RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta' negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta' laħam imħawwar

28.4.2020 - (12482/2019 – C9-0194/2019 – 2019/0196(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Jörgen Warborn

Proċedura : 2019/0196(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0092/2020
Testi mressqa :
A9-0092/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta' negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta' laħam imħawwar

(12482/2019 – C9-0194/2019 – 2019/0196(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12482/2019),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta' negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta' laħam imħawwar (12483/2019),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0194/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0092/2020),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.


NOTA SPJEGATTIVA

Relazzjonijiet UE/Żvizzera

 

L-importanza tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera hija sinifikanti. L-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Iżvizzera filwaqt li l-Iżvizzera hija t-tielet sieħba kummerċjali tal-UE (wara l-Istati Uniti tal-Amerika u ċ-Ċina).

 

Ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tal-Iżvizzera mal-UE huma prinċipalment irregolati permezz ta' sensiela ta' ftehimiet bilaterali li fihom l-Iżvizzera qablet li tadotta ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni tal-UE bi skambju għal aċċess għal parti mis-suq uniku tal-UE.

 

Kuntest tal-ftehim

 

Xi snin ilu, l-Iżvizzera kienet iffaċċjata b'żieda qawwija fl-importazzjonijiet tal-laħam inkluż ta' "laħam imħawwar"[1].

Il-proċess beda fi tmiem l-2015 meta l-parlament Żvizzeru adotta mozzjoni għar-riklassifikazzjoni ta' ċertu "laħam imħawwar" u li wasslet għal żieda sostanzjali fit-tariffi rilevanti. Il-miżura daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016. L-UE ntlaqtet l-aktar minn din il-miżura u għall-ewwel ippruvat issolvi din il-kwistjoni bilateralment. Eventwalment fl-2017, l-UE rrikorriet għal azzjoni tad-WTO u kkontestat din il-miżura bħala waħda mhux kompatibbli mad-WTO.

 

F'April 2018, l-Iżvizzera qablet li kellha tikkumpensa għaż-żieda fit-tariffa u varat proċedura "Artikolu XXVIII tal-GATT". B'hekk, hija nnotifikat lill-Membri kollha tad-WTO dwar l-intenzjoni tagħha li tinnegozja skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT[2] bil-għan li timmodifika l-konċessjonijiet tariffarji fl-iskeda tagħha dwar "il-laħam imħawwar mhux ippreparat mod ieħor".

 

L-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 jippermetti lill-Membri jimmodifikaw jew jirtiraw konċessjoni inkluża fl-iskeda tagħhom wara negozjati u l-ilħuq ta' ftehim ma' dawk il-Membri li jkunu primarjament interessati mill-konċessjoni.

 

L-UE hija l-fornitur ewlieni, u għalhekk, skont l-Artikolu msemmi hawn fuq, għandha drittijiet ta' negozjar (bħala fornitur prinċipali). Abbażi tar-regoli tad-WTO, fis-16 ta' Mejju 2018, l-UE ppreżentat lill-Iżvizzera, dikjarazzjoni ta' interess bħala l-Membru li għandha interess ewlieni fil-forniment tal-prodotti tal-laħam ikkonċernati.

 

Sa tmiem l-2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja kumpens. Bħala kumpens, l-Iżvizzera offriet li żżid b'1 200 tunnellata, il-kwota tariffarja tad-WTO tagħha fuq iċ-ċanga. B'mod partikolari, l-Iżvizzera impenjat ruħha li tirriserva, b'mod speċifiku fi ħdan din il-kwota tariffarja, sottokwota ta' 600 tunnellata għal-"laħam taċ-ċanga mħawwar" biss. Għal dan il-għan inħolqot linja tariffarja ġdida. L-Iżvizzera żammet ukoll id-dazju aktar baxx preċedenti għaċ-ċanga importata għall-finijiet ta' pproċessar f'laħam imnixxef. F'Lulju 2019 ġie inizjalat abbozz ta' ftehim. Il-Kunsill adotta Deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-ftehim fl-24 ta' Ottubru u l-iffirmar seħħ fid-9 ta' Diċembru 2019, fi Brussell.

 

Permezz ta' skambju ta' ittri, iż-żewġ naħat (l-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera) qablu dwar l-emendi li għandhom jiġu inkorporati fl-Iskeda Żvizzera: it-tariffi l-ġodda (inkluż għal-laħam taċ-ċanga mnixxef) u l-kwota tariffarja, li żdiedet minn 22 500 tunnellata (bħalissa) għal 23 700 tunnellata.

 

Rakkomandazzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jirrakkomanda li dan il-ftehim jiġi approvat.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera b’rabta man-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO tal-Iżvizzera dwar il-laħam imħawwar mhux ippreparat mod ieħor

Referenzi

12482/2019 – C9-0194/2019 – 2019/0196(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

11.12.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.12.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Jörgen Warborn

2.10.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.2.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.4.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Anna Cavazzini, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Markéta Gregorová, Enikő Győri, Roman Haider, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Gabriel Mato, Emmanuel Maurel, Maxette Pirbakas, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Liesje Schreinemacher, Sven Simon, Dominik Tarczyński, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Urmas Paet

Data tat-tressiq

28.4.2020

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ECR

Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Dominik Tarczyński, Mazaly Aguilar

GREENS

Anna Cavazzini, Markéta Gregorová

GUE

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

ID

Roman Haider, Herve Juvin, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Maxette Pirbakas

NI

Tiziana Beghin, Carles Puigdemont i Casamajó

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler

RENEW

Barry Andrews, Jordi Cañas, Samira Rafaela, Liesje Schreinemacher, Urmas Paet, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Miroslav Číž, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Bernd Lange, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

 

0

-

 

 

 

0

0

 

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Ġunju 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza