Proċedura : 2019/2098(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0079/2020

Testi mressqa :

A9-0079/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0121

<Date>{05/03/2020}5.3.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0079/2020</NoDocSe>
PDF 249kWORD 93k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll</Titre>

<DocRef>(2019/2098(DEC))</DocRef>


<Commission>{CONT}Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</Commission>

Rapporteur: <Depute>Ryszard Czarnecki</Depute>

1. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI


PR_DEC_Agencies

WERREJ

Paġna

1. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI


1. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

(2019/2098(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2019)0334),

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],

 wara li kkunsidra l-Analiżi rapida dwar każ speċifiku tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri "Rappurtar dwar is-sostenibbiltà: rendikont tal-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE",

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 208 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[3], u b'mod partikolari l-Artikoli 68 u 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2020),

 

A. billi din ir-riżoluzzjoni fiha, għal kull korp skont it-tifsira tal-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046, l-osservazzjonijiet trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta' kwittanza skont l-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament;

B. billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tisħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ ulterjuri tal-kunċett tal-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, l-obbligu ta' rendikont tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1. Jenfasizza li l-aġenziji għandhom influwenza sinifikanti fuq it-tfassil tal-politiki, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni ta' programmi f'oqsma ta' importanza vitali għaċ-ċittadini Ewropej, bħal pereżempju s-sigurtà, is-sikurezza, is-saħħa, ir-riċerka, l-affarijiet ekonomiċi, il-libertà u l-ġustizzja; itenni l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-aġenziji u l-impatt dirett tagħhom fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni; itenni wkoll l-importanza tal-awtonomija tal-aġenziji, b'mod partikolari l-awtonomija tal-aġenziji regolatorji u ta' dawk l-aġenziji li għandhom il-funzjoni tal-ġbir indipendenti tal-informazzjoni; ifakkar li r-raġunijiet ewlenin għall-istabbiliment tal-aġenziji kienu t-tħaddim tas-sistemi tal-Unjoni, l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tas-Suq Uniku Ewropew u t-twettiq ta' valutazzjonijiet tekniċi jew xjentifiċi indipendenti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-prestazzjoni ġenerali effettiva tal-aġenziji;

2. Jilqa' l-progress viżibbli li sar mill-aġenziji fl-isforzi tagħhom biex jirrispondu għat-talbiet u r-rakkomandazzjonijiet espressi fi ħdan il-proċeduri annwali ta' kwittanza; jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ("il-Qorti") dwar l-aġenziji tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), il-Qorti ħarġet opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha; josserva li l-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha, ħlief fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO); jinnota li, għall-EASO, il-Qorti ħarġet bażi għal opinjoni kwalifikata fir-rigward tas-sejbiet tagħha għas-snin finanzjarji 2016 u 2017 fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti, iżda li ħlief għall-effetti tas-snin finanzjarji 2016 u 2017, il-Qorti hija tal-opinjoni li l-pagamenti tal-EASO li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jirrikonoxxi l-progress kontinwu li sar mill-EASO fit-twettiq ta' riformi u pjanijiet ta' azzjoni korrettiva;

3. Jinnota li għat-32 aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni, il-baġits tal-2018 ammontaw għal madwar EUR 2 590 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn, jiġifieri żieda ta' madwar 10,22 % meta mqabbla mal-2017, u għal EUR 2 360 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, jiġifieri żieda ta' 5,13 % meta mqabbla mal-2017; jinnota, barra minn hekk, li miż-EUR 2 360 000 000, madwar EUR 1 700 000 000 ġew iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, u dan jirrappreżenta 72,16 % tal-finanzjament totali tal-aġenziji fl-2018 (meta mqabbel ma' 72,08 % fl-2017); jirrikonoxxi, barra minn hekk, li madwar EUR 657 000 000 ġew iffinanzjati minn tariffi u imposti u minn kontribuzzjonijiet diretti mill-pajjiżi parteċipanti;

4. Ifakkar fit-talba tiegħu li l-proċedura ta' kwittanza tiġi ssemplifikata u aċċellerata bil-ħsieb li d-deċiżjoni dwar l-għoti ta' kwittanza tittieħed fis-sena immedjatament wara dik li għaliha tingħata l-kwittanza u filwaqt li l-proċedura tingħalaq fi żmien sena wara s-sena kontabilistika inkwistjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, l-isforzi pożittivi mwettqa u l-kooperazzjoni tajba man-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea ("in-Netwerk") u l-aġenziji individwali, u b'mod partikolari mal-Qorti, fatt li juri potenzjal ċar għas-semplifikazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-proċedura min-naħa tagħhom; japprezza l-progress li sar s'issa u jistieden lill-atturi rilevanti kollha jkomplu bl-isforzi tagħhom favur il-progress ulterjuri tal-proċedura;

Riskji ewlenin u rakkomandazzjonijiet identifikati mill-Qorti

5. Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport tagħha, il-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għall-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji, abbażi ta' standards tal-kontabbiltà internazzjonali, huwa baxx, u li fil-passat kien hemm biss ftit żbalji materjali; jinnota, madankollu, li l-għadd dejjem jikber ta' ftehimiet ta' delega, li permezz tagħhom il-Kummissjoni tassenja kompiti u dħul addizzjonali speċifiċi lill-aġenziji, jirrappreżenta sfida f'termini tal-konsistenza u t-trasparenza tat-trattament tal-kontijiet tal-aġenziji;

6. Jinnota li skont ir-rapport tagħha, il-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għal-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji huwa baxx għall-maġġoranza tal-aġenziji, u huwa medju għall-aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom b'mod parzjali fejn regolamenti speċifiċi huma applikabbli għall-iċċarġjar u l-ġbir ta' tariffi u kontribuzzjonijiet minn operaturi ekonomiċi jew minn pajjiżi li jikkooperaw; jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji huwa medju, filwaqt li jvarja minn baxx sa għoli għal titoli speċifiċi tal-baġit; jinnota li r-riskju għat-Titolu I (infiq għall-persunal) huwa ġeneralment baxx, għat-Titolu II (infiq amministrattiv) ir-riskju hu meqjus bħala medju, u għat-Titolu III (infiq operattiv) ir-riskju huwa meqjus li jvarja minn baxx għal għoli, skont l-aġenzija inkwistjoni u n-natura tal-infiq operattiv tagħha; jirrimarka li sorsi ta' riskju għoli normalment jirriżultaw minn pagamenti ta' akkwist u għotjiet li għandhom jiġu kkunsidrati meta l-Qorti tiddeċiedi fuq kampjun ta' verifiki u awditi futuri;

7. Josserva li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-riskju għal ġestjoni finanzjarja tajba huwa medju u prinċipalment huwa identifikat fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika (IT) u tal-akkwist pubbliku; jiddispjaċih li l-IT u l-akkwist pubbliku għadhom oqsma suxxettibbli għall-iżbalji; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi taħriġ addizzjonali u skambju tal-aħjar prattiki għat-timijiet tal-akkwist tal-Aġenziji;

8. Jenfasizza li l-ħtieġa li jkun hemm strutturi u proċeduri amministrattivi separati għal kull aġenzija tikkostitwixxi riskju inerenti għall-ineffiċjenza amministrattiva u jħeġġeġ lill-aġenziji biex isaħħu r-ragruppament tematiku u l-kooperazzjoni skont l-oqsma ta' politika tagħhom biex jiżguraw l-armonizzazzjoni u l-kondiviżjoni effiċjenti tar-riżorsi; jistieden lill-aġenziji jagħmlu sforzi addizzjonali biex iwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi kondiviżi tagħhom u b'hekk itejbu l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-proċeduri tagħhom;

9. Jenfasizza l-problema li l-kwartieri ġenerali operattivi u amministrattivi ma joffrux valur miżjud operattiv għall-aġenziji, u jinkoraġġixxi aktar azzjoni biex l-ineffiċjenzi jiġu limitati; iħeġġeġ lill-aġenziji biex jgħaqqdu s-sedi tagħhom filwaqt li jikkonċentraw fuq l-oqsma ta' politika speċifiċi tagħhom; jinnota li l-Kummissjoni hija responsabbli biex tipprovdi proposti dwar fużjonijiet, għeluq u/jew trasferimenti ta' kompiti possibbli;

10. Jinnota, skont ir-rapport tal-Qorti, li, wara l-osservazzjonijiet li tqajmu fis-snin preċedenti u minħabba l-iżviluppi ta' politika magħrufa tal-Unjoni f'ċerti oqsma, ir-riskju identifikat b'rabta mal-livell ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri huwa għoli għal xi aġenziji, jiġifieri l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-EASO, u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA); itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tpoġġi dawn il-kwistjonijiet fuq l-aġenda tal-Kunsill bil-ħsieb li l-kooperazzjoni tal-Istati Membri tissaħħaħ;

11. Jirrikonoxxi li x-xogħol effettiv, effiċjenti u mingħajr żbalji tal-aġenziji huwa marbut mill-qrib ma' livell adegwat ta' finanzjament biex ikopri l-attivitajiet operattivi u amministrattivi tagħhom;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

12. Jinnota t-tweġiba tan-Netwerk b'appoġġ għall-istedina tal-Parlament biex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jingħataw rispons kostruttiv fil-qafas tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal wara l-2020 u li kull aġenzija ġiet mistiedna twettaq analiżi tal-proposta tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 mill-Kummissjoni;

13. Jinnota li l-livell ta' dettall ipprovdut fir-rapporti awditjati dwar l-implimentazzjoni baġitarja ta' ċerti aġenziji huwa differenti minn dak tal-maġġoranza tal-aġenziji, u dan juri l-ħtieġa ta' linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji; jirrikonoxxi l-isforzi li saru biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-preżentazzjoni u r-rappurtar tal-kontijiet; josserva, dis-sena wkoll, diskrepanzi f'informazzjoni u dokumenti żvelati mill-aġenziji, speċjalment fir-rigward ta' ċifri relatati mal-persunal, inkluż f'rapporti dwar it-tabella tal-persunal (postijiet okkupati, jew postijiet massimi awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni); jinnota t-tweġiba min-Netwerk li qed isegwi l-linji gwida mill-Kummissjoni, li bħalissa qed jiġu riveduti wara r-Regolament Finanzjarju Qafas il-ġdid u huma mistennija qabel tmiem l-2019; itenni, barra minn hekk, l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex fis-snin li ġejjin tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza, b'mod awtomatiku, il-baġit uffiċjali (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet ta' pagament) u ċ-ċifri tal-persunal (tabella tal-persunal, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati fil-31 ta' Diċembru tas-sena inkwistjoni) fir-rigward tat-32 aġenzija deċentralizzata;

Prestazzjoni

14. Iħeġġeġ lill-aġenziji u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw aktar u jimplimentaw il-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, biex b'mod konsistenti jfittxu l-aktar modi effikaċi biex jagħtu valur miżjud, u biex jesploraw il-possibbiltà ta' titjib fl-effiċjenza fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi; jinnota s-suġġeriment tal-Qorti li l-pubblikazzjoni ta' baġits tal-aġenziji skont l-attività tippermetti r-rabta tar-riżorsi mal-attivitajiet li jintużaw għalihom, u tiffaċilita allokazzjoni baġitarja eħfef, l-effikaċja u tillimita l-ispejjeż mhux meħtieġa;

15. Jinnota b'sodisfazzjon li l-aġenziji stabbilew in-Netwerk bħala pjattaforma ta' kooperazzjoni interaġenzjali biex tiżdied il-viżibbiltà tal-aġenziji, biex jiġi identifikat u promoss it-titjib fl-effiċjenza u biexjingħata valur miżjud; jirrikonoxxi l-valur miżjud tan-Netwerk fil-kooperazzjoni tiegħu mal-Parlament u jilqa' l-isforzi tiegħu fil-koordinazzjoni, fil-ġbir u fil-konsolidazzjoni ta' azzjonijiet u informazzjoni għall-benefiċċju tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; japprezza, barra minn hekk, il-gwida li jipprovdi n-Netwerk lill-aġenziji fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jippjanaw, jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar ir-riżultati, il-baġit u r-riżorsi użati;

16. Jinnota b'sodisfazzjon li xi aġenziji jikkooperaw b'mod effikaċi skont il-gruppi tematiċi tagħhom (pereżempju l-aġenziji tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni[6] u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej[7]); jinkoraġġixxi lil aġenziji oħrajn biex jikkooperaw aktar ma' xulxin fejn ikun possibbli, mhux biss biex jistabbilixxu sinerġiji u servizzi komuni, iżda anki fl-oqsma ta' politika komuni tagħhom; jinnota li l-maġġoranza tal-aġenziji jiffukaw u jistinkaw biex itejbu s-sinerġiji u jaqsmu r-riżorsi; jinnota li n-Netwerk stabbilixxa katalgu online ta' servizzi kondiviżi (prinċipalment servizzi tal-IT), u li fl-2018, ġie żviluppat programm pilota biex jimmonitorja l-użu u l-benefiċċju ta' servizzi kondiviżi li fl-2019 ġie estiż għas-servizzi kondiviżi kollha;

17. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2018, sar xi progress fir-rigward tal-introduzzjoni ta' SYSPER II (l-għodda ta' ġestjoni tar-riżorsi umani żviluppata mill-Kummissjoni), billi ħames aġenziji addizzjonali bdew jużawha fl-2018; jinnota, madankollu, li l-progress fl-implimentazzjoni tagħha jvarja, minħabba li l-proġett huwa kumpless u kull aġenzija għandha l-karatteristiċi speċifiċi tagħha; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tassisti fl-iżgurar li jsir użu tajjeb mill-għodda; jinnota wkoll li sar progress sodisfaċenti fl-introduzzjoni tal-akkwist elettroniku; jinnota madankollu li għadd ta' aġenziji għadhom fil-proċess li jintroduċu l-għodod għall-fatturar elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni;

18. Jesprimi t-tħassib tiegħu li aġenzija tal-Unjoni waħda biss, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, tippubblika rapport dwar is-sostenibbiltà; jistieden lill-aġenziji kollha biex jintegraw bis-sħiħ is-sostenibbiltà fl-informazzjoni ta' rappurtar tagħhom, jippubblikaw rapporti dwar is-sostenibbiltà li jkopru kemm it-tmexxija tal-organizzazzjoni kif ukoll l-operazzjonijiet imwettqa, u jiżguraw l-affidabbiltà tar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà permezz tal-awditjar;

19. Jissottolinja l-fatt li l-aġenziji tal-Unjoni, meta jwettqu l-attivitajiet tagħhom, jeħtiġilhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiżguraw l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità u jikkonformaw mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern;

20. Jinkoraġġixxi lill-aġenziji jiżviluppaw politika koerenti għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħhom;

Politika dwar il-persunal

21. Jinnota li fl-2018, it-32 aġenzija deċentralizzata impjegaw total ta' 7 626 uffiċjal, aġent temporanju, aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat (7 324 fl-2017), u dan jirrappreżenta żieda ta' 3,74 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

22. Jinnota li fl-2018, fil-livell ta' maniġment superjuri, intlaħaq bilanċ bejn is-sessi minn 6 aġenziji, inkiseb bilanċ tajjeb minn 4 aġenziji, iżda li kien hemm rappreżentanza żbilanċjata f'14-il aġenzija (waħda minnhom kien fiha biss rappreżentanza ta' rġiel); jistieden lill-aġenziji jżidu l-isforzi tagħhom biex jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal maniġerjali;

23. Jinnota wkoll li fl-2018, fi ħdan il-bordijiet tat-tmexxija, kien hemm bilanċ ugwali bejn is-sessi fi 3 aġenziji, kien hemm bilanċ tajjeb f'6 aġenziji, iżda li r-rappreżentanza kienet żbilanċjata f'21 aġenzija (waħda minnhom kien fiha biss rappreżentanza ta' rġiel); jitlob lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet rilevanti li jipparteċipaw fil-bordijiet tat-tmexxija biex iżommu f'moħħhom il-ħtieġa ta' bilanċ aħjar bejn is-sessi meta jinnominaw ir-rappreżentanti tagħhom għal dawn il-korpi;

24. Josserva li aġenzija waħda biss, l-ESMA, irrappurtat bilanċ ekwu bejn is-sessi kemm għall-persunal tal-maniġment superjuri kif ukoll għall-bord tat-tmexxija; jilqa' din il-kisba u jħeġġeġ lill-aġenziji l-oħra isegwu dan l-eżempju tajjeb;

25. Jinnota l-informazzjoni pprovduta mill-aġenziji dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost il-maniġment superjuri u fi ħdan il-bordijiet tat-tmexxija, u l-kummenti minn xi aġenziji li ma għandhomx maniġment superjuri apparti d-direttur eżekuttiv; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-aġenziji fil-futur jippreżentaw data għall-kategoriji kollha tal-persunal maniġerjali;

26. Iħeġġeġ lill-aġenziji jiżviluppaw qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizzaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal tiegħu, l-iggwidar tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn is-sessi, it-telexogħol, in-nondiskriminazzjoni, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

27. Jinnota l-konklużjoni fir-rapport tal-Qorti li, wara l-analiżi rapida dwar każ speċifiku tagħha fl-2017 dwar kif l-aġenziji implimentaw l-impenn li jwettqu tnaqqis ta' 5 % tal-persunal fil-pjanijiet ta' stabbiliment tagħhom għall-perjodu bejn l-2014-2018, it-tnaqqis ta' 5 % kien ġie implimentat, għalkemm b'xi dewmien;

28. Jinnota li xi aġenziji qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas ta' persunal suffiċjenti, speċjalment meta jiġu allokati kompiti ġodda mingħajr persunal addizzjonali previst għall-implimentazzjoni tagħhom; l-awtorità ta' kwittanza hija mħassba speċifikament dwar id-diffikultajiet li xi aġenziji jesperjenzaw fir-reklutaġġ ta' persunal bi kwalifiki fi gradi speċifiċi, u dan ifixkel il-prestazzjoni ġenerali tal-aġenziji u jeħtieġ l-impjiegi ta' atturi esterni;

29. Jirrikonoxxi l-passi meħuda mill-aġenziji lejn l-istabbiliment ta' ambjent ħieles mill-fastidju, bħat-taħriġ addizzjonali għall-persunal u l-maniġment kif ukoll l-introduzzjoni ta' konsulenti kunfidenzjali; iħeġġeġ lill-aġenziji li għadhom ma introduċewx tali passi biex jagħmlu dan; u jinkoraġġixxi lill-aġenziji li rċevew ilmenti relatati mal-fastidju biex jittrattawhom bħala prijorità;

30. Jinnota li l-aġenziji jimmonitorjaw u jivvalutaw kontinwament il-livelli ta' persunal u l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali, u li jagħmlu talbiet rilevanti fejn meħtieġ; jirrikonoxxi li tali talbiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċess interistituzzjonali usa', sabiex il-livell tar-riżorsi jkun jikkorrispondi għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-aġenziji;

31. Jenfasizza l-importanza ta' politika ta' benessri tal-persunal; isostni li l-aġenziji jenħtieġ li jipprovdu kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti u ta' kwalità għolja għall-persunal kollu;

32. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-pagamenti fil-kampjuni ta' awditjar jindikaw xejra lejn il-kumpens għan-nuqqasijiet ta' persunal statutorju proprju b'persunal estern (b'mod partikolari konsulenti tal-IT) li jaħdem fil-bini tal-aġenziji f'xi ħin, u li dan jinvolvi l-użu ta' persunal kuntrattwali u interim; jinnota li ħames aġenziji impjegaw ħaddiema interim ipprovduti minn aġenziji ta' xogħol temporanju rreġistrati, iżda ma rrispettawx ir-regoli kollha stabbiliti kemm fid-Direttiva 2008/104/KE[8] kif ukoll fil-liġi nazzjonali rispettiva (pereżempju f'dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol għal ħaddiema interim); jinnota li tliet aġenziji użaw kuntratti għall-forniment ta' servizzi tal-IT u servizzi oħra ta' konsulenza li kienu fformulati u/jew implimentati b'mod li, fil-prattika, jistgħu jirriżultaw fil-kollokament ("mise à disposition") ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija minflok il-forniment ta' servizzi jew prodotti speċifikati b'mod ċar u kif rikjest mid-Direttiva 2008/104/KE[9], u mir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli soċjali u tal-impjieg, li b'hekk jesponu lil dawn l-aġenziji għal riskji legali u ta' reputazzjoni; jistieden lin-Netwerk jintroduċi politika ġenerali biex jipprekludi s-sostituzzjoni ta' persunal permanenti b'konsulenti esterni li jiswew aktar;

33. Jinnota bi tħassib is-sejbiet tal-Qorti li f'xi aġenziji l-ħaddiema interim għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol agħar minn ħaddiema impjegati direttament mill-aġenzija; ifakkar li, skont id-Direttiva 2008/104/KE kif ukoll diversi liġijiet nazzjonali tax-xogħol, il-ħaddiema interim għandhom jaħdmu bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-impriża li tħaddimhom; jistieden lill-aġenziji kkonċernati janalizzaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema interim tagħhom u jiżguraw li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol, kemm dawk tal-Unjoni kif ukoll dawk nazzjonali;

34. Jinnota l-għadd baxx ħafna ta' każijiet ta' informaturi fl-aġenziji tal-Unjoni, li jqajjem tħassib dwar il-fatt li l-persunal ma jkunx konxju mir-regoli eżistenti, jew dwar nuqqas ta' fiduċja fis-sistema; jitlob li l-politiki ta' protezzjoni tal-informaturi tal-aġenziji kollha tal-Unjoni jinġiebu f'konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937[10]; iħeġġeġ lill-aġenziji jużaw b'mod effettiv ir-regoli interni stabbiliti tagħhom jew il-linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; u jistieden lill-aġenziji li għadhom fil-proċess li jadottaw tali regoli biex jagħmlu dan mingħajr dewmien bla bżonn;

 

35. Jappella lill-aġenziji kollha jiżvelaw il-livell ta' rotazzjoni annwali tal-persunal u l-livelli medji ta' assenza mix-xogħol minħabba liv għal raġunijiet ta' mard u jindikaw b'mod ċar il-postijiet li huma okkupati fil-31 ta' Diċembru tas-sena rilevanti, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà interaġenzjali;

36. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrieżamina kif il-koeffiċjent tas-salarju għall-persunal li jaħdem fi Stati Membri differenti jiġi kkalkulat bl-għan li jiġi previst bilanċ ġeografiku aħjar tal-persunal fl-aġenziji;

37. Jinnota bi tħassib li koeffiċjenti ta' korrezzjoni baxxi applikati għas-salarji tal-persunal joħolqu sitwazzjonijiet diffiċli li jistgħu jfixklu l-kapaċità ta' aġenzija li twettaq id-dmirijiet tagħha ta' kuljum b'mod effettiv u jistgħu jwasslu għal livelli għolja ta' tibdil fil-persunal; jenfasizza li l-aġenziji li jinsabu f'pajjiżi fejn jiġi applikat koeffiċjent ta' korrezzjoni baxx għandhom jirċievu appoġġ ulterjuri mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' miżuri komplementari sabiex isiru aktar attraenti għall-persunal attwali u prospettiv, bħall-istabbiliment ta' skejjel Ewropej u faċilitajiet oħra; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt u l-vijabbiltà tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni tas-salarju fil-futur;

38. Jinnota li l-parti l-kbira tal-aġenziji ma jippubblikawx l-avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO); jieħu nota tat-tħassib dwar l-ispejjeż għoljin tat-traduzzjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, il-bord tal-impjiegi interaġenzjali mniedi u amministrat min-Netwerk u jistieden lill-aġenziji kollha japprofittaw mill-pjattaforma;

39. Iħeġġeġ lill-aġenziji tal-Unjoni li m'għandhomx strateġija għad-drittijiet fundamentali, jikkunsidraw li jadottaw waħda, inkluż li ssir referenza għad-drittijiet fundamentali f'kodiċi ta' kondotta li jista' jiddefinixxi d-dmirijiet u t-taħriġ tal-persunal tagħhom; jirrakkomanda li għandhom jiġu implimentati politiki ta' prevenzjoni effikaċi u jinstabu proċeduri effiċjenti biex jissolvew il-kwistjonijiet marbuta mal-fastidju;

Akkwist

40. Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, instabu nuqqasijiet relatati mad-dipendenza eċċessiva fuq kuntratturi, konsulenza esterna u interims, mal-użu ta' kriterji tal-għoti inadegwati u l-konklużjoni ta' kuntratti b'numru ta' offerenti baxx b'mod mhux normali mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli; jinnota li diversi aġenziji esternalizzaw, b'mod estensiv, attivitajiet regolari u, kultant, attivitajiet kummerċjali ewlenin, li jdgħajjef l-għarfien espert intern u l-kontroll tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti, b'xi dgħufijiet fil-proċess ta' akkwist li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni ġusta u l-kisba tal-aħjar valur għal akkwisti ta' flus; jirrakkomanda proporzjon adegwat bejn il-prezz u l-kwalità meta jingħataw kuntratti, tfassil ottimali ta' kuntratti qafas, servizzi intermedjarji ġustifikati u l-użu ta' kuntratti qafas dettaljati; jinnota li għal sitt aġenziji, it-termini tal-kuntratt qafas għall-forniment ta' manutenzjoni u tagħmir tal-IT kienu dgħajfa, peress li dawn ippermettew ix-xiri ta' oġġetti li ma kinux speċifikament imsemmija fih u li ma kinux soġġetti għal proċedura kompetittiva inizjali, u ppermettew ukoll lill-kuntrattur li jimponi żidiet fuq il-prezzijiet tal-oġġetti mixtrija minn fornituri oħra; jinnota li għalkemm l-aġenziji m'għandhom l-ebda setgħa li jbiddlu l-arranġamenti kuntrattwali bażiċi, il-kontrolli ex ante relatati tagħhom ma vverifikawx il-preċiżjoni tal-up-lifts mitluba mill-kuntrattur; jistieden lill-aġenziji u l-korpi kollha tal-Unjoni biex jirrispettaw b'mod strett ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jissottolinja li d-diġitalizzazzjoni hija opportunità tajba għall-aġenziji biex iżidu l-effiċjenza u t-trasparenza, inkluż fil-qasam tal-akkwist; jistieden, għalhekk, lill-aġenziji u lill-korpi kollha biex jiffinalizzaw u jimplimentaw malajr l-offerti elettroniċi, is-sottomissjoni elettronika, il-fatturar elettroniku u l-formoli elettroniċi għall-akkwist pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni u lill-aġenziji jindirizzaw it-titjib meħtieġ fit-timijiet ta' akkwist bħala kwistjoni ta' urġenza, filwaqt li jqisu li l-problema għadha tippersisti u jeħtieġ li tiġi indirizzata b'mod sistemiku;

41. Iqis li l-aġenziji, il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jagħtu eżempju f'termini ta' trasparenza; jitlob għalhekk il-pubblikazzjoni tal-listi sħaħ ta' kuntratti mogħtija permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku, inklużi dawk taħt il-limitu ta' EUR 15 000 rikjest legalment;

42. Jinnota li l-aġenziji deċentralizzati u korpi oħra, flimkien mat-tmien impriżi konġunti tal-Unjoni, jinsistu fuq żieda fl-effiċjenza amministrattiva u l-ekonomiji ta' skala permezz ta' żieda fl-użu ta' proċeduri ta' akkwist konġunti; jinnota, madankollu, li minkejja x-xejra promettenti, it-tentattivi għal proċeduri ta' akkwist konġunti mhux dejjem irnexxew, minħabba, pereżempju analiżi tas-suq li ma kinitx adegwata;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

43. Jinnota li fit-2 ta' April 2019 ġiet organizzata sessjoni ta' ħidma fuq talba tal-Kumitat tal-Parlament għall-Petizzjonijiet dwar "Kunflitti ta' Interess: Integrità, Responsabbiltà u Trasparenza fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE" li fiha ġew ippreżentati s-sejbiet preliminari ta' studju dwar "Kunflitti ta' interess u l-Aġenziji tal-UE"; jiddispjaċih li l-istudju, li d-data tal-preżentazzjoni tiegħu kellha tkun f'Lulju 2019, ġie ppubblikat biss f'Jannar 2020; jinnota li l-istudju jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva u analiżi tal-politiki dwar l-evitar ta' kunflitti ta' interess fl-aġenziji differenti kif ukoll li jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-iskrutinju mtejjeb tal-politiki tal-kunflitti ta' interess fl-aġenziji; jistieden lin-Netwerk jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi fl-applikazzjoni ta' regolamenti u politiki dwar il-kunflitt ta' interess, u dwar il-bidliet possibbli f'termini ta' tali regolamenti u politiki;

44. Jinnota bi tħassib li mhux l-aġenziji u l-korpi kollha tal-Unjoni ppubblikaw fuq is-siti web rispettivi tagħhom id-dikjarazzjonijiet ta' interess għall-membri tal-bordijiet tat-tmexxija, it-tmexxija eżekuttiva u l-esperti sekondati; jiddispjaċih li xi aġenziji għadhom jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess; jenfasizza li mhuwiex f'idejn il-membri jew id-diretturi tal-bord li jiddikjaraw li m'għandhomx kunflitt ta' interess; jitlob li jkun hemm mudell unifikat ta' dikjarazzjonijiet ta' interess li għandu jiġi implimentat mill-aġenziji kollha; jenfasizza l-importanza li jiġi stabbilit korp ta' etika indipendenti biex jivvaluta sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess u l-fenomenu tal-bibien iduru fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-esperti sekondati kollha jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs rispettivi tagħhom fuq is-siti web tal-aġenziji rispettivi;

45. Itenni li politika dwar il-kunflitti ta' interess mhux dettaljata biżżejjed tista' tirriżulta f'telf ta' kredibbiltà ta' aġenzija; jafferma li l-punt tat-tluq ta' dawn il-politiki kollha huwa l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' interess regolari u dettaljati biżżejjed; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-bidla lejn dikjarazzjonijiet ta' interess pożittivi minflok dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' interess jippermetti kontrolli aktar komprensivi; jenfasizza li, barra minn hekk, l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu ta' skrinjar tal-kunflitti ta' interess, b'mod proporzjonat għad-daqs u l-funzjoni ta' dik l-aġenzija;

46. Jistieden lill-aġenziji kollha jipparteċipaw fil-ftehim interistituzzjonali dwar ir-reġistru ta' trasparenza għal rappreżentanti ta' interess li qed isiru negozjati dwarhom bħalissa bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament;

47. Iqis li huwa ta' dispjaċir li għad m'hemmx linji gwida ċari u li m'hemm l-ebda politika konsolidata dwar il-kwistjoni tal-bibien iduru; jenfasizza l-fatt li din il-kwistjoni hija ta' importanza ewlenija, b'mod partikolari fil-każ ta' dawk l-aġenziji li jaħdmu mal-industriji; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi regoli aktar b'saħħithom, kontrolli aħjar u linji gwida aktar ċari dwar perjodi ta' preklużjoni għall-persunal li jkun se jitlaq, kif ukoll miżuri oħra relatati mal-kunċett tal-bibien iduru;

48. Jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji, ħlief iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għandhom fis-seħħ linji gwida għall-għoti ta' aċċess pubbliku għal dokumenti; jinnota, madankollu, li s-CdT jipprevedi li jkollu linji gwida fis-seħħ u li l-eu-LISA se tiżviluppa regoli interni dwar kif tittratta talbiet għall-aċċess ta' dokumenti pubbliċi u se tagħmel sforzi biex tadottahom fl-2020;

49. Itenni t-tħassib tiegħu li l-aġenziji li jirċievu parti kbira mid-dħul tagħhom bħala tariffi mħallsa mill-industrija huma aktar suxxettibbli għar-riskju ta' kunflitti ta' interess u tal-indipendenza professjonali tagħhom; jistieden lill-aġenziji u lill-Kummissjoni jnaqqsu d-dipendenza fuq it-tariffi tal-industrija;

50. Itenni l-istedina tiegħu lill-aġenziji biex jimplimentaw politika komprensiva u orizzontali dwar l-evitar ta' kunflitti ta' interess, u biex jużaw il-politika dwar l-indipendenza tal-ECHA bħala mudell tal-aħjar prattika u sistema eżemplari għall-monitoraġġ u l-prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess; jinkoraġġixxi lill-aġenziji kollha biex jistabbilixxu kumitat konsultattiv dwar il-kunflitti ta' interess;

Kontrolli interni

51. Jirrikonoxxi l-kumment tal-Qorti li, meta jużaw kuntratti interistituzzjonali, l-aġenziji jibqgħu responsabbli għall-applikazzjoni tal-prinċipji tal-akkwist pubbliku għax-xiri speċifiku tagħhom, u li l-kontrolli interni tal-aġenziji jridu jiżguraw li dawn jiġu rrispettati;

52. Jinnota li fi tmiem l-2018, il-bordijiet ta' 29 aġenzija kienu adottaw il-qafas ta' kontroll intern rivedut tal-Kummissjoni, u li 15-il aġenzija rrappurtaw ukoll l-implimentazzjoni tiegħu; japella għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern mill-aġenziji kollha sabiex l-istandards ta' kontroll jiġu allinjati mal-ogħla standards internazzjonali u biex jiġi żgurat li l-kontrolli interni jappoġġaw it-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod effettiv u effiċjenti;

53. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, xi aġenziji ma għandhomx politiki fis-seħħ li jiddefinixxu l-funzjonijiet sensittivi tagħhom u l-kontrolli ta' mitigazzjoni relatati (li għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskju tal-użu ħażin ta' setgħat iddelegati lill-persunal u li jenħtieġ li jkunu element standard ta' kontroll intern); iħeġġeġ għalhekk lil dawk l-aġenziji biex jadottaw tali politiki;

Kummenti oħra

54. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-aġenziji li qabel kienu bbażati f'Londra (l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)) telqu mir-Renju Unit u ġew rilokati fl-2019 u li l-kontijiet tagħhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-ispejjeż tal-ġarr relatati; jinnota, barra minn hekk, fil-każ tal-EMA, li l-Qorti rreferiet għal żviluppi wara l-ftehim ta' kiri tal-aġenzija u d-deċiżjoni tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja tal-Ingilterra u Wales; jinnota l-obbligazzjoni kontinġenti ta' EUR 465 000 000 li fadal wara l-konklużjoni tal-ftehim il-ġdid ta' sullokazzjoni u l-inċertezza dwar it-telf totali tal-persunal wara r-rilokazzjoni; barra minn hekk, jinnota bi tħassib li għaż-żewġ aġenziji, il-Qorti rreferiet ukoll għal tnaqqis possibbli fid-dħul wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

55. Jilqa' l-Analiżi rapida dwar każ speċifiku tal-Qorti "Rappurtar dwar is-sostenibbiltà: rendikont tal-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE"; itenni s-sejbiet tagħha li l-informazzjoni li tinġabar jew tiġi ppubblikata hija prinċipalment relatata mal-mod kif it-tmexxija tal-organizzazzjonijiet taffettwa s-sostenibbiltà (bħall-użu li huma jagħmlu mill-karti jew mill-ilma) aktar milli mal-mod kif dawn iqisu s-sostenibbiltà fl-istrateġija u l-operazzjonijiet ġenerali tagħhom; jenfasizza li rappurtar tant iffukat internament ma jaqbadx il-kwistjonijiet l-aktar essenzjali għal organizzazzjoni; jistieden lill-aġenziji kollha biex jevalwaw l-impatt negattiv fuq is-sostenibbiltà mill-operazzjonijiet tagħhom, u biex jinkludu dan b'mod strutturat fir-rappurtar dwar is-sostenibbiltà tagħhom;

56. Iħeġġeġ bis-saħħa lill-aġenziji jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

57. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-attenzjoni tal-aġenziji titqiegħed fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka u l-ħidma tagħhom mal-pubbliku ġenerali, u biex ikun hemm kuntatt mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja bl-għan tas-sensibilizzazzjoni dwar l-operazzjonijiet tagħhom; ifakkar fin-nuqqas ġenerali ta' għarfien fost iċ-ċittadini dwar l-aġenziji anke fil-pajjiż fejn joperaw; jappella lill-aġenziji biex jilħqu lin-nies b'mod aktar effettiv u frekwenti;

 58. Jenfasizza l-effetti negattivi possibbli tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tal-aġenziji, speċifikament fir-rigward ta' tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet diretti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi b'diliġenza estrema meta tkun qed tittratta l-prevenzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni tar-riskju għall-aġenziji;

59. Jilqa' l-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA), li r-regolament ta' twaqqif tagħha daħal fis-seħħ f'Marzu 2018 u li bdiet topera f'Ottubru 2019; jenfasizza l-bżonn li jiġu allokati riżorsi finanzjarji suffiċjenti għat-twaqqif tagħha; jinsisti li l-finanzjament ma jistax isir permezz ta' riallokazzjoni ta' fondi mil-linji baġitarji u l-aġenziji l-oħra tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali u li l-ELA, bħala korp ġdid, tirrikjedi riżorsi ġodda biex taħdem bla xkiel; jenfasizza, b'mod partikolari, li t-twaqqif tal-ELA m'għandux jirriżulta fi tnaqqis tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tan-Netwerk tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES), li għandu rwol ċentrali fl-iffaċilitar tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol taċ-ċittadini tal-Unjoni u joffri servizzi u sħubijiet għal dawk li qed ifittxu x-xogħol u għall-impjegaturi, għas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, għas-sħab soċjali u għall-awtoritajiet lokali; jenfasizza l-bżonn, għalhekk, li jinżammu linji baġitarji ċari u separati għall-ELA u l-EURES;

60. Jirrimarka li l-ELA se tgħin biex ikun żgurat li r-regoli tal-Unjoni dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b'mod effettiv u ġust, se tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex jinfurzaw dawn ir-regoli, u se tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini u għan-negozji biex jibbenefikaw mis-suq intern; huwa tal-opinjoni li, għalkemm l-erba' aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)) huma b'mod predominanti ċċentrati fuq ir-riċerka, jistgħu jappoġġaw u jikkontribwixxu b'mod utli għall-ħidma tal-ELA;

61. Jenfasizza li t-trasparenza tal-aġenziji, u l-għarfien taċ-ċittadini tal-eżistenza tagħhom, huma essenzjali għar-responsabbiltà demokratika tagħhom; iqis li l-faċilità tal-użu tad-data u r-riżorsi tal-aġenziji hija ta' importanza fundamentali; jitlob, għalhekk, li ssir valutazzjoni dwar kif id-data u r-riżorsi qed jiġu ppreżentati u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni bħalissa, u dwar kemm iċ-ċittadini jsibuha faċli biex jidentifikawhom, jagħrfuhom u jużawhom;

62. Jirrakkomanda li l-aġenziji kollha jiffukaw fuq il-komunikazzjoni pubblika u l-pubbliċità peress li l-eżistenza u l-attivitajiet tagħhom spiss ma jkunux magħrufa fost iċ-ċittadini;

63. Iħeġġeġ lill-aġenziji tal-Unjoni jikkunsidraw l-adozzjoni ta' strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluża referenza għad-drittijiet fundamentali f'kodiċi ta' kondotta li jista' jiddefinixxi d-dmirijiet tal-persunal tagħhom u t-taħriġ tiegħu; iħeġġeġ l-istabbiliment ta' mekkaniżmi li jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali jiġi identifikat u rrappurtat, filwaqt li tinġibed l-attenzjoni tal-korpi ewlenin tal-aġenzija kkonċernata għar-riskji ta' tali ksur; iħeġġeġ l-istabbiliment, fejn rilevanti, tal-pożizzjoni ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, li jirrapporta direttament lill-bord tat-tmexxija biex jiġi żgurat grad stabbilit ta' indipendenza fil-konfront tal-persunal l-ieħor, sabiex jiġi żgurat li t-theddid għad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament u jsir aġġornament kontinwu tal-politika dwar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-organizzazzjoni; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali; iħeġġeġ li l-konformità mad-drittijiet fundamentali tkun parti ċentrali tat-termini ta' referenza tal-kollaborazzjoni tal-aġenzija kkonċernata ma' atturi esterni, inkluż b'mod partikolari membri ta' amministrazzjonijiet nazzjonali li magħhom jinteraġixxu fuq livell operattiv;

64. Iħeġġeġ lill-aġenziji kollha fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) biex jikkunsidraw ir-reġistrazzjoni fl-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom;

o

o  o

65. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji soġġetti għal din il-proċedura ta' kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (23.1.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</CommissionInt>


<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll</Titre>

<DocRef>(2019/2098(DEC))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Tomáš Zdechovský</Depute>

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jenfasizza r-rwol importanti tal-aġenziji fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-kompiti ta' natura teknika, xjentifika, operazzjonali u/jew regolatorja; japprezza, f'dan il-kuntest, l-importanza u l-kwalità tal-ħidma mwettqa mill-erba' aġenziji li jaqgħu fl-oqsma ta' responsabbiltà tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (Cedefop, Eurofound, EU-OSHA u ETF);

2. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li, skont ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, il-Qorti tal-Awdituri ħarġet opinjonijiet tal-awditjar mhux kwalifikati dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji kollha; jinnota li l-Qorti ħarġet opinjonijiet mhux kwalifikati dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti ħarġet opinjonijiet mhux kwalifikati dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji, bl-eċċezzjoni tal-EASO;

3. Jilqa' r-rapport ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni (ippubblikat fl-2019) tal-Aġenziji tal-UE li jaħdmu fil-qasam ta' politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali (EUROFOUND, CEDEFOP, ETF u EU-OSHA) dwar ir-rilevanza, l-effikaċja, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-aġenziji; jenfasizza li l-Kummissjoni identifikat diversi oqsma fejn jista' jsir titjib, iżda b'mod ġenerali r-rapport ta' evalwazzjoni tagħha huwa pożittiv ħafna u jiddikjara li l-aġenziji wettqu l-kompiti tagħhom b'valur miżjud għoli u b'effikaċja kbira fir-rigward tal-ispejjeż, u li xogħolhom kien rilevanti u utli għall-partijiet kkonċernati tagħhom;

4. Jilqa' u jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fost l-aġenziji fi ħdan il-qafas tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE (EUAN) u lil hinn minnu, peress li dan għandu rwol importanti fl-identifikazzjoni u l-promozzjoni tat-titjib possibbli fl-effiċjenza, fiż-żieda tal-valur u fl-iżgurar ta' komunikazzjoni effiċjenti bejn l-aġenziji u l-partijiet ikkonċernati rilevanti; japprezza u jħeġġeġ il-kollaborazzjoni mill-qrib fost l-aġenziji li jaqgħu fl-oqsma ta' responsabbiltà tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali sabiex jiġu żgurati s-sinerġiji, il-komplementarjetà u l-kondiviżjoni tar-riżorsi;

5. Jirrikonoxxi, f'dan il-kuntest, il-progress miksub mill-aġenziji fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar miżuri u kooperazzjoni mtejba biex jgħinu fit-tnaqqis tal-ispejjeż, fiż-żieda tal-effiċjenza u fil-kisba ta' sinerġiji aktar b'saħħithom bejniethom; japprezza li l-aġenziji kollha li jaqgħu fl-oqsma ta' responsabbiltà tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kisbu l-objettivi tagħhom u wettqu l-programmi ta' ħidma tagħhom, u jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati persunal u riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettulhom ikomplu jimplimentaw il-programmi ta' ħidma tagħhom b'rata ta' tlestija tal-attività għolja ħafna; jistieden lill-EUAN jiżviluppa politika ġenerali biex il-persunal permanenti ma jiġix sostitwit b'konsulenti esterni li jiswew aktar;

6. Jirrakkomanda li l-aġenziji kollha jadottaw u jimplimentaw il-Qafas ta' Kontroll Intern tal-Kummissjoni li jiżgura l-allinjament tal-istandards ta' kontroll intern mal-ogħla standards internazzjonali;

7. Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-osservazzjonijiet li għamlet il-Qorti fir-rapport annwali tagħha dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018 jikkonċernaw nuqqasijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, kif kien il-każ fis-snin preċedenti; iħeġġeġ lill-aġenziji biex ikomplu jtejbu l-proċeduri ta' akkwist pubbliku tagħhom, filwaqt li jiżguraw il-konformità sħiħa mar-regoli applikabbli u li l-akkwisti jkollhom l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz; jinnota li fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-osservazzjonijiet tal-Qorti jirreferu għal dipendenza eċċessiva fuq il-kuntratturi, il-konsulenza esterna u l-interims;

8. Jirrikonoxxi l-progress miksub mill-aġenziji fir-rigward tal-introduzzjoni tal-akkwist elettroniku;

9. Jappoġġja l-konklużjonijiet tal-Qorti li l-użu ta' kuntratti qafas m'għandux ifixkel proċedura ta' akkwist ġusta u kompetittiva u li l-kompetizzjoni fir-rigward tal-prezz trid tqis l-elementi ewlenin kollha tal-prezz; huwa tal-fehma li l-proċeduri ta' akkwist konġunt jew il-kuntratti qafas interistituzzjonali, ibbażati fuq analiżi tas-suq u prova tal-fattibbiltà għall-proċedura konġunta, jistgħu jgħinu biex jinkisbu gwadanji fl-effiċjenza u ekonomiji ta' skala għall-aġenziji u jistgħu jkunu partikolarment utli għall-aġenziji li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti, bħal pereżempju l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol;

10. Jilqa' l-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li r-regolament ta' twaqqif tagħha tressaq f'Marzu 2018 u li bdiet topera f'Ottubru 2019; jenfasizza l-bżonn li jiġu allokati riżorsi finanzjarji suffiċjenti għat-twaqqif tagħha; jinsisti li l-finanzjament ma jistax isir permezz ta' riallokazzjoni ta' fondi mil-linji baġitarji u l-aġenziji l-oħra tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali u li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, bħala korp ġdid, tirrikjedi riżorsi ġodda biex taħdem bla xkiel; jenfasizza, b'mod partikolari, li t-twaqqif tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol m'għandux jirriżulta fi tnaqqis tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-EURES, li għandu rwol ċentrali fl-iffaċilitar tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol taċ-ċittadini tal-Unjoni u joffri servizzi u sħubijiet għal dawk li qed ifittxu x-xogħol u għall-impjegaturi, għas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, għas-sħab soċjali u għall-awtoritajiet lokali; jenfasizza l-bżonn, għalhekk, li jinżammu linji baġitarji ċari u separati għall-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u l-EURES;

11. Jirrimarka li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol se tgħin biex ikun żgurat li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b'mod effettiv u ġust, se tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex jinfurzaw dawn ir-regoli, u se tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini u għan-negozji biex jibbenefikaw mis-suq intern; huwa tal-fehma li, għalkemm l-erba' aġenziji (EUROFOUND, CEDEFOP, ETF u EU-OSHA) huma fil-biċċa l-kbira ffukati fuq ir-riċerka, dawn jistgħu jappoġġjaw u jikkontribwixxu b'mod utli għall-ħidma tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol;

12. Jenfasizza li t-trasparenza u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-eżistenza tal-aġenziji huma essenzjali għar-responsabbiltà demokratika tagħhom; iqis li l-utilizzabbiltà u l-faċilità tal-użu tar-riżorsi u tad-data tal-aġenziji huma ta' importanza fundamentali; jitlob, għalhekk, li ssir valutazzjoni dwar kif id-data u r-riżorsi qed jiġu ppreżentati u magħmula disponibbli bħalissa, u dwar kemm iċ-ċittadini jsibuha faċli biex jidentifikawhom, jgħarfuhom u jużawhom;

13. Jirrakkomanda li l-aġenziji kollha jiffukaw fuq il-komunikazzjoni pubblika u l-pubbliċità peress li l-eżistenza u l-attivitajiet tagħhom spiss ma jkunux magħrufa fost iċ-ċittadini;

14. Iħeġġeġ lill-aġenziji tal-UE biex jikkunsidraw l-adozzjoni ta' strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluża referenza għad-drittijiet fundamentali f'kodiċi ta' kondotta li jista' jiddefinixxi d-dmirijiet tal-membri tal-persunal tagħhom u t-taħriġ tagħhom; biex jistabbilixxu mekkaniżmi li jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali jiġi identifikat u rrapportat, filwaqt li tinġibed l-attenzjoni tal-korpi ewlenin tal-aġenzija kkonċernata għar-riskji ta' tali ksur; biex jistabbilixxu, fejn rilevanti, il-pożizzjoni ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, li jirrapporta direttament lill-bord tat-tmexxija biex jiġi żgurat ċertu livell ta' indipendenza fil-konfront ta' persunal ieħor, sabiex jiġi żgurat li t-theddid għad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament u jsir ammeljorament kontinwu tal-politika dwar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-organizzazzjoni; biex jiżviluppaw djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali; u biex jagħmlu l-konformità mad-drittijiet fundamentali element ċentrali tat-termini ta' riferenza tal-kollaborazzjoni tal-aġenzija kkonċernata ma' atturi esterni, inklużi, b'mod partikolari, membri ta' amministrazzjonijiet nazzjonali li jinteraġixxu magħhom f'livell operazzjonali;


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marc Angel, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Jane Brophy, Sylvie Brunet, David Casa, Leila Chaibi, Özlem Demirel, Jarosław Duda, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Helmut Geuking, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Agnes Jongerius, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Elena Lizzi, Radka Maxová, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Matthew Patten, Kira Marie Peter-Hansen, Alexandra Louise Rosenfield Phillips, Dragoş Pîslaru, Manuel Pizarro, Miroslav Radačovský, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Guido Reil, Daniela Rondinelli, Monica Semedo, Eugen Tomac, Romana Tomc, Yana Toom, Nikolaj Villumsen, Marianne Vind, Maria Walsh, Stefania Zambelli, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alex Agius Saliba, Marc Botenga, Antonius Manders, Bill Newton Dunn, Sara Skyttedal, Marie-Pierre Vedrenne, Anna Zalewska

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

46

+

ECR

Lucia Ďuriš Nicholsonová, Helmut Geuking, Elżbieta Rafalska, Anna Zalewska

GUE/NGL

Marc Botenga, Leila Chaibi, Özlem Demirel, Nikolaj Villumsen

NI

Miroslav Radačovský, Daniela Rondinelli

PPE

David Casa, Jarosław Duda, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Antonius Manders, Dennis Radtke, Sara Skyttedal, Eugen Tomac, Romana Tomc, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský

RENEW

Jane Brophy, Sylvie Brunet, Radka Maxová, Bill Newton Dunn, Dragoş Pîslaru, Monica Semedo, Yana Toom, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Alex Agius Saliba, Marc Angel, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Estrella Durá Ferrandis, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, Agnes Jongerius, Manuel Pizarro, Marianne Vind

VERTS/ALE

Katrin Langensiepen, Kira Marie Peter-Hansen, Alexandra Louise Rosenfield Phillips, Tatjana Ždanoka

 

6

-

ID

Nicolaus Fest, France Jamet, Elena Lizzi, Guido Reil, Stefania Zambelli

NI

Lefteris Nikolaou-Alavanos

 

1

0

NI

Matthew Patten

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN (21.1.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</CommissionInt>


<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll</Titre>

<DocRef>(2019/2098(DEC))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Roberta Metsola</Depute>

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jesprimi s-sodisfazzjon ġenerali tiegħu rigward il-ħidma tat-tmien aġenziji deċentralizzati (CEPOL, EASO, EMCDDA, eu-LISA, Eurojust, Europol, FRA, FRONTEX) li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu, li jwettqu kompiti operattivi, analitiċi jew maniġerjali u b'hekk jappoġġjaw lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-politiki fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI), u l-mod kif jiġu implimentati l-baġits tagħhom; ifakkar fir-rwol importanti tal-aġenziji tal-ĠAI fl-appoġġ u l-għoti ta' pariri lill-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat l-għoti ta' appoġġ finanzjarju adegwat lill-aġenziji tal-ĠAI sabiex jissodisfaw il-mandati tagħhom b'mod kompletament trasparenti u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali;

2. Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") iċċertifikat il-legalità u r-regolarità tal-kontijiet annwali tal-aġenziji kollha tal-ĠAI u d-dħul li fuqu huma bbażati dawn il-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018;

3. Jinnota li l-Qorti sabet li l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet kienu legali u regolari għall-aġenziji kollha ħlief għall-EASO, li għalihom inħarġet opinjoni kwalifikata minħabba irregolaritajiet fir-rigward tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku u l-pagamenti relatati; jinnota li l-azzjonijiet korrettivi li nbdew mill-EASO bħala reazzjoni għas-sejbiet tal-Qorti għall-2017 rigward il-governanza u l-arranġamenti ta' kontroll intern tal-EASO kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2018; jenfasizza, b'mod partikolari, li l-maġġoranza tal-postijiet vakanti li nfetħu fl-2017 baqgħu mhux mimlija fi tmiem l-2018; jiddeplora l-fatt li l-legalità u r-regolarità tal-pagamenti m'għamlux wisq progress fl-2018 minħabba n-nuqqas ta' attenzjoni adegwata fil-ġestjoni; jiddispjaċih li għal darb'oħra kien hemm irregolaritajiet fi proċedura ta' akkwist sinifikanti (EUR 50 miljun) imwettqa mill-EASO fl-2018 minħabba dgħufijiet proċedurali maġġuri; jirrikonoxxi li d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid diġà ħadet azzjonijiet biex ittejjeb il-ġestjoni tal-EASO u qed turi impenn qawwi biex tindirizza bħala kwistjoni ta' prijorità n-nuqqasijiet organizzattivi fi ħdan l-EASO; iħeġġeġ lill-EASO jżomm dan l-impenn u jippreżenta rapport lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fuq bażi regolari;

4. Iqis li s-sensittività ta' informazzjoni pproċessata minn aġenziji tal-ĠAI tirrikjedi politika ta' kunfidenzjalità stretta, b'mod partikolari fir-rigward tar-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-persunal; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li l-aġenziji tal-Unjoni qed jirreklutaw dejjem aktar persunal temporanju pjuttost milli persunal kuntrattwali; jinnota, madankollu, li l-Qorti identifikat tendenza orizzontali fost l-aġenziji tal-Unjoni li jmorru lura għar-reklutaġġ ta' persunal estern impjegat fir-rwoli ta' konsulenza tal-IT; jitlob li din id-dipendenza fuq ir-reklutaġġ estern fil-qasam tal-ĠAI titnaqqas u li s-servizzi tal-IT jiġu internalizzati kemm jista' jkun, bil-ħsieb tar-riskju serju li jirriżulta minn esternalizzazzjoni eċċessiva għall-protezzjoni ta' data personali sensittiva;

5. Jinnota li l-Qorti ma indirizzatx is-"sensibbiltà" għal din il-kwistjoni fir-rigward tal-aġenziji tal-ĠAI, bl-eċċezzjoni tal-FRONTEX; jinnota li l-FRONTEX irrimborżat EUR 60 miljun tan-nefqa relatata mat-tagħmir mingħajr kontrolli ex ante xierqa; jenfasizza li l-kontrolli ex ante jsiru ineffettivi jekk l-ispejjeż jiġu rimborżati mingħajr verifika minn qabel dwar jekk tali spejjeż humiex ġustifikati; jinnota wkoll li l-FRONTEX ma wettqitx verifiki ex post biex tikkumpensa għad-dgħufija tal-proċedura ex ante tagħha; iqis li dan il-mod ta' kif wieħed jipproċedi huwa problematiku ħafna u jappella għal azzjoni immedjata biex din il-problema tissolva, filwaqt li jappella għall-prevenzjoni tar-ripetizzjoni tagħha fil-futur, partikolarment bil-ħsieb taż-żieda sinifikanti fil-baġit għall-FRONTEX fis-snin li ġejjin; iħeġġeġ lill-FRONTEX tirrevedi l-iskema ta' finanzjament tagħha għan-nefqa relatata mat-tagħmir u biex issaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontrolli interni tagħha sabiex tiżgura li r-rimborżi jingħataw għall-ispejjeż effettivament imġarrba;

6. Jinnota li l-akkwist pubbliku jibqa' l-qasam l-aktar suxxettibbli għall-iżbalji b'relazzjoni mal-aġenziji deċentralizzati kollha tal-Unjoni, inklużi dawk fil-qasam tal-ĠAI; jenfasizza b'mod partikolari l-estensjoni illeġittima tat-tul tal-kuntratti, l-inkonsistenzi finanzjarji bejn kuntratti qafas u kuntratti speċifiċi, dipendenza żejda fuq kuntratturi speċifiċi, u użu mhux ġustifikat ta' proċeduri ta' akkwist innegozjati; jenfasizza li, minħabba l-fatt li l-aġenziji jiddependu fuq il-finanzjament pubbliku, kwalunkwe dgħufija fil-ġestjoni tal-akkwist pubbliku hija fl-aħħar mill-aħħar detrimentali għall-effiċjenza tagħhom u għall-kisba tal-objettivi tagħhom; jistieden għalhekk lill-aġenziji tal-ĠAI affettwati, jiġifieri CEPOL, EASO, EMCDDA, eu-LISA, Eurojust, Europol, u FRONTEX, itejbu l-proċeduri tagħhom tal-akkwist pubbliku bil-ħsieb tal-konformità mar-regoli applikabbli, u b'riżultat ta' dan, il-kisba tal-akkwisti l-aktar ekonomikament vantaġġużi, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni.

7. Iħeġġeġ lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jikkunsidraw ir-reġistrazzjoni fl-EMAS sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom;

8. Jinnota bi tħassib li diversi aġenziji għandhom nuqqasijiet serji fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi; jenfasizza l-importanza li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata u jistieden lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jistinkaw biex jiksbu l-bilanċ u l-objettivi stabbiliti mill-Kummissjoni fl-"Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019" tagħha, jiġifieri livell ta' mill-inqas 40 % tas-sess sottorappreżentat;

9. Iħeġġeġ lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jimplimentaw politika ċara kontra l-fastidju għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe mġiba ta' dan it-tip fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom u jikkundannawha kull meta sseħħ;


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

13.1.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Konstantinos Arvanitis, Malik Azmani, Nicolas Bay, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Damien Carême, Caterina Chinnici, Tudor Ciuhodaru, Clare Daly, Cornelia Ernst, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Assita Kanko, Fabienne Keller, Alice Kuhnke, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Javier Moreno Sánchez, Kostas Papadakis, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Tineke Strik, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Ann Widdecombe, Elena Yoncheva

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damian Boeselager, Patrick Breyer, Delara Burkhardt, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Beata Kempa, Ondřej Kovařík, Kris Peeters, Robert Roos, Miguel Urbán Crespo, Loránt Vincze, Petar Vitanov, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lukas Mandl

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

PPE

Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Lukas Mandl, Roberta Metsola, Kris Peeters, Emil Radev, Paulo Rangel, Loránt Vincze, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský

S&D

Delara Burkhardt, Caterina Chinnici, Tudor Ciuhodaru, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Petar Vitanov, Bettina Vollath, Elena Yoncheva

RENEW

Malik Azmani, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Ondřej Kovařík, Michal Šimečka

VERTS/ALE

Damian Boeselager, Patrick Breyer, Damien Carême, Alice Kuhnke, Terry Reintke, Tineke Strik

ECR

Lucia Ďuriš Nicholsonová, Patryk Jaki, Assita Kanko, Beata Kempa, Nicola Procaccini

GUE/NGL

Konstantinos Arvanitis, Clare Daly, Cornelia Ernst, Miguel Urbán Crespo

 

5

-

ID

Nicolas Bay, Tom Vandendriessche

ECR

Robert Roos

NI

Kostas Papadakis, Ann Widdecombe

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.2.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Ryszard Czarnecki, José Manuel Fernandes, Luke Ming Flanagan, Isabel García Muñoz, Cristian Ghinea, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Nico Semsrott, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, Niclas Herbst, David Lega, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

József Szájer

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ECR

Ryszard Czarnecki

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

NI

Sabrina Pignedoli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, David Lega, József Szájer, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

RENEW

Olivier Chastel, Cristian Ghinea, Ramona Strugariu

S&D

Caterina Chinnici, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Lara Wolters

VERTS/ALE

Mikuláš Peksa, Michèle Rivasi, Nico Semsrott

 

3

-

ID

Matteo Adinolfi, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs

 

0

0

 

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.

[2] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

[3] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[4] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[5] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[6] L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL), l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Unità tal-Unjoni Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust).

[7] L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

[8]  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

[9]  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

[10] Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2016, p. 17).

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza