<Date>{28/04/2020}28.4.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0093/2020</NoDocSe>
PDF 231kWORD 80k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' limiti tal-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-ġbir ta' data u l-miżuri ta' kontroll fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' waqfien permanenti għal flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0564 – C9-0161/2019 – 2019/0246(COD))</DocRef>


<Commission>{PECH}Kumitat għas-Sajd</Commission>

Rapporteur: <Depute> Niclas Herbst </Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' limiti tal-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-ġbir ta' data u l-miżuri ta' kontroll fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' waqfien permanenti għal flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant

(COM(2019)0564 – C9-0161/2019 – 2019/0246(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0564),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0161/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Jannar 2020[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0093/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

<RepeatBlock-Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Titolu</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' limiti tal-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-ġbir ta' data u l-miżuri ta' kontroll fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' waqfien permanenti għal flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward ta' tnaqqis tal-kapaċità fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' waqfien permanenti għall-flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 iġorr l-impenn li jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati. Il-pjan irid ikun koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-objettiv li jinkiseb stat ambjentali tajjeb sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4.

(1) L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 iġorr l-impenn li jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati. Il-pjan irid ikun koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-objettiv li jinkiseb stat ambjentali tajjeb sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4. Huwa essenzjali li l-pjan jikkontribwixxi għal stokk b'saħħtu, li mbagħad ikun marbut mas-sajd sostenibbli.

_________________

_________________

3 Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

3 Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

4 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

4 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 2a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Dawk l-inputs għoljin ta' nutrijenti jirriżultaw, fost l-oħrajn, mill-implimentazzjoni insuffiċjenti ta' direttivi bħad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE1a u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

 

______________________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1: Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 002 P. 68).

 

1b Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-deterjorament fil-kundizzjoni tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant (Gadus morhua ) tintrabat ma' dik is-sitwazzjoni. Skont l-ICES, l-istokk isofri minn bijomassa insostenibbilment baxxa minħabba kombinazzjoni ta' tnaqqis fir-reklutaġġ, fatturi ambjentali u bidliet fl-ekosistema li jwasslu għal mortalità naturali għolja (madwar tliet darbiet il-mortalità mis-sajd), u mortalità eċċessiva minħabba l-istatus tal-istokk. Il-bijomassa tal-bakkaljaw ta' daqs kummerċjali bħalissa tinsab fl-aktar livell baxx osservat mis-snin 1950 'l hawn. Barra minn hekk, l-ICES qed jistma li l-bijomassa tal-istokk li jbid se tibqa' taħt il-punt ta' referenza għas-sostenibbiltà fit-terminu medju (2024), anki jekk ma jsir l-ebda sajd. Għaldaqstant, fil-parir tiegħu dwar l-istokkijiet għall-2020, l-ICES huwa tal-parir li ma jinqabadx dan il-ħut.

(3)  Id-deterjorament fil-kundizzjoni tal-bakkaljaw tal-Baltiku (Gadus morhua) tintrabat ma' dik is-sitwazzjoni. Skont l-ICES, l-istokkijiet ibatu minn bijomassa insostenibbilment baxxa minħabba kombinazzjoni ta' tnaqqis fir-reklutaġġ, fatturi ambjentali, tnaqqis fid-disponibbiltà ta' speċijiet tal-priża, u bidliet fl-ekosistema (pereżempju tnaqqis fil-livell tal-ossiġenu, temperaturi ogħla jew tniġġis) li jwasslu għal mortalità naturali għolja (madwar tliet darbiet il-mortalità mis-sajd), u mortalità eċċessiva minħabba l-istatus tal-istokkijiet. Il-bijomassa tal-bakkaljaw ta' daqs kummerċjali bħalissa tinsab fl-aktar livell baxx osservat mis-snin 1950 'l hawn. Barra minn hekk, l-ICES qed jistma li l-bijomassa tal-istokk li jbid tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant se tibqa' taħt il-punt ta' referenza għas-sostenibbiltà fiż-żmien medju (2024), anki jekk ma jsir l-ebda sajd u għaldaqstant, fil-parir tiegħu dwar l-istokkijiet għall-2020, l-ICES jirrakkomanda li ma jsrix qbid ta' dan il-ħut..

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Baltiku tbati wkoll minn żbilanċ bejn is-segmenti attivi tal-flotta u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2019 dwar is-Sitwazzjoni Attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd għall-2020.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Abbażi tal-valutazzjoni tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/12485, li sal-31 ta' Diċembru 2019 jipprojbixxi s-sajd għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 24 sa 26 tal-ICES.

(5) Abbażi tal-valutazzjoni tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/12485, li sal-31 ta' Diċembru 2019 jipprojbixxi s-sajd għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 24 sa 26 tal-ICES. Dik il-projbizzjoni kellha impatt sinifikanti fuq ir-reġjun tal-Baltiku tal-Lvant, speċjalment fuq is-settur tas-sajd artiġjanali fuq skala żgħira. Il-projbizzjoni kellha wkoll impatt fuq is-sajd fil-Baltiku tal-Punent.

__________________

__________________

5 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1248 tat-22 ta' Lulju 2019 li jistabbilixxi l-miżuri li jnaqqsu t-theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk tal-Bakkaljaw tal-Lvant tal-Baltiku (Gadus morhua) (ĠU L 195, 23.7.2019, p. 2)

5 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1248 tat-22 ta' Lulju 2019 li jistabbilixxi l-miżuri li jnaqqsu t-theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk tal-Bakkaljaw tal-Lvant tal-Baltiku (Gadus morhua) (ĠU L 195, 23.7.2019, p. 2)

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant jinqabad ukoll minn sajjieda minn pajjiżi terzi, fatt li għandu impatt ukoll fuq l-istokk tal-ispeċi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 6</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fil-15 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill adotta ftehim politiku dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fil-Baħar Baltiku. Dak il-ftehim jinvolvi tnaqqis neċessarju u bla preċedent ta' 92 % tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 meta mqabbel mal-2019 għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, u jillimita l-użu ta' din it-TAC għal qabdiet inċidentali biss. Għalhekk, l-ebda sajd immirat għal dan l-istokk ma għandu jkun permess. Peress li fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES fil-biċċa l-kbira l-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant huwa preżenti, l-użu tat-TAC tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent fis-suddiviżjoni 24 huwa wkoll limitat għall-qabdiet inċidentali tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant.

(6) Fil-15 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill adotta ftehim politiku dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fil-Baħar Baltiku. Dak il-ftehim jinvolvi tnaqqis neċessarju u bla preċedent ta' 92 % tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 meta mqabbel mal-2019 għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, u jillimita l-użu ta' din it-TAC għal qabdiet inċidentali biss. Għalhekk, l-ebda sajd immirat għal dan l-istokk ma għandu jkun permess. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini ta' investigazzjonijiet xjentifiċi dejjem ikunu possibbli biex jiġu segwiti x-xejriet tal-bijomassa tal-istokk. Peress li fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES fil-biċċa l-kbira l-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant huwa preżenti, l-użu tat-TAC tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent fis-suddiviżjoni 24 huwa wkoll limitat għall-qabdiet inċidentali tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-flotot tas-sajd li sa issa huma dipendenti fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant ma għandhomx il-possibbiltà li jistadu għal stokkijiet oħra bħala alternattiva. Huwa stmat li t-tpaċija tat-telf ekonomiku kkawżat mill-għeluq tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant tkun teħtieġ qabdiet addizzjonali ta' madwar 20,000 tunnellata fi speċijiet alternattivi. Madankollu, il-Kunsill qabel ukoll dwar tnaqqis drastiku għal stokkijiet oħra, u b'mod partikolari tnaqqis ta' 65 % għall-aringi tal-Baltiku tal-Punent, 60 % għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, 32 % għall-barbun tat-tbajja', 27 % għall-aringa fil-Golf ta' Bothnia u 22 % għal-laċċa kaħla.

(7) Il-flotot tas-sajd li sa issa huma dipendenti fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant ma għandhomx il-possibbiltà li jistadu għal stokkijiet oħra bħala alternattiva. Huwa stmat li t-tpaċija tat-telf ekonomiku kkawżat mill-għeluq tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant tkun teħtieġ qabdiet addizzjonali ta' madwar 20 000 tunnellata fi speċijiet alternattivi. Madankollu, il-Kunsill qabel ukoll dwar tnaqqis drastiku għal stokkijiet oħra, u b'mod partikolari tnaqqis ta' 65 % għall-aringi tal-Baltiku tal-Punent, 60 % għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, 32 % għall-barbun tat-tbajja', 27 % għall-aringa fil-Golf ta' Bothnia u 22 % għal-laċċa kaħla. It-TAC għall-aringi tal-Baltiku tal-Punent ġiet imnaqqsa b'mod sinifikanti għat-tielet sena konsekuttiva. It-TAC għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent ukoll ġiet imnaqqsa b'mod sinifikanti. Il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent huma għalhekk soġġetti għal tnaqqis li huwa simili fl-impatt għal dak li japplika għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-analiżi tal-Kummissjoni turi li s-segmenti tal-flotta bl-ogħla dipendenza fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant jinkludu aktar minn 300 bastiment, prinċipalment bastimenti tat-tkarkir u tax-xbieki fil-Litwanja, fil-Latvja u fil-Polonja, u sa ċertu punt fid-Danimarka. Dawn is-segmenti tal-flotta huma ta' importanza soċjoekonomika sinifikanti, għax jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 20 % u 50 % tal-flotta nazzjonali rispettivament fil-Litwanja, fil-Latvja u fil-Polonja, espressi f'ekwivalenti ta' ingaġġ full-time. Minn dawn, minoranza minnhom biss tidher reżiljenti biżżejjed biex tkampa fil-każ ta' għeluq fuq tul ta' żmien qasir iżda mhux fuq perjodu ta' żmien medju jew twil. Il-bqija diġà jbatu minn sitwazzjoni batuta li se tiggrava minħabba l-għeluq jew li se jaraw il-profittabbiltà tagħhom tixxejjen. Tabilħaqq, l-użu tal-kwota għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kien inqas minn 60 % għal ħafna snin, u dan kompla jonqos għal 40% fl-2018 u saħansitra inqas fl-2019 sal-bidu tal-miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni f'nofs Lulju (19 %), li jirrifletti l-problema bijoloġika b'dan is-sajd. Minħabba li l-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant mhuwiex mistenni li jirkupra għal livelli b'saħħithom anki fit-terminu medju, se jkun hemm żbilanċ strutturali persistenti għal dawn is-segmenti tal-flotta, li b'hekk jiġġustifika r-ristrutturar tal-flotta.

(8) L-analiżi turi li s-segmenti tal-flotta bl-ogħla dipendenza fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant jinkludu aktar minn 300 bastiment, prinċipalment bastimenti tat-tkarkir u tax-xbieki fil-Litwanja, fil-Latvja u fil-Polonja, u fi grad anqas, fid-Danimarka u l-Ġermanja. Dawn is-segmenti tal-flotta huma ta' importanza soċjoekonomika sinifikanti, għax jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 20 % u 50 % tal-flotta nazzjonali rispettivament fil-Litwanja, fil-Latvja u fil-Polonja, espressi f'ekwivalenti ta' ingaġġ full-time. Minn dawn, minoranza minnhom biss tidher reżiljenti biżżejjed biex tkampa fil-każ ta' għeluq fuq tul ta' żmien qasir iżda mhux fuq perjodu ta' żmien medju jew twil. Il-bqija diġà jbatu minn sitwazzjoni batuta li se tiggrava minħabba l-għeluq jew li se jaraw il-profittabbiltà tagħhom tixxejjen. Tabilħaqq, l-użu tal-kwota għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kien inqas minn 60 % għal ħafna snin, u dan kompla jonqos għal 40% fl-2018 u saħansitra inqas fl-2019 sal-bidu tal-miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni f'nofs Lulju (19 %), b'mod li jirrifletti l-problema bijoloġika b'dan is-sajd. Minħabba li mhuwiex mistenni li l-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baltiku jirkupraw għal livelli b'saħħithom anki fiż-żmien medju, se jkun hemm żbilanċ strutturali persistenti għal dawn is-segmenti tal-flotta, li b'hekk jiġġustifika r-ristrutturar tal-flotta.

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Skont il-parir tal-ICES ippubblikat fid-29 ta' Mejju 2019, madwar 70 % tal-ħatt tal-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 24-28 ittieħdu minn bastimenti tat-tkarkir b'fetħa għall-ħrib ta' 120 mm tat-tip BACOMA jew T90, u 15 % tal-ħatt tal-bakkaljaw ittieħdu minn għeżul b'daqsijiet tal-malja ta' bejn 110 mm u 156 mm. Dawn il-mestieri huma ġeneralment ikkunsidrati li jolqtu l-bakkaljaw u d-daqsijiet minimi tal-malji għalihom huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.7 Il-mestieri l-oħra fl-ogħla 15-il post f'termini tal-ammont ta' ħatt l-art tal-bakkaljaw kull wieħed ikkontribwixxa inqas minn 5 % għall-iżbarkar totali tal-bakkaljaw. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-livelli tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant ma jiżdidux u li l-waqfien permanenti b'fondi pubbliċi jwassal għal tnaqqis effettiv tal-kapaċità tal-flotta. Il-livell ta' kapaċità tal-Istati Membri ta' dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jenħtieġ li jiġi limitat għal livelli ta' bastimenti attivi fis-snin l-aktar reċenti qabel l-applikazzjoni tal-miżuri ta' emerġenza, jiġifieri l-2017 u l-2018, u jenħtieġ li jitnaqqas meta l-bastimenti jiġu rtirati b'għajnuna pubblika, bil-għan li jinbena mill-ġdid l-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant.

(11) Huwa importanti li jiġi żgurat li l-livelli tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku ma jikbrux u li l-waqfien permanenti b'fondi pubbliċi jwassal għal tnaqqis effettiv fil-kapaċità tal-flotta. Il-livell ta' kapaċità tal-Istati Membri fis-segmenti tal-flotta kkonċernati jenħtieġ li jitnaqqas għal taħt il-livelli ta' bastimenti attivi f'sentejn mill-ħames snin immedjatament qabel l-applikazzjoni tal-miżuri ta' emerġenza, jiġifieri s-snin 2014 sal-2018, u jenħtieġ li jitnaqqas meta l-bastimenti jiġu rtirati b'għajnuna pubblika, bil-għan li l-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baltiku jerġgħu jinbnew.

___________

 

7 Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105-201.

 

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 16</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jittaffew l-effetti ekonomiċi negattivi kkawżati mis-sitwazzjoni ambjentali eċċezzjonali u persistenti fil-Baħar Baltiku u t-tnaqqis drastiku li rriżulta fl-opportunitajiet tas-sajd u fid-dawl tal-miżuri speċifiċi previsti fil-Pjan Pluriennali għall-Baħar Baltiku, jenħtieġ li jkun hemm disponibbli appoġġ pubbliku għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-iskrappjar ta' bastimenti tas-sajd, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-għanijiet tal-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jitnaqqas kull żbilanċ strutturali identifikat fis-segmenti tas-sajd koperti mill-pjan pluriennali tal-Baltiku. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 508/2014 jiġi emendat skont dan biex jiġi introdott mill-ġdid l-appoġġ għal waqfien permanenti tal-bastimenti li għandhom dipendenza sinifikanti fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant.

(16) Sabiex jittaffew il-konsegwenzi soċjoekonomiċi dannużi ħafna għall-komunitajiet kostali u għan-negozji tas-sajd, ikkawżati mis-sitwazzjoni ambjentali persistenti u negattivi fil-Baħar Baltiku u t-tnaqqis drastiku li rriżulta fl-opportunitajiet tas-sajd, u fid-dawl tal-miżuri speċifiċi previsti fil-Pjan Pluriennali għall-Baħar Baltiku, jenħtieġ li jkun hemm disponibbli appoġġ pubbliku għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-iskrappjar ta' bastimenti tas-sajd, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-għanijiet tal-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jitnaqqas kull żbilanċ strutturali identifikat fis-segmenti tas-sajd koperti mill-pjan pluriennali tal-Baltiku. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 508/2014 jiġi emendat skont dan biex jiġi introdott mill-ġdid l-appoġġ għal waqfien permanenti tal-bastimenti li għandhom dipendenza sinifikanti fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 17</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-adattament strutturali tal-flotta fil-Baħar Baltiku mal-objettivi ta' konservazzjoni stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni Pluriennali, l-appoġġ għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-iskrappjar ta' bastimenti tas-sajd li għandhom dipendenza sinifikanti fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant jenħtieġ li jkun strettament kundizzjonali u marbut mal-kisba tal-miri u l-għodod ta' aġġustament definiti fil-pjanijiet ta' azzjoni għal segmenti żbilanċjati.

(17) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-adattament strutturali tal-flotta fil-Baħar Baltiku mal-objettivi ta' konservazzjoni stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni Pluriennali, l-appoġġ għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-iskrappjar ta' bastimenti tas-sajd li għandhom dipendenza sinifikanti fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant u tal-Punent jenħtieġ li jkun strettament kundizzjonali u marbut mal-kisba tal-miri u l-għodod ta' aġġustament definiti fil-pjanijiet ta' azzjoni għal segmenti żbilanċjati.

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 19a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jiddikjara li l-FEMS jista' jappoġġja investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tad-dħul tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp ta' attivitajiet komplementari.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 21</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika ħażina tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'dipendenza sinifikanti fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant u l-ħtieġa li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' appoġġ taħt il-FEMS għal waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd ta' dawk il-bastimenti, ġie kkunsidrat xieraq li tkun prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

(21) Fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika ħażina tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'dipendenza sinifikanti fuq il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant u l-ħtieġa li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' appoġġ taħt il-FEMS għal waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd ta' dawk il-bastimenti, ġie kkunsidrat xieraq li tittieħed azzjoni malajr kemm jista' jkun filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet demokratiċi kollha tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2016/1139</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 8a – titolu</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tnaqqis fil-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant

Tnaqqis fil-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2016/1139</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 8a – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal bastimenti mgħammra bil-kategoriji ta' rkaptu li ġejjin:

imħassar

(a) irkaptu rmunkat b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 120 mm magħmula minn T90 jew mill-inqas 105 mm mgħammra b'tieqa tal-ħruġ tat-tip BACOMA ta' 120 mm;

 

(b) xbieki statiċi b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 110 mm u mhux aktar minn 156 mm.

 

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) Nru 508/2014</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 34 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fl-Artikolu 34(2), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"Fil-każ tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, ir-referenza fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għall-aħħar sentejn kalendarji għandha tinftiehem bħala referenza għas-snin 2017 u 2018."

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) Nru 508/2014</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 34 – paragrafu 4 – punt b</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fir-rigward tal-bastimenti skont il-limitu tal-kapaċità globali għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kif stabbilit fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8a tar-Regolament (UE) Nru 2016/1139.

(b) il-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fir-rigward ta' bastimenti li għandhom fil-mira tagħhom il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent jew l-aringi tal-Baltiku tal-Punent kif stabbilit fl-Artikolu 8a tar-Regolament (UE) Nru 2016/1139.

_____________________

_________________________

* Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

* Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>

 

NOTA SPJEGATTIVA

L-ekosistema fil-Baħar Baltiku ilha fi stat fraġli għal deċennji sħaħ. Skont is-sejbiet tal-istudji xjentifiċi l-aktar reċenti dwar il-qagħda tal-Baħar Baltiku, minbarra s-sajd hemm firxa ta' fatturi ambjentali, bħat-tnaqqis tal-ossiġenu, il-livelli ta' tniġġis, it-tisħin, in-nuqqas ta' ikel, il-prevalenza tal-parassiti u ż-żieda fl-għadd ta' predaturi, li huma responsabbli għal dan l-istat ta' fatt inkwetanti.

 

Wara l-miżuri ta' emerġenza għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant meħuda mill-Kummissjoni fit-23 ta' Lulju 2019, li għadhom qed iħallu impatt dirett fuq is-settur tas-sajd fir-reġjun kollu tal-Baħar Baltiku, fil-15 ta' Ottubru 2019 il-Kunsill adotta l-kwoti għall-2020, inkluż għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent. It-TAC għall-aringi tal-Baltiku tal-Punent tnaqqas b'mod sinifikanti għat-tielet sena konsekuttiva (2018 -39 %; 2019 -48%; 2020 -65%). It-TAC għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent ukoll tnaqqas b'mod sinifikanti (-60 %) u issa jinsab fil-livell tas-snin 2017/2018, li segwa t-tnaqqisiet sostanzjali li saru fl-2017 (-56 %) u fl-2016 (-20 %). It-tnaqqis għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant fl-2020 kien partikolarment drastiku. Effettivament, il-Kunsill ipprojbixxa s-sajd; biss il-qabdiet inċidentali tal-bakkaljaw għadhom permessi.

 

Ir-riżultati ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali se jkunu kapaċitajiet żejda tal-flotta u problemi soċjoekonomiċi serji għall-komunitajiet kostali rilevanti u għan-negozji tas-sajd fir-reġjun kollu tal-Baħar Baltiku. Peress li dawk affettwati fis-settur tas-sajd ma jistgħu jagħmlu xejn biex itaffu l-konsegwenzi negattivi huma stess, huwa tabilħaqq sewwa li l-UE tieħu miżuri adatti biex ittaffi l-impatt. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-għoti ta' appoġġ, bla burokrazija, biex itaffi l-impatt finanzjarju tal-miżuri għat-tnaqqis tal-kapaċità tal-flotot ikkonċernati (waqfien permanenti). Fejn il-kapaċità tas-sajd ma tkunx allinjata mal-opportunitajiet tas-sajd, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali adatti, u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar bihom tal-anqas darba fis-sena. Bħala miżura ta' kontroll addizzjonali, il-prinċipju ta' portijiet magħżula għandu jinżamm, u jiġi llaxkat biss jekk l-istokkijiet tal-ħut jirkupraw.

 

L-introduzzjoni ta' għajnuna għall-waqfien permanenti hija risposta għal sitwazzjoni eċċezzjonali. Dan l-appoġġ se jkun disponibbli b'mod mhux burokratiku, flessibbli u fil-pront, permezz tar-riallokazzjoni ta' fondi eżistenti fi ħdan il-FEMS, abbażi ta' kofinanzjament fil-livell nazzjonali. Dan jinkludi investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tad-dħul tas-sajjieda. L-appoġġ mogħti fl-imgħoddi għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd ma għandux jitqies bħala għajnuna għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd. Dawn huma żewġ forom differenti ta' appoġġ li m'għandhomx jiġu konfużi ma' xulxin.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ limiti tal-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-ġbir ta’ data u l-miżuri ta’ kontroll fil-Baħar Baltiku, u tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ waqfien permanenti għal flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant

Referenzi

COM(2019)0564 – C9-0161/2019 – 2019/0246(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.10.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.11.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.11.2019

REGI

13.11.2019

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

EMPL

4.12.2019

REGI

5.12.2019

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Niclas Herbst

27.11.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.11.2019

20.1.2020

 

 

Data tal-adozzjoni

23.4.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, François-Xavier Bellamy, Izaskun Bilbao Barandica, Isabel Carvalhais, Rosanna Conte, Rosa D’Amato, Fredrick Federley, Giuseppe Ferrandino, Søren Gade, Francisco Guerreiro, Anja Hazekamp, Niclas Herbst, France Jamet, Pierre Karleskind, Predrag Fred Matić, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Grace O’Sullivan, Caroline Roose, Bert-Jan Ruissen, Annie Schreijer-Pierik, Peter van Dalen, Theodoros Zagorakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Hristov, Petros Kokkalis, Elżbieta Rafalska, Annalisa Tardino

Data tat-tressiq

29.4.2020

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ECR

Elżbieta Rafalska, Bert-Jan Ruissen

ID

Rosanna Conte, France Jamet, Annalisa Tardino

NI

Rosa D'Amato

PPE

François-Xavier Bellamy, Niclas Herbst, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Annie Schreijer-Pierik, Peter van Dalen, Theodoros Zagorakis

Renew

Izaskun Bilbao Barandica, Fredrick Federley, Søren Gade, Pierre Karleskind

Verts/ALE

Francisco Guerreiro, Grace O'Sullivan, Caroline Roose

 

8

-

GUE/NGL

Anja Hazekamp, Petros Kokkalis

S&D

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Isabel Carvalhais, Giuseppe Ferrandino, Ivo Hristov, Predrag Fred Matić

 

0

0

 

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjonijiet

 

 

 

[1] ĠU C 106, 31.3.2020, p. 10.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza