RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro

29.1.2020 - (06847/2019 – C9-0138/2019 – 2019/0043(NLE)) - ***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Bettina Vollath

Proċedura : 2019/0043(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0018/2020
Testi mressqa :
A9-0018/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro

(064847/2019 – C9-0138/2019 – 2019/0043(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06847/2019),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro (06846/2019),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punti (b) u (d), l-Artikolu 79(2), punt (c), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0138/2018),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0018/2020),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Montenegro.


 

NOTA SPJEGATTIVA

a. Sfond

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta għandha l-għan li tapprova l-Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ("l-Aġenzija") fil-Montenegro kif previst fir-Regolament (UE) 2016/1624 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. In-negozjati dwar dan il-Ftehim dwar l-Istatus saru qabel ir-reviżjoni tal-mandat tal-Aġenzija u l-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta: ir-Regolament (UE) 2019/1896.

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 jipprevedi possibiltajiet differenti biex l-Aġenzija tikkoopera ma' pajjiżi terzi. Il-kunċett ta' ftehim dwar l-istatus huwa li jipprovdi qafas legalment vinkolanti għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija fejn membri tat-tim b'setgħat eżekuttivi jintbagħtu fit-territorju tal-pajjiż terz. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624 jipprevedi b'mod espliċitu li, f'każijiet fejn huwa mistenni li t-timijiet Ewropej ta' Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta se jkunu stazzjonati f'pajjiż terz f'azzjonijiet fejn il-membri tat-tim se jkollhom setgħat eżekuttivi, jew fejn azzjonijiet oħra f'pajjiżi terzi jeħtieġu dan, l-Unjoni għandha tikkonkludi ftehim dwar l-istatus mal-pajjiż terz ikkonċernat.

L-iskop tal-ftehim dwar l-istatus huwa li jipprovdi qafas legalment vinkolanti li għandu jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-operazzjoni, ir-regoli dwar l-obbligu ta' rendikont ċivili u kriminali, u l-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet stazzjonati. Il-ftehimiet dwar l-istatus għandhom jiggarantixxu wkoll ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' lment speċifiċi li għandhom jintużaw f'każ ta' ksur tad-drittijiet fundamentali matul dawn l-operazzjonijiet.

Il-Ftehim dwar l-Istatus mal-Montenegro huwa wieħed minn diversi ftehimiet simili konklużi mal-pajjiżi Balkani tal-Punent.

b. Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tqis li l-konklużjoni ta' ftehimiet formali u legalment vinkolanti fil-qafas ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u pajjiżi terzi, għall-kuntrarju tal-konklużjoni ta' arranġamenti informali ta' ħidma, hija essenzjali sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-iskrutinju pubbliku u s-sorveljanza demokratika dwar tali kooperazzjoni. Kwalunkwe ftehim bħal dan konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u dak il-pajjiż terz għandu jitqies bir-reqqa, għandu jkollu valur miżjud għall-Unjoni u għandu jkun strettament neċessarju u proporzjonat f'termini ta' skop u ta' kontenut.

Għalhekk, il-konklużjoni ta' ftehimiet dwar l-istatus hija kruċjali, mhux biss biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-kooperazzjoni operazzjonali tal-Aġenzija ma' pajjiżi terzi, iżda wkoll biex jiġi żgurat qafas ċar għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ftehim dwar l-Istatus, li għalih il-Parlament qed jintalab jagħti l-kunsens tiegħu, jippermetti li jsiru operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntieri u/jew operazzjonijiet ta' ritorn fit-territorju tal-Montenegro bl-involviment tal-Aġenzija. L-operazzjonijiet ta' ritorn ikunu relatati biss ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jiġu rritornati mill-Unjoni Ewropea lejn il-Montenegro.

Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar l-Istatus, għandu jintlaħaq ftehim dwar pjan operazzjonali għal kull operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi l-għanijiet u l-objettivi operazzjonali tal-azzjoni u jinkludi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali, inkluż dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar l-Istatus, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu s-setgħa li jissospendi jew itemm kwalunkwe azzjoni fil-Montenegro, b'mod partikolari "f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali, ksur tal-prinċipju ta' non-refoulement jew tar-regoli tal-protezzjoni tad-data". L-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar l-Istatus jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-responsabbiltà kriminali u ċivili tal-Aġenzija u tal-persunal tagħha b'rabta mal-azzjonijiet imwettqa fil-Montenegro.

L-Artikolu 9 tal-Ftehim dwar l-Istatus huwa dispożizzjoni dwar id-drittijiet fundamentali li tirrikjedi li l-Membri tat-tim (stazzjonati l-Montenegro) "jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet, inkluż fir-rigward tal-aċċess għal proċeduri tal-asil, id-dinjità tal-bniedem u l-projbizzjoni tat-tortura, trattament inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà, il-prinċipju tan-non-refoulement u l-projbizzjoni tat-tkeċċijiet kollettivi, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja". Dan l-artikolu jiżgura wkoll li l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni jiġi rrispettat.

F'dak li jirrigwarda kwalunkwe negozjar futur biex jiġu stabbiliti ftehimiet dwar l-istatus, b'mod konformi mar-Regolament (UE) 2019/1896, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-pajjiż terz inkwistjoni qabel ma timpenja ruħha fin-negozjati u tikkomunika fil-pront ir-riżultat ta' tali valutazzjoni lill-Parlament.

Barra minn hekk, fl-interess tat-trasparenza, u biex il-Parlament ikun jista' jwettaq valutazzjoni xierqa tal-ftehimiet dwar l-istatus, ir-Rapporteur tħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli minnufih id-dokumenti kollha li huma neċessarji biex il-Parlament iwettaq il-ħidma istituzzjonali tiegħu u jibda l-proċeduri ta' approvazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, inklużi l-verżjonijiet tal-abbozzi tal-ftehimiet dwar l-istatus, qabel il-konklużjoni tiegħu.

Filwaqt li niftakru li r-Rapporteur hija wkoll ir-Rapporteur għal ftehimiet dwar l-istatus oħra ta' natura simili, hija tinnota li hemm xi differenzi sostantivi fid-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet dwar l-istatus differenti:

 Dispożizzjoni dwar il-ħtieġa li wieħed iżomm lura milli jieħu miżuri li x'aktarx ixekklu l-proċedimenti kriminali possibbli tinsab biss f'wieħed mill-ftehimiet dwar l-istatus.

 Il-ftehimiet dwar l-istatus għandhom diċitura differenti dwar id-dritt eċċezzjonali tal-Membri tat-tim tal-Aġenzija li jaġixxu f'isem il-pajjiż terz, u din tista' twassal għal inċertezza tad-dritt.

 Bl-istess mod, id-diċitura dwar il-klawsola ta' diskriminazzjoni mhijiex konsistenti mija fil-mija fit-tliet Ftehimiet dwar l-Istatus.

 Fir-rigward tar-responsabbiltà kriminali, in-natura vinkolanti taċ-ċertifikazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv - dwar jekk l-allegat reat kriminali seħħx waqt li l-membru tat-tim kien qed iwettaq id-dmirijiet tiegħu/tagħha - mhijiex iċċarata fil-ftehimiet dwar l-istatus kollha.

 Hemm differenzi fil-ftehimiet dwar l-istatus rigward l-obbligu fuq Membri oħra tat-tim li jagħtu evidenza bħala xhieda fi proċedimenti kriminali.

Ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jgħaddu rapport minnufih lill-Parlament – b'mod utli – dwar kwalunkwe diffikultà jew diverġenza operazzjonali fil-prattika li tirriżulta minn dawn id-differenzi fil-qafas ġuridiku.

Għalkemm il-Ftehim dwar l-Istatus ġie nnegozjat u miftiehem skont il-mandat preċedenti tal-Aġenzija (ir-Regolament (UE) 2016/1624), ir-Rapporteur tistenna li d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament 2019/1896 jiġu rispettati għalkollox fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim dwar l-Istatus, l-aktar fir-rigward tal-Artikolu 110(2).

Bħala konklużjoni, ir-Rapporteur tqis li l-Ftehim dwar l-Istatus propost huwa konsistenti mal-mudell tal-ftehim dwar l-istatus kif previst fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kontenut u d-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim finali.

Peress li dan il-ftehim dieħel fil-fażi ta' implimentazzjoni, il-Parlament jitlob li l-Aġenzija tinforma minnufih lill-Parlament dwar l-attivitajiet imwettqa bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Istatus, u jfakkar lill-Aġenzija fl-obbligu tagħha li tinkludi valutazzjoni tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fir-rapporti annwali tagħha skont l-Artikolu 73(7) tar-Regolament (UE) Nru 2019/1896.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ir-Rapporteur tirrakkomanda li l-Parlament japprova l-abbozz tat-test tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro

Referenzi

06847/2019 – C9-0138/2019 – 2019/0043(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

9.10.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.10.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

21.10.2019

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

AFET

6.11.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Bettina Vollath

4.9.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.1.2020

28.1.2020

 

 

Data tal-adozzjoni

28.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Konstantinos Arvanitis, Katarina Barley, Pietro Bartolo, Vladimír Bilčík, Ioan-Rareş Bogdan, Saskia Bricmont, Clare Daly, Lena Düpont, Cornelia Ernst, Nicolaus Fest, Andrzej Halicki, Balázs Hidvéghi, Antony Hook, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Fabienne Keller, Peter Kofod, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Magid Magid, Roberta Metsola, Claude Moraes, Nadine Morano, Maite Pagazaurtundúa, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Dragoş Tudorache, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Jadwiga Wiśniewska, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Patrick Breyer, Delara Burkhardt, Lívia Járóka, Beata Kempa, Ondřej Kovařík, Kris Peeters, Karlo Ressler, Petar Vitanov

Data tat-tressiq

29.1.2020

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

ECR

Patryk Jaki, Beata Kempa, Jadwiga Wiśniewska

ID

Nicolaus Fest, Peter Kofod, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche

PPE

Vladimír Bilčík, Ioan-Rareş Bogdan, Lena Düpont, Andrzej Halicki, Balázs Hidvéghi, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Nadine Morano, Kris Peeters, Emil Radev, Paulo Rangel, Karlo Ressler, Ralf Seekatz, Tomas Tobé, Javier Zarzalejos

RENEW

Antony Hook, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache

S&D

Katarina Barley, Pietro Bartolo, Delara Burkhardt, Evin Incir, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Petar Vitanov, Bettina Vollath, Elena Yoncheva

 

9

-

GUE/NGL

Konstantinos Arvanitis, Clare Daly, Cornelia Ernst

VERTS/ALE

Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Alice Kuhnke, Magid Magid, Terry Reintke, Tineke Strik

 

0

0

 

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Frar 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza