Proċedura : 2019/2096(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0077/2020

Testi mressqa :

A9-0077/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0083

<Date>{04/03/2020}4.3.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0077/2020</NoDocSe>
PDF 238kWORD 63k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018</Titre>

<DocRef>(2019/2096(DEC))</DocRef>


<Commission>{CONT}Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</Commission>

Rapporteur: <Depute>Ryszard Czarnecki</Depute>

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2096(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0063/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2020),

1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2096(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[8],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0063/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2020),

1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018

(2019/2096(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2020),

A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu[15], il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-"Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 97 665 322, li jirrappreżenta żieda ta' 12,52 % meta mqabbel mal-2017; billi ż-żieda kienet relatata mat-tisħiħ tal-attivitajiet operattivi; billi l-baġit tal-Uffiċċju huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni[16];

B. billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li hija kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li kisbet evidenza suffiċjenti għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet; billi, madankollu, il-Qorti ħarġet bażi għal opinjoni kwalifikata b'relazzjoni mas-sejbiet tal-Qorti rrappurtati għas-snin finanzjarji 2016 u 2017 dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti; billi, ħlief għall-effetti tas-snin finanzjarji 2016 u 2017, il-Qorti hija tal-opinjoni li l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Segwitu għar-rapport ta' kwittanza tal-2017

1. Jinnota d-deċiżjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 tal-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju li jeżonera lid-direttur eżekuttiv preċedenti mid-dmirijiet tiegħu b'effett immedjat; jinnota n-nomina ta' direttur eżekuttiv ad interim fis-6 ta' Ġunju 2018 u l-ħatra ta' direttriċi eżekuttiva ġdida fis-16 ta' Ġunju 2019; jilqa' r-rapport ta' segwitu min-naħa tal-Uffiċċju dwar l-osservazzjonijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2017, b'mod partikolari l-miżuri korrettivi meħuda mill-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju, id-direttur eżekuttiv ad interim u d-direttriċi eżekuttiva l-ġdida sabiex isir titjib fl-istruttura ta' governanza u l-effiċjenza tal-Uffiċċju, tinġieb lura t-trasparenza u tissaħħaħ il-fiduċja; jappoġġja u japprezza l-miżuri definiti fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza tal-EASO għall-2019; jinnota l-messaġġ pożittiv u l-intenzjoni favur kooperazzjoni mill-qrib fil-futur li esprimiet id-direttriċi eżekuttiva l-ġdida fis-seduta ta' smigħ pubbliku tal-4 ta' Settembru 2019 u s-seduta ta' smigħ tal-aġenziji fi ħdan il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament tal-4 ta' Diċembru 2019;

L-eżitu tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)

2. Jiddeplora l-irregolaritajiet li sab l-OLAF b'rabta ma' ksur tal-proċeduri ta' akkwist, approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Unjoni, amministrazzjoni ħażina, abbuż tal-pożizzjoni fi kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani, ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, fastidju u mġiba mhux xierqa fil-konfront tal-persunal fl-2017; itenni l-appell tiegħu lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tal-miżuri proposti mill-OLAF; jifhem it-talba tal-Uffiċċju li jirrapporta f'aktar dettall fil-kuntest opportun minħabba kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tad-data;

3. Jinnota d-deċiżjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 tal-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju li jeżonera lid-direttur eżekuttiv mid-dmirijiet tiegħu b'effett immedjat; jenfasizza, madankollu, li l-baġit għas-sena finanzjarja 2017 ġie implimentat taħt is-superviżjoni tal-maniġment preċedenti tal-Uffiċċju; jenfasizza li dan ir-rapport jirrigwarda l-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017; jirrikonoxxi l-impenn tad-direttriċi eżekuttiva l-ġdida li twettaq riformi sinifikanti li jiżguraw governanza solida;

Bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2017

4. Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mad-dipendenza qawwija tal-Uffiċċju fuq riżorsi suffiċjenti, prinċipalment fuq l-esperti li jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri, li l-każijiet ta' nuqqas ta' esperti jiġu rrappurtati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni f'livelli differenti; jinnota, barra minn hekk, li, sabiex jikkumpensa għan-nuqqasijiet marbuta man-nomini u mas-sekondar tal-Istati Membri, l-Uffiċċju żied l-istazzjonament ta' persunal temporanju reklutat lokalment u li, fl-2018, 26 % biss tal-istazzjonamenti tal-ħtiġijiet operattivi ġew koperti minn esperti tal-Istati Membri; jinnota l-fatt li l-Uffiċċju ma jkunx f'pożizzjoni li jipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ kritiku għas-sistemi tal-asil tagħhom mingħajr l-użu ta' aġenti temporanji; jirrikonoxxi l-proposta tal-Uffiċċju li tissuġġerixxi Riżerva ta' Intervent għall-Asil ta' 500 espert mill-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jivvalutaw u jindirizzaw din il-proposta b'mod urġenti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5. Jiddispjaċih li l-baġits annwali limitati u l-assenza parzjali ta' fondi ta' kontinġenza fil-baġit tal-Uffiċċju biex ikopru l-finanzjament ta' ħtiġijiet operattivi urġenti mhux previsti joħolqu inċertezzi baġitarji u jxekklu l-ippjanar f'każ ta' emerġenza; jinnota li l-Uffiċċju jinsab fi djalogu kostanti mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet baġitarji fir-rigward tal-ippjanar operattiv u l-allokazzjoni tar-riżorsi tiegħu; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju jagħmel użu parzjali mill-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati bħala kontinġenza għan-nefqa operattiva, b'mod partikolari sabiex jittratta t-talbiet mhux ippjanati għal appoġġ mill-Istati Membri; jistieden lill-Uffiċċju jkompli jindirizza r-restrizzjonijiet baġitarji b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet baġitarji.

6. Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis propost fil-baġit jista' jxekkel l-kapaċità tal-Uffiċċju li jkompli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu b'mod xieraq biex jagħti l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri, kif fdat lilu bis-saħħa tal-mandat tiegħu; ifakkar fil-fatt li t-tisħiħ tal-mandat tal-Uffiċċju u ż-żieda fil-volum ta' xogħol għandhom ikunu akkumpanjati minn allokazzjonijiet baġitarji adegwati;

7. Jilqa' l-istrateġija ta' kooperazzjoni mġedda tal-bord ta' tmexxija konġunt EASO-Frontex; jinnota, barra minn hekk, b'apprezzament li l-Uffiċċju jiżvolġi rwol attiv fin-Netwerk tal-Aġenziji fis-simplifikazzjoni ta' azzjonijiet komuni bħas-sejħa għar-reklutaġġ ta' esperti fl-assistenza psikoloġika kunfidenzjali, parteċipazzjoni fi proċeduri ta' akkwist konġunti għall-kuntratti qafas u programmi ta' mobilità tal-persunal; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Uffiċċju jfittex b'mod attiv aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni aktar mifruxa mal-aġenziji kollha tal-Unjoni; jindika r-rakkomandazzjoni fir-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar il-Ġestjoni tal-Migrazzjoni biex jiġu żgurati komplementarjetà u koordinament aħjar bejn il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Uffiċċju; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jaħdem fuq il-kunċett tal-kondiviżjoni tar-riżorsi mal-aġenziji l-oħra li l-attivitajiet tagħhom huma simili f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompiti li jikkoinċidu;

Prestazzjoni

8. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, 68,22 % tat-tabella tal-persunal ġiet eżegwita, b'146 aġent temporanju maħtur minn total ta' 214 -il aġent temporanju awtorizzat fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 155 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 61 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati kienu jaħdmu għall-Uffiċċju fl-2018; jinnota b'sodisfazzjon li l-pjan ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju jipprevedi 500 membru tal-persunal sal-2020;

9. Jinnota n-nuqqas ta' maniġers fid-dipartiment tal-amministrazzjoni, peress li erbgħa minn ħames postijiet maniġerjali kienu jew vakanti jew kellhom lill-persuni li okkupawhom sospiżi minn dmirijiethom, iżda jirrikonoxxi r-risposta mogħtija mill-Uffiċċju li l-avviż ta' post vakanti ta' Kap tal-Unità tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà se jiġi ppubblikat fl-ewwel trimestru tal-2020; jinnota wkoll li, minħabba l-fatt li l-Uffiċċju kien affettwat minn riorganizzazzjoni, ir-reklutaġġ tal-Kap tal-Unità tal-Finanzi u tal-Akkwist għadu għaddej u l-Kap tal-Unità tal-ICT imtela fl-2019; jistieden lill-Uffiċċju jagħmel sforzi addizzjonali biex jimla l-postijiet vakanti, b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri u jżomm l-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-miżuri korrettivi meħuda biex dak ir-riskju jittaffa;

10. Jiddispjaċih jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa minn tmiem l-2017, is-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fl-Uffiċċju marret lura b'mod esponenzjali; jinnota li, sa tmiem l-2018, l-Uffiċċju kellu 216-il membru tal-persunal, intbagħtu 89 ittra ta' offerta u ġew iffirmati 60 kuntratt; josserva, madankollu, li kien għad hemm 78 post vakanti li kellhom jimtlew sa tmiem l-2018; jesprimi tħassib serju ħafna dwar il-fatt li din is-sitwazzjoni ġġib magħha riskju sinifikanti għall-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Uffiċċju fil-livell attwali;  jinnota l-impenn espress mit-tmexxija eżekuttiva għat-twettiq trasparenti u effiċjenti tal-pjan ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju;

11. Jinnota bi tħassib li fl-2018 il-maniġment superjuri kien magħmul minn irġiel biss (disa' membri), iżda l-bilanċ negattiv bejn is-sessi nbidel bil-ħatra, fl-2019, ta' mara bħala direttur eżekuttiv; jinnota b'sodisfazzjon li nkiseb bilanċ tajjeb bejn is-sessi fir-rigward tal-bord ta' tmexxija (16-il raġel u 15-il mara);

12. Jinnota l-preżentazzjoni ta' organigramma ġdida mid-direttriċi eżekuttiva lill-bord ta' tmexxija, fis-26 ta' Novembru 2019; iqis li riorganizzazzjoni tal-persunal għandha tikkontribwixxi għal kontroll intern, aċċertament tal-kwalità u ġestjoni tar-riskju msaħħa, u għal konformità ma' azzjonijiet rikjesti mill-Qorti u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.

Politika tal-persunal

13. Jinnota bi tħassib li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal imtliet fil-livell ta' 68,22 % biss, u li kienu nħatru 146 aġent temporanju minn 214-il aġent temporanju awtorizzat fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 155 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 61 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati kienu jaħdmu għall-Uffiċċju fl-2018;

14. Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rigward tal-arranġamenti tal-alloġġi dwar l-akkomodazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil u forzi oħra tal-Uffiċċju fl-Istati Membri (eż. fir-rigward tal-privileġġi u l-immunitajiet għall-persunal tal-Uffiċċju stess, l-esperti tal-Istati Membri u l-esperti kkuntrattati), l-Uffiċċju ffirma arranġament ta' akkoljenza ma' Ċipru f'Lulju 2019, se jiffirma ftehim ta' akkoljenza mal-Greċja f'Jannar 2020, u jinsab fil-proċess li jikkonkludi ftehim ġdid mal-Italja biex jirrispetta bis-sħiħ ir-Regolament (UE) Nru 439/2010[17] u f'konformità ma' arranġamenti oħra ta' akkoljenza tal-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju biex, flimkien mal-Kummissjoni, ikompli jfittex arranġamenti effettivi mal-Istati Membri rigward l-akkomodazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil u ta' forzi oħra tal-Uffiċċju;

15. Jinnota r-risposti tal-Uffiċċju għall-osservazzjonijiet tal-Qorti u l-isforzi tiegħu biex jindirizzahom taħt id-direttriċi eżekuttiva l-ġdida, fost l-oħrajn billi jagħti prijorità lill-konklużjoni ta' arranġamenti ta' akkoljenza mal-Italja, mal-Greċja u ma' Ċipru rigward l-akkomodazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil u forzi oħra tal-Uffiċċju fl-Istati Membri, billi jżid it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ u billi jsaħħaħ il-servizz legali matul l-2019;

16. Jinnota li l-Qorti identifikat tendenza orizzontali fost l-aġenziji fir-rigward tal-użu ta' persunal estern impjegat fi rwoli ta' konsulenza tal-IT; jitlob li titnaqqas kemm jista' jkun id-dipendenza mir-reklutaġġ estern f'qasam importanti u sensittiv bħal dan, biex jiġi limitat kwalunkwe riskju potenzjali;

17. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2018 l-Uffiċċju kien nieda proċedura ta' akkwist pubbliku miftuħa biex jistabbilixxi kuntratti qafas għall-forniment ta' servizzi ta' ħaddiema temporanji fl-Italja; jinnota li l-Uffiċċju waqqaf il-proċedura għaliex ġiet riċevuta offerta waħda biss, u l-Uffiċċju kkunsidra l-offerta inaċċettabbli, peress li l-offerta finanzjarja qabżet il-baġit massimu stmat; josserva li l-Qorti sabet li l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta kien fihom żball sinifikanti li kien jammonta għal EUR 25 000 000; jinnota, madankollu, li l-Uffiċċju aċċetta dawn is-sejbiet u adotta u implimenta azzjonijiet korrettivi li jinkludu: it-terminazzjoni tal-kuntratt qafas għas-servizzi ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija fl-Italja; it-tnedija ta' proċedura ta' akkwist ġdida għas-servizzi ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija fl-Italja; it-tnedija ta' sejħa addizzjonali għall-esperti tal-Istati Membri u, fejn possibbli, l-użu ta' arranġamenti alternattivi għall-istazzjonament ta' esperti biex ikopru l-perjodu sad-dħul fis-seħħ ta' kuntratt qafas ġdid; it-tnaqqis temporanju sinifikanti fin-numru ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija tal-Uffiċċju stazzjonati l-Italja u, flimkien mal-awtoritajiet Taljani, iż-żamma tal-livell ta' kontinwità tal-attività għal miżuri essenzjali ta' appoġġ; jinnota wkoll li l-proċedura ta' akkwist ġdida ġiet konkluża u li l-kuntratt qafas il-ġdid ingħata f'Diċembru 2019 sabiex il-kontinwità tal-attività tiġi żgurata matul il-proċedura kollha; jistieden lill-Uffiċċju japplika r-regoli tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni b'mod rigoruż;

18. Jinnota li l-Uffiċċju juża kuntratti ta' servizz ma' kumpaniji tal-IT li ġew ifformulati b'mod li jista' jimplika l-assenjazzjoni ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija, minflok servizzi jew prodotti tal-IT iddefiniti b'mod ċar; ifakkar li l-forniment ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija biex iwettqu kompiti preċiżi għal tul ta' żmien speċifiku huwa soġġett għad-Direttiva 2018/104/KE[18] u għal regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri; jinnota li l-użu ta' kuntratti ta' servizzi tal-IT għall-forniment ta' ħaddiema la huwa konformi mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni u lanqas mar-regoli soċjali tal-Unjoni u ma' dawk dwar l-impjiegi; jinnota b'sodisafzzjon li l-Uffiċċju rreveda l-mudell tiegħu għall-kuntratti tat-tip "times and means" sabiex jinkludi f'kull kuntratt lista ta' riżultati tanġibbli li għandhom jitwettqu skont il-kuntratt; jistieden lill-Uffiċċju jkompli jkun diliġenti u jiżgura li l-mod li bih jiġu fformulati l-kuntratti jipprekludi kwalunkwe konfużjoni bejn l-akkwist ta' servizzi tal-IT u ta' ħaddiema interim;

Akkwist

19. Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li, fl-2018, beda jimplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u żviluppa gwida prattika għall-ġestjoni u l-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess, b'kalendarju ta' adozzjoni mill-bord ta' tmexxija sat-tielet trimestru tal-2019, kif ukoll regoli għall-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b'apprezzament li l-Uffiċċju organizza sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ iddedikati għall-persunal dwar l-etika, b'enfasi speċifika fuq il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u b'module speċjali mfassal apposta għall-maniġers; jinnota b'sodisfazzjon li r-regoli rilevanti dwar il-kunflitti ta' interess ġew trasposti wkoll fil-proċeduri u l-politiki operattivi standard rilevanti; jistieden lill-Uffiċċju jkompli jagħti attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess u l-implimentazzjoni xierqa tar-regoli u l-proċeduri dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

20. Jinnota bi tħassib li, għalkemm l-Uffiċċju jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs tal-membri tal-bord ta' tmexxija tiegħu fuq is-sit web tiegħu, għadu ma jippubblikax id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-maniġment superjuri u jistieden lill-Uffiċċju biex immedjatament jieħu azzjoni f'dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u tat-trasparenza

21. Huwa konxju tal-fatt li, fi tmiem l-2018, l-Uffiċċju ma kellux kapaċità tal-awditjar intern, u li, minn Jannar 2018, ma nħareġ ebda rapport komprensiv ta' awditjar tas-Servizz tal-Awditjar Intern; jinnota, barra minn hekk, li l-ħolqien ta' kontrolli ex post għall-verifika tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet kien għadu fil-fażi inizjali tiegħu; jilqa' r-risposta tal-Uffiċċju fis-sens li huwa qabel mal-miżuri korrettivi dwar is-sistemi ta' kontroll intern u ddokumentahom, inkluż il-ħolqien ta' kapaċità ta' awditjar sar-raba' trimestru tal-2019 u kapaċità ta' kontroll intern ex post sat-tielet trimestru tal-2019; jinnota b'apprezzament li l-Uffiċċju qed jibni l-kapaċità ta' kontroll ex post tiegħu bl-ewwel uffiċjal ta' kontroll ex post irreklutat fir-raba' trimestru tal-2019, filwaqt li se jiġu reklutati uffiċjali addizzjonali matul l-ewwel nofs tal-2020; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju jinsab fil-proċess li jibni kapaċità ta' awditjar intern u bħalissa jinsab f'taħditiet ma' aġenzija oħra tal-Unjoni li għandha esperjenza estensiva fil-qasam sabiex jidentifika l-aħjar mudell għall-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Kontrolli interni

22. Jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju, skont ir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-aġenziji tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018, ħa passi konkreti u pożittivi mmirati lejn it-titjib tal-governanza organizzattiva; jinnota li, mill-61 miżura fil-pjan ta' azzjoni, 48 ġew ikkompletati, filwaqt li 13 kienu fi stat pendenti fil-mument tal-awditu tal-Qorti;

23. Jilqa' l-adozzjoni, f'Settembru 2019, tal-politika l-ġdida tal-Uffiċċju dwar il-postijiet sensittivi, li tipprovdi l-linji gwida u l-kriterji għat-tim ta' ġestjoni biex jiġu implimentati l-valutazzjonijiet tar-riskju, jiġu identifikati u ddokumentati l-funzjonijiet sensittivi fl-Uffiċċju flimkien mal-kontrolli ta' mitigazzjoni miftiehma u, barra minn hekk, biex tiġi vvalutata l-funzjoni sensittiva u jiġu ddokumentati l-kontrolli ta' mitigazzjoni sal-ewwel trimestru tal-2020;

24. Ifakkar fil-fatt li, fi tmiem l-2017, ma kien hemm ebda servizz legali intern fl-Uffiċċju u li diversi ditti legali kienu ġew ingaġġati taħt il-kontroll tad-direttur eżekuttiv preċedenti; josserva, madankollu, li fl-2018, l-Uffiċċju ħoloq lista tal-kuntratti kollha li ntużaw għal konsulenza legali, u li, fl-2019, konsulenta legali ġdida ta' livell għoli bdiet il-funzjonijiet tagħha fl-Uffiċċju, u l-kuntratt qafas ġdid għal konsulenza legali biex jieħu post il-kuntratti preċedenti ġie ffirmat, filwaqt li fl-2020 bosta konsulenti legali oħra se jiġu rreklutati; jinnota, madankollu, li kien għad m'hemmx stabbilit rieżami intern sistematiku tad-dokumenti ġuridiċi, filwaqt li bosta inkonsistenzi ġew innotati fl-aspetti ġuridiċi tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku fl-2018; jistieden lill-Uffiċċju jiżgura servizz legali b'saħħtu u ġestjoni effettiva tal-proċeduri ġuridiċi; jinnota b'sodisfazzjon l-objettiv tal-Uffiċċju li jibni l-qafas ta' governanza u ta' kontroll intern bil-ħolqien ta', fost l-oħrajn, settur ġuridiku u tal-protezzjoni tad-data u settur tal-kontroll intern u l-ġestjoni tar-riskju biex jiżgura li fil-futur isir rieżami sistematiku tad-dokumenti ġuridiċi, inkluż għall-akkwist; jilqa' wkoll l-inizjattiva tal-Uffiċċju li jistabbilixxi kapaċità ta' awditjar intern fi ħdan l-Uffiċċju filwaqt li jorganizza kapaċità ta' awditjar konġunt mal-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar Operattiv tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja;

25. Jiddispjaċih li għad m'hemmx politika dwar postijiet sensittivi fl-Uffiċċju, fatt li mhuwiex konformi mal-istandards ta' kontroll intern tal-Uffiċċju fejn il-funzjonijiet sensittivi għandhom jiġu definiti b'mod ċar, jiġu rreġistrati u jinżammu aġġornati; jinnota r-risposta tal-Uffiċċju li qed tiġi finalizzata politika ta' postijiet sensittivi u li din hija mistennija tiġi approvata sat-tielet trimestru tal-2019 u li tiġi implimentata sar-raba' trimestru tal-2019; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-żviluppi dwar din il-kwistjoni;

26. Japprezza l-progress li sar fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern, inklużi l-kontrolli fuq l-operazzjonijiet relatati mal-akkwist u mal-infiq; jappoġġja d-deċiżjoni li l-esternalizzazzjoni tal-konsulenza legali tonqos u tispiċċa malajr, kif ukoll l-istabbiliment ta' servizz legali intern; jappoġġja l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-bżonn tal-introduzzjoni ta' aktar azzjonijiet korrettivi;

27. Jinnota, wara kummenti u osservazzjonijiet mill-awtorità tal-kwittanza relatati mal-fatt li l-Uffiċċju huwa wieħed mill-ftit aġenziji tal-Unjoni b'diversi sedi, li l-Uffiċċju daħal f'kuntratti ta' kera f'diversi postijiet mingħajr ma wettaq analiżi adegwata tas-suq lokali; u jinnota li, fir-rigward tal-uffiċċju f'Ruma, dalwaqt se toħroġ offerta ġdida, preċeduta minn analiżi xierqa tas-suq għall-kiri ta' uffiċċju, sabiex is-sitwazzjoni attwali tiġi regolarizzata; josserva, barra minn hekk, fil-każ tal-uffiċċju f'Ateni, li l-kuntratt attwali ta' kiri ntemm f'Jannar 2020 u li bħalissa qed titħejja proċedura ta' akkwist ġdida li tinkludi analiżi xierqa tas-suq; jinnota, barra minn hekk, li l-faċilità tal-ipproċessar f'Pagani (Lesvos) mexxiet il-postijiet tax-xogħol operattivi fi ħdan il-hotspots barra miċ-ċentri; jinnota li, fir-rigward tal-uffiċċju ta' Ċipru, f'nofs l-2018 ġie ffirmat kuntratt ġdid mas-sid tal-bini wara sejħa għall-offerti mmirata biex tirregolarizza l-ftehim inizjali, u tinkludi l-possibbiltà ta' espansjoni jekk ikun hemm aktar ħtiġijiet; jilqa' l-proċeduri operattivi standard ta' akkwist ġodda adottati fil-15 ta' Frar 2019 li jipprovdu gwida dwar aspetti sensittivi tal-proċedura ta' akkwist u ta' ġestjoni tal-kuntratti, inklużi dispożizzjonijiet dettaljati dwar eżerċizzji ta' stħarriġ tas-suq; jinnota l-isforz tal-Uffiċċju biex jallinja l-proċeduri ta' akkwist tiegħu mal-"metodoloġija li għandha tiġi segwita mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-ipprospettar u n-negozjar għall-bini" u biex jippubblika avviżi dwar prospettivi tas-suq għall-kuntratti tal-bini previsti kollha sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-kompetizzjoni;

28. Jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' responsabbiltajiet u rwoli ċari rigward il-ġestjoni ta' bini mikri u servizzi u x-xogħlijiet relatati jista' jxekkel mitigazzjoni effiċjenti tar-riskji relatati mal-binjiet; jistieden lill-Uffiċċju jistabbilixxi politika effettiva għall-ġestjoni ta' bini mikri u servizzi relatati;

Kummenti oħra

29. Jilqa' li fatt li, fid-dawl tal-kummenti mill-awtorità tal-kwittanza relatati mal-ħatra tad-direttur eżekuttiv ad interim il-ġdid, li assuma l-kariga fis-6 ta' Ġunju 2018, it-trasparenza ngħatat prijorità assoluta ma' din il-bidla fil-maniġment bħala l-prinċipju fundamentali tal-pjan ta' azzjoni tal-governanza taħt it-tmexxija tad-direttriċi eżekuttiva l-ġdida tagħha li hija impenjata li tkompli b'dan l-approċċ fil-futur;

30. Jistieden lill-Uffiċċju jiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tiegħu lill-pubbliku u biex jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

31. Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità tal-kwittanza relatati mal-fatt li l-Uffiċċju kabbar l-ispazju għall-uffiċċji tiegħu f'Malta bi blokk addizzjonali tal-bini fejn tinsab is-sede tiegħu, li l-Uffiċċju ffinalizza ftehim ta' kiri f'Ottubru 2018, li l-kostijiet tiegħu huma kompletament koperti mill-baġit tal-Uffiċċju, bil-għan li jokkupa l-kumpless sħiħ;

o

o  o

32. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2020[19] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


 

 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN (21.1.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</CommissionInt>


<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018</Titre>

 

<DocRef>(2019/2096(DEC))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Roberta Metsola</Depute>

 

 

SUGGESTIONS

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar fl-importanza tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("EASO" jew "l-Uffiċċju") għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u jenfasizza l-kontribut pożittiv tal-Uffiċċju għal kooperazzjoni prattika msaħħa tal-Istati Membri dwar l-asil fl-Ewropa, filwaqt li jassisti lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-għoti ta' protezzjoni lill-persuni fil-bżonn, u jaġixxi bħala ċentru ta' għarfien espert dwar l-asil; jenfasizza li l-Uffiċċju għandu dejjem jirrispetta s-sovranità tal-Istati Membri meta jwettaq l-attivitajiet tiegħu;

2. Ifakkar fl-irregolaritajiet fl-Uffiċċju li ġew irrappurtati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) fl-2017 u r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF ta' azzjoni dixxiplinarja lill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju, id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tas-6 ta' Ġunju 2018 li d-Direttur Eżekuttiv jinħeles mill-funzjonijiet tiegħu b'effett immedjat, in-nomina ta' Direttur Eżekuttiv ad interim fis-6 ta' Ġunju 2018 u l-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv ġdid fis-16 ta' Ġunju 2019;

3. Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri (''il-Qorti'') iddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-EASO għas-sena finanzjarja 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha u li l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2018 hija rappreżentata b'mod ġust; jirrimarka, madankollu, li l-Qorti ħarġet opinjoni tal-awditjar kwalifikata ("nadifa") dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti; jinnota l-ispjegazzjoni tal-Qorti li l-opinjoni kwalifikata nħarġet b'relazzjoni mat-titjib li sar bil-mod tas-sitwazzjoni mhux sodisfaċenti rrapportata għall-2017 fir-rigward tal-arranġamenti ta' governanza u ta' kontroll intern tal-Uffiċċju, riflessa minn akkwist pubbliku irregolari maġġuri ieħor, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

4. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Uffiċċju jistabbilixxi kapaċità ta' awditjar intern flimkien ma' politika ta' verifika ex post effettiva, sabiex jiggarantixxi li t-tranżazzjonijiet kollha jkunu legali u regolari;

5. Jinnota li l-baġit tal-EASO żdied sostanzjalment minn EUR 79 miljun għal EUR 98 miljun (li jirrappreżenta żieda ta' 24 %) filwaqt li l-persunal żdied biss minn 200 għal 207 (li jirrappreżenta żieda ta' 3,5 %); jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-Qorti li l-fondi ta' kontinġenza fil-baġit tal-EASO biex ikopru bżonnijiet operattivi urġenti u mhux previsti kienu nieqsa; jistieden lill-Uffiċċju jsaħħaħ id-djalogu mal-Kummissjoni u mal-awtorità baġitarja fir-rigward tal-ippjanar operattiv u l-allokazzjoni tar-riżorsi tiegħu, speċjalment fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet operattivi tal-EASO; jilqa' l-fatt li r-rapport tal-Qorti rrikonoxxa li, mill-61 miżura fil-pjan ta' azzjoni, 30 miżura tlestew filwaqt li 31 kellhom status pendenti; jenfasizza li trattament effiċjenti, ġust u uman tal-applikazzjonijiet tal-persuni li jfittxu asil huwa prijorità tal-Unjoni; jilqa' f'dan ir-rigward l-intenzjoni tal-EASO li jistabbilixxi proċessi sodi u ppjanar f'waqtu għal sitwazzjonijiet ta' kontinġenza;

6. Jinsab allarmat bil-fatt li l-Qorti sabet li s-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fl-Uffiċċju marret għall-agħar b'mod esponenzjali sa tmiem l-2017 u li l-maġġoranza tal-pożizzjonijiet vakanti, b'mod partikolari għall-maniġers fid-dipartiment tal-amministrazzjoni, kienu għadhom mhux mimlija fi tmiem l-2018; jiddispjaċih dwar il-fatt li għal mill-inqas sentejn wara xulxin is-sitwazzjoni tar-riżorsi umani tal-Uffiċċju ma ġietx solvuta; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jieħu azzjoni immedjata biex tinstab soluzzjoni permanenti u sostenibbli għal din il-kwistjoni; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jagħti prijorità lill-mili tal-pożizzjonijiet vakanti ta' maniġment intermedju b'persunal permanenti bi kwalifiki għolja, sabiex jitħarrġu l-membri l-ġodda l-oħra tal-persunal;

7. Jiddispjaċih dwar id-dipendenza qawwija tal-EASO fuq il-ħaddiema interim biex jikkumpensa għan-nuqqas ta' esperti nazzjonali sekondati li l-Istati Membri huma obbligati jibagħtu skont ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill; jinnota li din id-dipendenza fuq il-ħaddiema interim, għall-kuntrarju tal-użu tant meħtieġ ta' esperti mill-Istati Membri, tista' twassal biex l-EASO ma jkunx jista' jipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ kritiku għas-sistemi tal-asil tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sekondar ta' persunal; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex janalizza, flimkien mal-awtoritajiet baġitarji, l-effiċjenza tal-persunal estern fil-konfront tal-kostijiet b'relazzjoni mal-persunal statutorju u jekk il-qafas legali applikabbli huwiex rispettat bis-sħiħ, speċjalment fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; iqis, fi kwalunkwe każ, li l-persunal tal-EASO għandu jiżdied biex l-Uffiċċju jkun jista' jwettaq b'mod xieraq id-dmirijiet fdati lilu; jilqa', f'dan ir-rigward, il-pjan ta' reklutaġġ ambizzjuż stabbilit sadanittant u l-impatt pożittiv tiegħu fuq il-mili ta' pożizzjonijiet vakanti;

8. Jiddeplora l-fatt, li ġie kkonstatat mill-Qorti, li l-aderenza tal-Uffiċċju mal-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal wasslet għal nuqqas fil-qasam tas-servizzi tal-IT kemm fil-Greċja kif ukoll fl-Italja; jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju juża kuntratti ta' servizz għall-forniment ta' servizzi tal-IT u servizzi oħra ta' konsulenza li ġew ifformulati b'tali mod li jistgħu jimplikaw l-assenjazzjoni ta' ħaddiema interim minflok il-forniment ta' servizzi jew prodotti definiti b'mod ċar; jirrikonoxxi li n-natura tal-operazzjonijiet tal-Uffiċċju tagħmilha diffiċli li jitbassru l-iskadenzi u d-durata tal-kuntratti rilevanti iżda jistieden lill-Uffiċċju jiżgura li l-kuntratti jiġu fformulati b'mod li jipprevjeni kwalunkwe konfużjoni bejn l-akkwist ta' servizzi tal-IT u ta' ħaddiema interim;

9. Jinnota t-tweġibiet tal-EASO għall-osservazzjonijiet tal-Qorti u l-isforzi li saru biex jindirizzahom taħt id-Direttur Eżekuttiv il-ġdid, fost l-oħrajn billi jagħti prijorità lill-konklużjoni ta' arranġamenti ta' akkoljenza mal-Italja, il-Greċja u Ċipru rigward l-akkomodazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil u forzi oħra tal-EASO fl-Istati Membri, billi jżid it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ u billi jsaħħaħ il-funzjoni legali tal-EASO matul l-2019;

10. Jilqa' l-passi konkreti u pożittivi meħuda mill-Uffiċċju fir-riforma tal-governanza organizzattiva tiegħu permezz tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza tal-EASO, approvat mill-Bord ta' Tmexxija fl-2018; jinnota li għad iridu jitlestew madwar nofs l-azzjonijiet korrettivi mnedija mill-maniġment tal-Uffiċċju; jilqa' b'mod partikolari l-azzjonijiet korrettivi stabbiliti fir-rigward tal-istandards ta' kontroll intern; jistieden lill-EASO jtejjeb aktar il-proċessi ta' kontroll intern tiegħu billi jiddedika attenzjoni speċifika għall-introduzzjoni ta' "politika ta' karigi sensittivi", inkluża mitigazzjoni ta' mekkaniżmi ta' kontroll u mobilità tal-persunal biex ir-riskji assoċjati ma' funzjonijiet sensittivi jiġu ġestiti aħjar;

11. Jinnota l-preżentazzjoni ta' organigramma ġdida mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord ta' Tmexxija, fis-26 ta' Novembru 2019; iqis li riorganizzazzjoni tal-persunal għandha tikkontribwixxi għal kontroll intern, aċċertament tal-kwalità u ġestjoni tar-riskju msaħħa, u għall-konformità ma' azzjonijiet rikjesti mill-Qorti u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

13.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

8

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Konstantinos Arvanitis, Malik Azmani, Pietro Bartolo, Nicolas Bay, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Saskia Bricmont, Damien Carême, Caterina Chinnici, Tudor Ciuhodaru, Clare Daly, Lena Düpont, Cornelia Ernst, Sylvie Guillaume, Balázs Hidvéghi, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Assita Kanko, Fabienne Keller, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Kostas Papadakis, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Ann Widdecombe, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damian Boeselager, Patrick Breyer, Delara Burkhardt, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Monika Hohlmeier, Beata Kempa, Ondřej Kovařík, Kris Peeters, Robert Roos, Miguel Urbán Crespo, Loránt Vincze, Petar Vitanov, Axel Voss, Maria Walsh

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lukas Mandl

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

48

+

PPE

Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Lena Düpont, Balázs Hidvéghi, Monika Hohlmeier, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Roberta Metsola, Kris Peeters, Emil Radev, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Loránt Vincze, Axel Voss, Maria Walsh, Javier Zarzalejos

S&D

Pietro Bartolo, Delara Burkhardt, Caterina Chinnici, Tudor Ciuhodaru, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Petar Vitanov, Bettina Vollath, Elena Yoncheva

RENEW

Malik Azmani, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu

VERTS/ALE

Damian Boeselager, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Damien Carême, Alice Kuhnke, Terry Reintke, Tineke Strik

ECR

Lucia Ďuriš Nicholsonová

GUE/NGL

Konstantinos Arvanitis, Clare Daly, Miguel Urbán Crespo

 

8

-

ID

Nicolas Bay, Tom Vandendriessche

ECR

Patryk Jaki, Assita Kanko, Beata Kempa, Robert Roos

NI

Kostas Papadakis, Ann Widdecombe

 

2

0

ECR

Nicola Procaccini

GUE/NGL

Cornelia Ernst

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.2.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Ryszard Czarnecki, José Manuel Fernandes, Luke Ming Flanagan, Isabel García Muñoz, Cristian Ghinea, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Nico Semsrott, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, David Lega, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

József Szájer

 



 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ECR

Ryszard Czarnecki

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, David Lega, József Szájer, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

RENEW

Olivier Chastel, Cristian Ghinea, Ramona Strugariu

S&D

Caterina Chinnici, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Lara Wolters

VERTS/ALE

Mikuláš Peksa, Michèle Rivasi, Nico Semsrott

 

2

-

ID

Matteo Adinolfi, Joachim Kuhs

 

2

0

ID

Jean-François Jalkh

NI

Sabrina Pignedoli

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[2] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[3] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[4] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[5] ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

[6] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[7] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[8] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[9] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[10] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[11] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[12] ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

[13] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[14] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[15] ĠU C 306/2, 30.8.2018, p. 6.

[16] ĠU C 306/2, 30.8.2018, p. 5.

[17] Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

[18] Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

[19] Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0000.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza