RAPPORT li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

28.1.2020 - (06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356M(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Geert Bourgeois


Proċedura : 2018/0356M(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0017/2020
Testi mressqa :
A9-0017/2020
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

(06050/2019 – C9-0023/2019 – 2018/0356M(NLE))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06050/2019),

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (06051/2019),

 wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (0000/2019),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91(1), 100(2), 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C9-0023/2019),

 wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2012, u li daħal fis-seħħ f'Ottubru 2016[1];

 wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta' Parteċipazzjoni, iffirmat fis-17 ta' Ottubru 2019, li se jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-Vjetnam fl-operazzjonijiet ċivili u militari ta' mmaniġġjar ta' kriżijiet mmexxija mill-Unjoni Ewropea u juri impenn qawwi miż-żewġ naħat għal approċċ multilaterali bbażat fuq ir-regoli għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017 fil-proċedura 2/15[2], skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE, mitluba mill-Kummissjoni fl-10 ta' Lulju 2015,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment[3],

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Kummerċ għal Kulħadd: lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment",

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2009 li jiġu segwiti negozjati bilaterali tal-FTA ma' stati membri individwali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN),

 wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjati tat-23 ta' April 2007 għal FTA interreġjonali mal-istati membri tal-ASEAN,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-Vjetnam[4],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar il-libertà ta' espressjoni fil-Vjetnam, b'mod partikolari l-każ ta' Nguyen Van Hoa[5],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi[6],

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta' Frar 2016 fil-każ 1409/2014/MHZ dwar in-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq minn qabel valutazzjoni tal-impatt dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam[7],

 wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 168 u 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tħaddim tat-tfal tal-20 ta' Ġunju 2016,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem tal-20 ta' Ġunju 2016,

 wara li kkunsidra l-impatt ekonomiku tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam[8],

 wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali dwar il-Vjetnam imwettaq mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tiegħu fil-Vjetnam (bejn it-28 ta' Ottubru u l-1 ta' Novembru 2018) u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta' Mejju 2018 dwar il-progress tal-pajjiż fl-indirizzar tas-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU) wara n-notifika min-naħa tal-Kummissjoni tal-"karta s-safra" fit-23 ta' Ottubru 2017,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta' ...[9] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għas-Sajd,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0017/2020),

A. billi l-Vjetnam huwa sieħeb strateġiku għall-Unjoni Ewropea, u billi l-UE u l-Vjetnam għandhom aġenda komuni biex jistimulaw it-tkabbir u l-impjiegi, itejbu l-kompetittività, jiġġieldu l-faqar u jiksbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), u wkoll għandhom impenn qawwi favur il-kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli u sistema kummerċjali multilaterali;

B. billi dan huwa t-tieni ftehim kummerċjali bilaterali konkluż bejn l-UE u stat membru tal-ASEAN u jirrappreżenta pass importanti lejn FTA interreġjonali; billi dan il-ftehim, flimkien mal-FTA bejn l-UE u r-Repubblika ta' Singapore li l-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għalih fit-13 ta' Frar 2019, se jservi wkoll bħala parametru referenzjarju għall-ftehimiet li l-UE qed tinnegozja bħalissa mal-ekonomiji ewlenin l-oħra tal-ASEAN;

C. billi 90 % tat-tkabbir ekonomiku dinji tal-ġejjieni huwa mbassar li se jiġi ġġenerat barra mill-Ewropa, b'parti sinifikanti ssir fl-Asja;

D. billi fl-2007 il-Vjetnam issieħeb mad-WTO u issa għandu ekonomija kummerċjali miftuħa u ħielsa, kif indikat mis-16-il ftehim kummerċjali ma' 56 pajjiż;

E. billi l-Vjetnam huwa membru fundatur tal-Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika (CPTPP) u parti fin-negozjati li ġew konklużi reċentement dwar is-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali (RCEP);

F. billi l-Vjetnam għandu ekonomija li sejra tajjeb, kompetittiva u konnessa ma' kważi 100 miljun ċittadin, bi klassi medja li qed tikber u forza tax-xogħol żagħżugħa u dinamika, għalkemm għadha ekonomija bi dħul baxx li qed tiffaċċja sfidi speċifiċi ta' żvilupp, kif muri mill-pożizzjoni tiegħu dwar l-indiċi ta' żvilupp tal-bniedem tal-UNDP, li bħalissa jinsab il-116 minn 189 pajjiż;

G. billi l-Vjetnam huwa wkoll wieħed mill-pajjiżi li l-aktar qed jikbru malajr fl-ASEAN, b'rata medja ta' tkabbir tal-PDG ta' madwar 6,51 % mill-2000 sal-2018; billi huwa stmat li l-Vjetnam ikompli jikber b'rati simili b'saħħithom fis-snin li ġejjin;

H. billi l-UE bħalissa hija t-tielet l-akbar sieħba kummerċjali tal-Vjetnam wara ċ-Ċina u l-Korea t'Isfel, u t-tieni l-akbar suq tal-esportazzjoni wara l-Istati Uniti; billi l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-pajjiż fl-aħħar għaxar snin juru tkabbir medju stmat ta' bejn 5 % u 7 % kull sena; billi l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku li wettqet il-Kummissjoni pprevediet "qligħ tal-esportazzjoni ta' EUR 8 biljun sal-2035 għall-kumpaniji tal-UE", u l-esportazzjonijiet tal-Vjetnam lejn l-UE huma "mistennija li jiżdiedu bi EUR 15 biljun"; billi huwa importanti li jiġu massimizzati l-opportunitajiet offruti minn dan il-ftehim bl-aktar mod inklużiv għan-negozji, b'mod partikolari l-SMEs;

I. billi l-Kunsill enfasizza li huwa fl-interess tal-UE li jkompli jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 b'mod koerenti, komprensiv u effikaċi, bħala prijorità ewlenija tal-UE, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħha u biex iżżomm il-kredibbiltà tagħha fl-Ewropa u globalment; billi fl-ittra ta' missjoni mibgħuta lill-Kummissarji nnominati kollha, il-President eletta von der Leyen insistiet li l-kummissarji kollha se jiżguraw it-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU fil-qasam ta' politika tagħhom;

J. billi l-Vjetnam għadu qed jiffaċċja sfidi fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet politiċi u ċivili, b'referenza partikolari għas-sitwazzjoni tal-minoranzi, il-libertajiet fundamentali, il-libertà tat-twemmin reliġjuż u l-libertà tal-istampa, u l-isfruttament tar-riżorsi naturali (eż. ir-ramel, is-sajd u l-injam), l-immaniġġjar tal-iskart u t-tniġġis; jilmenta dwar il-fatt li l-UE u l-Vjetnam għadhom jieħdu pożizzjonijiet differenti dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem li jikkonċernaw il-Vjetnam u dwar l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet, pereżempju dawk relatati mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR); billi x-xogħol furzat tal-priġunieri jibqa' ta' tħassib fil-Vjetnam;

K. billi minkejja r-riformi ekonomiċi u politiċi li bdew fl-1986, il-Vjetnam għadu stat b'partit wieħed li ma jirrikonoxxix il-libertajiet fundamentali bħal-libertà tal-assoċjazzjoni, il-libertà tal-kelma, il-libertà tar-reliġjon u l-libertà tal-istampa; billi n-natura repressiva tar-reġim u l-ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam ġew dokumentati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-rapport annwali tal-UE tal-2018 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja, b'enfasi partikolari fuq in-numru dejjem jikber ta' priġunieri politiċi fil-pajjiż;

L. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2018 il-Parlament talab lill-gvern tal-Vjetnam biex "iħassar, jirrevedi jew jemenda l-liġijiet repressivi kollha, b'mod partikolari l-Kodiċi Kriminali tiegħu"; billi din is-sejħa ma ġietx imwieġba mill-Vietnam; billi l-Vjetnam ma aċċetta l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet biex jiġu emendati jew imħassra dispożizzjonijiet abbużivi fil-leġiżlazzjoni penali magħmula fil-qafas tal-aħħar Eżami Perjodiku Universali f'Marzu 2019;

M. billi l-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam jirrikonoxxi l-importanza li jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u l-ekosistemi ħajjin tal-baħar, flimkien mal-promozzjoni ta' akkwakultura sostenibbli, u fl-Artikolu 13.9 jipprevedi kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;

N. billi ċerti prodotti bbażati fuq il-ħut, bħal dawk bil-kodiċijiet NM 1604 14 21 u 1604 14 26, mhumiex inklużi fir-reġim ta' eżenzjoni mid-dazju fl-FTA minħabba s-sensittività tagħhom għall-Unjoni Ewropea;

O. billi huwa rikonoxxut li s-sajd IUU jikkostitwixxi kriminalità organizzata tal-ibħra li għandha impatti ambjentali u soċjoekonomiċi diżastrużi fid-dinja kollha u joħloq kompetizzjoni inġusta għall-industrija Ewropea tas-sajd;

P. billi l-Vjetnam huwa r-raba' l-akbar produttur tal-ħut fid-dinja, segwit mill-Unjoni Ewropea, u r-raba' l-akbar produttur ta' prodotti tal-akkwakultura;

Q. billi, mil-lat ta' valur, l-UE hija l-akbar negozjant fid-dinja ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, billi fl-2017 iġġenerat volum ta' kummerċ ta' aktar minn EUR 2,3 biljun; billi l-UE timporta aktar minn 65 % tal-prodotti tal-ħut li tikkonsma u hija waħda mill-akbar investituri barranin fil-Vjetnam;

R. billi l-Vjetnam s'issa kiseb protezzjoni għal prodott ta' indikazzjoni ġeografika (IĠ) wieħed – Phú Quốc, varjetà ta' zalza tal-ħut – bħala denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) fi ħdan l-iskemi ta' kwalità tal-UE; billi l-FTA jipprevedi l-protezzjoni ta' 169 IĠ tal-UE għal inbejjed, spirti u prodotti tal-ikel fil-Vjetnam u protezzjoni reċiproka għal 39 IĠ Vjetnamiżi fl-UE;

S. billi l-Vjetnam għandu suq ta' 95 miljun ruħ bi tradizzjonijiet li ilhom stabbiliti żmien twil fil-konsum ta' ħut u prodotti tal-akkwakultura, u huwa t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fir-reġjun tal-ASEAN; billi s-sajd jista' jagħti potenzjal qawwi għat-tkabbir u benefiċċji sinifikanti lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju Ewropej; billi dan is-settur huwa ta' interess vitali għall-prosperità u l-innovazzjoni Ewropej;

1. Jenfasizza l-fatt li l-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam (EVFTA) huwa l-aktar ftehim modern, komprensiv u ambizzjuż li qatt ġie konkluż bejn l-UE u pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u jservi bħala punt ta' riferiment għall-impenn tal-UE ma' pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod speċjali fir-reġjun tal-ASEAN; ifakkar li l-Vjetnam se jibqa' benefiċjarju tal-SĠP għal perjodu tranżitorju ta' sentejn ladarba l-FTA ikun fis-seħħ ;

2. Jinnota li n-negozjati bdew f'Ġunju 2012 u ġew konklużi f'Diċembru 2015 wara 14-il ċiklu ta' negozjati, u jiddispjaċih bid-dewmien sussegwenti biex il-ftehim jinġieb 'il quddiem għall-iffirmar u r-ratifika – b'mod partikolari d-dewmien biex il-Kunsill jitlob l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-waqt qabel l-elezzjonijiet Ewropej;

3. Jisħaq fuq l-importanza ekonomika u strateġika ta' dan il-ftehim, billi l-UE u l-Vjetnam jikkondividu objettivi komuni – li jistimulaw it-tkabbir u l-impjiegi, jagħtu spinta lill-kompetittività, jiġġieldu l-faqar, isaħħu s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, jiksbu l-SDGs u jappoġġaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-ħaddiema; jenfasizza l-kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi li jagħmlu lis-sħab tal-UE fil-Lvant Imbiegħed l-atturi ewlenin biex jimpenjaw ruħhom, f'ambjent ġeoekonomiku lokali kumpless;

4. Jinnota li l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-azzjonijiet tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandhom jiġu ggwidati mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, mir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, mill-prinċipji ta' ugwaljanza u solidarjetà, u mir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' politiki allinjati mal-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-TFUE;

5. Jissottolinja s-sinifikat tal-ftehim f'termini ta' kompetittività tan-negozji tal-UE fir-reġjun; jinnota li l-kumpaniji Ewropej qed jiffaċċjaw kompetizzjoni akbar minn pajjiżi li magħhom il-Vjetnam diġà għandu ftehimiet ta' kummerċ ħieles, b'mod partikolari l-Ftehim Komprensiv u Progressiv għal Sħubija Trans-Paċifika (CPTPP);

6. Jispera li l-ftehim, flimkien mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u Singapore, iservi ta' avvanz lejn l-istabbiliment ta' standards għoljin u regoli fir-reġjun tal-ASEAN, u jgħin biex titwitta t-triq għal ftehim interreġjonali futur dwar il-kummerċ u l-investiment; jisħaq li l-ftehim jibgħat ukoll sinjal qawwi favur il-kummerċ miftuħ, ġust u reċiproku fi żminijiet fejn qed jiżdiedu x-xejriet ta' protezzjoni u l-isfidi serji għall-kummerċ multilaterali bbażat fuq ir-regoli; jenfasizza li l-ftehim jgħin lill-UE ssaħħaħ il-preżenza tagħha fir-reġjun tal-ASEAN, filwaqt li jqis il-konklużjonijiet reċenti tas-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali (RCEP) u d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Komprensiv u Progressiv għal Sħubija Trans-Paċifika (CPTPP); jenfasizza wkoll li l-ftehim jippermetti lill-UE tippromwovi l-istandards u l-valuri tagħha fir-reġjun; ifakkar fl-appoġġ sħiħ tiegħu għall-multilateraliżmu u għall-importanza li tinkiseb riforma sostenibbli u ambizzjuża tad-WTO li tista' tiżgura kummerċ internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;

7. Jissottolinja li l-ftehim se jelimina aktar minn 99 % tat-tariffi[10]; jinnota li mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim, il-Vjetnam se jilliberalizza 65 % tad-dazji tal-importazzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-UE, filwaqt li l-bqija tad-dazji se jiġu eliminati gradwalment fuq perjodu ta' 10 snin; jinnota wkoll li mad-dħul fis-seħħ, l-UE se tilliberalizza 71 % tal-importazzjonijiet tagħha u li wara perjodu ta' seba' snin, 99 % tal-importazzjonijiet se jkunu mingħajr dazju. jirrimarka li l-ftehim se jkun fih ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiġu indirizzati ostakli mhux tariffarji għall-esportazzjonijiet tal-UE, li spiss jikkostitwixxu ostaklu sinifikanti għall-SMEs; iqis li l-EVFTA jista' jgħin biex jiġi indirizzat id-defiċit kummerċjali tal-UE mal-Vjetnam, billi jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tkabbir tal-pajjiż tal-ASEAN fis-snin li ġejjin;

8. Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati kontrolli effettivi u affidabbli, inkluż permezz ta' kooperazzjoni doganali msaħħa fl-Ewropa, biex jiġi evitat li l-ftehim isir biex jiġi evitat li l-ftehim iservi biex jidħlu prodotti fl-Ewropa minn pajjiżi oħra;

9. Jinnota l-aċċess imtejjeb skont dan il-ftehim għall-akkwist pubbliku Vjetnamiż f'konformità mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA), billi l-Vjetnam għadu mhux membru tal-GPA; jissottolinja li l-kapitolu tal-EVFTA dwar l-akkwist pubbliku għandu livell ta' trasparenza u ġustizzja proċedurali komparabbli ma' FTAs oħrajn li l-UE ffirmat ma' pajjiżi żviluppati u pajjiżi fil-fażi avvanzata tal-iżvilupp. jissottolinja li l-ftehim ma jridx jirrestrinġi r-regoli tal-akkwist domestiku jew l-ispazju għall-immanuvrar fl-akkwisti fir-rigward tal-istabbiliment ta' rekwiżiti dwar dak li għandu jiġi akkwistat u d-domandi dwar oqsma bħall-ambjent, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjiegi;

10. Jilqa' l-fatt li d-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli ta' oriġini inklużi fl-EVFTA jsegwu l-approċċ tal-UE, u li l-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma identiċi għal dawk stabbiliti fl-SĠP tal-UE kif ukoll fil-ftehim kummerċjali tagħha ma' Singapore; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni korretta u fidila lejn dawn ir-regoli, b'attenzjoni speċjali għall-kontenut nazzjonali, u biex tintensifika l-azzjoni kontra kull tip ta' manipulazzjoni u abbuż, bħall-ippakkjar mill-ġdid ta' prodotti li jiġu minn pajjiżi terzi;

11. Jinnota li l-Vjetnam mhux se jkun jista' aktar juża akkumulazzjoni minn sħab kummerċjali oħrajn li huma benefiċjarji tal-SĠP fir-reġjun biex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-regoli ta' oriġini; jisħaq li r-regoli ta' oriġini fi ftehimiet ta' kummerċ ħieles m'għandhomx ikissru bla bżonn il-ktajjen ta' valur eżistenti, speċjalment ma' pajjiżi li attwalment jibbenefikaw mill-iskemi SĠP, SĠP+ jew ABE;

12. Jenfasizza l-fatt li madwar 169 indikazzjoni ġeografika tal-UE se jibbenefikaw mir-rikonoxximent u l-protezzjoni fis-suq Vjetnamiż f'livell komparabbli għal dak tal-leġiżlazzjoni tal-UE, fid-dawl tal-fatt li l-Vjetnam huwa suq tal-esportazzjoni importanti fl-Asja għall-esportazzjonijiet tal-ikel u x-xorb tal-UE; iqis li din il-lista għandha titkabbar fil-futur qrib; jenfasizza, barra minn hekk, li xi setturi agrikoli tal-UE, ir-ross fost l-oħrajn, jistgħu jiġu affettwati b'mod negattiv mid-dispożizzjonijiet tal-FTA; f'dak ir-rigward jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament il-fluss tal-importazzjonijiet ta' dawk il-prodotti sensittivi u tagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet tar-regolament tal-klawżola ta' salvagwardja kull meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali u ekonomiċi, sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv possibbli fuq is-setturi agrikoli tal-UE bħala konsegwenza diretta tal-implimentazzjoni tal-FTA;

13. Jilqa' l-kapitolu qawwi dwar l-SPS li se jistabbilixxi proċedura unika u trasparenti għall-approvazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-UE ta' prodotti tal-ikel lejn il-Vjetnam, sabiex titħaffef l-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-esportazzjoni tal-UE u jiġi evitat trattament diskriminatorju; ifaħħar l-impenn tal-Vjetnam li japplika l-istess rekwiżiti għall-importazzjoni għal prodotti simili li jkunu ġejjin mill-Istati Membri kollha tal-UE.

14. Ifakkar li, f'termini ta' servizzi, il-Vjetnam imur lil hinn mill-impenji tiegħu tad-WTO, jipprevedi aċċess sostanzjalment aħjar f'għadd ta' subsetturi tan-negozju, u joffri aċċess għal suq ġdid lil setturi bħas-servizzi tal-imballaġġ, il-kummerċ ġust u s-servizzi tal-wirjiet jew il-kiri/il-lokazzjoni; jissottolinja li għall-ewwel darba l-Vjetnam fetaħ servizzi transfruntiera ta' edukazzjoni għolja; jilqa' l-użu ta' lista pożittiva fl-iskeda tas-servizzi;

15. Ifakkar li ratifika rapida tal-EVFTA tista' tgħin lill-Vjetnam jagħmel aktar progress fid-Dritt ta' Proprjetà Intellettwali (DPI) u jista' jiggarantixxi l-ogħla standards ta' produzzjoni u l-aħjar kwalità għall-konsumaturi; jisħaq li l-Vjetnam se jaċċedi għat-Trattati tal-Internet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), li jistabbilixxu standards għall-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat online għal xogħol kreattiv jew għall-użu tiegħu, jipproteġi d-drittijiet tas-sidien, u jindirizza l-isfidi li t-teknoloġiji u l-metodi ġodda ta' komunikazzjoni jimponu fuq d-DPI; jenfasizza l-importanza strateġika ta' kapaċità ta' twaqqif ta' standards f'reġjun li qed jara t-tendenzi ta' diżakkoppjament fuq il-livell normattiv u ta' standardizzazzjoni; itenni li n-nuqqas ta' oqfsa regolatorji b'saħħithom jista' jwassal għal ġirja lejn l-aktar livell baxx u kompetizzjoni negattiva dwar dispożizzjonijiet legali importanti; jirrimarka li l-promozzjoni tal-aċċess għall-mediċini għadha pilastru essenzjali tal-politika tal-UE u li d-dispożizzjonijiet tad-DPI fil-ftehim fir-rigward tal-prodotti farmaċewtiċi huma adattati speċifikament għal-livell ta' żvilupp, il-qafas regolatorju attwali u t-tħassib dwar is-saħħa pubblika fil-Vjetnam;

16. Jiddispjaċih li l-ftehim ma fihx kapitolu speċifiku dwar l-SMEs, iżda jinnota li madankollu hemm dispożizzjonijiet differenti dwar l-SMEs inklużi f'diversi partijiet tiegħu; jisħaq li l-fażi ta' implimentazzjoni se tkun kruċjali għall-introduzzjoni ta' pjan ta' azzjoni biex jgħin lill-SMEs jagħmlu użu mill-opportunitajiet offruti mill-ftehim, billi jibdew iżidu t-trasparenza u jxerrdu l-informazzjoni rilevanti kollha, peress li dan is-settur tal-ekonomija huwa ta' interess vitali għall-prosperità u l-innovazzjoni fl-Ewropa; iqis li f'reviżjoni potenzjali tal-ftehim, il-Kummissjoni għandha tesplora l-possibbiltà li tintroduċi kapitolu dwar l-SMEs;

17. Jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni dwar il-benessri tal-annimali, inklużi l-assistenza teknika u l-bini tal-kapaċità għall-iżvilupp ta' standards għoljin dwar il-benessri tal-annimali, u jħeġġeġ lill-Partijiet jagħmlu użu sħiħ minnhom; iħeġġeġ lill-Partijiet jiżviluppaw malajr kemm jista' jkun pjan ta' azzjoni għall-kooperazzjoni dwar il-benessri tal-annimali, inkluż programm ta' taħriġ, bini tal-kapaċità u assistenza fil-qafas tal-ftehim, bil-għan li jitħares il-benessri tal-annimali waqt il-qtil u l-ħarsien aħjar tal-annimali fl-irziezet u matul it-trasport fil-Vjetnam;

18. Jissottolinja li l-ftehim jispeċifika d-dritt tal-UE li tapplika l-istandards proprji tagħha għall-oġġetti u s-servizzi kollha mibjugħa fl-Unjoni, u tfakkar fil-prinċipju ta' prekawzjoni tagħha; jissottolinja li l-istandards għoljin tal-UE, inkluż fil-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u l-ftehimiet kollettivi, m'għandhom qatt jitqiesu bħala ostakli għall-kummerċ ;

19. Jiddispjaċih li l-ftehim ma jinkludix dispożizzjoni dwar it-trasferimenti transfruntier tad-data; iqis li, f'reviżjoni futura tal-ftehim, għandha tiġi inkluża dispożizzjoni bħal din, li tirrispetta l-UE dwar il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tal-privatezza, u jenfasizza li kwalunkwe eżitu futur għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-Parlament; jinnota, f'dan ir-rigward, li r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data huwa kompletament kompatibbli mal-eċċezzjonijiet ġenerali skont il-GATS;

20. Jissottolinja li l-EVFTA jinkludi kapitolu qawwi, komprensiv u vinkolanti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD), li jittratta kwistjonijiet dwar ix-xogħol u l-ambjent ibbażati fuq konvenzjonijiet u normi multilaterali aċċettati minn ħafna; jirrimarka li l-infurzabbiltà tal-Kapitolu dwar it-TSD tista' tittejjeb b'mod sinifikanti, l-ewwel nett permezz tal-kunsiderazzjoni, fost diversi metodi ta' infurzar, ta' mekkaniżmu bbażat fuq sanzjonijiet bħala l-aħħar soluzzjoni, u t-tieni permezz ta' riforma tas-sistema tal-Grupp Konsultattiv Domestiku (DAG), kif mitlub ripetutament mill-Parlament u msemmija wkoll fl-ittra ta' missjoni għall-Kummissarju l-ġdid għall-Kummerċ tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li l-kapitolu dwar it-TSD huwa mfassal biex jikkontribwixxi għal objettivi usa' tal-politika tal-UE, b'mod partikolari dwar it-tkabbir inklużiv, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-promozzjoni tad-drittijet tal-bniedem u, b'mod aktar ġenerali, iż-żamma tal-valuri tal-UE; jenfasizza li l-ftehim huwa wkoll strument għall-iżvilupp u l-progress soċjali fil-Vjetnam, li jappoġġa lill-pajjiż fl-isforzi tiegħu biex itejjeb id-drittijiet tal-ħaddiema u jsaħħaħ il-protezzjoni fuq ix-xogħol u l-ħarsien tal-ambjent; jappella għall-istabbiliment u l-operabbiltà rapidi ta' DAGs ġenerali u indipendenti, u jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera b'mod intensiv mal-awtoritajiet Vjetnamiżi u tipprovdilhom l-appoġġ meħtieġ; jistieden lill-Kumitat Konġunt biex immedjatament jibda l-ħidma dwar it-tisħiħ tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet tat-TSD ;

21.  Jitlob li jitwaqqaf Kumitat Konġunt tal-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam u li l-Parlament Ewropew itejjeb il-koordinazzjoni u r-reviżjoni tal-miżuri tal-kapitolu TSD u l-implimentazzjoni tal-ftehim kollu kemm hu; jilqa' l-pożizzjoni favorevoli tal-President tal-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam għal din is-sejħa għal azzjoni, u jitlob li ma jdumx ma jiġi nnegozjat Memorandum ta' Qbil bejn iż-żewġ parlamenti;

22. Jilqa' l-passi konkreti li ħa l-Gvern Vjetnamiż s'issa, inkluż l-emendar tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u tal-qafas legali dwar l-età minima għax-xogħol, bil-għan li jabolixxi t-tħaddim tat-tfal u jieħu impenji kontra d-diskriminazzjoni u favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol; jistenna li din il-leġiżlazzjoni l-ġdida titlesta b'digrieti ta' implimentazzjoni u tiġi infurzata bis-sħiħ mill-awtoritajiet Vjetnamiżi malajr kemm jista' jkun;

23. Jirrikonoxxi li naqas it-tħaddim tat-tfal fil-Vjetnam f'dawn l-aħħar snin, filwaqt li jfakkar li l-Vjetnam kien l-ewwel pajjiż fl-Asja u t-tieni fid-dinja li rratifika l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; isejjaħ ukoll lill-Gvern Vjetnamiż biex jippreżenta pjan direzzjonali ambizzjuż għall-eradikazzjoni tat-tħaddim tat-tfal sal-2025 u biex jelimina x-xogħol furzat, l-iskjavitù moderna u t-traffikar tal-bnedmin sal-2030; jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni tal-ILO fi żmien xieraq qabel ir-ratifika tal-ftehim; jappella lill-UE u lill-Vjetnam biex jikkooperaw ħalli jiżviluppaw pjan ta' azzjoni, akkumpanjat minn programmi tal-UE disponibbli, kontra t-tħaddim tat-tfal, inkluż il-qafas meħtieġ ta' diliġenza dovuta għall-intrapriżi;

24. Jisħaq, madankollu, li minkejja dan il-progress għad fadal sfidi importanti, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jimpenjaw ruħhom aktar fuq aġenda progressiva dwar id-drittijiet tal-ħaddiema permezz ta' miżuri konkreti, filwaqt li jilqa' f'dan ir-rigward l-adozzjoni tal-Kodiċi tax-Xogħol riformat fl-20 ta' Novembru 2019; jilqa' wkoll ir-ratifika tal-Konvenzjoni fundamentali nru 98 tal-ILO (negozjar kollettiv) tal-14 ta' Ġunju 2019 u l-impenn tal-Gvern Vjetnamiż li jirratifika ż-żewġ konvenzjonijiet fundamentali li fadal, jiġifieri n-nru 105 (abolizzjoni tax-xogħol furzat) fl-2020 u n-nru 87 (libertà ta' assoċjazzjoni) fl-2023, u jistieden lill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jipprovdu pjan direzzjonali kredibbli għar-ratifikazzjoni tagħhom; jisħaq dwar ir-rwol ċentrali tad-digrieti ta' implimentazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi tax-Xogħol rivedut u l-konvenzjonijiet tal-ILO ratifikati u għaldaqstant jenfasizza l-ħtieġa li d-digrieti ta' implimentazzjoni tal-Kodiċi tax-Xogħol riformat jinkorporaw il-prinċipji tal-konvenzjonijiet 105 u 87 tal-ILO; jenfasizza r-rieda tiegħu li jimpenja ruħu fi djalogu attiv dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Gvern Vjetnamiż biex jinforma b'mod kontinwu lill-UE dwar il-progress tar-ratifika u l-implimentazzjoni ta' dawn il-konvenzjonijiet pendenti; ifakkar fis-sinifikat ta' dawn l-impenji li juru xejriet verament pożittivi f'pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp, filwaqt li jenfasizza r-rwol vitali tal-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-konvenzjonijiet tal-ILO u l-ħarsien tal-ambjent; jisħaq li kriterji speċifiċi inklużi fil-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni, bħal-limiti u l-formalitajiet ta' reġistrazzjoni, m'għandhomx jirriżultaw b'mod effettiv fil-preklużjoni ta' organizzazzjonijiet indipendenti milli jikkompetu ma' organizzazzjonijiet immexxija mill-istat; jisħaq ukoll li l-leġiżlazzjoni penali għandha tkun konformi mal-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO; jenfasizza li l-obbligi tal-Vjetnam skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Kodiċi tax-Xogħol li għadu kif ġie riformat għandhom jiġu applikati b'mod li ma jirrendix prattikament impossibbli l-eżerċizzju tal-libertajiet, speċjalment fir-rigward tal-libertà tal-għaqda ta' unions indipendenti tal-ħaddiema; ifaħħar il-pożizzjoni ta' kondizzjonalità ta' qabel ir-ratifika meħuda mill-UE;

25. Jilqa' l-kooperazzjoni prevista dwar l-aspetti relatati mal-kummerċ tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO, b'mod partikolari l-interkonnessjoni bejn il-kummerċ u l-impjiegi sħaħ u produttivi għal kulħadd, inklużi ż-żgħażagħ, in-nisa u l-persuni b'diżabbiltà; jitlob li din il-kooperazzjoni tibda b'mod rapidu u sinifikanti;

26. Jinnota li l-Vjetnam huwa wieħed mill-pajjiżi l-aktar vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari avvenimenti estremi ta' temp, bħal maltempati u għargħar; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Vjetnam jintroduċi miżuri effettivi ta' adattament u jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni relatata mal-protezzjoni ambjentali u l-bijodiversità.

27. Jilqa' l-impenn biex jimplimenta b'mod effettiv il-ftehimiet ambjentali multilaterali bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u biex jaġixxi favur il-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-fawna selvaġġa, il-bijodiversità u l-forestrija; ifakkar li l-Vjetnam huwa wieħed mill-aktar pajjiżi attivi fir-reġjun usa' tal-ASEAN li juri l-impenn tiegħu għall-aġenda tal-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza li ratifika rapida tal-EVFTA kif ukoll implimentazzjoni effettiva u b'rispett sħiħ għall-Ftehim ta' Pariġi se tikkontribwixxi biex jiġu żgurati l-ogħla standards possibbli għall-protezzjoni ambjentali fir-reġjun;

28. Jissottolinja l-importanza strateġika tal-Vjetnam bħala sieħeb kruċjali tal-UE fl-Asja tax-Xlokk u fost il-pajjiżi tal-ASEAN, b'mod speċifiku iżda mhux esklużiv fir-rigward tan-negozjati dwar it-tibdil fil-klima, il-governanza tajba, l-iżvilupp sostenibbli, il-progress ekonomiku u soċjali u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; jisħaq fuq il-bżonn li l-Vjetnam isir sieħeb fil-progress tad-drittijiet tal-bniedem u r-riformi demokratiċi; jinnota li l-Vjetnam għandu l-presidenza tal-ASEAN għall-2020; jisħaq fuq il-bżonn li l-UE u l-Vjetnam jirrispettaw u jimplimentaw b'mod sħiħ il-Ftehim ta' Pariġi;

29. Jilqa' pożittivament il-ftehim li sar bejn l-UE u l-Gvern tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam fl-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet immexxija mill-UE, li ġie ffirmat fis-17 ta' Ottubru 2019; jissottolinja l-fatt li l-Vjetnam huwa t-tieni pajjiż sieħeb fl-Asja li ffirma Ftehim Qafas ta' Parteċipazzjoni mal-UE; jisħaq fuq il-fatt li l-ftehim jikkostitwixxi progress sinifikanti fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Vjetnam;

30. Ifakkar li l-Ftehim jipprevedi miżuri speċifiċi għall-ġlieda kontra s-sajd IUU u għall-promozzjoni ta' settur tas-sajd sostenibbli u responsabbli, inkluża l-akkwakultura; jirrikonoxxi f'dan ir-rigward l-impenn tal-Vjetnam li jindirizza s-sajd IUU billi applika għal sħubija sħiħa tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), billi sar membru uffiċjali tal-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port (PSMA), billi adotta l-Liġi riveduta dwar is-Sajd fl-2017, li tqis l-obbligi internazzjonali u reġjonali, il-ftehimiet u r-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni, u billi implimenta pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-ġlieda kontra s-sajd IUU;

31. Jirrikonoxxi, madankollu, l-isfidi enormi li għadhom qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet Vjetnamiżi fir-rigward tal-kapaċità żejda tal-flotta tas-sajd frammentata ħafna tal-pajjiż u l-isfruttament żejjed tar-riżorsi tal-baħar, filwaqt li jinnota li l-Vjetnam ingħata l-karta safra kif ukoll diġà ttieħdu xi miżuri biex tittejjeb is-sitwazzjoni; jappella għal aktar azzjoni f'konformità mas-sejbiet tal-missjoni ta' reviżjoni ta' Novembru 2019, u għal monitoraġġ kontinwu u kontrolli bir-reqqa rigward l-isforzi tal-Vjetnam biex jiżgura li l-pajjiż jibqa' jagħmel progress fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex jiggarantixxi t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti tas-sajd li jaslu fis-suq tal-Unjoni biex tiġi eskluża l-importazzjoni illegali; ifakkar li r-revoka tal-karta s-safra għandha tkun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tar-rakkomandazzjonijiet kollha li għamlet l-UE fl-2017;

32. Jirrikonoxxi l-impenn tal-Vjetnam li jindirizza l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u d-deforestazzjoni permezz tal-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (VPA/FLEGT) mal-UE; jinnota li dan il-ftehim ilu fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju 2019 u jintroduċi obbligi vinkolanti ta' diliġenza dovuta għall-importaturi tiegħu; jilqa' l-parteċipazzjoni miftuħa u kostruttiva tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-Vjetnam f'dan il-proċess;

33. Jissottolinja l-importanza kruċjali li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet u l-kapitoli kollha tal-ftehim b'mod effettiv, li jvarjaw mill-aċċess għas-suq għall-iżvilupp sostenibbli u l-infurzar tal-impenji kollha; iqis li d-dispożizzjonijiet kollha dwar it-TSD għandhom jinqraw bħala li jipprovdu obbligi legali fil-liġi internazzjonali u fl-FTA; jenfasizza f'dan il-kuntest il-pożizzjoni l-ġdida ta' Uffiċjal Kap għall-Infurzar tal-Kummerċ, li se jaħdem direttament taħt il-gwida tal-Kummissarju għall-Kummerċ, u l-impenn tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kummerċ Internazzjonali li jassumi rwol attiv fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-impenji EVFTA; jissottolinja, barra minn hekk, li l-kumpaniji Ewropej, speċjalment l-SMEs, għandhom jiġu mħeġġa jagħmlu użu sħiħ mill-benefiċċji tal-ftehim u li kwalunkwe ostaklu rigward l-implimentazzjoni għandu jiġi regolarizzat immedjatament;

34. Jisħaq li d-dħul fis-seħħ tal-ftehim se joħloq il-kundizzjonijiet għal kooperazzjoni kbira u li tagħti l-frott bejn iż-żewġ partijiet bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli, li jistgħu jġibu magħhom it-titjib tas-sitwazzjoni politika u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jenfasizza li l-implimentazzjoni xierqa tal-EVFTA tista' tgħin lill-Vjetnam javvanza fil-konformità mal-istandards Ewropej dwar l-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u r-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR); jilqa', f'dan il-kuntest, l-impenn tal-Vjetnam li jippreżenta l-pjan ta' implimentazzjoni nazzjonali tiegħu għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-EVFTA;

35. Ifakkar fl-esperjenza preċedenti li turi li l-implimentazzjoni korretta tal-FTAs u l-preżenza ta' kumpaniji tal-UE fuq il-post jistgħu jwasslu għal titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, is-CSR u l-istandards ambjentali; jitlob lill-kumpaniji tal-UE jkomplu jkollhom rwol ewlieni biex jgħaqqdu l-istandards u l-prattiki tajba bil-ħsieb li jinħoloq l-aktar ambjent ta' negozju adattat u sostenibbli fil-Vjetnam permezz tal-EVFTA;

36. Jappella għal monitoraġġ tal-ftehim dettaljat u rigoruż u għal impenn biex jiġi żgurat li n-nuqqasijiet jiġu indirizzati malajr mas-sieħeb kummerċjali tagħna; jistieden lill-UE biex tappoġġa l-miżuri għall-bini tal-kapaċità neċessarja u għal assistenza teknika speċifika biex tgħin lill-Vjetnam jimplimenta l-impenji tiegħu permezz ta' proġetti u għarfien espert, b'mod partikolari b'rabta mad-dispożizzjonijiet ambjentali u tax-xogħol; ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-obbligi ta' rappurtar tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-EVFTA;

37. Jenfasizza li l-involviment tas-soċjetà ċivili indipendenti u s-sħab soċjali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim huwa kruċjali, u jappella għat-tħejjija u l-istabbiliment rapidu tad-DAGs wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim, kif ukoll għal rappreżentanza wiesgħa u bbilanċjata ta' organizzazzjonijiet indipendenti, liberi u diversi tas-soċjetà ċivili fi ħdan dawk il-gruppi, inklużi organizzazzjonijiet Vjetnamiżi indipendenti mis-setturi tax-xogħol u dawk ambjentali kif ukoll difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jappoġġa l-isforzi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Vjetnam biex jiżviluppaw proposti f'dan ir-rigward, u se jappoġġa l-isforzi għall-bini tal-kapaċità ;

38. Ifakkar li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam hija msejsa fuq il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK), li jkopri oqsma mhux ekonomiċi, li jinkludu d-djalogu politiku, id-drittijiet tal-bniedem, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-ġustizzja, l-asil u l-migrazzjoni;

39. Jirrikonoxxi r-rabta istituzzjonali u legali bejn l-FTA u l-FSK, li tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem jitqiegħdu fil-qalba tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam; jenfasizza s-sinifikat ta' xejriet verament pożittivi f'termini ta' drittijiet tal-bniedem għar-ratifika rapida ta' dan il-ftehim u jitlob lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jieħdu miżuri konkreti biex itejbu s-sitwazzjoni bħala sinjal tal-impenn tagħhom; ifakkar fit-talba tiegħu tal-15 ta' Novembru 2018, jiġifieri dik fir-rigward tar-riforma tal-leġiżlazzjoni penali, il-piena tal-mewt, il-priġunieri politiċi u l-libertajiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Partijiet jagħmlu użu sħiħ mill-ftehimiet sabiex itejbu s-sitwazzjoni urġenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam u jenfasizza l-importanza ta' djalogu ambizzjuż dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam; jirrimarka li l-Artikolu 1 tal-FSK fih klawżola standard dwar id-drittijiet tal-bniedem li tista' tattiva miżuri adegwati, inkluża, bħala l-aħħar riżorsa, is-sospensjoni tal-FSK, u b'mod impliċitu tal-EVFTA, jew partijiet minnu, mingħajr dewmien;

40. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset milli twettaq valutazzjoni komprensiva tal-impatt tal-FTA fuq id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bħal din; jitlobha biex sistematikament tinkludi d-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha kull darba li twettaqhom, inkluż għall-ftehimiet kummerċjali li għandhom impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali sinifikanti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll li tagħmel valutazzjoni ex post tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali;

41. Jitlob lill-UE u lill-Vjetnam joħolqu mekkaniżmu indipendenti ta' monitoraġġ dwar id-drittijiet tal-bniedem u mekkaniżmu indipendenti għat-tressiq tal-ilmenti, li joffru liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati lokali milquta rikors effettiv għall-rimedju, kif ukoll strument li jindirizza l-impatti negattivi potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn stat u stat għall-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;

42. Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida dwar iċ-ċibersigurtà, partikolarment dwar il-lokalizzazzjoni u r-rekwiżit ta' żvelar, is-sorveljanza l-kontroll online, u l-miżuri ta' protezzjoni tad-data personali, li mhumiex kompatibbli mal-aġenda kummerċjali ta' liberalizzazzjoni bbażata fuq il-valuri tal-UE; jilqa' r-rieda ta' parteċipazzjoni fi djalogu intensiv, inkluż l-impenn tal-President tal-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam biex jinkludi ż-żewġ parlamenti fid-diskussjoni u d-deliberazzjoni tad-digrieti ta' implimentazzjoni; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jieħdu miżuri konkreti u jilqa' b'sodisfazzjon l-assistenza tal-UE f'dan ir-rigward;

43. Ifakkar li l-Artikolu 8 tat-TFUE jistipula li "fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa"; jilqa' l-fatt li kemm il-Vjetnam kif ukoll l-UE ffirmaw id-Dikjarazzjoni tad-WTO ta' Buenos Aires dwar in-Nisa u l-Kummerċ u jistieden lill-Partijiet isaħħu l-impenji rigward il-ġeneru u l-kummerċ fil-ftehim; jitlob li l-kundizzjonijiet tan-nisa jittejbu sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-ftehim, inkluż permezz tal-bini tal-kapaċità għan-nisa fuq ix-xogħol u fin-negozju, il-promozzjoni tar-rappreżentanza tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-pożizzjonijiet ta' awtorità, u t-titjib tal-aċċess tan-nisa għax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni u l-parteċipazzjoni u t-tmexxija tagħhom fihom; ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li tinkludi l-Kapitoli dwar il-Ġeneru fi ftehimiet kummerċjali futuri tal-UE, inklużi dawk milħuqa wara l-konklużjoni ta' dan il-ftehim; jistieden lill-UE u lill-Vjetnam jimpenjaw ruħhom biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-ftehim u jinkludu kapitolu speċifiku dwar il-Ġeneru u l-Kummerċ fir-rieżami futur tiegħu;

44. Jitlob il-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi kollha u l-membri tas-soċjetà ċivili bħal bloggers jew unjonisti tax-xogħol indipendenti li huma attwalment arrestati jew misjuba ħatja, b'mod partikolari dawk imsemmija fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-14 ta' Diċembru 2017 u tal-15 ta' Novembru 2018;

45. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jirrapportaw formalment lill-Parlament dwar l-impenn tal-Vjetnam biex jagħmel progress f'għadd ta' kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Diċembru 2015[11];

46. Jisħaq li l-ftehim diġà rawwem il-bidliet f'ħafna oqsma permezz tad-djalogu, u jarah bħala l-bażi għal aktar titjib għall-poplu permezz ta' djalogu;

47. Jilqa' l-ftehim, li se joħloq aktar opportunitajiet ta' kummerċ ħieles u ġust bejn l-UE u l-Vjetnam; iqis li l-kunsens tal-Parlament Ewropew huwa ġustifikat, billi l-Vjetnam jieħu passi biex itejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet ċivili u tax-xogħol sabiex jimxi fid-direzzjoni tal-impenji tiegħu;

48. Jistieden lill-Kunsill jadotta malajr dan il-Ftehim. 

49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-SEAE, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (5.12.2019)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

(2018/0356M(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Isabel Wiseler-Lima

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li l-Parlament, fis-17 ta' Diċembru 2015, ta l-approvazzjoni tiegħu għall-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam[12], li jiddefinixxi r-relazzjonijiet futuri u għandu l-għan li jqawwi l-kooperazzjoni ulterjuri fl-isfidi globali u reġjonali; josserva bi tħassib li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż marret għall-agħar mindu daħal fis-seħħ il-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni;

2. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma għamlitx valutazzjoni tal-impatt dwar id-drittijiet tal-bniedem fuq il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, għad li l-Parlament kien talabha tagħmel hekk, u dan imur kontra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tal-2015 u l-impenji li saru fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u jistidinha tagħmel tali valutazzjoni immedjatament; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni kienet impenjat ruħha li tagħmel valutazzjoni ex post tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali;

3. Jissottolinja l-importanza strateġika tal-Vjetnam bħala sieħeb kruċjali tal-UE fl-Asja tax-Xlokk u fost il-pajjiżi tal-ASEAN, b'mod speċifiku iżda mhux esklużiv fir-rigward tan-negozjati dwar it-tibdil fil-klima, il-governanza tajba, l-iżvilupp sostenibbli, il-progress ekonomiku u soċjali u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; jisħaq fuq il-bżonn li l-Vjetnam isir sieħeb fil-progress tad-drittijiet tal-bniedem u tar-riformi demokratiċi; josserva li l-Vjetnam għandu l-presidenza tal-ASEAN għall-2020; jisħaq fuq il-bżonn li l-UE u l-Vjetnam jirrispettaw u jimplimentaw b'mod sħiħ il-Ftehim ta' Pariġi;

4. Jilqa' pożittivament il-ftehim li sar bejn l-UE u l-Gvern tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam fl-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet immexxija mill-UE, li ġie ffirmat fis-17 ta' Ottubru 2019; jissottolinja l-fatt li l-Vjetnam huwa t-tieni pajjiż sieħeb fl-Asja li ffirma Ftehim Qafas ta' Parteċipazzjoni mal-UE; jisħaq fuq il-fatt li l-ftehim jikkostitwixxi progress sinifikanti fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Vjetnam;

5. Jirrikonoxxi l-isforzi li għamel il-Vjetnam biex iwettaq aġenda ta' riformi, partikolarment f'dawk li huma d-drittijiet ambjentali u tax-xogħol tal-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles; jistieden lill-Gvern Vjetnamiż jieħu l-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi xierqa kollha biex jiggarantixxi u jimplimenta b'mod effikaċi l-ogħla standards li jistgħu jintlaħqu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom, iżda mhux biss, l-istandards ambjentali u tax-xogħol; jilqa' b'sodisfazzjon ir-ratifika ta' sitt konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO minn tmienja, jiġifieri n-Nru 29 dwar ix-xogħol furzat, in-Nri 100 u 111 dwar in-nondiskriminazzjoni, in-Nri 138 u 182 dwar it-tħaddim tat-tfal u, l-aktar reċenti, in-Nru 98 dwar id-dritt għall-organizzazzjoni u n-negozjar kollettiv; iħeġġeġ lill-Gvern Vjetnamiż jirratifika malajr u jimplimenta b'mod sħiħ il-konvenzjonijiet pendenti; jitlob li jkun hemm mekkaniżmu li jista' jiġi infurzat b'mod effettiv li japplika għall-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll kalendarju ċar, pubbliku u vinkolanti għar-ratifika tal-Konvenzjoni ILO Nru 87 dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u Nru 105 dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat;

6. Għadu mħasseb dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, inklużi l-kundanna, l-intimidazzjoni politika, is-sorveljanza invażiva, il-fastidju, l-aggressjoni, il-ħtif u l-proċessi mhux imparzjali ta' attivisti politiċi, ġurnalisti, bloggers, dissidenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-limitazzjoni tal-libertà reliġjuża u tal-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni, u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt; jitlob lill-Vjetnam jintroduċi moratorju dwar il-piena tal-mewt u jieħu minnufih azzjonijiet għall-abolizzjoni; jiddispjaċih bil-kbir li, f'dawn l-aħħar snin, żdied in-numru ta' priġunieri politiċi u ġurnalisti, bloggers u attivisti fil-qasam reliġjuż, ambjentali, tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol detenuti; jitlob li jiġu liberati dawk kollha detenuti talli sempliċement eżerċitaw il-libertà ta' espressjoni tagħhom, u li jaqgħu l-akkużi kollha kontrihom;

7. Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem jikkostitwixxu pedament tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles jikkonċentra biss firxa partikolari ta' drittijiet, prinċipalment il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; jitlob, għaldaqstant, li jiddaħħlu d-drittijiet tal-bniedem b'mod aktar komprensiv, akkumpanjati minn mekkaniżmu li jiżgura li jiġu infurzati b'mod effettiv; jitlob li ssir evalwazzjoni perjodika u indipendenti tal-impatt tal-ftehim;

8. Jistieden lill-Vjetnam jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ifformulati fl-Eżami Perjodiku Universali l-aktar reċenti; jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jagħmlu l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż konformi mal-istandards u mal-obbligi internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) li tiegħu l-Vjetnam huwa parti, partikolarment billi jirrevedi l-Kodiċi Penali tiegħu, il-liġijiet tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà u l-liġi tiegħu dwar it-twemmin u r-reliġjon; jistieden lill-Gvern Vjetnamiż jintroduċi leġiżlazzjoni li tirregola l-ġemgħat u d-dimostrazzjonijiet pubbliċi f'konformità mad-drittijiet tal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni;

9. Jissottolinja li l-Artikolu 13 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles jinkorpora approċċ kooperattiv ibbażat fuq valuri u interessi komuni, filwaqt li jikkunsidra d-differenzi fil-livelli ta' żvilupp rispettivi tal-Partijiet; jilqa' pożittivament il-possibbiltà li l-ewwel jissolvew il-kwistjonijiet li jidħlu fl-ambitu tal-Artikolu 13 dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli bis-saħħa tal-iskambju fil-Kumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli; jiddispjaċih li, fl-eventwalità li dawn il-kwistjonijiet ma jissolvewx, it-tieni mekkaniżmu, li jippermetti lil Parti titlob il-konvokazzjoni ta' Bord ta' Esperti indipendenti, jista' jibqa' subordinat għall-proċeduri proprji tal-Partijiet u suġġett għar-rieda tagħhom li jirrikorru għalih; jitlob lill-UE u lill-Vjetnam joħolqu mekkaniżmu indipendenti ta' monitoraġġ dwar id-drittijiet tal-bniedem u mekkaniżmu indipendenti għat-tressiq tal-ilmenti, li joffru liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati lokali milquta rikors effettiv għall-rimedju, kif ukoll strument li jindirizza l-impatti negattivi potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn Stat u Stat għall-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;

10. Jenfasizza li l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles joħloq rabta istituzzjonali u ġuridikament vinkolanti mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni; jirrimarka li l-Artikolu 1 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni fih klawżola standard dwar id-drittijiet tal-bniedem li tista' tattiva miżuri adegwati, inkluża, bħala l-aħħar riżorsa, is-sospensjoni mingħajr dewmien tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, jew partijiet minnu; ifakkar li fil-każ 1409/2014/MHZ dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam, l-Ombudsman Ewropew waslet għall-konklużjoni li l-preambolu tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam u strumenti tradizzjonali oħrajn, bħall-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni u d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, ma kinux biżżejjed biex jiggarantixxu rispett adegwat tal-obbligi tal-UE, speċjalment meta l-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi terzi ma kinitx konformi mal-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem abbażi ta' valutazzjonijiet perjodiċi kif ukoll proċedura li tispeċifika l-konsegwenzi ċari u kredibbli li jirriżultaw mill-ksur tal-ftehim;

11. Josserva bi tħassib li s-soċjetà ċivili indipendenti Vjetnamiża sfat vittma ta' repressjoni ħarxa u li ħafna mir-rappreżentanti tagħha joperaw bil-moħbi għax jibżgħu mill-persekuzzjonijiet u mir-ritaljazzjoni; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tintensifika l-assistenza teknika kif ukoll il-finanzjamenti disponibbli għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili indipendenti tal-Vjetnam bil-għan li jiġu appoġġjati l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta tal-Artikolu 13 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni. jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-gruppi konsultattivi domestiċi previsti fil-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli jinkludu rappreżentanti tassew indipendenti tas-soċjetà ċivili u tiċċara l-mekkaniżmi stabbiliti biex jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jiżvolġu r-rwol tagħhom ta' skrutinju tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles b'mod korrett u bla riskji u mingħajr il-biża' ta' tpattija;

12. Jissottolinja l-bżonn li l-Parlament u d-delegazzjoni interparlamentari kompetenti tiegħu jsegwu u jissorveljaw mill-qrib l-iżviluppi fil-Vjetnam kif ukoll l-implimentazzjoni tat-taqsimiet kollha tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bil-għan li jippermettu risposta għall-iżviluppi fil-post; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni jikkooperaw mill-qrib mal-Parlament fi tħejjija għad-djalogi annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem, għas-sessjonijiet ta' rendikont assoċjati u għall-aġġornament tal-istrateġija tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE fir-rigward tal-Vjetnam;

13. Jemmen b'konvinzjoni li hemm bżonn titjib fil-Vjetnam fl-oqsma tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba, tal-iżvilupp sostenibbli u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

14. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jirrapportaw formalment lill-Parlament dwar l-impenn tal-Vjetnam biex jagħmel progress f'għadd ta' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Diċembru 2015[13];

15. Iqis li għandha tingħata l-approvazzjoni għall-ftehim biss jekk l-awtoritajiet Vjetnamiżi jilliberaw il-priġunieri politiċi tagħhom; jisħaq fuq il-bżonn ta' impenn u jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward ta' kalendarju ċar biex jittieħdu miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi effikaċi biex jindirizzaw it-tħassib imsemmi f'din ir-riżoluzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dan it-tħassib.


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

Referenzi

2018/0356M(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

24.10.2019

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Isabel Wiseler-Lima

30.9.2019

Eżami fil-kumitat

14.10.2019

2.12.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

4.12.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

7

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alexandrov Yordanov, Maria Arena, Traian Băsescu, Phil Bennion, Fabio Massimo Castaldo, Susanna Ceccardi, Włodzimierz Cimoszewicz, Gina Dowding, Tanja Fajon, Michael Gahler, Giorgos Georgiou, Raphaël Glucksmann, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Márton Gyöngyösi, Sandra Kalniete, Andrius Kubilius, Ilhan Kyuchyuk, David Lega, Nathalie Loiseau, Jaak Madison, Thierry Mariani, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Sven Mikser, Javier Nart, Urmas Paet, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Manu Pineda, Kati Piri, Diana Riba i Giner, Catherine Rowett, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Jacek Saryusz-Wolski, Radosław Sikorski, Sergei Stanishev, Hermann Tertsch, Idoia Villanueva Ruiz, Viola Von Cramon-Taubadel, Irina Von Wiese, Witold Jan Waszczykowski, Charlie Weimers, Isabel Wiseler-Lima

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Arnaud Danjean, Loucas Fourlas, Jytte Guteland, Andrzej Halicki, Martin Horwood, Katrin Langensiepen, Hannah Neumann, Juozas Olekas, Kris Peeters, Bert-Jan Ruissen, Mick Wallace, Javier Zarzalejos, Bernhard Zimniok

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala, Gilles Lebreton, Geoffrey Van Orden

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

47

+

NI

Fabio Massimo Castaldo, Márton Gyöngyösi

PPE

Alexander Alexandrov Yordanov, Traian Băsescu, Arnaud Danjean, Loucas Fourlas, Michael Gahler, Andrzej Halicki, Sandra Kalniete, Andrius Kubilius, David Lega, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Kris Peeters, Radosław Sikorski, Isabel Wiseler-Lima, Javier Zarzalejos

RENEW

Phil Bennion, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Martin Horwood, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Javier Nart, Urmas Paet, Irina Von Wiese

S&D

Maria Arena, Włodzimierz Cimoszewicz, Andrea Cozzolino, Tanja Fajon, Raphaël Glucksmann, Jytte Guteland, Sven Mikser, Juozas Olekas, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Kati Piri, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Sergei Stanishev

VERTS/ALE

Gina Dowding, Heidi Hautala, Katrin Langensiepen, Hannah Neumann, Diana Riba i Giner, Catherine Rowett, Viola Von Cramon-Taubadel

 

7

-

ECR

Bert-Jan Ruissen, Jacek Saryusz-Wolski, Geoffrey Van Orden, Witold Jan Waszczykowski

GUE/NGL

Mick Wallace

ID

Gilles Lebreton, Thierry Mariani

 

8

0

ECR

Hermann Tertsch, Charlie Weimers

GUE/NGL

Giorgos Georgiou, Manu Pineda, Idoia Villanueva Ruiz

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (3.12.2019)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

(2018/0356M(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Tomas Tobé

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jinnota li l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li l-azzjonijiet tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandhom jiġu ggwidati mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, mir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, mill-prinċipji ta' ugwaljanza u solidarjetà, u mir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali;

2. Ifakkar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Vjetnam, b'mod partikolari dawk tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar il-libertà ta' espressjoni fil-Vjetnam, b'mod partikolari l-każ ta' Nguyen Van Hoa[14], tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-Vjetnam[15], u tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi[16];

3. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Vjetnam jużaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles sabiex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam; itenni l-importanza tad-Djalogu bilaterali u żviluppat sew dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam, partikolarment fil-qafas istituzzjonali u l-proċeduri skont il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-Ftehim għal Protezzjoni ta' Investiment;

4. Jilqa' r-rabta ġuridika bejn l-FTA tal-UE u l-Ftehim għal Protezzjoni ta' Investiment u l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u l-Vjetnam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-għodod kollha disponibbli fil-Ftehimiet, inkluż, bħala l-aħħar riżorsa, is-sospensjoni, meta jkun meħtieġ għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali;

5. Jissottolinja l-importanza tal-inklużjoni ta' kapitolu komprensiv u vinkolanti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli b'referenzi espliċiti għall-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; jinnota li l-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli mhuwiex kopert minn mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim Stat u Stat iżda minn wieħed speċifiku għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li ma jipprevedix sospensjoni tal-preferenzi kummerċjali; huwa tal-fehma li l-Unjoni tista' tikkunsidra, fost għażliet oħra, l-inklużjoni ta' approċċ ibbażat fuq is-sanzjonijiet fil-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; jissottolinja l-importanza ta' dispożizzjonijiet obbligatorji u infurzabbli fil-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli sabiex jingħata kontribut effettiv lit-tisħiħ tad-drittijiet tax-xogħol u l-istandards ambjentali, inkluża r-responsabbiltà korporattiva;

6. Jitlob li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u infurzar effettivi; jitlob lill-Kummissjoni biex sistematikament tinkludi d-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha kull meta jitwettqu, inkluż għall-ftehimiet kummerċjali li għandhom impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali sinifikanti;

7. Ifakkar li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam hija msejsa fuq il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK), li jkopri oqsma mhux ekonomiċi, li jinkludu d-djalogu politiku, id-drittijiet tal-bniedem, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-ġustizzja, l-asil u l-migrazzjoni;

8. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' politiki allinjati mal-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-TFUE;

9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni talloka fondi speċifiċi għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħalma huma l-gruppi konsultattivi domestiċi, sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ewlenin tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li jinkludu monitoraġġ akbar tal-impenji, l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni għal oqsma fejn ġie identifikat tħassib u l-attivazzjoni ta' proċessi għas-soluzzjoni tat-tilwim f'każ li l-pjanijiet ta' azzjoni ma jkunux ġew rispettati; jinnota li l-grupp konsultattiv domestiku jrid ikun ġenwinament rappreżentattiv tas-soċjetà ċivili u jinkludi parteċipanti li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet li jappoġġjaw il-progress tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tax-xogħol u l-ħarsien tal-ambjent; jiddispjaċih li l-mandat tal-gruppi konsultattivi domestiċi huwa limitat għall-monitoraġġ tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli biss; iħeġġeġ lill-UE u lill-Vjetnam jużaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet fl-FTA sabiex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam; itenni l-importanza tad-Djalogu bilaterali u żviluppat sew dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam, partikolarment fil-qafas istituzzjonali u l-proċeduri skont l-FTA u l-Ftehim għal Protezzjoni ta' Investiment; jiddispjaċih li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa ma tissemmiex b'mod prominenti fl-FTA;

10. Jilqa', bħala l-ewwel pass, ir-ratifika mill-Vjetnam ta' sitt konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO minn tmienja, jiġifieri n-Nru 29 dwar ix-xogħol furzat, in-Nri 100 u 111 dwar in-nondiskriminazzjoni, in-Nri 138 u 182 dwar it-tħaddim tat-tfal u, l-aktar reċenti, in-Nru 98 dwar id-dritt għall-organizzazzjoni u n-negozjar kollettiv; iħeġġeġ lill-Gvern Vjetnamiż jirratifika malajr il-konvenzjonijiet pendenti, jiġifieri n-Nru 105 dwar ix-xogħol furzat u n-Nru 87 dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni, u jenfasizza l-importanza kruċjali li jiġi żgurat li dawn il-konvenzjonijiet kollha jiġu implimentati b'mod rigoruż u fil-pront f'konformità ma' kalendarju ċar stabbilit qabel ir-ratifika mill-Parlament Ewropew tal-FTA, inkorporati fl-ordinament ġuridiku tal-Vjetnam u infurzati; jistieden lill-awtoritajiet Vjetnamiżi jimmodifikaw il-kodiċi penali skont ir-ratifika ta' dawn il-konvenzjonijiet;

11. Jenfasizza li skont l-Artikolu 4.1(b) tar-Regolament 978/2012 (ir-Regolament dwar l-SĠP), wara l-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tal-FTA, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam se titlef l-istatus ta' pajjiż eliġibbli li jista' jibbenefika minn preferenzi tariffarji previsti mill-arranġament ġenerali tal-SĠP; jesprimi t-tama li l-FTA se jikkontribwixxi għat-tkabbir, l-iżvilupp u l-impjiegi fir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam aktar milli għamel l-arranġament tal-SĠP;

12. Jilqa' l-impenn tal-Vjetnam li jirrevedi u jirratifika malajr il-Kodiċi tax-Xogħol tiegħu, li se jippermetti b'mod effettiv il-formazzjoni ta' trade unions indipendenti u jippromwovi xogħol deċenti għal kulħadd; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni u l-infurzar prattiku tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, kif ukoll il-protezzjoni tat-tfal; jitlob lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-FSK, tippromwovi b'mod attiv proġetti fil-qasam tal-indirizzar tax-xogħol tat-tfal u x-xogħol furzat tan-nisa sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-gruppi; itenni li l-inugwaljanza bejn il-ġeneri m'għandhiex tibqa' titqies bħala kwistjoni purament soċjali, iżda anke bħala waħda ekonomika li tippreżenta sfida ewlenija biex jinkiseb tkabbir inklużiv u sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-iżviluppi u żżomm lill-Parlament aġġornat regolarment dwar is-sitwazzjoni;

13. Jissottolinja l-ħtieġa li f'każ li jinkisru d-drittijiet tal-bniedem jew l-impenji li ttieħdu fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, jiġu adottati miżuri korrettivi biex jirrimedjawhom; jirrimarka li jeħtieġ li l-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli jiġi mmonitorjat mill-qrib u b'mod rigoruż u li l-infurzar tiegħu jiġi ttrattat bħala prijorità;

14. Ifakkar fl-importanza li l-politiki kummerċjali jiġu adattati biex jappoġġjaw l-isforzi nazzjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima sabiex jikkonformaw mal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam ikun konsistenti mal-ftehim FLEGT tal-UE mal-Vjetnam, partikolarment billi fil-kapitoli tiegħu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli jiddaħħlu dispożizzjonijiet vinkolanti u eżegwibbli biex jintemmu l-qtugħ illegali tas-siġar, id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-ħtif tal-art; jisħaq fuq l-importanza ta' monitoraġġ effettiv ta' dawn id-dispożizzjonijiet; jissottolinja b'mod partikolari li dan il-mekkaniżmu jrid jagħti attenzjoni speċjali lid-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet li jiddependu mill-foresti, inkluż fejn applikabbli d-drittijiet mogħtija fl-ambitu tal-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO dwar il-Popli Indiġeni u Tribali;

15. Jinnota li l-Vjetnam huwa wieħed mill-pajjiżi l-aktar vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari fenomeni meteoroloġiċi estremi, bħal maltempati u għargħar; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Vjetnam jintroduċi miżuri effettivi ta' adattament u jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ħarsien tal-ambjent u tal-bijodiversità.

16. Ifakkar li, f'Ottubru 2017, il-Kummissjoni ħarġet "karta safra" lill-Vjetnam fid-dawl tan-nuqqas tagħha li tindirizza b'mod effettiv is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU); iħeġġeġ lill-Gvern Vjetnamiż jikkonforma b'mod effettiv mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE qabel ir-ratifika tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam ;

17. Jinnota l-persistenza fil-Vjetnam ta' każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet soċjali, u jqis li jridu jsiru aktar sforzi f'dan ir-rigward mill-awtoritajiet Vjetnamiżi; jistieden lill-Gvern Vjetnamiż jimplimenta moratorju fuq il-piena tal-mewt bil-ħsieb li titneħħa għalkollox.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

Referenzi

2018/0356M(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

24.10.2019

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Tomas Tobé

4.9.2019

Eżami fil-kumitat

5.9.2019

8.10.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

6

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hildegard Bentele, Dominique Bilde, Charles Goerens, Mónica Silvana González, Pierrette Herzberger-Fofana, György Hölvényi, Martin Horwood, Rasa Juknevičienė, Beata Kempa, Pierfrancesco Majorino, Lukas Mandl, Norbert Neuser, Michèle Rivasi, Louis Stedman-Bryce, Marc Tarabella, Tomas Tobé, Miguel Urbán Crespo, Chrysoula Zacharopoulou, Bernhard Zimniok

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alessandra Basso, Stéphane Bijoux, Marlene Mortler, Caroline Roose, Patrizia Toia

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ECR

Beata Kempa

GUE/NGL

Miguel Urbán Crespo

ID

Bernhard Zimniok

PPE

Hildegard Bentele, György Hölvényi, Rasa Juknevičienė, Lukas Mandl, Marlene Mortler, Tomas Tobé

RENEW

Stéphane Bijoux, Charles Goerens, Chrysoula Zacharopoulou

S&D

Mónica Silvana González, Norbert Neuser

 

6

-

ID

Alessandra Basso, Dominique Bilde

NI

Louis Stedman-Bryce

VERTS/ALE

Pierrette Herzberger-Fofana, Michèle Rivasi, Caroline Roose

 

4

0

RENEW

Martin Horwood

S&D

Pierfrancesco Majorino, Marc Tarabella, Patrizia Toia

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD (3.12.2019)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

(2018/0356M(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Pietro Bartolo 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

 wara li kkunsidra l-Artikolu 13.9 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) bejn l-UE u l-Vjetnam,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tiegħu fil-Vjetnam (bejn it-28 ta' Ottubru u l-1 ta' Novembru 2018) u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta' Mejju 2018 dwar il-progress tal-pajjiż fl-indirizzar tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) wara n-notifika min-naħa tal-Kummissjoni tal-"karta s-safra" fit-23 ta' Ottubru 2017,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 28(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd[17],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll għall-istabbiliment tal-konformità tal-prodotti tas-sajd mal-kriterji ta' aċċess għas-suq tal-UE[18],

 wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 intitolata "Kummerċ għal kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment "(COM(2015)0497),

A. billi l-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam jirrikonoxxi l-importanza li jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u l-ekosistemi ħajjin tal-baħar, flimkien mal-promozzjoni ta' akkwakultura sostenibbli, u jipprevedi kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikolu 13.9;

B. billi fl-2017 l-Unjoni Ewropea indirizzat "karta safra" lill-Vjetnam, li għadha applikabbli, bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU minħabba n-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' kontroll tiegħu;

C. billi ċerti prodotti bbażati fuq il-ħut, bħal dawk li għandhom kodiċijiet NM 1604 14 21 u 1604 14 26, mhumiex inklużi fir-reġim ta' eżenzjoni mid-dazju fl-FTA minħabba s-sensittività tagħhom għall-Unjoni Ewropea;

D. billi huwa rikonoxxut li s-sajd IUU hu meqjus bħala l-kriminalità organizzata tal-ibħra li għandha impatti ambjentali u soċjoekonomiċi diżastrużi fid-dinja kollha u toħloq kompetizzjoni inġusta għall-industrija Ewropea tas-sajd;

E. billi l-Vjetnam huwa r-raba' l-akbar produttur tal-ħut fid-dinja, segwit mill-Unjoni Ewropea, u r-raba' l-akbar produttur ta' prodotti tal-akkwakultura;

F. billi, mil-lat ta' valur, l-UE hija l-akbar negozjant fid-dinja ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, wara li ġġenerat volum ta' kummerċ ta' aktar minn EUR 2,3 biljun fl-2017; billi l-UE timporta aktar minn 65 % tal-prodotti tal-ħut li tikkonsma u hija waħda mill-akbar investituri barranin fil-Vjetnam;

G. billi l-Vjetnam s'issa kiseb protezzjoni għal prodott ta' indikazzjoni ġeografika (IĠ) wieħed – Phú Quốc, varjetà ta' zalza tal-ħut – bħala denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) fi ħdan l-iskemi ta' kwalità tal-UE; billi l-FTA jipprevedi l-protezzjoni ta' 169 IĠ tal-UE għal inbejjed, spirti u prodotti tal-ikel fil-Vjetnam u protezzjoni reċiproka għal 39 IĠ Vjetnamiżi fl-UE;

H. billi l-Vjetnam għandu suq ta' 95 miljun persuna bi tradizzjonijiet li ilhom stabbiliti żmien twil fil-konsum ta' ħut u prodotti tal-akkwakultura, u huwa t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fir-reġjun tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN); jissottolinja l-potenzjal għat-tkabbir u l-benefiċċji sinifikanti li s-sajd jista' jagħti lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju Ewropej u jqis li dan is-settur huwa ta' interess vitali għall-prosperità u l-innovazzjoni Ewropej;

1. Jirrikonoxxi u japprezza l-fatt li fl-2017 il-Gvern Vjetnamiż adotta liġi qafas ġdida għas-settur tas-sajd, li tqis l-obbligi u l-ftehimiet internazzjonali u reġjonali, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni, flimkien ma' diversi dokumenti mhux leġiżlattivi; japprezza, barra minn hekk, l-isforzi miftiehma biex is-sajjieda jiġu infurmati dwar ir-regolamenti legali u t-twaqqif ta' strutturi koordinati ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' infurzar li huma impenjati li jindirizzaw b'mod effettiv u li jiskoraġġixxu s-sajd IUU, kif ukoll l-impenn tal-Vjetnam li jippreżenta l-pjan ta' implimentazzjoni nazzjonali tiegħu għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-FTA;

2. Jinsab imħasseb dwar il-fenomenu tal-hekk imsejħa "dgħajsa blu" tas-sajjieda Vjetnamiżi, li fis-snin reċenti kien qed jiġi pprattikat fl-ibħra territorjali ta' diversi pajjiżi ġirien bħat-Tajlandja, il-Filippini, l-Indoneżja u l-Malasja, fl-Istati tal-Paċifiku bħall-Palau, il-Mikroneżja, il-Papua New Guinea, il-Gżejjer Solomon, il-Vanuatu u n-New Caledonia, u fl-Awstralja, u ħoloq tħassib ekonomiku, soċjali u ta' sigurtà għan-nazzjonijiet affettwati u għar-reġjun kollu kemm hu; jesprimi t-tama li l-isforzi li għamlu l-awtoritajiet se jservu minnufih għall-ġid komuni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Vjetnam u l-istabbiltà tar-reġjun usa' tax-Xlokk tal-Asja;

3. Japprezza l-qafas għall-kooperazzjoni stabbilit fil-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-FTA fir-rigward tat-trawwim ta' akkwakultura sostenibbli u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn is-sħab fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;

4. Jissottolinja l-importanza li jissaħħaħ id-djalogu kostruttiv mal-Vjetnam sabiex jiġu indirizzati b'suċċess l-isfidi globali kkawżati mis-sajd illegali u jqis li l-FTA jservi bħala sinjal ta' inkoraġġiment għall-Vjetnam biex jirdoppja l-isforzi tiegħu ħalli jistabbilixxi malajr qafas regolatorju u ta' kontroll biex jiġġieled b'mod effettiv is-sajd IUU;

5. Jenfasizza li d-dħul fis-seħħ tal-FTA jista' joħloq il-kundizzjonijiet għal kooperazzjoni kbira u produttiva bejn iż-żewġ partijiet bil-għan li jiġu implimentati b'mod effettiv id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-iżvilupp sostenibbli; jissottolinja l-fatt li l-implimentazzjoni xierqa tal-FTA tista' ssaħħaħ il-konformità tal-Vjetnam mal-istandards tal-UE dwar l-ambjent, il-governanza tas-sajd, id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet soċjali, u jqis li kwalunkwe dewmien ulterjuri għar-ratifika jipperikola l-kredibbiltà u l-influwenza tal-UE fuq il-Vjetnam u l-ambizzjonijiet ġeostrateġiċi ġenerali tagħha fir-reġjun tal-ASEAN;

6.  Japprezza l-kooperazzjoni dejjem akbar fil-qasam tas-sajd fir-reġjun bejn l-Istati Membri tal-ASEAN; jirrikonoxxi l-impenn tal-Vjetnam li jindirizza s-sajd IUU billi applika għal sħubija sħiħa fil-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) u billi aderixxa, fit-3 ta' Jannar 2019, mal-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port (PSMA), l-ewwel ftehim internazzjonali vinkolanti li speċifikament jimmira s-sajd IUU, żewġ ftehimiet li jippermettu lill-UE u lill-Vjetnam japprofondixxu l-kooperazzjoni tagħhom u jiżviluppaw miżuri aktar ambizzjużi biex jindirizzaw is-sajd IUU;

7. Jenfasizza l-isfidi enormi li għadhom qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-awtoritajiet Vjetnamiżi fir-rigward tal-kapaċità żejda tal-flotta tas-sajd tal-pajjiż, li hi frammentata ħafna, u l-isfruttament żejjed tar-riżorsi tal-baħar;

8. Jenfasizza l-abbużi serji tax-xogħol li ġew irrappurtati fl-industrija tas-sajd Vjetnamiża; jiddispjaċih dwar il-fatt, f'dan il-kuntest, li l-Vjetnam għadu ma rratifikax il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd tal-ILO (ILO C188) u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jagħmlu dan qabel id-dħul fis-seħħ tal-FTA;

9.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Vjetnamiżi, bil-għan li jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi tal-UE u dawk Vjetnamiżi, jipprevjenu l-kompetizzjoni inġusta u jiżguraw li l-ebda prodott Vjetnamiż ma joriġina minn sajd IUU, jiżguraw it-traċċabilità sħiħa tal-prodotti tas-sajd destinati għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-UE u li dawk il-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa ġenerali, ambjentali, soċjali u fitosanitarji tal-UE qabel ma jidħlu fis-suq tal-UE;

10. Jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-qafas legali l-ġdid jiġi implimentat u infurzat b'mod effettiv, b'mod partikolari fil-livell provinċjali, u biex tiġi kkomunikata l-importanza tal-konformità lill-partijiet ikkonċernati lokali fis-settur tas-sajd;

11. Ifakkar li, kif deskritt fil-qafas tal-investiment tal-Vjetnam, il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma setturi kundizzjonali għal investiment li jipprojbixxi kwalunkwe investiment meqjus detrimentali għall-ambjent, fost oqsma oħra;

12. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Vjetnamiżi jallokaw biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għall-ġlieda kontra s-sajd IUU kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak provinċjali u biex iżidu l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u inizjattivi ta' bini ta' kapaċità ħalli jiskoraġġixxu l-użu mhux xieraq tal-antibijotiċi fl-akkwakultura u jevitaw li tiżdied ir-reżistenza antimikrobika (AMR);

13. Jenfasizza l-importanza ta' koerenza politika fost l-inizjattivi tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali u ambjentali; jenfasizza l-ħtieġa li l-ftehimiet kummerċjali jkunu konnessi u allinjati mal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluża l-politika tal-UE dwar is-sajd IUU, u li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-FTA jiġu rrispettati u ttrattati b'mod konsistenti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżgura l-integrazzjoni effettiva u l-koerenza tal-politika bejn id-diversi politiki ta' żvilupp sostenibbli tal-UE, inkluż is-sajd u l-akkwakultura sostenibbli, fi ħdan ftehimiet kummerċjali futuri;

14. Jenfasizza li l-kummerċ fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u tariffi preferenzjali, għandhom ikunu akkumpanjati minn kundizzjonijiet, bħal kontrolli, monitoraġġ, awditjar u rieżami tal-kisbiet fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Vjetnamiż biex jiġi indirizzat is-sajd IUU u l-impenji magħmula mill-Vjetnam skont l-Artikolu 13.9 tal-FTA;

15. Jinsab imħasseb dwar l-inklużjoni ta' kwota ta' tariffa żero fuq l-esportazzjonijiet ta' 11 500 tunnellata ta' tonn fil-laned lejn l-UE u l-impatt tagħha fuq il-kompetittività tas-settur tal-ikel fil-laned tal-UE, mhux l-inqas fid-dawl tal-karta s-safra maħruġa lill-Vjetnam għal nuqqasijiet relatati ma' sajd IUU; iqis li jeħtieġ li din il-kwota ssir kundizzjonali fuq ir-rimedjar ta' tali nuqqasijiet, u li jiġi mmonitorjat l-impatt ta' dan it-tip ta' kwota fuq l-industrija u s-suq tal-UE;

16. Jesprimi d-diżappunt tiegħu għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.26(2) tal-FTA, li fil-prinċipju ma jippermettix li jiżdied prodott mal-lista tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, li għandhom jiġu protetti fit-territorju tal-parti rispettiva, jekk dak il-prodott ikun diġà elenkat fir-reġistru rilevanti ta' xi waħda mill-partijiet fid-data tal-iffirmar tal-FTA; jisħaq fuq l-importanza, f'dan il-kuntest, tal-inklużjoni tal-prodotti kollha tas-sajd tal-UE protetti b'IĠ ta' oriġini fil-Kapitolu 12 tal-FTA dwar il-Proprjetà Intellettwali;

17. Ifakkar li n-notifika tal-"karta s-safra" għandha titqies bħala mezz ta' tħeġġiġ għall-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jieħdu miżuri ħalli jindirizzaw l-attivitajiet tas-sajd IUU; jemmen li estensjoni ulterjuri tal-karta s-safra għandha tkun akkumpanjata minn miri u skedi ta' żmien operattivi ċari bil-għan li jiġu implimentati l-miżuri meħtieġa u tingħata dimensjoni kostruttiva lil din is-sanzjoni; ifakkar, barra minn hekk, li r-revoka tal-karta s-safra għandha tkun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tar-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula mill-UE fl-2017;

18. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju u tekniku speċifiku lill-Vjetnam sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' standards ta' sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti tal-frott tal-baħar; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tinċentiva s-sajd individwali Vjetnamiż biex tgħin ħalli jintlaħqu l-istandards ta' sostenibbiltà;

19. Jissottolinja l-importanza ta' politika kummerċjali responsabbli bħala strument għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

20.  Ifakkar li r-Regolament IUU huwa l-aktar strument effettiv biex jiġi żgurat sajd sostenibbli f'livell globali u jesprimi tħassib dwar l-għoti ta' kundizzjonijiet kummerċjali preferenzjali lil pajjiż li jkun soġġett għal proċedura tal-karta s-safra; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-isforzi tal-Vjetnam biex tiżgura li l-pajjiż ikompli jagħmel progress fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex jagħmel użu sħiħ mill-għodod kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, inkluża l-"karta l-ħamra", jekk il-Vjetnam jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet għal sajd sostenibbli u għal importazzjonijiet sikuri ta' ħut u prodotti tal-frott tal-baħar fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi miżuri ta' salvagwardja fi ftehimiet futuri, bħall-possibbiltà li jiġu sospiżi tariffi preferenzjali fuq il-prodotti tal-ħut, sakemm titneħħa l-karta s-safra.


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

 

22

+

ECR

Bert-Jan Ruissen, Ruža Tomašić

NI

Rosa D'Amato

PPE

Peter van Dalen, Niclas Herbst, Jeroen Lenaers, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Maria Walsh, Theodoros Zagorakis

RENEW

Izaskun Bilbao Barandica, Chris Davies, Pierre Karleskind

S&D

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Richard Corbett, Nicolás González Casares, Predrag Fred Matić, Manuel Pizarro

VERTS/ALE

Christian Allard, Francisco Guerreiro, Grace O'Sullivan

 

2

-

GUE/NGL

João Ferreira

NI

June Alison Mummery

 

2

0

ID

Rosanna Conte, Maxette Pirbakas

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


 

 


 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

Referenzi

2018/0356M(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

17.1.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

24.10.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

24.10.2019

DEVE

24.10.2019

PECH

24.10.2019

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Geert Bourgeois

23.9.2019

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Jan Zahradil

Eżami fil-kumitat

2.10.2019

6.11.2019

3.12.2019

 

Data tal-adozzjoni

21.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

9

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Anna Cavazzini, Ellie Chowns, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Nicola Danti, Emmanouil Fragkos, Barbara Ann Gibson, Enikő Győri, Roman Haider, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Karin Karlsbro, Jude Kirton-Darling, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Samira Rafaela, Luisa Regimenti, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Liesje Schreinemacher, Sven Simon, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, James Wells, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Saskia Bricmont

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicolas Bay

Data tat-tressiq

28.1.2020

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ECR

Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Jan Zahradil

ID

Roman Haider, Maximilian Krah

NI

Tiziana Beghin

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler

RENEW

Jordi Cañas, Barbara Ann Gibson, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Liesje Schreinemacher, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Nikos Androulakis, Miroslav Číž, Nicola Danti, Bernd Lange, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

 

9

-

GUE/NGL

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

ID

Nicolas Bay, Danilo Oscar Lancini, Luisa Regimenti

VERTS/ALE

Saskia Bricmont, Anna Cavazzini, Ellie Chowns, Heidi Hautala

 

2

0

NI

James Wells

S&D

Jude Kirton-Darling

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza