Proċedura : 2019/2149(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0037/2020

Testi mressqa :

A9-0037/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0133

<Date>{02/03/2020}2.3.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0037/2020</NoDocSe>
PDF 155kWORD 45k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Guy Verhofstadt</Titre>

<DocRef>(2019/2149(IMM))</DocRef>


<Commission>{JURI}Kumitat għall-Affarijiet Legali</Commission>

Rapporteur: <Depute>Marie Toussaint</Depute>

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Guy Verhofstadt

(2019/2149(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Guy Verhofstadt, imressqa fil-15 ta' Ottubru 2019 mill-Qorti Distrettwali ta' Varsavja-Śródmieście, il-Ħames Awla Kriminali, b'rabta ma' proċedimenti kriminali pendenti insegwitu ta' proċedimenti ċivili mressqa quddiem l-istess qorti (ref. X K 7/18), u mħabbra fis-seduta plenarja fit-13 ta' Novembru 2019,

 wara li sema' lil Guy Verhofstadt, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

 wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fit-30 ta' April 2019[1],

 wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0037/2020),

A. billi l-imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Varsavja-Śródmieście (Polonja), il-Ħames Awla Kriminali, ressaq talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Guy Verhofstadt fir-rigward ta' ċerti dikjarazzjonijiet li għamel fil-15 ta' Novembru 2017 waqt dibattitu fil-plenarja fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu; billi r-raġunijiet għad-digriet tal-Qorti Distrettwali jiddikjaraw li, peress li hija responsabbiltà tar-rikorrent li jikseb awtorizzazzjoni biex jibda l-proċedimenti, "f'din is-sitwazzjoni l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku għandu jitqies bħala l-awtorità rilevanti", li "jekk il-prosekutur pubbliku ma jintervejnix fil-proċedimenti u l-Qorti tirrifjuta li titlob li l-immunità inkwistjoni titneħħa", ir-rikorrent ċivili "jiċċaħħad mill-possibbiltà li jeżerċita d-drittijiet tiegħu kontra persuni protetti bl-immunità tal-Parlament Ewropew" u li "d-dispożizzjoni inkwistjoni [l-Artikolu 9(12) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu] ma tiddisponix li l-awtorità ġudizzjarja għandha tfassal talba bħal din, iżda tiddisponi biss li għandha tittrażmettiha. Għaldaqstant, it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari fiha nnifisha tikkostitwixxi trażmissjoni purament formali tat-talba tar-rikorrent ċivili"; filwaqt li jinnota, għalhekk, li t-talba msemmija għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ġiet ikkomunikata mill-awtorità ġudizzjarja skont l-Artikolu 9(12) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; filwaqt li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, kwalunkwe talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari trid titressaq minn "awtorità kompetenti ta' Stat Membru", żewġ kunċetti li mhumiex identiċi;

B. billi Guy Verhofstadt ġie akkużat, permezz ta' kwerela ċivili ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat tar-rikorrent ċivili privat quddiem l-istess qorti li, b'imprudenza, insulta lir-rikorrent ċivili privat; billi, fl-intervent tiegħu waqt dibattitu fil-plenarja dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja, li ġie mxandar mill-midja, Guy Verhofstadt iddeskriva l-parteċipanti f'Marċ tal-Indipendenza f'Varsavja fl-2017 bħala "faxxisti, neonazis u suprematisti bojod"; billi r-rikorrent kien fost il-partiċipanti f'dan il-marċ;

C. billi, b'dawn il-kummenti, Guy Verhofstadt allegatament insulta pubblikament ir-rikorrent fl-assenza tiegħu u, allegatament, akkużah ta' fatti li huma ta' preġudizzju f'għajnejn il-pubbliku, u dan iġib miegħu r-riskju, skont ir-rikorrent, li jipprivah mill-fiduċja neċessarja għat-twettiq ta' funzjoni, professjoni jew tip ta' attività, u dan jikkostitwixxi reat previst fl-Artikolu 216(2), flimkien mal-Artikolu 212(2), flimkien mal-Artikolu 11(2) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;

D. billi l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;

E. billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jiġi assimilat ma' qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru tal-Parlament, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, ma jistax jitqies li huwa "akkużat"[2];

F. billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom;

G. billi Guy Verhofstadt għamel id-dikjarazzjonijiet tiegħu waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew u waqt is-seduta plenarja stess, fil-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

H. billi d-dikjarazzjonijiet ta' Guy Verhofstadt għalhekk saru fil-kuntest ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew u tal-ħidma tiegħu fil-Parlament Ewropew;

1. Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Guy Verhofstadt;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Guy Verhofstadt.

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

18.2.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ibán García Del Blanco, Esteban González Pons, Mislav Kolakušić, Gilles Lebreton, Karen Melchior, Marcos Ros Sempere, Liesje Schreinemacher, Stéphane Séjourné, Raffaele Stancanelli, Marie Toussaint, Adrián Vázquez Lázara, Axel Voss, Marion Walsmann, Tiemo Wölken, Lara Wolters, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Andrzej Halicki, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tom Vandendriessche, Bernhard Zimniok

 

 

[1] Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23. is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266;

 

 

[2] Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta' Diċembru 2019, Oriol Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza