Proċedura : 2012/0006(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0084/2020

Testi mressqa :

A9-0084/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0145

<Date>{23/04/2020}23.4.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0084/2020</NoDocSe>
PDF 180kWORD 50k

<TitreType>RAKKOMANDAZZJONI</TitreType>     <RefProcLect>***</RefProcLect>

<Titre>dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova</Titre>

<DocRef>(14205/2019 – C9-0192/2019 – 2012/0006(NLE))</DocRef>


<Commission>{TRAN}Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu</Commission>

Rapporteur: <Depute>Roberts Zīle</Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova

(14205/2019 – C9-0192/2019 – 2012/0006(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14205/2019),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (08185/2012),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0192/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0084/2020),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.

 


 

NOTA SPJEGATTIVA

Dan il-Ftehim jistabbilixxi Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova bħala parti mis-Sħubija tal-Lvant tal-UE u l-politika usa' tal-viċinat tal-UE. Il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Moldova għandhom jiġu sostitwiti bil-ftehim il-ġdid.

 

Proċedura

 

Dan il-ftehim ġie nnegozjat mill-Kummissjoni skont l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill f'Ġunju 2011, u ġie ffirmat fis-26 ta' Ġunju 2012, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, skont id-Deċiżjoni 2012/639/UE[1]. Wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE, il-Protokoll rilevanti dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja ma' dan il-Ftehim ġie ffirmat fit-22 ta' Lulju 2015[2].

 

Barra minn hekk, dan il-ftehim iqis ukoll id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona kif ukoll il-modifiki legali wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja[3].

 

Sabiex jiġi konkluż il-Ftehim, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, kif mitlub mill-Artikolu 218 tat-TFUE.

 

Skont l-Artikoli 105 u 114(5), (7) u (8) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, il-kumitat responsabbli għandu jressaq rakkomandazzjoni għall-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tal-att propost. Il-Parlament imbagħad għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika, u ma jistgħux jitressqu emendi għall-Ftehim. L-emendi fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu r-rakkomandazzjoni proposta mir-Rapporteur.

 

Dispożizzjonijiet ewlenin tal-Ftehim

 

Dan il-Ftehim jagħmel parti mill-politika tal-viċinat tal-UE. Ikompli jiżviluppa, u jieħu post, il-qafas ta' ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Moldova permezz tal-istabbiliment tal-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u s-sħab tagħha tas-Sħubija tal-Lvant. Il-Ftehim jipprevedi l-ftuħ gradwali tas-suq fir-rigward tal-aċċess għar-rotot u l-kapaċità fuq bażi reċiproka, jiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi bbażati fuq il-prinċipji tal-UE u jipprevedi l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni tal-Moldova mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet bħas-sikurezza, is-sigurtà u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

 

 

 

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

 

Dan il-Ftehim komprensiv ikopri mhux biss id-drittijiet tat-traffiku tal-ajru biex jippermetti titjiriet diretti bejn kwalunkwe ajruport tal-UE u l-Moldova, iżda jkopri wkoll firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet tal-avjazzjoni, bħad-drittijiet tal-passiġġieri, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, ir-regolamentazzjoni ekonomika, il-kompetizzjoni u l-aspetti soċjali. Ladarba jiġi ratifikat, se jwassal għall-allinjament tal-istandards tal-Moldova fit-trasport bl-ajru mal-qafas tal-UE, u b'riżultat ta' dan, se joffri benefiċċji reċiproċi għaż-żewġ naħat tal-Ftehim. Barra minn hekk, bħala parti mill-politika tal-viċinat tal-UE, huwa strument importanti fl-approfondiment tar-relazzjoni ekonomika mal-Moldova. Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti rakkomandazzjoni favorevoli dwar il-konklużjoni tal-Ftehim.

 

 

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova

Referenzi

13800/2012 – C7-0365/2012 – 2012/0006(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

24.10.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

19.11.2012

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Roberts Zīle

12.9.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.4.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Andor Deli, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vera Tax, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Daly, Maria Grapini, Maximilian Krah

Data tat-tressiq

23.4.2020

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ECR

Peter Lundgren, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

GUE/NGL

Clare Daly, Kateřina Konečná, Elena Kountoura

ID

Marco Campomenosi, Maximilian Krah, Julie Lechanteux, Philippe Olivier, Lucia Vuolo

NI

Mario Furore

PPE

Magdalena Adamowicz, Andor Deli, Gheorghe Falcă, Jens Gieseke, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Barbara Thaler, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

RENEW

José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Bogusław Liberadzki, Rovana Plumb, Vera Tax, István Ujhelyi, Petar Vitanov

VERTS/ALE

Ciarán Cuffe, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz

 

0

-

 

0

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2012, dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (2012/639/UE) ĠU L 292, 20.10.2012, p. 1–2.

[2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1389 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ĠU L 215, 14.8.2015, p. 1.

[3] Il-Kawża C-28/12 tat-28.4.2015.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza