verifika tal-kredenzjali tiegħu u għażel li jżomm il-kariga ta' Kummissarju Ewropew.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Awstrija (18-il Membru)
BERNHUBER Alexander
EDTSTADLER Karoline (*)
GAMON Claudia
HAIDER Roman
HEIDE Hannes
KARAS Othmar
MANDL Lukas
MAYER Georg
REGNER Evelyn
SCHIEDER Andreas
SCHMIEDTBAUER Simone
SIDL Günther
THALER Barbara
VANA Monika
VILIMSKY Harald
VOLLATH Bettina
WIENER Sarah
WINZIG Angelika
(*) Il-mandat tas-Sa Karoline EDTSTADLER intemm fis-6 ta' Jannar 2020.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Polonja (51 Membru)
ADAMOWICZ Magdalena
ARŁUKOWICZ Bartosz
BALT Marek Paweł
BELKA Marek
BIEDROŃ Robert
BIELAN Adam
BRUDZIŃSKI Joachim Stanisław
BUZEK Jerzy
CIMOSZEWICZ Włodzimierz
CZARNECKI Ryszard
DUDA Jarosław
FOTYGA Anna
FRANKOWSKI Tomasz
HALICKI Andrzej
HETMAN Krzysztof
HÜBNER Danuta Maria
JAKI Patryk
JARUBAS Adam
JURGIEL Krzysztof
KALINOWSKI Jarosław
KARSKI Karol
KEMPA Beata
KLOC Izabela-Helena
KOHUT Łukasz
KOPACZ Ewa
KOPCIŃSKA Joanna
KRASNODĘBSKI Zdzisław
KRUK Elżbieta
KUŹMIUK Zbigniew
LEGUTKO Ryszard Antoni
LEWANDOWSKI Janusz
LIBERADZKI Bogusław
ŁUKACIJEWSKA Elżbieta Katarzyna
MAZUREK Beata
MILLER Leszek
MOŻDŻANOWSKA Andżelika Anna
OCHOJSKA Janina
OLBRYCHT Jan
PORĘBA Tomasz Piotr
RAFALSKA Elżbieta
RZOŃCA Bogdan
SARYUSZ-WOLSKI Jacek
SIKORSKI Radosław
SPUREK Sylwia
SZYDŁO Beata
THUN UND HOHENSTEIN Róża
TOBISZOWSKI Grzegorz
WASZCZYKOWSKI Witold Jan
WIŚNIEWSKA Jadwiga
ZALEWSKA Anna
ZŁOTOWSKI Kosma
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Portugall (21 Membru)
AMARO Álvaro
CARVALHAIS Isabel (*)
CARVALHO Maria de Graça
CERDAS Sara
DIONÍSIO BRADFORD André Jorge (**)
FERNANDES José Manuel
FERREIRA João
GUERREIRO Francisco
GUSMÃO José
LEITÃO MARQUES Maria Manuel
MARQUES Margarida
MARQUES Pedro
MATIAS Marisa
MELO Nuno
MONTEIRO DE AGUIAR Cláudia
PEREIRA Lídia
PEREIRA Sandra
PIZARRO Manuel
RANGEL Paulo
SANTOS Isabel
SILVA PEREIRA Pedro
ZORRINHO Carlos
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-3 ta' Settembru 2019, jiġifieri d-data tan-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Isabel CARVALHAIS flok is-Sur André Jorge DIONÍSIO BRADFORD.
(**) Il-mandat tas-Sur André Jorge DIONÍSIO BRADFORD intemm fit-18 ta' Lulju 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Ir-Rumanija (32 Membru)
ARMAND Clotilde
AVRAM Carmen
BĂSESCU Traian
BENEA Adrian-Dragoş
BLAGA Vasile
BOGDAN Ioan-Rareş
BOTOŞ Vlad-Marius
BUDA Daniel
BUŞOI Cristian-Silviu
CIOLOŞ Dacian
CIUHODARU Tudor
CREŢU Corina
FALCĂ Gheorghe
GHINEA Cristian
GRAPINI Maria
HAVA Mircea-Gheorghe
MANDA Claudiu
MARINESCU Marian-Jean
MOTREANU Dan-Ştefan
MUREȘAN Siegfried
NICA Dan
NISTOR Gheorghe-Vlad (*)
PÎSLARU Dragoş
PLUMB Rovana
ŞTEFĂNUȚĂ Nicolae
STRUGARIU Ramona
TERHEŞ Cristian
TOMAC Eugen
TUDORACHE Dragoş
TUDOSE Mihai
VĂLEAN Adina-Ioana (**)
VINCZE Loránt
WINKLER Iuliu
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-2 ta' Diċembru 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sur Gheorghe-Vlad NISTOR flok is-Sa Adina-Ioana VĂLEAN.
(**) Il-mandat tas-Sa Adina-Ioana VĂLEAN intemm fit-30 ta' Novembru 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Is-Slovenja (8 Membri)
BOGOVIČ Franc
BRGLEZ Milan
FAJON Tanja
GROŠELJ Klemen
JOVEVA Irena
NOVAK Ljudmila
TOMC Romana
ZVER Milan
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Is-Slovakkja (13-il Membru)
BEŇOVÁ Monika
BILČÍK Vladimír
ČÍŽ Miroslav
ĎURIŠ NICHOLSONOVÁ Lucia
HAJŠEL Robert
HOJSÍK Martin
JURZYKA Eugen
POLLÁK Peter
RADAČOVSKÝ Miroslav
ŠIMEČKA Michal
ŠTEFANEC Ivan
UHRÍK Milan
WIEZIK Michal
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Finlandja (13-il Membru)
HAKKARAINEN Teuvo
HAUTALA Heidi
HEINÄLUOMA Eero
HUHTASAARI Laura
KATAINEN Elsi
KUMPULA-NATRI Miapetra
MODIG Silvia
NIINISTÖ Ville
PEKKARINEN Mauri
PIETIKÄINEN Sirpa
SARVAMAA Petri
TORVALDS Nils
VIRKKUNEN Henna
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Iżvezja (20 Membru)
AL-SAHLANI Abir
BERGKVIST Erik
BJÖRK Malin
DANIELSSON Johan
FEDERLEY Fredrick
FRITZON Heléne
GUTELAND Jytte
HOLMGREN Pär
INCIR Evin
KARLSBRO Karin
KOKALARI Arba
KUHNKE Alice
LEGA David
LUNDGREN Peter
POLFJÄRD Jessica
SKYTTEDAL Sara
STEGRUD Jessica
TOBÉ Tomas
WARBORN Jörgen
WEIMERS Charlie
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Ir-Renju Unit (73 Membru)
AINSLIE Scott
ALLARD Christian
ANDERSON Martina
BEARDER Catherine
BENNION Phil
BROPHY Jane
BULL David
BULLOCK Jonathan
BUNTING Judith
CHOWNS Ellie
CORBETT Richard
DANCE Seb
DAUBNEY Martin Edward
DAVIES Chris
DE LUCY Belinda
DHAMIJA Dinesh
DODDS Diane
DOWDING Gina
ENGLAND KERR Andrew
EVANS Jill
FARAGE Nigel
FORMAN Lance
FOX Claire
GIBSON Barbara Ann
GILL Nathan
GILL Neena
GLANCY James Alexander
GRIFFIN Theresa
HABIB Ben
HANNAN Daniel
HARRIS Lucy Elizabeth
HEAVER Michael
HOOK Anthony
HORWOOD Martin
HOWARTH John
JONES Jackie
JORDAN Christina Sheila
KIRTON-DARLING Jude
LONG Naomi
LONGWORTH John
LOWE Rupert
MAGID Magid
McINTYRE Anthea
McLEOD Aileen
MOBARIK Nosheena
MOHAMMED Shaffaq
MONTEITH Brian
MORAES Claude
MUMMERY June Alison
NETHSINGHA Lucy
NEWTON DUNN Bill
OVERGAARD NIELSEN Henrik
PALMER Rory
PATTEN Matthew
PHILLIPS Alexandra Lesley
PHILLIPS Alexandra Louise Rosenfield
PORRITT Luisa
PUGH Jake
REES-MOGG Annunziata Mary
RITCHIE Sheila
ROWETT Catherine
ROWLAND Robert
SCOTT CATO Molly
SMITH Alyn (*)
STEDMAN-BRYCE Louis
TENNANT John David Edward
TICE Richard
VAN ORDEN Geoffrey
VOADEN Caroline
VON WIESE Irina
WARD Julie
WELLS James
WIDDECOMBE Ann
(*) Il-mandat tas-Sur Alyn SMITH intemm fit-12 ta' Diċembru 2019.
NOTIFIKI MILL-ISTATI MEMBRI
BE |
24.06.2019 28.06.2019 |
BG |
06.06.2019 09.10.2019 |
CZ |
18.06.2019 |
DK |
25.06.2019 |
DE |
26.06.2019 |
EE |
14.06.2019 |
IE |
06.06.2019 |
GR |
12.06.2019 20.06.2019 |
ES |
17.06.2019 20.06.2019 |
FR |
13.06.2019 |
HR |
10.06.2019 |
IT |
21.06.2019 22.06.2019 11.10.2019 |
CY |
28.05.2019 04.06.2019 |
LV |
07.06.2019 14.10.2019 |
LT |
03.06.2019 |
LU |
20.06.2019 |
HU |
17.06.2019 21.10.2019 |
MT |
27.05.2019 |
NL |
25.06.2019 |
AU |
17.06.2019 |
PL |
28.05.2019 |
PT |
25.06.2019 05.11.2019 |
RO |
21.06.2019 11.10.2019 |
SL |
19.06.2019 16.10.2019 |
SK |
30.05.2019 14.10.2019 |
FI |
31.05.2019 |
SV |
03.06.2019 |
UK |
31.05.2019 07.10.2019 |
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
28.1.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 0 3 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Geoffroy Didier, Esteban González Pons, Jackie Jones, Gilles Lebreton, Karen Melchior, Lucy Nethsingha, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Liesje Schreinemacher, Stéphane Séjourné, Marion Walsmann, Tiemo Wölken, Lara Wolters |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Jorge Buxadé Villalba, Andrea Caroppo, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Andrzej Halicki, Heidi Hautala, Javier Nart, Emil Radev, Nacho Sánchez Amor, Marie Toussaint |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Leila Chaibi |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
17 |
+ |
ECR |
Jorge Buxadé Villalba |
GUE/NGL |
Leila Chaibi |
ID |
Gilles Lebreton |
PPE |
Geoffroy Didier, Esteban González Pons, Andrzej Halicki, Emil Radev, Marion Walsmann |
RENEW |
Karen Melchior, Javier Nart, Lucy Nethsingha, Stéphane Séjourné |
S&D |
Evelyne Gebhardt, Jackie Jones, Nacho Sánchez Amor, Tiemo Wölken, Lara Wolters |
0 |
- |
|
|
3 |
0 |
NI |
Lefteris Nikolaou-Alavanos |
VERTS/ALE |
Heidi Hautala, Marie Toussaint |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.
- [2] ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.
- [3] ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.
- [4] ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34.
- [5] ĠU L 26, 26.1.2013, p. 27.
- [6] ĠU L 181, 29.6.2013, p. 57.
- [7] ĠU L 165, 2.7.2018, p. 1.
- [8] Le Pen vs Il-Parlament, C-208/03, EU:C:2005:429; L-Italja u Donnici vs Il-Parlament, C-393/07 u C-9/08, EU:C:2009:275: u Junqueras Vies, C-502/19, EU:C:2019:1115.
- [9] Boletín Oficial del Estado, Nru. 142, tal-14 ta' Ġunju 2019, p. 62477-62478.
- [10] Junqueras Vies, C-502/19, EU:C:2019:1115.