Proċedura : 2019/2072(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0035/2020

Testi mressqa :

A9-0035/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0089

<Date>{02/03/2020}2.3.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0035/2020</NoDocSe>
PDF 207kWORD 54k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018</Titre>

<DocRef>(2019/2072(DEC))</DocRef>


<Commission>{CONT}Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</Commission>

Rapporteur: <Depute>Joachim Stanisław Brudziński</Depute>

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0039/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[8],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0039/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq[15], il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 47 142 100, li meta mqabbel mal-2017 jirrappreżenta tnaqqis ta' 4,63 %; billi 91,48 % tal-baġit taċ-Ċentru jiġi minn kontribuzzjonijiet diretti minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra;

B. billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1. Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 94,94 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,82 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,94 %, li tirrappreżenta żieda ta' 2,53 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2. Jinnota li ċ-Ċentru juża indikaturi tal-input u tal-output bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet tiegħu u diversi indikaturi biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jinnota l-evalwazzjoni ex ante riveduta u r-reviżjoni ex post li għaddejja bħalissa tal-programmi u tal-attivitajiet taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-eżitu u l-impatt tal-attivitajiet tiegħu sabiex jikseb pariri kwalitattivi dwar kif jipprovdi aktar valur miżjud għall-output taċ-Ċentru u jtejjeb il-mudell kummerċjali taċ-Ċentru;

3. Jinnota b'apprezzament li, fl-2018, iċ-Ċentru ħa passi kbar 'il quddiem fl-użu tat-teknoloġija tat-traduzzjoni u li, f'kooperazzjoni mill-qrib mad-direttorat ġenerali sieħeb fil-Kummissjoni, implimenta b'suċċess it-traduzzjoni awtomatika u l-Euramis fil-fluss tal-produzzjoni tiegħu;

4. Jinnota, barra minn hekk, li fl-2018 il-verżjoni ġdida fjamanta tal-ikbar bażi tad-data tat-terminoloġija fid-dinja, l-Interactive Terminology for Europe (IATE), ġiet varata għall-pubbliku u li ċ-Ċentru jiżviluppaha u jimmaniġġjaha f'isem is-sħab istituzzjonali tiegħu;

5. Jilqa' pożittivament il-fatt li ċ-Ċentru implimenta żewġ azzjonijiet biex jikkondividi r-riżorsi ma' aġenziji oħra dwar il-kompiti li jikkoinċidu permezz tan-Network tal-Aġenziji tal-UE: katalgu tas-servizzi kondiviż, li jelenka s-servizzi kollha li jistgħu jiġu kondiviżi mill-aġenziji tal-Unjoni, u portal tal-akkwist konġunt li fuqu l-aġenziji tal-Unjoni jikkondividu l-pjanijiet ta' akkwist; iħeġġeġ bil-qawwa liċ-Ċentru biex ifittex b'mod attiv kooperazzjoni ulterjuri u usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni, speċjalment minħabba l-pożizzjoni strateġikament ideali tiegħu fil-Lussemburgu, fejn ħafna aġenziji oħra tal-Unjoni għandhom il-kwartieri ġenerali;

6. Iħeġġeġ liċ-Ċentru jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

7. Jilqa' l-progress li sar rigward l-evalwazzjoni esterna tal-mudell kummerċjali taċ-Ċentru, li twettqet fl-2017; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni finali;

8. Jinnota b'apprezzament l-impatt persistenti tal-istruttura tal-prezzijiet introdotta fl-2017 għat-traduzzjoni tad-dokumenti – li permezz tagħha l-klijenti taċ-Ċentru ffrankaw EUR 4,4 miljun fl-2018 – u jenfasizza l-effetti pożittivi tiegħu;

9. Iħeġġeġ liċ-Ċentru jadotta mudell kummerċjali sostenibbli bi qbil mal-pjan ta' trasformazzjoni mfassal abbażi tal-istudju estern bit-titlu "Study on the Translation Centre as the Linguistic Shared Service Provider for the EU Agencies and Bodies" (Studju dwar iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bħala l-Fornitur ta' Servizzi Lingwistiċi Kondiviżi għall-Aġenziji u l-Korpi tal-UE); iħeġġeġ liċ-Ċentru jimplimenta bis-sħiħ dawk l-azzjonijiet li jgħinu biex il-mudell kummerċjali l-ġdid jiġi adattat għall-avvanzi teknoloġiċi, bħall-proġett dwar it-traduzzjoni tal-paġni web u l-għarfien tat-taħdit;

10. Jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru ma lestiex il-pjan għal kontra l-frodi li kellu jiġi implimentat sa tmiem l-2018 u li dik is-sena kellu rata ta' implimentazzjoni ta' 66 %; iħeġġeġ liċ-Ċentru jħaffef l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan;

11. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-isforzi magħmula miċ-Ċentru fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet tal-persunal ewlieni fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kwalità u l-ġestjoni tal-proġetti, billi 86,8 % tal-persunal ewlieni rċieva t-taħriġ, li jaqbeż il-mira stabbilita għall-2018;

12. Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru żamm mal-impenn tiegħu li verżjoni ġdida tal-IATE tkun disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa tmiem l-2018, u li dan l-objettiv intlaħaq f'Novembru 2018; iħeġġeġ liċ-Ċentru jiffinalizza l-verżjoni interistituzzjonali tal-IATE malajr kemm jista' jkun;

Politika dwar il-persunal

13. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita bil-perċentwal ta' 94,82 %, u li kienu nħatru 50 uffiċjal u 133 aġent temporanju minn 55 uffiċjal u 138 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 195 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 23 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2018;

14. Jinnota b'sodisfazzjon li bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri ntlaħaq fl-2018 fir-rigward ta' pożizzjonijiet  maniġerjali superjuri (tlett irġiel u żewġ nisa) u fi ħdan il-membri tal-bord amministrattiv (32 raġel u 27 mara);

15. Iħeġġeġ liċ-Ċentru jiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani biex jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal tiegħu, l-iggwidar tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, in-nondiskriminazzjoni, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist

16. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2018 iċ-Ċentru kien introduċa l-fatturazzjoni elettronika iżda ma kienx għadu introduċa għodod bħas-sejħa għall-offerti elettronika u s-sottomissjoni elettronika ta' offerti varati mill-Kummissjoni biex tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jistieden liċ-Ċentru jintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex jamministra l-proċeduri ta' akkwist u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

17. Jinnota li ċ-Ċentru għażel li jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess biss, mingħajr is-CVs, minħabba l-problemi ta' ġestjoni assoċjati mad-daqs tal-bord amministrattiv tiegħu (madwar 130 membru u membru supplenti); jinnota li s-CV u d-dikjarazzjoni tal-interessi tad-direttur huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; jinnota li ċ-Ċentru jqis li r-riskji assoċjati mal-kunflitti ta' interess huma baxxi ħafna minħabba n-natura tal-attivitajiet tiegħu;

18. Jinnota bi tħassib li, għalkemm iċ-Ċentru mhuwiex iffinanzjat mit-tariffi, jiddependi fuq id-dħul li jirċievi mill-klijenti tiegħu, li huma rrappreżentati fil-bord amministrattiv taċ-Ċentru, u li għalhekk hemm riskju għoli ta' kunflitt ta' interess fir-rigward tal-ipprezzar tal-prodotti taċ-Ċentru, li jista' jiġi rrimedjat jekk il-Kummissjoni tiġbor tariffi f'isem il-klijenti taċ-Ċentru, li jwassal biex iċ-Ċentru jkun iffinanzjat kompletament mill-baġit tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-kumment taċ-Ċentru li l-possibbiltà li jkun iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni tkun tirrikjedi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtorità tal-baġit; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jimmitiga tali riskju;

Kummenti oħra

19. Jilqa' pożittivament il-varar, fl-2018, tal-verżjoni l-ġdida tal-IATE maħsuba biex iżżid il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jikkonċentra ulterjorment fuq it-tixrid tar-riżultati tal-kompiti tiegħu mal-pubbliku, u jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

20. Iħeġġeġ liċ-Ċentru jaħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu;

21. Jiddispjaċih mill-fatt li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) iddeċieda, fis-26 ta' April 2018, li jtemm l-arranġament tat-traduzzjoni li kkonkluda maċ-Ċentru, minkejja l-obbligu legali tiegħu li juża s-servizzi taċ-Ċentru, kif previst fl-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/1001[16], li stabbilixxa l-EUIPO; jinnota l-azzjoni legali mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali miċ-Ċentru fis-6 ta' Lulju 2018 u l-għeluq tal-fażi orali tas-seduta ta' smigħ fl-4 ta' Ġunju 2019; jinnota li fis-7 ta' Diċembru 2018 ġie ffirmat arranġament ġdid għal sentejn biss bejn iċ-Ċentru u l-EUIPO; jistieden liċ-Ċentru jżomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata bl-iżvilupp tal-proċedimenti ġudizzjarji;

o

o  o

22. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... ta' Marzu 2020[17] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


 

 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI (22.1.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</CommissionInt>


<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018</Titre>

<DocRef>(2019/2072(DEC))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute> Sabine Verheyen</Depute>

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jafferma mill-ġdid l-impenn b'saħħtu tiegħu fejn jidħol il-multilingwiżmu fl-Unjoni bħala wieħed mill-prerekwiżiti fundamentali biex is-sistema demokratika tal-Unjoni taħdem kif suppost; jenfasizza l-bżonn li s-servizzi lingwistiċi u tat-traduzzjoni tal-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri jiġu ttrattati lkoll indaqs; jirrikonoxxi r-rwol li jwettaq iċ-Ċentru biex jiffaċilita l-ħidma tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni permezz ta' traduzzjoni u servizzi lingwistiċi ta' kwalità għolja bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni; ifakkar li l-eżistenza ta' entità speċjalizzata li tkopri t-traduzzjoni għall-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni ġabet magħha ekonomiji ta' skala u titjib fl-effiċjenza; 2.  Jilqa' l-fatt li x-xogħol tat-traduzzjoni tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jsir minn aġenzija pubblika tal-Unjoni; jinnota s-saħħa taċ-Ċentru bħala aġenzija tal-Unjoni li ilha stabbilita u li tgħodd mal-200 membru tal-persunal ta' esperjenza;

3. Jinnota b'apprezzament l-impatt persistenti tal-istruttura tal-prezzijiet introdotta fl-2017 għat-traduzzjoni tad-dokumenti – li permezz tagħha l-klijenti taċ-Ċentru ffrankaw EUR 4,4 miljun fl-2018 – u jenfasizza l-effetti pożittivi tiegħu;

4. Iħeġġeġ liċ-Ċentru jadotta mudell kummerċjali sostenibbli bi qbil mal-Pjan ta' Trasformazzjoni mfassal abbażi tal-istudju estern dwar iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bħala fornitur ta' servizzi lingwistiċi kondiviżi għall-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni; iħeġġeġ liċ-Ċentru jwettaq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jgħinu biex il-mudell kummerċjali l-ġdid jadatta ruħu għall-avvanzi teknoloġiċi, bħall-proġett dwar it-traduzzjoni tal-paġni web u l-għarfien tat-taħdit;

5. Jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru ma lestiex il-pjan għal kontra l-frodi li kellu jiġi implimentat sa tmiem l-2018 u li dik is-sena kellu rata ta' implimentazzjoni ta' 66 %; iħeġġeġ liċ-Ċentru jħaffef l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan;

6. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-isforzi magħmula miċ-Ċentru biex jiżviluppa l-kapaċitajiet tal-persunal ewlieni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità u l-ġestjoni tal-proġetti, u li 86,8 % tal-persunal ewlieni ngħata taħriġ f'dawn l-oqsma u b'hekk inqabżet il-mira stabbilita għall-2018;

7. Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru żamm l-impenn tiegħu li jqiegħed verżjoni ġdida tal-IATE (InterActive Terminology for Europe) għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni qabel tmiem l-2018 u li dan l-objettiv intlaħaq f'Novembru 2018; iħeġġeġ liċ-Ċentru jiffinalizza l-verżjoni interistituzzjonali malajr kemm jista' jkun.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Isabella Adinolfi, Christine Anderson, Andrea Bocskor, Judith Bunting, Gianantonio Da Re, Laurence Farreng, Claire Fox, Alexis Georgoulis, Hannes Heide, Irena Joveva, Petra Kammerevert, Niyazi Kizilyürek, Predrag Fred Matić, Dace Melbārde, Shaffaq Mohammed, Peter Pollák, Andrey Slabakov, Massimiliano Smeriglio, Sabine Verheyen, Julie Ward, Theodoros Zagorakis, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Christian Ehler, Loucas Fourlas, Ibán García Del Blanco, Catherine Griset, Marcel Kolaja

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ECR

Dace Melbārde, Andrey Slabakov

GUE/NGL

Alexis Georgoulis, Niyazi Kizilyürek

ID

Christine Anderson, Gianantonio Da Re, Catherine Griset

NI

Isabella Adinolfi

PPE

Asim Ademov, Andrea Bocskor, Christian Ehler, Loucas Fourlas, Peter Pollák, Sabine Verheyen, Theodoros Zagorakis, Milan Zver

RENEW

Judith Bunting, Laurence Farreng, Irena Joveva, Shaffaq Mohammed

S&D

Ibán García Del Blanco, Hannes Heide, Petra Kammerevert, Predrag Fred Matić, Massimiliano Smeriglio, Julie Ward

VERTS/ALE

Marcel Kolaja

 

0

-

 

 

 

1

0

NI

Claire Fox

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 


 

 


 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.2.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Ryszard Czarnecki, José Manuel Fernandes, Luke Ming Flanagan, Isabel García Muñoz, Cristian Ghinea, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Nico Semsrott, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, David Lega, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

József Szájer

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ECR

Ryszard Czarnecki

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

NI

Sabrina Pignedoli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, David Lega, József Szájer, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

RENEW

Olivier Chastel, Cristian Ghinea, Ramona Strugariu

S&D

Caterina Chinnici, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Lara Wolters

VERTS/ALE

Mikuláš Peksa, Michèle Rivasi, Nico Semsrott

 

3

-

ID

Matteo Adinolfi, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs

 

0

0

 

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[2] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[3] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[4] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[5] ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

[6] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[7] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[8] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[9] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[10] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[11] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[12] ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

[13] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[14] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[15] ĠU C 416, 15.11.2018, p. 16.

[16] Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).

[17] Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0000.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza