RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2018

3.3.2020 - (2019/2093(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Ryszard Czarnecki

Proċedura : 2019/2093(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0052/2020
Testi mressqa :
A9-0052/2020
Dibattiti :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2093(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0060/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0052/2020),

1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2018;

(2019/2093(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[9],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[10] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0060/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0052/2020),

1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2093(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0052/2020),

A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa[17] tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien EUR 13 562 000, li jirrappreżenta żieda ta' 2,18 % meta mqabbel mal-2017; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B. billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet bażi huma legali u regolari,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1. Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,26 %, li tfisser li l-Aġenzija għaddiet il-mira ppjanata tagħha b'żieda ta' 0,54 % meta mqabbla mal-2017; jinnota b'apprezzament li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 79,73 %, li tirrappreżenta żieda ta' 3,92 % meta mqabbla mal-2017;

Prestazzjoni

2. Jinnota li l-Aġenzija għadha tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari biex tagħmel stima tal-impatt tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida, u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

3. Jinnota li l-Aġenzija rnexxielha timplimenta r-Regolament (UE) Nru 1227/2011[18] u takkumpanja u timmonitorja l-bidla fl-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk li diġà ġew adottati għall-elettriku u l-gass;

4. Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija esternalizzat is-servizzi ta' kontabilità lill-Kummissjoni u tikkondividi r-riżorsi ma' Aġenziji oħra fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-baġit u l-finanzi, l-akkwist u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; iqis din l-inizjattiva bħala eżempju għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni li għandu jiġi segwit; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora modi kif ir-riżorsi jistgħu jiġu kondiviżi fuq kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra tal-Unjoni b'attivitajiet simili; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Aġenzija biex b'mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

5. Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

Politika dwar il-persunal

6. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, 95,52 % tat-tabella tal-persunal kienet kompluta, u li kienu nħatru 64 aġent temporanju mit-total ta' 67 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 68 post awtorizzat fl-2017); jinnota, li barra minn hekk, fl-2018 kien hemm 22 aġent kuntrattwali u erba' esperti nazzjonali sekondati qed jaħdmu għall-Aġenzija;

7. Jinnota t-tħassib tal-Aġenzija dwar ir-riżorsi addizzjonali inadegwati previsti għall-implimentazzjoni tal-pakkett "Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha", f'termini tal-għadd ta' persunal, il-mument opportun u l-gradi u li l-allokazzjoni tal-persunal tinkludi sehem sproporzjonalment kbir ta' pożizzjonijiet ta' aġenti kuntrattwali (14) meta mqabbel mal-għadd ta' aġenti temporanji (4 biss), minkejja l-kumplessità tal-kompiti l-ġodda assenjati lill-Aġenzija; jieħu nota tat-twissija tal-Aġenzija li f'sitwazzjoni bħal din, mingħajr l-assenjazzjoni ta' riżorsi addizzjonali lil hinn minn dawk previsti attwalment, l-Aġenzija mhijiex se tkun f'pożizzjoni li tissodisfa kif suppost il-mandat estiż tagħha;

8. Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-maniġment superjuri u medju tal-Aġenzija (ħamest irġiel u mara waħda); iqajjem tħassib dwar l-iżbilanċ ġeografiku; jitlob lill-Aġenzija tieħu miżuri li jiżguraw bilanċ aħjar ġeografiku u bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri u medju tagħha;

9. Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, bi 12 minn 17-il membru li huma tal-istess sess;

10. Jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar iċ-ċifri totali tal-każijiet ta' fastidju u tirrapporta lura dwar ir-riżultati ta' każijiet ta' fastidju magħluqa;

Akkwist

11. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2018 l-Aġenzija kienet introduċiet is-sottomissjoni elettronika, iżda kienet għadha ma introduċietx l-għodod tal-akkwist elettroniku jew tal-fatturazzjoni elettronika żviluppati mill-Kummissjoni biex tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod kollha meħtieġa biex jiġu ġestiti l-proċeduri ta' akkwist, u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dak il-qasam;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

12. Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi;

13. Jinnota l-passi l-oħra li ttieħdu biex tittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi jiġu rrappurtati l-laqgħat li l-persunal tal-Aġenzija jkollu mal-partijiet ikkonċernati esterni, pereżempju l-laqgħa tad-direttur mal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom, u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija minn Jannar 2018;

Kontrolli interni

14. Jinnota li f'Diċembru 2018, l-Aġenzija adottat qafas ta' kontroll intern tagħha stess; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-istandards ta' kontrolli interni;  

15. Jinnota li fl-2016, is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni tar-riskju sħiħa, inkluż fir-rigward tal-IT, bir-riżultat ta' pjan ta' awditjar strateġiku ġdid għall-Aġenzija għall-perjodu 2017-2019 u fformula s-suġġetti tal-awditjar għall-perjodu ta' ppjanar li jmiss; jinnota li fl-2018, l-IAS wettaq awditu dwar is-sigurtà tal-IT fl-Aġenzija fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni fid-dominju "REMIT" u li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni, skedat għall-implimentazzjoni fl-2019, biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar finali; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dak ir-rigward;

Kummenti oħra

16. Jilqa' l-fatt li fl-2018, l-Aġenzija wettqet analiżi formali tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea dwar l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tagħha;

 

17. Jistieden lill-Aġenzija taqsam ir-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali, u biex tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o

o o

18. Jirreferi, rigward kummenti oħra ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... Marzu 2020[19] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.2.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Luke Ming Flanagan, Isabel García Muñoz, Cristian Ghinea, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Nico Semsrott, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, David Lega, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

József Szájer

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT

19

+

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

NI

Sabrina Pignedoli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, David Lega, József Szájer, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

RENEW

Olivier Chastel, Cristian Ghinea, Ramona Strugariu

S&D

Caterina Chinnici, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Lara Wolters

VERTS/ALE

Mikuláš Peksa, Michèle Rivasi, Nico Semsrott

 

3

-

ID

Matteo Adinolfi, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs

 

0

0

 

 

 

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjonijiet

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' April 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza