Proċedura : 2019/2089(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0058/2020

Testi mressqa :

A9-0058/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0106

<Date>{03/03/2020}3.3.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0058/2020</NoDocSe>
PDF 212kWORD 60k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018</Titre>

<DocRef>(2019/2089(DEC))</DocRef>


<Commission>{CONT}Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</Commission>

Rapporteur: <Depute>Ryszard Czarnecki</Depute>

EMENDI
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2089(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0056/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0058/2020),

1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2089(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[8],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0056/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0058/2020),

1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2089(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0058/2020),

A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu[15], il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 7 981 001,45, u dan ifisser żieda ta' 3,34 % meta mqabbla mal-2017; billi l-baġit kollu tal-Istitut ġej mill-baġit tal-Unjoni[16];

B. billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1. Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,38 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,46 % meta mqabbla mal-2017; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 81,15 %, li tfisser żieda ta' 0,20 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2. Jilqa' l-fatt li l-Istitut juża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward tal-objettivi operattivi u tal-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani biex jivvaluta l-valur miżjud mill-attivitajiet tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni tal-baġit tiegħu; jinnota wkoll li fl-2018, l-Istitut lesta 98,80 % tal-attivitajiet tad-dokument uniku ta' programmazzjoni;

3. Jinnota li l-Istitut ippresieda n-netwerk tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u kkoordina aġġornamenti regolari u qsim ta' informazzjoni fost l-aġenziji; jinnota li fi tmiem l-2018 l-Istitut, flimkien ma' aġenziji oħra, qabel li jesplora possibbiltajiet għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-aġenziji fl-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti ta' bini ta' kapaċità ma' pajjiżi terzi; ifaħħar din il-prattika bħala eżempju li aġenziji oħra għandhom isegwu; iħeġġeġ lill-Istitut biex jipprova jikseb kooperazzjoni ulterjuri u usa' mal-aġenziji tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istitut jibda diskussjonijiet dwar is-suġġett tal-kondiviżjoni tar-riżorsi rigward kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra b'attivitajiet simili;

4. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju tal-fattibbiltà biex tivvaluta l-possibbiltà ta' fużjoni totali jew almenu tal-ħolqien ta' sinerġiji kondiviżi mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA); jistieden lill-Kummissjoni tevalwa ż-żewġ xenarji li ġejjin: it-trasferiment tal-Istitut għas-sede tal-FRA fi Vjenna u t-trasferiment tas-sede tal-FRA għas-sede tal-Istitut f'Vilnius; jinnota li pass bħal dan ikun ifisser il-kondiviżjoni tas-servizzi korporattivi u ta' appoġġ u l-ġestjoni ta' bini komuni, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-infrastrutturi bbażati fuq l-ICT, it-telekomunikazzjonijiet u l-internet, u b'hekk jiġu ffrankati ammonti kbar ta' flus li jkunu jistgħu jintużaw għal finanzjament ulterjuri tal-Istituzzjoni u tal-FRA;

5. Iħeġġeġ lill-Istitut jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

6. Iħeġġeġ lill-Istitut jaħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu;

7. Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni u jsaħħaħha, inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-Unjoni u fil-politiki nazzjonali derivanti, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

8. Jilqa' l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-Istitut u l-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (il-Kumitat FEMM), u jilqa' l-kontribut tal-Istitut għall-isforzi kontinwi tal-Kumitat FEMM inkluż dwar il-kwistjonijiet tad-distakk diġitali bejn l-irġiel u n-nisa, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, id-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u tan-nisa, l-ibbaġitjar skont is-sessi, il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, is-saħħa tan-nisa inkluż is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, id-drittijiet tan-nisa u l-iżvilupp ta' għodda parlamentari sensittiva għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi; jinnota l-kontribut siewi li l-Istitut jista' jagħti lill-kumitati kollha tal-Parlament sabiex jintegraw aħjar b'mod orizzontali l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jwettqu aħjar l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki u fl-azzjonijiet matul it-tfassil tal-politiki tal-Unjoni, billi, pereżempju, jipprovdi lill-kumitati l-oħra b'taħriġ u data;

9. Jinnota l-Istrateġija l-ġdida dwar il-Ġestjoni tal-Għarfien u l-Komunikazzjoni 2019-2021, li għandha l-għan li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati fl-ugwaljanza bejn is-sessi u tissorvelja l-mezzi ta' komunikazzjoni tal-Istitut;

10. Jappoġġa bil-qawwa l-ħidma tal-Istitut, li, permezz ta' studji u riċerka, jippermetti lill-Kumitat FEMM jikseb data li hija indispensabbli sabiex iwettaq ħidmietu kif suppost billi jipprovdi data uffiċjali, oġġettiva u ta' kwalità għolja;

11. Jilqa' l-kisbiet tal-Istitut fl-2018 u jitolbu jaġġorna l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017 (l-Indiċi) fuq bażi annwali mill-2020 'il quddiem; jappella sabiex jiġu żviluppati għodod aktar metodoloġiċi biex tiġi żgurata aħjar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki u l-azzjonijiet kollha;

12. Jinsisti fuq ir-rwol tal-Istitut, bħala ċ-ċentru ta' għarfien espert tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;

13. Iqajjem tħassib dwar talbiet ta' ex ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija u dwar id-deċiżjonijiet tal-Qorti Distrettwali tal-Belt ta' Vilnius u tal-Qorti Reġjonali ta' Vilnius; jappella għal proċess ċar ta' reklutaġġ u jitlob lill-Istitut jadotta miżuri biex isolvi s-sitwazzjoni.

Politika dwar il-persunal

14. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet ikkompletata b'100 %, bil-ħatra ta' 27 aġent temporanju minn total ta' 27 aġent temporanju li ġew awtorizzati fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mas-27 post awtorizzati fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 14-il aġent kuntrattwali u erba' esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Istitut fl-2018;

15. Jinnota d-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali tal-Belt ta' Vilnius fi Frar 2019 favur ħames ex impjegati tal-Istitut li kienu akkużaw lill-Istitut li sfrutta l-istatus ta' "impjegat temporanju" għal perjodu ta' ħames snin sabiex iħallsuhom inqas minn persunal bi status ta' impjieg fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi ġenerali tal-modi li bihom l-aġenziji jimpjegaw il-persunal tagħhom u tal-Istitut innifsu u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu finali tal-analiżi;

16 Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, wieħed mill-obbligi prinċipali, li jirriżulta mid-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[17] u l-liġi tax-xogħol tal-Litwanja, huwa li l-ħaddiema interim għandu jkollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-impriża li tħaddimhom; jinnota, madankollu, li l-kuntratti ma kinux jirrikjedu b'mod espliċitu li l-aġenziji tax-xogħol temporanju jirrispettaw dawn il-kundizzjonijiet, u li xejn ma jindika li l-Istitut innifsu għamel xi tqabbil bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal proprju tiegħu u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema interim, li jikkawża riskji ta' litigazzjoni u għar-reputazzjoni; jistieden lill-Istitut janalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema interim tiegħu u jiżgura li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

17. Jinnota bi tħassib ir-rappreentazzjoni żbilanċjata tal-irġiel (7 membri) u tan-nisa (23 membri) fil-Bord ta' Tmexxija;

18. Jinnota li l-Istitut jippubblika avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web proprju tiegħu u fuq il-midja soċjali sabiex tiżdied il-pubbliċità, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal;

Akkwisti

19. Jinnota bi tħassib li, fi tmiem l-2017, l-Istitut kien konvenut f'erba' kawżi relatati ma' tliet proċeduri ta' akkwist li tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti tal-Ġustizzja") minn offerenti li ma ntgħażlux; jinnota li fl-2018 il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fuq tnejn mill-erba' każijiet u ċaħdet l-azzjonijiet tar-rikorrenti filwaqt li sabet li l-Istitut ma kienx responsabbli, u li fl-2019 il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar iż-żewġ każijiet li kien fadal marbuta mal-istess deċiżjoni ta' għoti u mal-istess kuntratt; jinnota li, skont it-tweġiba tal-Istitut, huwa kompla jtejjeb il-proċeduri ta' akkwist sabiex jimminimizza r-riskju ta' nuqqas ta' sodisfazzjon potenzjali fost l-offerenti li ma jintgħażlux u ta' każijiet legali futuri;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20. Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Istitut u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jilqa' l-pubblikazzjoni tas-CVs tal-maniġment superjuri tal-Istitut fuq is-sit web tiegħu;

Awditu intern

21. Jinnota li r-rapport tal-awditjar finali, maħruġ fis-17 ta' Ottubru 2017, tal-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern dwar il-ġestjoni tal-partijiet ikkonċernati u l-komunikazzjoni esterna ma identifika l-ebda kwistjoni kritika jew importanti ħafna; jinnota, madankollu, li r-rapport tal-awditjar irrakkomanda titjib ulterjuri f'għadd ta' oqsma inklużi l-ġestjoni tal-għarfien u l-istrateġija ta' komunikazzjoni, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar, il-ġestjoni ta' proġetti ewlenin tal-partijiet ikkonċernati u l-komunikazzjoni esterna; jinnota li l-Istitut żviluppa pjan ta' azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet u s-sottorakkomandazzjonijiet kollha li għandhom jiġu implimentati matul l-2017-2018 u li diversi sottorakkomandazzjonijiet ġew implimentati fl-2017 u l-bqija matul l-2018;

22. Jinnota l-isforzi tal-Istitut biex jiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; josserva li, filwaqt li l-Istitut ma għandu l-ebda miżura speċifika fis-seħħ biex inaqqas jew jikkumpensa l-emissjonijiet tas-CO2, huwa jipparteċipa f'laqgħat, konsultazzjonijiet u preżentazzjonijiet għal dak il-għan u li għandu wkoll spazji ta' parkeġġ għar-roti;

23. Jistieden lill-Istitut jiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tiegħu mal-pubbliku, u jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o

o  o

24. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ... ta' Marzu 2020[18] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (22.1.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</CommissionInt>


<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2018</Titre>

<DocRef>(2019/2089(DEC))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Frances Fitzgerald</Depute>

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-ugwaljanza bejn is-sessi tikkostitwixxi wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, u l-Unjoni timpenja ruħha li tippromwovi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-azzjonijiet kollha tagħha hekk kif minqux fl-Artikolu 8 tat-TFUE;

B. billi l-ibbaġitjar skont is-sessi huwa applikazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-proċess baġitarju u jfisser valutazzjoni bbażata fuq is-sessi tal-baġits, li tinkorpora l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju u r-ristrutturar tad-dħul u l-infiq sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi[19]; billi l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jiżguraw il-prinċipju tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-proċessi baġitarji u leġiżlattivi tal-Unjoni;

1. Ifakkar li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) twaqqaf biex jikkontribwixxi u jsaħħaħ il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni, inkluża l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali riżultanti, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi, biex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza;

2. Jilqa' l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-EIGE u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u jilqa' l-kontribut tal-EIGE għall-isforzi kontinwi tal-Kumitat inkluż dwar is-suġġett tad-distakk diġitali bejn is-sessi, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, id-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u tan-nisa, l-ibbaġitjar skont is-sessi, il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, is-saħħa tan-nisa inkluż is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, id-drittijiet tan-nisa u l-iżvilupp ta' għodda parlamentari sensittiva għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi; jinnota l-kontribut siewi li l-EIGE jista' jagħti lill-kumitati kollha tal-Parlament Ewropew sabiex tiġi integrata aħjar b'mod orizzontali l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u titwettaq aħjar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki u fl-azzjonijiet (billi, pereżempju, jingħataw taħriġ u data lil kumitati oħra) matul it-tfassil tal-politiki tal-Unjoni;

3. Jilqa' r-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-EIGE u l-presidenza reċenti tan-netwerk tal-Aġenziji Ewropej tal-Ġustizzja u l-Intern, b'mod partikolari l-promozzjoni ta' azzjonijiet immirati lejn il-ġlieda kontra l-fastidju sesswali[20] fuq il-post tax-xogħol;

4. Jieħu nota tal-fatt li l-EIGE kiseb eżekuzzjoni għolja tal-baġit b'approprjazzjonijiet ta' impenn sa 99,38 % fl-2018 (98,92 % fl-2017), u approprjazzjonijiet ta' pagament sa 81,15 % fl-2018 (80,95 % fl-2017); barra minn hekk, iħeġġeġ lill-EIGE biex ir-riporti jżommhom f'livell raġonevoli, u b'hekk isegwi l-istess triq li ħa tul l-aħħar tliet snin (36,67 % fl-2018; 34,25 % fl-2017 u 51,29 % fl-2016);

5. Jieħu nota tal-Istrateġija l-ġdida dwar il-Ġestjoni tal-Għarfien u l-Komunikazzjoni 2019-2021, li għandha l-għan li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati fl-ugwaljanza bejn is-sessi u tissorvelja l-mezzi ta' komunikazzjoni tal-EIGE;

6. Jieħu nota li l-EIGE għamel progress rigward uħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Evalwazzjoni Esterna (2015) u jilqa' l-isforz biex jiġi implimentat pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet u jappella lill-Istitut biex ikompli b'dan il-proċess biex itejjeb il-governanza u l-effiċjenza;

7. Jappoġġja bis-sħiħ il-ħidma tal-EIGE, li, permezz ta' studji u riċerka, jippermetti lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jikseb data li hija indispensabbli sabiex iwettaq ħidmietu kif suppost billi jipprovdi data uffiċjali, ta' kwalità għolja u oġġettiva;

8. Jilqa' l-kisbiet tal-EIGE fl-2018 u jitlob li, mill-2019, l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017 (l-Indiċi) jiġi aġġornat fuq bażi annwali; jappella sabiex jiġu żviluppati għodod aktar metodoloġiċi biex tiġi żgurata aħjar l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fil-politiki u l-azzjonijiet kollha;

9. Jinsisti fuq ir-rwol tal-EIGE, bħala ċ-ċentru ta' għarfien espert tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;

10. Iqajjem tħassib dwar talbiet ta' ex ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija u dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali ta' Vilnius u d-deċiżjoni tal-Qorti Reġjonali ta' Vilnius; jappella għal proċess ċar ta' reklutaġġ u jitlob lill-EIGE jadotta miżuri biex isolvi s-sitwazzjoni.

11. Jappella sabiex jiġi allokat finanzjament addizzjonali lill-EIGE biex jiżdied l-għadd tal-ħaddiema statutorji u titjieb il-kwalità tagħhom billi l-kuntratti temporanji jiġu sostitwiti b'kuntratti statutorji; u jiddeplora ċ-ċirkostanzi ta' riskju kostanti ta' tnaqqis baġitarju u nuqqas ta' riżorsi umani li fihom qiegħed ikollu jaħdem l-EIGE (il-kwistjoni ta' trattament mhux ugwali ma' ħaddiema interim, speċjalment f'termini ta' salarju u drittijiet tal-ħaddiema);

12. Jieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-EIGE jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2018 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu u t-tibdil fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

13. Jinnota l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li d-dħul u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-EIGE għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

14. Huwa tal-fehma li, fuq il-bażi tad-data disponibbli bħalissa, tista' tingħata kwittanza lid-Direttur tal-EIGE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2018;


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Annika Bruna, Gwendoline Delbos-Corfield, Belinda De Lucy, Frances Fitzgerald, Heléne Fritzon, Alice Kuhnke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Karen Melchior, Sandra Pereira, Sirpa Pietikäinen, Samira Rafaela, Evelyn Regner, Eugenia Rodríguez Palop, María Soraya Rodríguez Ramos, Christine Schneider, Irène Tolleret, Isabella Tovaglieri, Ernest Urtasun

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria da Graça Carvalho, Nicolaus Fest, Lina Gálvez Muñoz, Marina Kaljurand, Predrag Fred Matić, Alessandra Moretti, Jadwiga Wiśniewska

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

GUE/NGL

Sandra Pereira, Eugenia Rodríguez Palop

PPE

Maria da Graça Carvalho, Frances Fitzgerald, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Sirpa Pietikäinen, Christine Schneider

RENEW

Karen Melchior, Samira Rafaela, María Soraya Rodríguez Ramos, Irène Tolleret

S&D

Heléne Fritzon, Lina Gálvez Muñoz, Marina Kaljurand, Predrag Fred Matić, Alessandra Moretti, Evelyn Regner

VERTS/ALE

Gwendoline Delbos-Corfield, Alice Kuhnke, Ernest Urtasun

 

5

-

ECR

Jadwiga Wiśniewska

ID

Annika Bruna, Nicolaus Fest, Isabella Tovaglieri

NI

Belinda De Lucy

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.2.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Ryszard Czarnecki, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Cristian Ghinea, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, David Lega, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

József Szájer

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

NI

Sabrina Pignedoli

PPE

Lefteris Christoforou, Monika Hohlmeier, David Lega, József Szájer, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

RENEW

Olivier Chastel, Cristian Ghinea, Ramona Strugariu

S&D

Caterina Chinnici, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Lara Wolters

VERTS/ALE

Daniel Freund, Mikuláš Peksa, Michèle Rivasi

 

4

-

ECR

Ryszard Czarnecki

ID

Matteo Adinolfi, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs

 

0

0

 

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[2] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 128.

[3] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[4] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[5] ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

[6] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[7] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[8] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[9] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 128.

[10] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[11] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[12] ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

[13] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[14] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[15] ĠU C 128, 05.04.2019, p. 16.

[16] ĠU C 128, 05.04.2019, p. 18.

[17] Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

[18] Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0000.

[19]  https://rm.coe.int/1680596143

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza