Proċedura : 2019/2073(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0076/2020

Testi mressqa :

A9-0076/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0119

<Date>{04/03/2020}4.3.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0076/2020</NoDocSe>
PDF 230kWORD 72k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018</Titre>

<DocRef>(2019/2073(DEC))</DocRef>


<Commission>{CONT}Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</Commission>

Rapporteur: <Depute>Ryszard Czarnecki</Depute>

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2073(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0040/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2020),

1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2073(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[8],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0040/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2020),

1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2073(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2020),

A. billi, skont ir-rapporti tad-dħul u n-nefqa tagħha[15], il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 337 761 000, li jirrappreżenta żieda ta' 1,96 % meta mqabbel ma' dak għall-2017; billi l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta' ħlasijiet, b'90 % tad-dħul tagħha tal-2018 li joriġina minn ħlasijiet imħallsa mill-industrija farmaċewtika għas-servizzi mogħtija u 10 % mill-baġit tal-Unjoni;

B. billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1. Jinnota bi tħassib li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 89,14 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,91 % meta mqabbel mal-2017; jirrimarka, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 73,64 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,98 % meta mqabbel mal-2017; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb ir-rata tagħha tal-implimentazzjoni tal-baġit u tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament;

Prestazzjoni

2. Jirrikonoxxi li l-Aġenzija għadha tuża diversi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, inkluż kombinament ta' indikaturi operazzjonali, ta' indikaturi għall-ġestjoni/governanza u għall-komunikazzjoni/partijiet ikkonċernati biex tkejjel il-volumi ta' xogħol tagħha, l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tagħha u s-sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati tagħha, fost l-oħrajn, sabiex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, u li tuża wkoll ippjanar baġitarju u metodoloġija ta' monitoraġġ biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha;

3. Jinnota bi tħassib li EudraVigilance, sistema ta' informazzjoni li tintuża biex tirrapporta l-effetti sekondarji suspettati ta' mediċini, u proġetti telematiċi oħra, kellha tiġi posposta jew limitata minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; madankollu, jirrikonoxxi li l-Aġenzija tiżgura li l-proġetti u l-attivitajiet skont il-pjan tal-kontinwità tan-negozju fi ħdan it-tħejjija għall-Brexit twettqu b'mod li ma jaffettwax il-funzjonament tas-sistema ta' monitoraġġ tas-sikurezza għall-mediċini fl-Unjoni u jippermettu lill-partijiet kollha involuti (l-industrija, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali) ikomplu jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom skont il-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni;

4. Jinnota li l-Aġenzija tikkoopera ma' aġenziji oħra dwar l-outputs xjentifiċi konġunti u tiskambja appoġġ u data xjentifiċi; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija għad għandha arranġamenti ta' ħidma formali mal-erba' aġenziji ewlenin sħab tagħha;

5. Jinnota li fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija Telematika tal-UE għan-netwerk regolatorju Ewropew tal-mediċini, il-kisbiet ewlenin intlaħqu min-netwerk, iżda xi attivitajiet tnaqqsu minħabba tħejjijiet għar-rilokazzjoni tal-Aġenzija u ż-żieda konsegwenti tal-konsum ta' riżorsi f'oqsma oħra tal-IT;

6. Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija għamlet użu eċċessiv minn servizzi ta' konsulenza għaż-żewġ proġetti tal-IT ewlenin tagħha, u b'hekk hija dipendenti b'mod kritiku fuq l-għarfien espert estern u dan qed iwassal għal spejjeż żejda u dewmien sproporzjonati; jinnota li l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni fl-2017, li madankollu, għadhom mhumiex kompletament effettivi, kif jidher, pereżempju, mill-għadd eċċessivament għoli ta' konsulenti li jaħdmu abbażi ta' kuntratti ta' Żmien u Mezzi; jistieden lill-Aġenzija tħaffef l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni mhux biss għat-tlestija tal-proġetti tal-IT li għaddejjin bħalissa, iżda wkoll biex tħejji ruħha għal proġetti ġodda sinifikanti;

7. Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

8. Jinnota li l-Qorti identifikat tendenza orizzontali fost l-aġenziji fir-rigward tal-użu ta' persunal estern impjegat fi rwoli ta' konsulenza tal-IT; jitlob li d-dipendenza fuq ir-reklutaġġ estern f'dan il-qasam importanti u sensittiv jitnaqqas kemm jista' jkun biex jiġu limitati r-riskji potenzjali;

9. Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-ħarsien u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tivvaluta u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem u dak veterinarju;

10. Jaċċentwa l-fatt li fl-2018, l-Aġenzija rrakkomandat li 94 mediċina ġdida jingħataw awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni (84 għall-użu mill-bniedem u 10 għall-użu veterinarju), u li dawn kienu jinkludu 46 sustanza attiva ġdida (42 għall-użu mill-bniedem u 4 għall-użu veterinarju); jinnota li fl-2018, fil-qafas tal-attivitajiet ta' farmakoviġilanza tagħha, l-Aġenzija rrakkomandat is-sospensjoni immedjata tal-bejgħ u s-sejħa lura ta' mediċina għall-isklerożi multipla minħabba li toħloq reazzjonijiet immuni serji u xi kultant fatali, kif ukoll is-sospensjoni tal-bejgħ ta' diversi antibijotiċi;

11. Jinnota li fl-2018 ġew implimentati t-tieni u t-tielet fażijiet tal-pjan għall-kontinwità operazzjonali sabiex jiġu salvagwardjati l-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza massima, għarfien espert u indipendenza fix-xogħol tal-Aġenzija;

12. Jinsab imħasseb dwar id-dewmien osservat fl-iżvilupp tal-portal u tal-bażi tad-data tal-UE għall-provi kliniċi; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-ħtieġa li jiġu solvuti l-problemi fir-rigward tal-infrastruttura tal-IT tal-Aġenzija, li tinsab taħt pressjoni qawwija;

13. Jindika li fl-2018 iċ-ċentru ta' data tal-Aġenzija ġie ttrasferit b'suċċess lejn Hamburg;

Politika dwar il-persunal

14. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet 98,31 % esegwita, bil-ħatra ta' 581 aġent temporanju minn total ta' 591 aġent temporanju li ġew awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-596 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 170 aġent kuntrattwali u 30 espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija fl-2018;

15. Jinnota li huma meħtieġa aktar sforzi biex jinkiseb bilanċ ugwali bejn il-ġeneri fost il-maniġers superjuri (fl-2018: 17-il raġel u 11-il mara) u fost il-membri tal-bord maniġerjali (20 raġel u 13-il mara);

16. Jinnota li l-Aġenzija għandha fis-seħħ programm ta' assistenza għall-impjegati, li huwa programm ta' appoġġ offrut bla ħlas lill-persunal tiegħu; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija għandha politika li tipprovdi appoġġ lill-persunal soġġett għal akkużi u attakki esterni;

17. Jinnota bi tħassib li, skont l-Aġenzija u r-rapport tal-Qorti, filwaqt li ġew assenjati kompiti ġodda sinifikanti lill-Aġenzija, it-tabella tal-persunal tal-Aġenzija ma żdiditx; jinnota l-miżuri li diġà ħadet l-Aġenzija biex tnaqqas ir-riskji involuti, bħar-reklutaġġ mingħajr spejjeż ta' aġenti b'kuntratti limitati fiż-żmien; jiddispjaċih li, skont ir-rapport tal-Qorti, dawk il-miżuri għadhom mhumiex kompletament effettivi;

18. Jinnota li l-Aġenzija issa tikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-2017 tal-Qorti biex tippubblika l-avviżi ta' postijiet battala, mhux biss fis-sit web tagħha u fis-siti web tal-Aġenziji tal-Unjoni, iżda wkoll fis-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għal aktar pubbliċità;

Akkwist

19. Jinnota li l-Aġenzija fil-passat introduċiet sejħa elettronika għall-offerti għall-proċeduri ta' akkwist tagħha; jinnota b'sodisfazzjon li l-għodda ta' sottomissjoni elettronika issa ġiet implimentata b'suċċess u ilha tintuża sa minn kmieni fl-2019; jinnota, skont it-tweġiba tal-Aġenzija, li issa qed taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-għodda tal-fatturar-e;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20. Jenfasizza li l-klijenti tal-Aġenzija – il-kumpaniji tal-industrija farmaċewtika – iħallsu għall-proċedura, u mhux għall-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-Aġenzija; jifhem li, skont l-Aġenzija, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu jsiru b'mod indipendenti u għaldaqstant ma joħolqux kunflitti ta' interess; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tiżgura li l-membri tal-kumitat xjentifiku u l-esperti, il-persunal u l-membri tal-bord maniġerjali tagħha, ma jkollhom l-ebda interess finanzjarju jew ta' xorta oħra fl-industrija farmaċewtika;

21. Ifakkar li l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta' ħlasijiet, b'89,69 % tad-dħul tagħha tal-2018 joriġina minn ħlasijiet imħallsa mill-industrija farmaċewtika, 10,28 % mill-baġit tal-Unjoni u 0,03 % minn dħul assenjat estern; jinsab imħasseb li d-dipendenza għolja fuq it-tariffi mill-industrija tista' tikkomprometti l-perċezzjoni pubblika tal-indipendenza tal-Aġenzija;

22. Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u titratta l-kunflitti ta' interess, u tipprovdi l-protezzjoni lill-informaturi; jinsab imħasseb ħafna li fl-2018, l-Aġenzija rċeviet 21 rapport dwar każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta mingħand sors estern li qajjem il-problema ta' amministrazzjoni ħażina tal-Aġenzija, b'ħamsa minn dawn il-każijiet jingħalqu fl-2017 u 17-il każ għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija tindirizza l-każijiet u l-problemi malajr kemm jista' jkun u tirrapporta għand l-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija għandha fis-seħħ dikjarazzjoni ta' kunflitt ta' interess għall-membri tal-bord maniġerjali, għall-maniġment superjuri u għall-esperti u din hija disponibbli online;

23. Jilqa' l-fatt li, fi Frar 2018, il-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ikkonfermat, fi tliet sentenzi ewlenin (il-Kawżi T-718/15, T-729/15 u T-235/15 [16]), mad-deċiżjoni tal-Aġenzija li tirrilaxxa dokumenti f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001[17];

24. Jilqa' l-fatt li, fit-22 ta' Jannar 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-politika ta' aċċess tal-Aġenzija għal dokumenti fid-deċiżjonijiet ta' appell tagħha T-235/15 u T-718/15;

25. Jinnota li l-Aġenzija tiltaqa' ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess u għandha regoli fis-seħħ biex tirregola l-interazzjonijiet tagħha mal-partijiet ikkonċernati, u barra minn hekk, għadha tippubblika l-minuti tal-laqgħat ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess fis-sit web tagħha; jinnota li l-Aġenzija għadha qed timplimenta qafas għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, li jinkludi miżuri ta' trasparenza;

26. Jinnota li, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet li saru mill-awtorità tal-kwittanza b'rabta mal-ħtieġa li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabilità billi dan isir direttament responsabbli lejn id-Direttur u l-bord maniġerjali tal-Aġenzija, l-Aġenzija bħalissa qed tirrevedi l-linja ta' rapportar tal-uffiċjal tal-kontabilità bħala miżura waħda oħra maħsuba biex tkompli ssaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabilità; barra minn hekk, jilqa' l-fatt li l-konklużjoni ġenerali tal-eżerċizzju ta' validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi mmexxija mill-uffiċjal tal-kontabilità ma' ditta tal-awditjar esterna, kienet pożittiva;

Awditu intern

27. Jinnota li wara l-awditu tas-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar l-"Implimentazzjoni tar-Regolament dwar it-tariffi tal-farmakoviġilanza" tal-Aġenzija, li fih ġie enfasizzat id-defiċit li għad hemm bejn id-dħul minn xi tariffi tal-farmakoviġilanza u l-ispejjeż relatati, bħalissa l-Kummissjoni qed tħejji reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 658/2014[18]; jinnota li l-Aġenzija għadha qed tipparteċipa b'mod attiv fir-rieżami tal-Kummissjoni tal-bażi ekonomika għas-sistema kollha tat-tariffi tal-Aġenzija u li mistennija jidħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet ġodda f'Jannar 2022; jifhem li l-Aġenzija bagħtet l-istatus tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet lis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni f'Lulju 2019; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri li ħadet f'dan ir-rigward;

Rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman

28. Jinnota li fl-inkjesta tagħha dwar kif l-Aġenzija tinvolvi ruħha ma' żviluppaturi tal-mediċina fil-perjodu li jwassal għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni mediċini ġodda, l-Ombudsman Ewropew issuġġerixxa li l-Aġenzija għandha tintroduċi titjib biex:

– tiżgura li jkun hemm separazzjoni bejn dawk responsabbli li jipprovdu pariri xjentifiċi lill-iżviluppatur tal-mediċina u dawk li sussegwentement ikunu involuti fl-evalwazzjoni ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq għall-istess mediċina;

– tqis jekk l-individwi kinux diġà involuti bħala koordinaturi fl-għoti ta' pariri dwar l-istess mediċina fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni meta taħtar lir-rapporteurs biex jevalwaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq;

– tiddokumenta u tippubblika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha li taħtar bħala rapporteur espert li kellu rwol prominenti fl-għoti ta' pariri għall-istess mediċina matul il-fażi ta' qabel is-sottomissjoni;

– tiżgura li tal-anqas wieħed miż-żewġ rapporteurs ma jkollu l-ebda rwol prominenti fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni li tikkonċerna dik il-mediċina;

– tehmeż mar-rapport pubbliku Ewropew ta' valutazzjoni reġistru dettaljat tal-attivitajiet rilevanti kollha matul il-fażi ta' qabel is-sottomissjoni, inklużi l-ismijiet tal-esperti involuti;

Kummenti oħra

29. Jinnota li l-Qorti ħarġet paragrafu ta' osservazzjonijiet b'rabta maż-żewġ aġenziji bbażati f'Londra, fir-rigward tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; jinnota li s-sede tal-Aġenzija se jiġi trasferit għal Amsterdam fil-bidu tal-2019 u li fil-31 ta' Diċembru 2018, il-kontijiet tal-Aġenzija kienu jinkludu dispożizzjonijiet għall-ispejjeż relatati li jammontaw għal EUR 17 800 000; jiddispjaċih li l-ftehim ta' kiri għall-uffiċċji bbażati f'Londra huwa stabbilit għal perjodu ta' kiri sal-2039 mingħajr klawżola ta' ħruġ; jiddispjaċih ukoll li fl-20 ta' Frar 2019, il-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales ċaħdet it-talba tal-Aġenzija biex tikkanċella l-kiri; jinnota, madankollu, li l-ftehim ta' kiri jippermetti li l-bini jiġi riassenjat jew jerġa' jinkera lil partijiet terzi, soġġett għall-approvazzjoni ta' sid il-kera; jiddispjaċih ħafna li n-noti għall-kontijiet tal-31 ta' Diċembru 2018 isemmu ammont ta' EUR 468 000 000 bħala kera li għad trid titħallas sal-2039, li minnhom ammont massimu ta' EUR 465 000 000 li jikkorrispondi għall-perjodu ta' kiri wara r-rilokazzjoni ppjanata tal-Aġenzija għal Amsterdam, huma kontabilizzati bħala obbligazzjoni kontinġenti; jirrikonoxxi l-isforzi sinifikanti tal-Aġenzija biex terġa' tikri l-bini tagħha ta' Londra; jenfasizza li għalkemm l-Aġenzija kkonkludiet sullokazzjoni tal-bini b'effett mill-1 ta' Lulju 2019, l-ispiża netta futura tal-ftehim tal-kera li ma jistax jiġi kkanċellat mhijiex magħrufa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex timminimizza l-impatt finanzjarju, amministrattiv u operattiv fit-tul fuq l-Aġenzija tal-ftehim ta' kiri mhux favorevoli; jistieden lill-Aġenzija tinvolvi lill-Kummissjoni, b'mod partikolari s-servizz legali u t-tim tan-negozjati li jaġixxu fir-rigward tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, f'eżami tal-problema legali billi din tqajjem ir-responsabbiltà legali u finanzjarja tal-gvern tar-Renju Unit għall-invokazzjoni tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sitwazzjoni li l-Qorti Għolja ma rrikonoxxietx bħala każ ta' force majeure; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lura għand l-awtorità ta' kwittanza dwar il-kwistjoni;

30. Jinsab imħasseb li l-Aġenzija, bħala aġenzija tas-saħħa pubblika tal-Unjoni, se jkollha timmaniġġja l-proprjetà kummerċjali f'pajjiż terz u se tibqa' responsabbli li tħallas il-kera sa Ġunju 2039; jitlob li jinstabu soluzzjonijiet biex l-Aġenzija tiġi rrilaxxata mill-obbligazzjonijiet kuntrattwali u finanzjarji tagħha fir-rigward ta' dak li kien il-bini tar-Renju Unit fin-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-Unjoni u r-Renju Unit jekk ir-responsabbiltà ta' dan tal-aħħar ma tkunx tista' tiġi stabbilita;

31. Jinnota li l-Aġenzija ħadmet mill-qrib mal-Kummissjoni u man-netwerk biex tiżgura t-tqassim mill-ġdid b'mod ordnat tax-xogħol li sar s'issa mir-Renju Unit; jinnota li l-Aġenzija rnexxielha tirriloka b'suċċess lejn Amsterdam, bl-għan li żżomm il-persunal eżistenti tagħha sal-ogħla grad possibbli, u wkoll tmexxi ċ-ċentru tad-data tagħha lejn Hamburg; jinnota li l-ftehim dwar is-sede bejn in-Netherlands u l-Aġenzija ġie ffirmat fl-1 ta' Lulju 2018;

32. Jinnota li, skont l-Aġenzija, wara r-rilokazzjoni lejn Amsterdam, kellhom jiġu mqassma mill-ġdid ir-riżorsi sinifikanti u l-kompiti ġodda minħabba li rriżulta f'xi telf ta' persunal kuntrattwali għal żmien qasir flimkien mat-tnaqqis ta' 10 % tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija impost mill-2014 lil hawn u żieda fl-ammont ta' xogħol; jinnota t-tħassib tal-Aġenzija li n-nuqqas ta' riżorsi umani jista' jpoġġi f'riskju t-twettiq tar-responsabbiltajiet ewlenin u leġiżlattivi tagħha; jistieden ukoll lill-Aġenzija teżamina l-possibbiltajiet ta' kondiviżjoni tar-riżorsi għal kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra b'attivitajiet simili, inkluż il-kondiviżjoni tal-persunal; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Aġenzija biex b'mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni aktar mifruxa mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

33. Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq il-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tagħha, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o

o  o

34. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... ta' Marzu 2020[19] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


 

 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL (22.1.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</CommissionInt>


<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018</Titre>

<DocRef>(2019/2073(DEC))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Pascal Canfin</Depute>

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jinnota li l-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 337 761 000, li jirrappreżenta żieda ta' 2 % meta mqabbel mal-2017;

2. Ifakkar li l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta' ħlasijiet, b'89,69 % tad-dħul tagħha tal-2018 joriġina minn ħlasijiet imħallsa mill-industrija farmaċewtika, 10,28 % mill-baġit tal-Unjoni u 0,03 % minn dħul assenjat estern;

3. Jinnota li kienu okkupati 581 post tax-xogħol (mill-591 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018) sal-31 ta' Diċembru 2018 (meta mqabbla mal-583 post tax-xogħol minn 596 fl-2017);

4. Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-ħarsien u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tivvaluta u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju;

5. Jisħaq li għadd ta' attivitajiet tal-Aġenzija esperjenzaw tnaqqis, dewmien jew posponiment minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea jew minħabba ċirkostanzi esterni oħra; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija indikat nuqqas ta' riżorsi adegwati biex tiffaċċja l-ammont ta' xogħol li qiegħed jiżdied minħabba kompiti u leġiżlazzjoni ġodda, u speċifikament minħabba t-telf tal-persunal kuntrattwali b'terminu qasir, kawża tar-rilokazzjoni u tal-ispeċifiċitajiet tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol fin-Netherlands; jiddispjaċih li l-implimentazzjoni tal-politika tal-Aġenzija dwar il-pubblikazzjoni ta' data klinika ġiet posposta bħala parti mill-pjan ta' kontinwità tan-negozju tagħha, li ġie stabbilit biex jindirizza l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea;

6. Jaċċentwa l-fatt li fl-2018, l-Aġenzija rrakkomandat li 94 mediċina ġdida jingħataw awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni (84 għall-użu mill-bniedem u 10 għall-użu veterinarju), u li dawn kienu jinkludu 46 sustanza attiva ġdida (42 għall-użu mill-bniedem u 4 għall-użu veterinarju); jinnota li fl-2018, fil-qafas tal-attivitajiet ta' farmakoviġilanza tagħha, l-Aġenzija rrakkomandat is-sospensjoni immedjata tal-bejgħ u s-sejħa lura ta' mediċina għall-isklerożi multipla minħabba li toħloq reazzjonijiet immuni serji u xi kultant fatali, kif ukoll  is-sospensjoni tal-bejgħ ta' diversi antibijotiċi;

7. Jinnota li fl-2018 ġew implimentati t-tieni u t-tielet fażi tal-pjan għall-kontinwità operazzjonali sabiex jiġu salvagwardjati l-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza massima, għarfien espert u indipendenza fix-xogħol tal-Aġenzija;

8. Huwa mħasseb dwar id-dewmien osservat fl-iżvilupp tal-portal u tal-bażi ta' data tal-UE għall-provi kliniċi; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-ħtieġa li jiġu solvuti l-problemi fir-rigward tal-infrastruttura tal-IT tal-Aġenzija, li tinsab taħt pressjoni qawwija;

9. Jilqa' l-fatt li, fil-5 ta' Frar 2018, il-Qorti Ġenerali qablet, fi tliet sentenzi ewlenin – Kawżi T-235/15, T-718/15 u T-729/15[20] – mad-deċiżjoni tal-Aġenzija li tirrilaxxa dokumenti f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21]; billi l-kumpaniji farmaċewtiċi għamlu appella għal tnejn minn dawn is-sentenzi, dawk mogħtija fil-Kawżi T-718/15 u T-729/15;

10. Jindika li fl-2018 iċ-ċentru ta' data tal-Aġenzija ġie ttrasferit b'suċċess lejn Hamburg;

11. Jieħu nota tal-fatt li fl-2018 l-Aġenzija ma rreġistrat ebda każ ta' informaturi u rċeviet 21 rapport minn sors estern, li 17 minnhom kienu għadhom għaddejjin fil-31 ta' Diċembru 2018;

12. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkoopera ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-qasam tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-EFSA fil-qasam ta' approċċi għal 3Rs Innovattivi (sostituzzjoni, tnaqqis u rfinar tal-ittestjar fuq l-annimali);

13. Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-2018 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari;

14. Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

64

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Aurelia Beigneux, Monika Beňová, Malin Björk, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Miriam Dalli, Seb Dance, Esther de Lange, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Agnès Evren, Fredrick Federley, Pietro Fiocchi, Andreas Glück, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Petros Kokkalis, Athanasios Konstantinou, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, Sylvia Limmer, César Luena, Anthea McIntyre, Tilly Metz, Silvia Modig, Alessandra Moretti, Dan-Ştefan Motreanu, Ljudmila Novak, Rory Palmer, Jutta Paulus, Rovana Plumb, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, María Soraya Rodríguez Ramos, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Ivan Vilibor Sinčić, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Caroline Voaden, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Michal Wiezik, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Hildegard Bentele, Catherine Chabaud, Martin Häusling, Lídia Pereira, Alexandra Louise Rosenfield Phillips, Sirpa Pietikäinen, Christel Schaldemose, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Krzysztof Hetman, Aušra Maldeikienė, Juan Ignacio Zoido Álvarez

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

64

+

ECR

Pietro Fiocchi, Joanna Kopcińska, Anthea McIntyre, Rob Rooken, Alexandr Vondra, Anna Zalewska

GUE/NGL

Malin Björk, Anja Hazekamp, Petros Kokkalis, Silvia Modig, Mick Wallace

NI

Eleonora Evi

PPE

Hildegard Bentele, Agnès Evren, Krzysztof Hetman, Ewa Kopacz, Esther de Lange, Peter Liese, Aušra Maldeikienė, Dan-Ştefan Motreanu, Ljudmila Novak, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Christine Schneider, Edina Tóth, Michal Wiezik, Juan Ignacio Zoido Álvarez

RENEW

Pascal Canfin, Catherine Chabaud, Fredrick Federley, Andreas Glück, Martin Hojsík, Jan Huitema, María Soraya Rodríguez Ramos, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Véronique Trillet-Lenoir, Caroline Voaden

S&D

Maria Arena, Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, César Luena, Alessandra Moretti, Rory Palmer, Rovana Plumb, Christel Schaldemose, Günther Sidl, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Tilly Metz, Jutta Paulus, Alexandra Louise Rosenfield Phillips

 

6

-

ID

Simona Baldassarre, Aurelia Beigneux, Marco Dreosto, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Silvia Sardone

 

3

0

ID

Sylvia Limmer

NI

Athanasios Konstantinou, Ivan Vilibor Sinčić

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.2.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Ryszard Czarnecki, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Cristian Ghinea, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, David Lega, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

József Szájer

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ECR

Ryszard Czarnecki

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

PPE

Lefteris Christoforou, Monika Hohlmeier, David Lega, József Szájer, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

RENEW

Olivier Chastel, Cristian Ghinea, Ramona Strugariu

S&D

Caterina Chinnici, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Lara Wolters

VERTS/ALE

Daniel Freund, Mikuláš Peksa, Michèle Rivasi

 

3

-

ID

Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs

NI

Sabrina Pignedoli

 

0

0

 

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[2] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 132.

[3] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[4] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[5] ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

[6] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[7] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[8] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[9] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 132.

[10] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[11] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[12] ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

[13] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[14] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[15] ĠU C 108, 22.03.2018, p. 26

[16] Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Frar 2018, PTC Therapeutics International v EMA, T-718/15 ECLI:EU:T:2018:66, tal-5 ta' Frar 2018, MSD Animal Health Innovation u Intervet international v EMA, T-729/15, ECLI:EU:T:2018:67, u tal-5 ta' Frar 2018, Pari Pharma v EMA, T-235/15 ECLI:EU:T:2018:65.

[17] Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

[18] Ir-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta' attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 112).

 

[19] Testi adottati, P9_TA(2020)0000.

[20] Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Frar 2018, Pari Pharma GmbH vs EMA, T-235/15 ECLI:EU:T:2018:65, Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Frar 2018, PTC Therapeutics International Ltd vs EMA, T-718/15 ECLI:EU:T:2018:66 u Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Frar 2018, MSD Animal Health Innovation GmbH u Intervet international BV vs EMA, T-729/15, ECLI:EU:T:2018:67.

[21] Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza